Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025M11872

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11872 – TRITON / KEENFINITY) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2025/200

ĠU C, C/2025/1376, 26.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1376/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1376/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1376

26.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11872 – TRITON / KEENFINITY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1376)

1.   

Fl-14 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Triton Fund 6 GP SARL (“Triton 6”), li tappartjeni għat-Triton Group (it-tnejn tal-Lussemburgu),

Keenfinity GmbH (“Keenfinity”), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Robert Bosch GmbH (it-tnejn tal-Ġermanja).

Triton 6 se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Keenfinity.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Triton 6 hija fond tal-ekwità privata li huwa parti mit-Triton Group, li jikkonsisti minn fondi ta’ investiment li jimmaniġġjaw u jagħtu pariri lill-kumpaniji, primarjament negozji ta’ daqs medju li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana li jiffokaw fuq Servizzi Kummerċjali, Servizzi Industrijali u s-Saħħa,

Keenfinity hija fornitur globali ta’ sistemi ta’ sigurtà u komunikazzjoni tal-bini li jiffokaw fuq sistemi tal-vidjo, l-aċċess u l-intrużjoni, u sistemi tal-komunikazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11872 – TRITON / KEENFINITY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/IL-BELĠJU


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1376/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top