This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025M11847
Prior notification of a concentration (Case M.11847 - HARTREE / ED&F MAN COMMODITIES) – Candidate case for simplified procedure
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11847 - HARTREE / ED&F MAN COMMODITIES) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11847 - HARTREE / ED&F MAN COMMODITIES) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2025/262
ĠU C, C/2025/1723, 19.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1723/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/1723 |
19.3.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11847 - HARTREE / ED&F MAN COMMODITIES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1723)
1.
Fil-11 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Hartree (l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Oaktree, li hija kkontrollata b’mod konġunt minn Oaktree Capital Group Holdings GP, LLC u Brookfield (it-tnejn l-Istati Uniti tal-Amerika), |
— |
ED&F Man Commodities (Jersey). |
Hartee se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ED&F Man Commodities.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:
— |
Hartre hija ditta globali tal-komoditajiet merkantili li tispeċjalizza fl-enerġija, fil-komoditajiet u fis-swieq finanzjarji, inklużi l-enerġija, il-metalli, l-enerġija rinnovabbli, u t-titoli, |
— |
ED&F Man Commodities hija kumpanija globali tal-komoditajiet li tispeċjalizza fil-komoditajiet agrikoli, inklużi (i) il-kafè, (ii) iz-zokkor, u (iii) il-melassa u l-prodotti likwidi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11847 – HARTREE / ED&F MAN COMMODITIES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1723/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)