This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025M11877
Prior notification of a concentration (Case M.11877 – PGGM / INVESIS) – Candidate case for simplified procedure
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.11877 – PGGM / INVESIS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.11877 – PGGM / INVESIS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2025/69
ĠU C, C/2025/602, 23.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/602/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/602 |
23.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11877 – PGGM / INVESIS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/602)
1.
Fis-16 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
PGGM Vermogensbeheer B.V. (“PGGM”, in-Netherlands), ikkontrollata minn PGGM Coöperatie U.A. (in-Netherlands), |
— |
Invesis Group B.V. (iktar’ il quddiem “Invesis”, i-Netherlands), ikkontrollata minn Koninklijke BAM Groep N.V. (in-Netherlands) u PGGM. |
PGGM se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Invesis kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:
— |
PGGM huwa amministratur tal-pensjonijiet Olandiż. Fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn PGGM Coöperatie U.A., entità kooperattiva inkorporata fin-Netherlands li l-membri tagħha huma rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, tal-unions, tal-impjegaturi, tal-ħaddiema u tal-pensjonanti fis-settur tal-kura tas-saħħa u tal-assistenza soċjali. PGGM topera fuq livell globali, |
— |
Invesis hija investitur Olandiż u żviluppatur ta’ proġetti infrastrutturali. Il-proġetti tagħha jiffukaw fuq sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) u jvarjaw minn toroq, ferroviji, infrastruttura tal-ilma u tal-baħar, mini u pontijiet, skejjel u bini tal-gvern. Hija attiva prinċipalment fin-Netherlands, fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Ġermanja u fil-Belġju u għandha wkoll attivitajiet limitati barra miż-ŻEE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11877 – PGGM / INVESIS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/602/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)