This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025M11998
Prior notification of a concentration (Case M.11998 – KKR / KARO HEALTHCARE) – Candidate case for simplified procedure
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11998 — KKR / KARO HEALTHCARE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11998 — KKR / KARO HEALTHCARE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2025/785
ĠU C, C/2025/4096, 17.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4096/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4096 |
17.7.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11998 — KKR / KARO HEALTHCARE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4096)
1.
Fl-10 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (“ KKR ”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Karo Intressenter Holding AB (“ Karo Healthcare ”, l-Iżvezja). |
KKR se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Karo Healthcare kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni. |
|
— |
Karo Healthcare topera fl-industrija tal-kura tas-saħħa tal-konsumatur b’firxa varjata ta’ prodotti ta’ kuljum, bħal prodotti mediċinali mhux bir-riċetta, farmaċewtiċi preskritti, apparat mediku, kożmetiċi u supplimenti tal-ikel. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11998 — KKR / KARO HEALTHCARE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4096/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)