Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025M11826

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11826 – SVP / OQ CHEMICALS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2025/246

ĠU C, C/2025/1676, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1676/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1676/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1676

13.3.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11826 – SVP / OQ CHEMICALS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1676)

1.   

Fis-6 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Strategic Value Partners LLC (“SVP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

OQ Chemicals International Holding GmbH u OIG OQ Infrastruktur GmbH (flimkien “OQ Chemicals”, il-Ġermanja) parti mill-Awtorità tal-Investiment tal-Oman.

SVP se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OQ Chemicals kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

SVP hija ditta ta’ investiment globali bbażata fl-Istati Uniti, iffukata fuq kreditu opportunistiku u opportunitajiet ta’ ekwità privata,

OQ Chemical hija fornitur globali ta’ oksokimiċi, bil-kwartieri ġenerali fil-Ġermanja, b’siti ta’ produzzjoni fil-Ġermanja, fin-Netherlands, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fiċ-Ċina. Il-prodotti ta’ OQ Chemical jiġu fornuti lill-klijenti f’diversi industriji, bħall-karozzi u t-trasport, l-għalf tal-annimali, l-ikel u l-agrokimiċi, l-infrastruttura u l-kostruzzjoni, il-kisi, il-kura personali u l-prodotti tat-tindif, il-kura tas-saħħa, u l-industrija tal-istampar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11826 – SVP / OQ CHEMICALS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1676/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top