This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025M11823
Prior notification of a concentration (Case M.11823 – TRITON / MACGREGOR) – Candidate case for simplified procedure
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11823 — TRITON / MACGREGOR) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11823 — TRITON / MACGREGOR) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2025/418
ĠU C, C/2025/2328, 16.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2328/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/2328 |
16.4.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11823 — TRITON / MACGREGOR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2328)
1.
Fis-7 ta’April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Mohinder FinCo AB (l-Iżvezja) u Mohinder BidCo Oy (il-Finlandja) (flimkien l-“Mohinder Entities”), it-tnejn ikkontrollati minn Triton Fund 6 GP SARL, li taġixxi bħala soċju solidali ta’ Triton Fund 6 SCSp (“Triton Fund 6”, il-Lussemburgu); |
— |
MacGregor Pte Ltd (Singapore) u MacGregor Sweden AB (l-Iżvezja) (flimkien “MacGregor”) li jappartjenu lil Cargotec Corporation (il-Finlandja). |
Triton Fund 6, permezz ta’ Mohinder Entities, se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ MacGregor kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:
— |
Triton Fund 6 hija parti minn grupp ta’ fondi ta’ investiment ġestiti u rrakkomandati mill-grupp Triton. Triton Fund 6 hija primarjament iddedikata għall-investiment f’negozji ta’ daqs medju li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana, li topera fi swieq differenti, b’enfasi partikolari fuq it-tliet setturi ewlenin: is-Servizzi Kummerċjali, is-Settur Industrijali u s-Saħħa. |
— |
MacGregor hija fornitur globali ta’ soluzzjonijiet u servizzi integrati għall-maniġġ tal-merkanzija u tat-tagħbija għat-trasport marittimu u l-industriji offshore. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11823 — TRITON / MACGREGOR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2328/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)