Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025M11684

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Kawża M.11684 – NOKIA / INFINERA)

PUB/2025/95

ĠU C, C/2025/871, 5.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/871/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/871/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/871

5.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Kawża M.11684 – NOKIA / INFINERA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/871)

1.   

Fit-28 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Midea Electrics Netherlands B.V. (iktar ’il quddiem “Midea”) (in-Netherlands), li tappartjeni għall-grupp ta’ Midea Group Co., Ltd. (iċ-Ċina);

Teka Industrial, S.A. (“Teka”) (Spanja), ikkontrollata minn persuna fiżika privata.

Midea se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Teka kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Midea hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ apparat domestiku, ta’ sistemi tal-arja kundizzjonata u tat-teknoloġija tal-bini, ta’ servizzi u komponenti għat-teknoloġija industrijali, ir-robotika u l-awtomatizzazzjoni,

Teka hija attiva fil-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ apparati domestiċi b’enfażi fuq it-tagħmir tal-kċina u tal-kmamar tal-banju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11684 – MIDEA / TEKA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/871/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top