This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025M11920
Prior notification of a concentration (Case M.11920 – ALCENTRA / PEOPLE & BABY) – Candidate case for simplified procedure
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11920 – ALCENTRA / PEOPLE & BABY) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11920 – ALCENTRA / PEOPLE & BABY) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2025/195
ĠU C, C/2025/1344, 21.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1344/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1344 |
21.2.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11920 – ALCENTRA / PEOPLE & BABY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1344)
1.
Fit-13 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Alcentra Limited (“Alcentra”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Franklin Resources Inc. (“Franklin Resources”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Groupe People & Baby SAS (“People & Baby”, Franza), ikkontrollata minn Alcentra u mis-Sur Cristophe Durieux (Franza). |
Alcentra se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll totali ta’ People & Baby.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Alcentra hija ditta globali tal-ġestjoni tal-assi, iffukata fuq kreditu korporattiv ta’ grad ta’ sottoinvestiment. Alcentra hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi indiretta ta’ Franklin Resources, organizzazzjoni globali ta’ ġestjoni tal-investimenti. |
|
— |
People & Baby topera ċentri tat-tħaris tat-tfal matul il-ġurnata fi Franza u madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11920 – ALCENTRA / PEOPLE & BABY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1344/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)