Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025DC0019

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/821 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju

COM/2025/19 final

Brussell, 30.1.2025

COM(2025) 19 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/821 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju

{SWD(2025) 8 final}


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/821 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju

1.    Introduzzjoni

Dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE u r-Regolament (UE) 2021/821 modernizzat tad-19 ta’ Mejju 2021 (“ir-Regolament dwar l-Użu Doppju” jew “ir-Regolament”) 1 għal oġġetti b’użu doppju li jkopru l-perjodu 2022-2023, kif ukoll ċerti żviluppi ewlenin fl-2024, flimkien mad-data aggregata tal-UE u d-data dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri għall-2022.

Dan huwa l-ewwel rapport annwali mħejji skont it-termini tar-Regolament, li daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Settembru 2021. Dan jimmarka pass importanti fl-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar il-kontroll tal-esportazzjoni permezz ta’ aktar kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet ta’ liċenzjar tal-Istati Membri fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni bl-objettiv ta’ żieda fit-trasparenza f’dan il-qasam.

Kif meħtieġ skont ir-Regolament u sabiex ikun jista’ jitwettaq il-proċess imtejjeb tal-ġbir tad-data, fis-17 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni ppubblikat Linji Gwida miftiehma mal-Istati Membri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tad-data dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni (linji gwida dwar it-trasparenza) 2 . Dawn il-linji gwida ppermettew lill-Istati Membri jiġbru statistika fid-dawl tat-tħejjija tar-rapport annwali tal-UE dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar kif tinġabar id-data dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni mis-27 ta’ Jannar sat-28 ta’ Frar 2023. F’dan l-isfond, dan ir-rapport tħejja mill-Kummissjoni b’kontribut miġbur mill-Istati Membri 3 fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar Oġġetti b’Użu Doppju (DUCG, Dual-Use Coordination Group). Minħabba l-volum tagħha, id-data għas-sena 2022 ipprovduta mill-Istati Membri hija ppreżentata f’format konsolidat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja dan ir-rapport annwali. Dan ir-rapport se jiġi ssupplimentat bil-pubblikazzjoni tad-data għas-sena 2023 separatament bħala Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal fl-ewwel trimestru tal-2025.

Il-perjodu kopert minn dan ir-rapport ra bidla kbira fix-xenarju ġeopolitiku. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kif ukoll il-kunflitt dejjem jikber fil-Lvant Nofsani servew biss biex jenfasizzaw l-importanza ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju u tali kontrolli saru parti dejjem aktar importanti mir-rispons tal-Kummissjoni għall-iżviluppi ġeopolitiċi, b’mod partikolari permezz ta’ sanzjonijiet. Fl-istess ħin, il-perjodu ra wkoll iż-żieda fl-użu unilaterali ta’ kontrolli tal-esportazzjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġimi internazzjonali, pereżempju, fir-rigward tas-semikondutturi u tat-tagħmir tal-manifattura tas-semikondutturi jew il-materja prima kritika għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji abilitanti sensittivi.

2.    Evoluzzjoni tal-qafas politiku u regolatorju

2.1.    Politika dwar il-kontroll tal-esportazzjoni

2.1.1.    Modernizzazzjoni tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE skont ir-Regolament dwar l-Użu Doppju

Wara l-adozzjoni tar-Regolament imsaħħaħ dwar l-Użu Doppju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri bdew l-implimentazzjoni effettiva tiegħu f’għadd ta’ oqsma ġodda, bħat-trasparenza, l-infurzar u l-bini tal-kapaċitajiet. Id-DUCG kellu rwol ewlieni, kif deskritt fit-Taqsima 3 hawn taħt, u espanda l-“infrastruttura istituzzjonali” tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-UE permezz tal-attivitajiet ta’ għadd ta’ gruppi ta’ esperti biex jiżviluppa politiki, linji gwida, proċeduri ġodda, eċċ.

Dan kien jinkludi (i) it-twaqqif ta’ “Grupp ta’ Esperti dwar it-Teknoloġija Emerġenti” (ETEG, Emerging Technology Expert Group) għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju għal teknoloġiji emerġenti; (ii) l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu ta’ Koordinazzjoni tal-Eżekuzzjoni biex jappoġġa l-ħidma tal-aġenziji nazzjonali tal-infurzar tal-liġi fl-UE kollha; (iii) l-iżvilupp tas-sistema elettronika għall-oġġetti b’użu doppju (DUeS, Dual-Use electronic System) biex jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-servizzi rilevanti fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri; u (iv) it-titjib tas-sensibilizzazzjoni u tal-konformità tal-industrija bħala parti minn “sħubija mas-settur privat”.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri żviluppaw Linji Gwida biex jiżguraw it-trasparenza dwar id-deċiżjonijiet nazzjonali dwar il-liċenzjar bħala parti mir-rapporti annwali tal-Istati Membri. 4 Dawn il-Linji Gwida tħejjew mill-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Ġbir u t-Trasparenza tad-Data, magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri u ppresedut mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Regolament imsaħħaħ jagħmel ukoll enfasi addizzjonali fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza. Dan jindirizza r-riskju potenzjali li tali oġġetti jiġu esportati mill-Unjoni għall-użu ħażin tagħhom b’rabta ma’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali. Huwa f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni, fis-16 ta’ Ottubru 2024, ippubblikat linji gwida dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza 5 skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/821 biex tipprovdi ċarezza primarjament għall-esportaturi dwar kif għandhom iwettqu d-diliġenza dovuta u l-konformità interna qabel ma jesportaw oġġetti ta’ ċibersorveljanza.

2.1.2    Konsultazzjonijiet u sensibilizzazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Presidenza Ċeka tal-Kunsill organizzaw, bl-appoġġ tad-DUCG, il-“Forum dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni tal-2022” fis-6 ta’ Diċembru 2022. Dan ipprovda opportunità għal skambju ta’ fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE u r-reġim modernizzat tal-UE għall-kontrolli tal-esportazzjoni ma’ kważi 1 000 parti kkonċernata tal-industrija u tas-soċjetà ċivili 6 . Il-Kummissjoni kkooperat mal-Kumitat ta’ Inkjesta tal-Parlament Ewropew biex jinvestiga l-użu tal-Pegasus 7 u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti (il-Kumitat PEGA 8 ) u dehret quddiemu.

2.1.3    Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-2022

It-tieni laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija (TTC, Trade and Technology Council) 9 bejn l-UE u l-Istati Uniti saret f’Paris-Saclay fis-16 ta’ Mejju 2022, ospitata mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. F’dik il-laqgħa, it-TTC esprima xewqa kondiviża li jintużaw għodod ta’ kontroll tal-esportazzjoni fid-difiża tas-sigurtà. B’mod partikolari, l-UE u l-Istati Uniti impenjaw ruħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni u jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-teknoloġiji b’użu doppju u l-kontrolli tal-esportazzjoni. Il-ħidma tat-TTC tqieset fundamentali fl-iżvilupp ta’ approċċi komuni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż billi ffaċilitat il-kooperazzjoni dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni. Dik il-kooperazzjoni appoġġat approċċi komuni ulterjuri, inkluż l-aġġornament tal-lista ta’ oġġetti kkontrollati b’kont meħud tad-deċiżjonijiet ta’ reġimi multilaterali għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, il-kooperazzjoni mas-sħab, u konsultazzjonijiet regolari dwar azzjonijiet ġodda li jistgħu jaffettwaw lill-UE jew lill-Istati Uniti.

Wara t-tieni laqgħa ministerjali tat-TTC, l-UE u l-Istati Uniti stiednu lill-partijiet ikkonċernati jipparteċipaw fit-tieni avveniment ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni. L-avveniment sar fid-19 ta’ Lulju 2022 u wera l-progress miksub fil-Grupp ta’ Ħidma 7 tat-TTC dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni minn Ottubru 2021. Dan ipprovda wkoll opportunità għall-industrija, għall-akkademja u għas-soċjetà ċivili biex jissottomettu l-feedback u l-ideat tagħhom għal inizjattivi futuri, u biex jiddiskutu l-prijoritajiet għall-kooperazzjoni fil-kontroll tal-esportazzjoni mal-awtoritajiet tal-UE u tal-Istati Uniti.

L-Istati Uniti ospitaw it-tielet laqgħa ministerjali barra Washington, D.C., fil-5 ta’ Diċembru 2022. Fir-rigward tal-kooperazzjoni dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni, it-TTC ħares lejn kif jista’ jiġi ssimplifikat il-kummerċ trans-Atlantiku fir-rigward tal-esportazzjonijiet u r-riesportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju, permezz ta’ skambji pilota ta’ informazzjoni. It-TTC kellu wkoll l-għan li jiffaċilita l-kummerċ bejn iż-żewġ sħab permezz ta’ adozzjoni u pubblikazzjoni aktar ikkoordinati tar-reviżjonijiet tal-lista ta’ kontroll multilaterali, billi jsegwi konsultazzjonijiet dwar azzjonijiet regolatorji ġodda u billi jikkoordina s-sensibilizzazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni ma’ sħab oħra. Il-partijiet impenjaw ruħhom li jsaħħu l-kollaborazzjoni fl-infurzar, inkluż permezz ta’ applikazzjoni konsistenti ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni relatati mas-sanzjonijiet immirati lejn ir-Russja u l-Belarussja. Fl-aħħar nett, l-UE u l-Istati Uniti ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jikkooperaw dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ teknoloġiji sensittivi u emerġenti, filwaqt li jiżguraw protezzjoni xierqa kontra l-użu ħażin ta’ tali oġġetti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkontribwew b’mod attiv għall-koalizzjoni globali dwar is-sanzjonijiet fuq ir-Russja (il-“GECC” (Global Export Control Coalition) 10 ), li għandha 39 membru li implimentaw kontrolli tal-esportazzjoni sostanzjalment simili b’rispons għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fi Frar 2022. Il-GECC għandha l-għan li taqta’ lir-Russja u lill-Belarussja mill-komoditajiet, mit-teknoloġiji u mis-software meħtieġa biex isostnu l-aggressjoni tagħhom fl-Ukrajna, filwaqt li ċċaħħad lis-setturi tad-difiża, ajruspazjali u marittimi tagħhom minn materjali ewlenin.

Fl-aħħar nett, l-UE u n-Norveġja organizzaw id-Djalogi UE-Norveġja dwar l-Armi u l-Kontroll tal-Esportazzjoni ta’ Oġġetti b’Użu Doppju fit-13 ta’ Ġunju u fis-17 ta’ Novembru 2022, rispettivament. Il-partijiet iddiskutew ir-Regolament il-ġdid tal-UE dwar l-Użu Doppju, l-iżviluppi leġiżlattivi tan-Norveġja u skambjaw fehmiet dwar l-iżviluppi reċenti fil-kontroll tal-esportazzjoni, il-laqgħat li jmiss tar-reġimi għall-kontroll tal-esportazzjonijiet u informazzjoni dwar ċaħdiet. L-UE u n-Norveġja ddiskutew ukoll il-limitazzjonijiet tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju u teknoloġiji avvanzati.

2.2.    Aġġornamenti tal-lista ta’ kontroll tal-UE

Il-Lista ta’ Kontroll tal-UE fl-Anness I tar-Regolament essenzjalment tipprovdi lista ta’ oġġetti b’użu doppju, inklużi s-software u t-teknoloġija, li huma soġġetti għal kontrolli minħabba l-użu potenzjali tagħhom kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll militari. Il-lista hija aġġornata fuq bażi regolari biex tirrifletti l-bidliet fir-Reġim Multilaterali għall-Kontroll tal-Esportazzjonijiet, bħall-Ftehim ta’ Wassenaar, il-Grupp Awstralja, il-Grupp ta’ Fornituri Nukleari u s-Sistema ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR, Missile Technology Control Regime).

Fil-21 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/66 11 biex taġġorna l-lista ta’ kontroll tal-UE, li ġab ir-Regolament tal-UE dwar l-Użu Doppju f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda fir-reġimi internazzjonali sa Diċembru 2021. Il-lista aġġornata tinkludi entrati ġodda fil-qasam tal-elettronika, tas-semikondutturi u tal-kompjuters, fis-setturi kimiċi u bijoloġiċi, u fil-kategorija ta’ ajruspazju u propulsjoni. Il-Kummissjoni adottat ukoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/699 fit-3 ta’ Mejju 2022 12 , li neħħa lir-Russja mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-Unjoni stabbiliti skont ir-Regolament dwar l-Użu Doppju bħala konsegwenza tal-invażjoni militari tal-Ukrajna mir-Russja u l-adozzjoni konsegwenti ta’ miżuri restrittivi tal-UE mmirati biex jillimitaw l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju lejn ir-Russja.

2.3.    Miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni u ta’ infurzar

2.3.1. Miżuri ta’ implimentazzjoni

Ir-Regolament dwar l-Użu Doppju jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Madankollu, jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jieħdu ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi, u jirrikjedi li tali informazzjoni dwar miżuri nazzjonali tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ppubblikat Nota ta’ Informazzjoni fit-8 ta’ Frar 2022 13 , li tipprovdi ħarsa ġenerali aġġornata tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri inkluż, fost l-oħrajn, l-estensjoni tal-kontrolli tas-senserija u tat-tranżitu, l-estensjoni tal-kontrolli għal oġġetti mhux elenkati għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, l-introduzzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali, u l-applikazzjoni ta’ kontrolli tat-trasferiment intra-UE għal oġġetti mhux elenkati. Tali Noti ta’ Informazzjoni jiżguraw it-trasparenza tar-regoli applikabbli u jirriflettu l-isforzi tal-UE biex tappoġġa l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-kontrolli mill-esportaturi fl-UE kollha.

2.3.2. Miżuri ta’ infurzar

Il-Kummissjoni ma ġiet infurmata bl-ebda bidla fil-lista ta’ miżuri ta’ infurzar nazzjonali ppubblikata flimkien mar-rapport annwali tal-2019 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni 14 .

2.4    Esportazzjonijiet mill-Irlanda ta’ Fuq

L-esportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju mill-UE lejn ir-Renju Unit saru soġġetti għal kontroll skont ir-Regolament mat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-1 ta’ Jannar 2021 15 .

Huma stabbiliti arranġamenti speċifiċi fil-Protokoll tal-Irlanda ta’ Fuq (NI, Northern Ireland) 16 , li jipprevedi li r-Regolament japplika għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq 17 , bir-Renju Unit jaġixxi bħala awtorità kompetenti skont ir-Regolament għal esportazzjonijiet mill-Irlanda ta’ Fuq lejn pajjiżi terzi barra mill-UE. Il-Kummissjoni żviluppat għodda elettronika sigura ddedikata biex tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtorità kompetenti tar-Renju Unit inkarigata mill-applikazzjoni tar-Regolament fl-Irlanda ta’ Fuq u minnha, li ntużat matul l-2022. Din tippermetti lill-awtoritajiet tar-Renju Unit jaċċessaw informazzjoni dwar ċaħdiet għal tranżazzjonijiet essenzjalment identiċi maħruġa mill-Istati Membri tal-UE, u jkollhom konsultazzjoni bilaterali mal-Istat Membru emittenti, kif previst mir-Regolament.

3.    Attivitajiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar Oġġetti b’Użu Doppju

Id-DUCG ilaqqa’ esperti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jeżaminaw kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-kontrolli tal-esportazzjoni 18 . Fl-2022, id-DUCG kellha seba’ laqgħat: fl-20 ta’ Jannar, fil-15 ta’ Marzu, fl-24 ta’ Mejju, fl-14 ta’ Lulju, fil-11 ta’ Ottubru u fit-8 ta’ Diċembru, u fil-forma ta’ Forum dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fis-6 ta’ Diċembru 2022. Fl-14 ta’ Lulju 2022 saret sessjoni speċjali biex jiġi rieżaminat l-abbozz tar-Regolament Delegat tal-2021 li jaġġorna l-Anness I tar-Regolament. Id-DUCG ġie kkonsultat ukoll fl-2022 dwar aġġornament eċċezzjonali tal-Anness I biex jinkludi oġġetti kkontrollati mill-Grupp Awstralja.

3.1.    Konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni - skambju ta’ informazzjoni ġenerali

Il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri fid-DUCG wettqu skambji ta’ informazzjoni ġenerali dwar kwistjonijiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni. B’mod partikolari, id-DUCG kellu skambju ta’ fehmiet dwar aspetti ta’ implimentazzjoni, bħad-distinzjoni bejn “miżuri nazzjonali” u “listi ta’ kontroll nazzjonali” skont l-Artikolu 9 tar-Regolament, awtorizzazzjonijiet ta’ proġetti kbar u l-kontroll ta’ esportazzjonijiet/trasferimenti intanġibbli.

3.2    Linji Gwida u Noti ta’ Gwida

Id-DUCG beda stħarriġ fost l-awtoritajiet kompetenti dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida għar-Riċerka b’Użu Doppju tat-23 ta’ Settembru 2021 19 , approva Pjan ta’ Monitoraġġ tal-Implimentazzjoni għall-Gwida dwar il-Konformità tal-Industrija, skambja informazzjoni dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali biex jaġġorna l-avviż ta’ informazzjoni uffiċjali dwar miżuri nazzjonali, u beda diskussjonijiet dwar it-tħejjija ta’ linji gwida dwar it-Trasferiment Intanġibbli tat-Teknoloġija.

3.3    Skambju tekniku ta’ informazzjoni – Gruppi ta’ Esperti Tekniċi

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fid-DUCG ipprovdew għarfien espert tekniku li jappoġġa l-aġġornamenti tal-lista ta’ kontroll tal-UE, u involvew ruħhom f’diskussjonijiet dwar għadd ta’ kwistjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni, kif imsemmi hawn fuq.

Taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, id-DUCG ħa wkoll inizjattivi biex jindirizza ċerti kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni teknika u stabbilixxa gruppi ta’ esperti ddedikati biex jimplimentaw ir-rekwiżiti tar-Regolament il-ġdid. Ir-rwol speċifiku tal-gruppi ta’ esperti tekniċi issa huwa rikonoxxut fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament il-ġdid.

Il-gruppi ta’ esperti li ġejjin kienu attivi fl-2022:

a)Il-Grupp ta’ Esperti dwar it-Teknoloġija tas-Sorveljanza (STEG, Surveillance Technology Expert Group) jippermetti lill-esperti mill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ kontrolli tal-UE fuq l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza. Il-mandat tal-STEG jinvolvi diskussjonijiet tekniċi dwar ir-riskji assoċjati mal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza – b’mod partikolari r-riskju li tali oġġetti jintużaw b’rabta mar-repressjoni interna jew ma’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u/jew tad-dritt umanitarju internazzjonali. Mill-2021, l-STEG ħadem fuq it-tħejjija ta’ linji gwida dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/821 20 . Fl-2022, tali ħidma ffukat fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza;

b)Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar it-Teknoloġiji Emerġenti (ETEG) kompla jiskambja informazzjoni dwar ir-riskji assoċjati mal-esportazzjonijiet ta’ teknoloġiji emerġenti u l-isfidi assoċjati mal-kontroll tagħhom. Il-membri tal-ETEG identifikaw bħala prijorità ewlenija l-ħolqien u l-użu ta’ għodda operazzjonali għall-valutazzjoni tar-riskju. L-ETEG organizza wkoll diskussjonijiet dwar it-teknoloġija kwantistika, inklużi preżentazzjonijiet minn rappreżentanti tas-settur privat;

c)Il-Mekkaniżmu ta’ Koordinazzjoni tal-Eżekuzzjoni (ECM, Enforcement Coordination Mechanism) tnieda f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament biex jappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-infurzar tal-Istati Membri;

d)Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Ġbir u t-Trasparenza tad-Data (DCT-TEG, Technical Expert Group on Data Collection and Transparency) kien partikolarment attiv u ltaqa’ seba’ darbiet fl-2022, biex iħejji l-Linji Gwida dwar it-trasparenza. L-esperti ddiskutew diversi abbozzi u kellhom diskussjonijiet estensivi dwar metodoloġija ġdida għall-ġbir u r-rappurtar tad-data dwar il-liċenzjar, fid-dawl ta’ konsultazzjoni pubblika 21 mal-partijiet ikkonċernati fil-bidu tal-2023; u

e)Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Bini tal-Kapaċitajiet (CB-TEG, Technical Expert Group on Capacity-Building) tnieda bil-ħsieb li jappoġġa t-taħriġ regolari u l-kondiviżjoni tal-għarfien espert fi ħdan il-komunità tal-UE ta’ oġġetti b’użu doppju, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ komuni għall-uffiċjali tal-Istati Membri. Is-CB-TEG ġabar kontribut mill-Istati Membri dwar il-ħtiġijiet ta’ taħriġ u avvanza fit-tħejjija ta’ rapport ta’ fattibbiltà.

3.4    Appoġġ tekniku għat-tħejjija ta’ aġġornamenti tal-lista ta’ kontroll tal-UE u miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali

F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament, id-DUCG organizza sessjonijiet ta’ informazzjoni teknika biex jappoġġa t-tħejjija tal-proposta għal Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jaġġorna l-Lista ta’ Kontroll tal-UE. Esperti nazzjonali u osservaturi mill-Parlament Ewropew attendew sessjoni speċjali tad-DUCG fl-14 ta’ Lulju 2022, bi preżentazzjonijiet mill-Uffiċċju Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (BAFA, Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle) dwar il-bidliet ewlenin introdotti fil-Lista ta’ Kontroll tal-UE. Il-Kummissjoni adottat l-Att Delegat f’Ottubru 2022.

Id-DUCG skambja informazzjoni dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali u ħejja l-aġġornament tan-Nota ta’ Informazzjoni dwar il-miżuri nazzjonali, li ġiet ippubblikata fit-8 ta’ Frar 2022.

3.5    Skambju ta’ data dwar il-liċenzjar u l-implimentazzjoni

Id-DUCG lesta l-eżerċizzju ta’ ġbir ta’ data dwar il-liċenzjar tal-2020 abbażi tal-Kwestjonarju dwar l-Iskambju tad-Data (DEQ, Data Exchange Questionnaire) miftiehem, bil-ħsieb li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-esportazzjoni madwar l-UE, u li jippermetti l-pubblikazzjoni ta’ data aggregata fir-Rapport Annwali tal-UE dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni għall-2019 22 . Id-DUCG beda wkoll il-ġbir ta’ data dwar il-liċenzjar tal-2021.

3.6    Għodod tal-IT għall-Iskambju ta’ Informazzjoni fost l-Istati Membri u għal-Liċenzjar Elettroniku

Il-Kummissjoni, appoġġata mid-DUCG, kompliet tiżviluppa s-Sistema Elettronika għall-Oġġetti b’Użu Doppju (DUeS, Dual-Use e-System) bħala l-pedament tal-IT tan-network ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-UE. Din il-pjattaforma għandha rwol ewlieni fl-applikazzjoni effettiva tar-Regolament.

Ġew żviluppati funzjonalitajiet ġodda biex jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar rifjuti għal trasferimenti intra-UE u biex jappoġġaw ir-rieżami u l-aġġornament regolari tar-rifjuti. B’mod partikolari, id-DUCG lesta r-rieżami tar-rifjuti fl-2013 u avvanza fir-rieżami tad-data tal-2014.

Funzjonalitajiet oħra tad-DUeS ġew imtejba, kif ġej:

a)F’Jannar 2022 ġiet implimentata funzjonalità ġdida għar-rieżami tar-rifjuti;

b)Inħoloq modulu ġdid f’Marzu 2022 biex jappoġġa l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ notifiki/awtorizzazzjonijiet u rifjuti, skont ir-regolamenti dwar is-sanzjonijiet tar-Russja u tal-Belarussja. Ġew introdotti aġġornamenti sussegwenti biex jiġu implimentati l-bidliet meħtieġa wara l-aġġornament tal-pakketti ta’ sanzjonijiet; u

c)Funzjonalità ġdida ppermettiet l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tar-Russja mal-Istati Membri.

L-2022 kienet ukoll it-tieni sena ta’ tħaddim tas-sistema ta’ liċenzjar elettroniku għal oġġetti b’użu doppju, li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-esportaturi jamministraw il-kontrolli online u jnaqqsu l-piż amministrattiv assoċjat ma’ dawk il-kontrolli. Din għandha l-għan li tissostitwixxi sistemi offline jew sistemi elettroniċi nazzjonali skaduti, biex tippermetti skambji ta’ informazzjoni aktar rapidi – inkluż ir-rappurtar ta’ data dwar il-liċenzjar lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Artikolu 26 tar-Regolament. Fl-2021, is-sistema ta’ liċenzjar elettroniku ġiet varata fil-Latvja u fir-Rumanija. Fl-2022, din kompliet tittejjeb u ġiet personalizzata biex tappoġġa lill-awtorità tal-liċenzjar Taljana (minn Lulju 2022) u t-tħejjijiet għall-awtoritajiet Sloveni u Wallonjani biex isiru utenti tas-sistema fl-2023 kienu għadhom għaddejjin. Bl-istess mod, l-Ungerija u l-Belġju (ir-Reġjun ta’ Brussell) esprimew interess li jissieħbu fil-proġett. 

Lil hinn mill-UE, u bħala parti mid-djalogi tagħha ma’ pajjiżi sħab, il-Kummissjoni qed teżamina l-għażliet biex tipprovdi l-għodda ta’ liċenzjar elettroniku lis-sħab. Il-Moldova, il-Bożnija-Ħerzegovina, u s-Serbja esprimew interess fl-użu tal-għodda.

Il-proġett ta’ liċenzjar elettroniku qed jiżviluppa wkoll f’direzzjonijiet ġodda biex il-kontrolli jsiru aktar effettivi, pereżempju billi s-sistema ta’ liċenzjar elettroniku tiġi konnessa mas-sistemi doganali nazzjonali permezz tal-ambjent ta’ Tieqa Unika għad-Dwana. Dan jagħmel il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-fruntieri u mal-awtoritajiet doganali ħafna aktar faċli, filwaqt li jnaqqas il-piż regolatorju għall-operaturi u jippermetti l-ġestjoni awtomatika tal-liċenzjar. Dan isir permezz tal-pjattaforma ta’ skambju ta’ ċertifikati “CERTEX”, ġestita mid-DĠ TAXUD. L-interkonnessjoni bejn il-liċenzjar elettroniku u d-dwana nazzjonali ilha operazzjonali minn Diċembru 2022.

Fuq talba tal-Istati Membri li diġà joperaw sistemi ta’ liċenzjar elettroniku, f’April 2022 il-Kummissjoni bdiet proġett ġdid ta’ “pont għal-liċenzjar elettroniku” biex tippermetti l-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ liċenzjar mas-sistemi doganali permezz tal-liċenzjar elettroniku. Il-Finlandja hija parti mill-proġett pilota. Il-Belġju (Flanders) esprima interess li jissieħeb fil-proġett.

3.7    Trasparenza u sensibilizzazzjoni

Id-DUCG ikkontribwixxa għat-tħejjija tar-Rapport Annwali tal-2022 dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni – ippubblikat flimkien mat-tieni Rapport Annwali dwar l-Iskrinjar tal-Investimenti Diretti Barranin (“IDB”) 23 - li jinforma lill-partijiet ikkonċernati dwar l-implimentazzjoni ta’ kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fl-Unjoni Ewropea, inkluż dwar l-attivitajiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Oġġetti b’Użu Doppju.

3.8    Appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali

Fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija mal-Istati Uniti, id-DUCG appoġġa diskussjonijiet rilevanti dwar is-simplifikazzjoni tal-esportazzjoni mill-ġdid, b’mod partikolari (i) biex jiġu esplorati prattiki nazzjonali fl-applikazzjoni tal-Awtorizzazjoni Ġenerali ta’ Esportazzjoni EU001; u (ii) permezz ta’ diskussjonijiet esperti ddedikati dwar l-eċċezzjonijiet tal-liċenzji tal-Istati Uniti li jawtorizzaw ir-riesportazzjoni mill-UE ta’ oġġetti b’użu doppju ta’ oriġini mill-Istati Uniti.

3.9    Riċerka dwar oġġetti b’użu doppju u kontroll fuq esportazzjonijiet intanġibbli

Id-DUCG ospita diskussjonijiet iddedikati dwar l-interkonnessjonijiet bejn il-kontroll tal-esportazzjoni u r-riċerka li tinvolvi teknoloġija b’użu doppju. Tali diskussjonijiet saru fil-qafas tal-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fir-R&I (Orizzont Ewropa) u kienu bbażati fuq l-appoġġ tal-esperti tal-Kummissjoni mid-DĠ Riċerka u Innovazzjoni u ta’ esperti esterni.

3.10    Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi relatati ma’ oġġetti b’użu doppju fl-2023 u fl-2024

1.Aġġornamenti tal-Anness I tar-Regolament:

·Fil-11 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament Delegat (UE) 2023/66 li jemenda l-Anness I tar-Regolament dwar l-Użu Doppju f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU). Dan l-aġġornament annwali jġib il-lista f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda fir-reġimi multilaterali għall-kontroll tal-esportazzjonijiet u huwa indipendenti mir-restrizzjonijiet tal-UE fuq l-esportazzjoni kontra r-Russja jew il-Belarussja.

·Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament Delegat (UE) 2023/996 fil-ĠU biex taġġorna b’mod eċċezzjonali l-Anness I tar-Regolament biex jinkludi oġġetti soġġetti għal kontroll taħt il-Grupp Awstralja.

·Fil-15 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament Delegat 2023/2616 bħala l-aġġornament annwali regolari tal-Anness I tar-Regolament. Dan ir-Regolament ilu japplika mis-16 ta’ Settembru 2023.

·Fil-5 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni adottat l-aġġornament annwali tal-Anness I, li huwa mistenni li jidħol fis-seħħ xahrejn wara.

2.Listi ta’ kontroll nazzjonali tal-Istati Membri

·Il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel kumpilazzjoni tal-UE tal-listi ta’ kontroll nazzjonali fl-20 ta’ Ottubru 2023, li tinkludi l-kontrolli nazzjonali adottati minn Spanja u n-Netherlands fuq ċerti teknoloġiji emerġenti. Din ġiet riveduta fis-27 ta’ Settembru 2024 biex tinkludi l-kontrolli nazzjonali adottati minn Franza. Din il-kumpilazzjoni tirrifletti l-kontrolli ta’ oġġetti fil-livell nazzjonali li ma ġewx adottati fir-reġimi multilaterali dwar ċerti teknoloġiji emerġenti. Din hija l-ewwel kumpilazzjoni tal-listi ta’ kontroll nazzjonali skont ir-Regolament. Dan jippermetti lill-Istati Membri jimponu rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni billi jirreferu għal-listi ta’ kontroll nazzjonali ta’ Stati Membri oħra ppubblikati fil-kumpilazzjoni mingħajr ma jkollhom neċessarjament jadottaw il-kontrolli nazzjonali tagħhom stess.

3.Kontrolli tal-esportazzjoni skont l-Istrateġija ta’ Sigurtà Ekonomika

·Wara l-adozzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Ekonomika fl-20 ta’ Ġunju 2023 24 , fl-24 ta’ Jannar 2024 il-Kummissjoni ppubblikat White Paper dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni 25 li tiddeskrivi kif il-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE jistgħu jsiru aktar effettivi fil-kuntest ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jikbru, bil-ħsieb li tiġi rispettata aħjar is-sigurtà internazzjonali u jiġu ssalvagwardjati l-interessi tas-sigurtà tal-UE. Il-White Paper tipproponi azzjonijiet fuq terminu qasir u medju biex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fl-UE. Dawn l-azzjonijiet jinkludu: kontrolli uniformi tal-UE għal oġġetti li ma ġewx adottati fil-livell multilaterali minħabba imblokkar jew dewmien fir-reġimi għall-kontroll tal-esportazzjoni; forum ta’ livell għoli għall-koordinazzjoni politika dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni; mekkaniżmu biex jiġu kkoordinati aħjar listi ta’ kontroll nazzjonali ġodda; u l-evalwazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar l-Użu Doppju fl-2025. Il-White Paper kienet soġġetta għal konsultazzjoni pubblika li damet għaddejja mit-2 ta’ Frar sat-30 ta’ April 2024, u li għaliha waslu 23 tweġiba, li kkontribwew għad-deliberazzjonijiet interni tal-Kummissjoni.

4.Limitazzjonijiet tal-esportazzjoni kontra r-Russja

·Matul l-2023 u l-2024, il-Kummissjoni kompliet timponi b’mod attiv restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fil-kuntest tas-sanzjonijiet kontra r-Russja, inkluż permezz tal-adozzjoni tal-14-il pakkett ta’ sanzjonijiet f’Ġunju 2024 26 . Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll gwida biex tappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar u biex tiġġieled iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet. B’mod partikolari, il-Kummissjoni żviluppat, f’kooperazzjoni mas-sħab - il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti - lista tal-hekk imsejħa Oġġetti Komuni ta’ Prijorità Għolja (kif aġġornata l-aħħar fi Frar 2024) 27 , inklużi oġġetti b’użu doppju u teknoloġiji avvanzati li jintużaw fis-sistemi tal-armi Russi li jinsabu fil-kamp tal-battalja fl-Ukrajna jew li huma kritiċi għall-iżvilupp, għall-produzzjoni jew għall-użu ta’ dawk is-sistemi militari Russi.

5.Sensibilizzazzjoni internazzjonali

·Il-Kummissjoni ddiskutiet kwistjonijiet relatati mal-kontroll tal-esportazzjoni ma’ sħab bħall-Istati Uniti matul l-2023. B’mod partikolari, fl-10 ta’ Mejju 2023 ir-raba’ laqgħa tat-TTC bejn l-Istati Uniti u l-UE ddiskutiet oqsma bħall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u offriet bażi b’saħħitha għall-kooperazzjoni dwar sanzjonijiet relatati mar-Russja. L-aħħar laqgħa tal-partijiet ikkonċernati fit-TTC saret fid-19 ta’ Lulju 2023, b’enfasi fuq ir-riesportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha l-ewwel djalogu virtwali dwar il-kontroll tal-esportazzjoni maċ-Ċina fis-26 ta’ Ottubru 2023 u t-tieni wieħed fl-24 ta’ Ottubru 2024.

4.    Kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE – Data Ewlenija

Din it-Taqsima tippreżenta d-data aggregata tal-UE dwar il-kontroll tal-esportazzjoni għas-sena ta’ referenza 2022. Minħabba l-volum tagħha, id-data sottostanti pprovduta mill-Istati Membri hija ppreżentata f’forma konsolidata fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja r-rapport. Id-data saret disponibbli f’konformità mal-Linji Gwida l-ġodda għar-rapportar 28 , li b’dan qed jiġu applikati għall-ewwel darba.

Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/821, l-UE wriet l-impenn tagħha li ssaħħaħ ir-rapportar pubbliku u t-trasparenza. L-Artikolu 26 tar-Regolament jipprevedi li l-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli għandha tinkludi informazzjoni rilevanti dwar l-awtorizzazzjonijiet, ir-rifjuti u l-projbizzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar l-amministrazzjoni, u l-infurzar tal-kontrolli.

Mill-2013, id-DUCG żviluppa, fuq bażi volontarja, mekkaniżmu għall-ġbir tad-data dwar il-liċenzjar u appoġġa t-tħejjija ta’ rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li kien jinkludi data aggregata tal-UE dwar il-liċenzjar u informazzjoni oħra relatata mal-kontroll tal-esportazzjoni. Il-ġbir tad-data sar fuq bażi annwali u l-format ġie estiż progressivament fi sforz biex tinġabar data relatata ma’ diversi tipi ta’ awtorizzazzjonijiet u li tikkonċerna l-amministrazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kontrolli.

Skont il-linji gwida dwar it-trasparenza adottati reċentement, il-metodoloġija tal-ġbir tad-data hija mfassla biex tibqa’ sostenibbli maż-żmien, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni b’mod effiċjenti u kosteffettiv, li hija statistikament soda u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-protezzjoni ta’ informazzjoni personali, informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew informazzjoni protetta dwar id-difiża, il-politika barranija jew is-sigurtà nazzjonali.

4.1.    Tipi ta’ oġġetti 

Ir-Regolament japplika primarjament għall-esportazzjoni ta’ aktar minn 1 800 oġġett b’użu doppju elenkati fil-Lista ta’ Kontroll tal-UE, ikklassifikati f’10 Kategoriji (l-Illustrazzjoni 1). Dik hija r-raġuni sottostanti li wasslet lill-esperti tal-UE biex jiġbru l-entrati fl-Anness I f’“tipi ta’ oġġetti” għall-fini tar-rapport annwali tal-UE 29 .

Illustrazzjoni 1: L-għadd ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-10 Kategoriji tal-Anness I tar-Regolament

Sabiex ikun possibbli l-livell meħtieġ ta’ trasparenza tar-rappotar pubbliku filwaqt li jiġi żgurat il-ġbir effiċjenti u sostenibbli tad-data maż-żmien, ġie deċiż li l-linja bażi għad-determinazzjoni tat-tipi ta’ oġġetti tibni fuq il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fil-livell ta’ 5 30 ċifri filwaqt li jiġi żgurat li d-determinazzjoni ta’ “tipi ta’ oġġetti” tappoġġa l-għoti ta’ informazzjoni sinifikanti minn perspettiva ta’ sigurtà, politika u kummerċ. L-Anness A tal-Linji Gwida jiddeskrivi l-lista ta’ 52 “tip[i] ta’ oġġetti” użati għall-ġbir tad-data dwar il-liċenzjar u t-tħejjija ta’ dan ir-rapport annwali. L-awtorizzazzjonijiet jinqasmu skont it-tip ta’ oġġett u skont id-destinazzjonijiet rilevanti f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament, filwaqt li jitqiesu n-natura, l-iskop u l-karatteristiċi tat-tipi differenti ta’ awtorizzazzjonijiet, kif ukoll il-prattiki differenti fl-Istati Membri għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet u għall-ġbir tad-data. Barra minn hekk, kien meħtieġ li jiġu adattati l-ġbir u s-sottomissjoni tad-data rilevanti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-ispeċifiċitajiet tat-tipi differenti ta’ awtorizzazzjonijiet u prattiki nazzjonali. Għal dik ir-raġuni, iċ-ċifri ppreżentati f’dan ir-rapport jipprovdu għadd tal-Istati Membri li pprovdew id-data sottostanti għal kull tip ta’ awtorizzazzjoni. Il-metodoloġija tirrikonoxxi wkoll li l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jirreferu għal bosta oġġetti li jaqgħu taħt diversi tipi ta’ oġġetti.

Fir-rigward ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza, id-definizzjoni tal-Artikolu 2, il-punt (20) tinkludi kemm oġġetti elenkati fl-Anness I kif ukoll oġġetti mhux elenkati. L-Anness B tal-Linji Gwida jidentifika ħames oġġetti fl-Anness I tar-Regolament li jissodisfaw id-definizzjoni tal-Artikolu 2, il-punt (20). Id-deċiżjoni dwar jekk oġġett speċifiku mhux elenkat jissodisfax ir-rekwiżiti tad-definizzjoni legali tittieħed fuq bażi ta’ każ b’każ mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan l-STEG. L-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal oġġetti ta’ ċibersorveljanza mhux elenkati jeħtieġ li jiġu inklużi wkoll fir-rapport annwali f’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri. L-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal oġġetti elenkati oħra jistgħu jiġu inklużi fir-rapport, abbażi tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti.

4.2    Ħarsa ġenerali lejn l-awtorizzazzjonijiet skont it-tip ta’ liċenzja 31

Fl-2022, il-valur totali tal-kummerċ awtorizzat ta’ oġġetti b’użu doppju 32 ammonta għal EUR 57,3 biljun, li jirrappreżenta 2 % tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti barra l-UE (l-Illustrazzjoni 2). F’termini ta’ numri, dan jikkorrispondi għal 138 764 awtorizzazzjoni u notifika 33 . Fir-rigward tat-tipi ta’ awtorizzazzjonijiet, il-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet jaqgħu taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE (93 311), awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali (26 953) u liċenzji individwali (17 072). F’termini ta’ valur, l-aktar tipi importanti ta’ liċenzji kienu awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni (EUR 27,3 biljun), awtorizzazzjonijiet individwali għall-esportazzjoni (EUR 17,1 biljun) u awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE (EUR 9,6 biljun).

4.3    Rifjuti u projbizzjonijiet

Fl-2022, ġew irrapportati 813 rifjut għal valur ta’ EUR 0,98 biljun. Dawk iċ-ċifri juru li porzjon żgħir biss tal-esportazzjonijiet tal-UE ġew irrifjutati (0,04 % tal-valur tal-esportazzjonijiet totali ta’ oġġetti barra l-UE-27 dik is-sena).

Illustrazzjoni 2: Awtorizzazzjonijiet ta’ esportazzjoni skont it-tip ta’ liċenzja

4.4    Awtorizzazzjonijiet individwali

Awtorizzazzjonijiet individwali huma liċenzji mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed għal utent aħħari jew konsenjatarju wieħed f’pajjiż terz u li jkopru oġġett b’użu doppju wieħed jew aktar. Għall-fini ta’ dan ir-rapport, l-awtorizzazzjonijiet individwali għall-esportazzjoni, l-awtorizzazzjonijiet tas-senserija, l-awtorizzazzjonijiet għall-assistenza teknika, l-awtorizzazzjonijiet tat-tranżitu, l-awtorizzazzjonijiet ta’ trasferiment intra-UE, l-awtorizzazzjonijiet taħt miżura ta’ kontroll nazzjonali u l-awtorizzazzjonijiet għal oġġetti mhux elenkati kollha jitqiesu bħala liċenzji individwali, kif speċifikat fil-Linji Gwida.

Il-ħarsa ġenerali lejn l-awtorizzazzjonijiet individwali fl-2022 mill-10 Kategoriji ta’ oġġetti fl-Anness I tar-Regolament kif ukoll l-oġġetti mhux elenkati soġġetti għall-kontrolli (l-Illustrazzjoni 3) tindika li l-ogħla għadd ta’ awtorizzazzjonijiet f’termini ta’ valur tas-suq ingħata lill-Kategorija 0 dwar Materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari (EUR 8,1 biljun, 41 % tat-total), segwita mill-Kategorija 2 dwar L-ipproċessar ta’ materjali (EUR 2,5 biljun, 13 % tat-total), u l-Kategorija 5 dwar Telekomunikazzjoni u “sigurtà tal-informazzjoni” (EUR 2,3 biljun, 12 % tat-total). Fir-rigward tal-volum tal-awtorizzazzjonijiet individwali, l-akbar ċifra kienet għall-Kategorija 2 dwar L-ipproċessar ta’ materjali (5 592 li jirrappreżentaw 29 % tat-total), segwita mill-Kategorija 1 dwar Materjali speċjali u tagħmir relatat (4 501 li jirrappreżentaw 23 % tat-total), u l-Kategorija 5 dwar Telekomunikazzjoni u “sigurtà tal-informazzjoni” (3 205 li jirrappreżentaw 17 % tat-total).

Illustrazzjoni 3: Awtorizzazzjonijiet individwali għall-esportazzjoni skont il-kategorija ta’ oġġetti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

Id-diżaggregazzjoni tal-valur tal-awtorizzazzjonijiet individwali skont it-tipi ta’ oġġetti (l-Illustrazzjonijiet 4.1 u 4.2) juri li l-ewwel ħames oġġetti huma 0EC1 Materjal, faċilitajiet, impjanti u tagħmir nukleari (EUR 6,4 biljun, 33 % tat-total), 2EC1 Għodod u sistemi tal-magni u komponenti għat-tagħmir industrijali (EUR 1,8 biljun, 9 % tat-total), 5EC2 Sigurtà tal-informazzjoni u oġġetti u tagħmir tal-kriptoanaliżi (EUR 1,3 biljun, 7 % tat-total), 9EC1 Magni ajruspazjali u turbini tal-gass (għajr il-UAV) (EUR 1,1 biljun, 6 % tat-total), u XEC1 Oħrajn/mhux elenkati (EUR 1,1 biljun, 6 % tat-total).

Illustrazzjoni 4.1: Awtorizzazzjonijiet individwali għall-esportazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti (Parti 1)

Illustrazzjoni 4.2: Awtorizzazzjonijiet individwali għall-esportazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti (Parti 2)

Fir-rigward tad-destinazzjonijiet koperti minn awtorizzazzjonijiet individwali (l-Illustrazzjonijiet 5 u 6), iċ-Ċina kienet l-akbar destinazzjoni skont il-valur (EUR 5,6 biljun, 28 % tat-total), segwita mill-Korea t’Isfel (EUR 1,7 biljun, 9,% tat-total), l-Istati Uniti (EUR 1,3 biljun, 7 % tat-total), il-Ġappun (EUR 1,04 biljun, 5 % tat-total) u Singapore (EUR 994 miljun, 5 % tat-total). B’mod ġenerali, l-ewwel 25 destinazzjoni barra l-UE jammontaw għal 90 % tal-awtorizzazzjonijiet individwali skont il-valur 34 . Fir-rigward tat-trasferimenti intra-UE, id-destinazzjonijiet ewlenin kienu Franza (EUR 301 miljun), il-Belġju (EUR 251 miljun), l-Iżvezja (EUR 188 miljun), l-Ungerija (EUR 141 miljun) u Spanja (EUR 113-il miljun). Meta mqabbla ma’ destinazzjonijiet barra l-UE, it-trasferimenti intra-UE jidhru li huma limitati minħabba li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet intra-UE ta’ oġġetti b’użu doppju ma jeħtiġux li jiġu awtorizzati skont ir-Regolament.

Illustrazzjoni 5: Awtorizzazzjonijiet individwali għall-esportazzjoni skont id-destinazzjoni

Illustrazzjoni 6: Awtorizzazzjonijiet individwali għall-esportazzjoni skont l-ewwel destinazzjonijiet barra l-UE u l-ewwel destinazzjonijiet intra-UE

4.5    Awtorizzazzjonijiet Globali ta’ Esportazzjoni

Konxji min-natura, l-iskop u l-karatteristiċi ta’ kull tip ta’ awtorizzazzjoni, il-Linji Gwida jirrikonoxxu li l-awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni ħafna drabi jkun fihom valuri tal-esportazzjoni stmati jew miftuħa u jingħataw għal oġġett wieħed jew aktar u destinazzjoni unika jew għal oġġett wieħed jew aktar għal diversi destinazzjonijiet. Bħala tali, l-awtorizzazzjonijiet globali jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet kompetenti u tal-esportaturi għal tranżazzjonijiet simili u/jew frekwenti. Sabiex jiġu salvagwardjati l-objettivi ta’ nonproliferazzjoni, l-esportaturi huma meħtieġa jabbozzaw u jippreżentaw programm ta’ konformità interna sabiex jikkwalifikaw għal liċenzja globali. Minħabba li r-Regolament iħalli l-konfigurazzjoni konkreta tal-awtorizzazzjonijiet globali f’idejn l-Istati Membri, japplikaw ukoll prattiki differenti madwar l-Istati Membri. Bl-għan li tiġi pprovduta informazzjoni sinifikanti lill-pubbliku, filwaqt li jitqiesu prattiki nazzjonali differenti u r-raġunament tal-awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni, il-Linji Gwida jadattaw il-ġbir u r-rapportar tad-data rilevanti. L-Istati Membri jipprovdu data dwar il-liċenzjar lill-Kummissjoni skont dan, b’enfasi fuq: (i) il-valur totali tal-awtorizzazzjoni globali ta’ esportazzjoni (EUR 27,3 biljun, ekwivalenti għal 48 % tal-valur awtorizzat fl-2022) u (ii) diżaggregazzjoni tal-volum totali tal-liċenzji globali skont it-tipi ta’ oġġetti (l-Illustrazzjonijiet 8.1 u 8.2) u d-destinazzjonijiet (l-Illustrazzjonijiet 9.1 u 9.2).

Skont il-kategorija ta’ oġġetti fl-Anness I tar-Regolament (l-Illustrazzjoni 7), il-maġġoranza tal-awtorizzazzjonijiet ingħataw skont il-volum lill-Kategorija 5 dwar Telekomunikazzjoni u “sigurtà tal-informazzjoni” (39 %), il-Kategorija 2 Materjali speċjali u tagħmir relatat (11 %) u Sensuri u lasers tal-Kategorija 6 (11 %).

Id-diżaggregazzjoni tal-volum tal-awtorizzazzjonijiet globali għall-esportazzjoni skont it-tipi ta’ oġġetti (l-Illustrazzjonijiet 8.1 u 8.2) juri li l-ewwel ħames oġġetti huma 5EC2 Sigurtà tal-informazzjoni u oġġetti u tagħmir tal-kriptoanaliżi (18 %), 5EC3 Software għat-telekomunikazzjoni u s-sigurtà tal-informazzjoni (14 %), 6EC1 Tagħmir ottiku u akustiku, komponenti u materjali relatati; sensuri oħrajn (10 %), 4EC1 Kompjuters (8 %), u 5EC4 Teknoloġija għat-telekomunikazzjoni u s-sigurtà tal-informazzjoni (7 %).

Illustrazzjoni 7: Awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni skont il-kategorija ta’ oġġetti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

Illustrazzjoni 8.1: Awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti (Parti 1)

Illustrazzjoni 8.2: Awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti (Parti 2)

Fir-rigward tad-destinazzjonijiet (l-Illustrazzjonijiet 9 u 10), il-maġġoranza tal-awtorizzazzjonijiet skont il-volum ingħataw għal esportazzjonijiet b’destinazzjoni fiċ-Ċina (3 %), fit-Tajwan (2 %), fl-Indja (2 %), f’Hong Kong (1 %) u f’Singapore (1 %). B’mod ġenerali, l-ewwel 25 destinazzjoni jirrappreżentaw biss 31 % tal-awtorizzazzjonijiet skont il-volum tal-awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni, peress li liċenzja globali spiss tkopri diversi destinazzjonijiet 35 .

Illustrazzjoni 9: Awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni skont id-destinazzjoni

Illustrazzjoni 10: Awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni skont l-ewwel destinazzjonijiet

4.6    Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali u tal-Unjoni

L-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali u tal-UE jinħarġu biex jiffaċilitaw il-kummerċ ta’ oġġetti b’użu doppju filwaqt li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-esportaturi u għall-awtoritajiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni.

L-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni (EU GEAs, European Union General Export Authorisation) jingħataw mill-Unjoni Ewropea lill-esportaturi li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li jikkonformaw mal-prekundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament. Ir-Regolament jipprevedi tmien tipi ta’ EU GEAs 36 .

Il-maġġoranza l-kbira tal-użi tal-EU GEAs fl-2022 kienu jikkorrispondu għall-EU001 (86 % f’termini ta’ valur, 95 % tal-volum), b’10 destinazzjonijiet inklużi diversi sħab kummerċjali importanti għall-UE.

Illustrazzjoni 11: Awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE

L-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali jingħataw mill-Istati Membri lill-esportaturi li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li jikkonformaw mal-prekundizzjonijiet rilevanti stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali applikabbli. Il-lista tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali kkomunikata mill-Istati Membri għall-2022 hija pprovduta f’Anness għal dan ir-rapport, li jagħti dettalji dwar id-destinazzjonijiet u t-tipi ta’ oġġetti inklużi f’kull GEA Nazzjonali.

L-Illustrazzjoni 12 tqassam il-valur tal-EU GEAs u tal-GEAs Nazzjonali skont il-Kategoriji tal-Anness I tar-Regolament. L-ogħla valuri jikkorrispondu għall-Kategorija 5 dwar Telekomunikazzjoni u s-“sigurtà tal-informazzjoni” (EUR 4,98 biljun, 46 % tat-total), il-Kategorija 3 dwar Elettronika (EUR 1,64 biljun), il-Kategorija 2 dwar L-ipproċessar ta’ materjali (EUR 1,56 biljun, 15 % tat-total) u l-Kategorija 9 dwar Ajruspazju u propulsjoni (EUR 1,30 biljun, 15 % tat-total).

Illustrazzjoni 12: Awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE u nazzjonali skont il-kategorija ta’ oġġetti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

Id-diżaggregazzjoni tal-valur tal-EU GEAs u tal-GEAs Nazzjonali skont it-tipi ta’ oġġetti (l-Illustrazzjonijiet 13.1 u 13.2) jindika li l-ewwel ħames oġġetti huma 5EC2 Sigurtà tal-informazzjoni u oġġetti u tagħmir tal-kriptoanaliżi (EUR 4,81 biljun, 45 % tat-total), 3EC4 Tagħmir għall-manifattura u l-ittestjar ta’ apparat jew materjali semikondutturi (EUR 1,32 biljun, 12 % tat-total), 9EC3 Rokits u inġenji tal-ispazju (EUR 961 miljun, 9 % tat-total), 2EC1 Għodod u sistemi tal-magni u komponenti għal tagħmir industrijali (EUR 860 miljun, 8 % tat-total), u 2EC2 Tagħmir għall-manifattura kimika u bijoloġika (EUR 675 miljun, 6 % tat-total).

Illustrazzjoni 13.1: Awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE u nazzjonali skont it-tip ta’ oġġetti (Parti 1)

Illustrazzjoni 13.2: Awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE u nazzjonali skont it-tip ta’ oġġetti (Parti 2)

Fir-rigward tad-destinazzjonijiet awtorizzati taħt l-EU GEAs u l-GEAs Nazzjonali, l-ewwel ħamsa kienu l-Istati Uniti (EUR 6,60 biljun, 51 % tat-total), ir-Renju Unit (EUR 2,21 biljun, 17 % tat-total), l-Iżvizzera (EUR 1,16 biljun, 9 % tat-total), iċ-Ċina (EUR 512 miljun, 4 % tat-total) u l-Ġappun (EUR 432 miljun, 3 % tat-total). Dan jindika li l-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju koperti mill-GEAs huma diretti lejn il-pajjiżi elenkati fl-EU GEA EU001. Dan huwa spjegat ukoll mill-fatt li l-valur tal-esportazzjonijiet awtorizzati skont l-EU GEAs huwa ħafna ogħla milli taħt il-GEAs Nazzjonali (EUR 9,65 biljun kontra EUR 846 miljun, rispettivament, skont l-Illustrazzjoni 2).

Illustrazzjoni 14: Awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE u nazzjonali skont id-destinazzjoni

Illustrazzjoni 15: Awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE u nazzjonali skont l-ewwel destinazzjonijiet

4.7    Utenti rreġistrati tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali u tal-UE

Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar in-notifiki tal-esportaturi f’konformità mar-Regolament 37 , ir-rapport annwali jinkludi data dwar l-għadd ta’ esportaturi li nnotifikaw lill-awtorità kompetenti jew li huma rreġistrati magħha biex jużaw l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni jew Nazzjonali.

Fl-2022, b’kollox kien hemm 7 033 esportatur li użaw l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-UE, inklużi 80,57 % minnhom li użaw l-EU001, u 3 492 esportatur li użaw l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali. Fir-rigward tan-notifiki jew tar-reġistrazzjonijiet tal-ewwel użu fl-2022, iċ-ċifri kienu 676 għall-EU GEAs (73 % għall-EU001) u 218 għall-GEAs Nazzjonali, rispettivament.

Illustrazzjoni 16: Esportaturi rreġistrati jew notifikati biex jużaw awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE u nazzjonali

4.8    Data dwar oġġetti b’użu doppju kklassifikati bħala oġġetti ta’ ċibersorveljanza skont l-Artikolu 2, il-punt (20) tar-Regolament

Fl-2022, l-Istati Membri rċevew total ta’ 288 applikazzjoni (l-Illustrazzjoni 17) għall-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza, l-aktar fir-rigward ta’ Sistemi ta’ interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet (216-il applikazzjoni), segwiti minn Software għall-monitoraġġ tal-komunikazzjoni (28 applikazzjoni), u Software ta’ intrużjoni (20 applikazzjoni). L-Illustrazzjonijiet 18.1 u 18.2 juru d-destinazzjonijiet tal-applikazzjonijiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza. Fl-2022, inħarġu 224 awtorizzazzjoni u 37 ġew irrifjutati. Dan juri żieda fl-għadd ta’ liċenzji għal oġġetti ta’ ċibersorveljanza (meta mqabbel mal-115-il liċenzja maħruġa fl-2021), xejra kkonfermata mill-2020. L-għadd ta’ rifjuti għall-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza 38 jidher li huwa pjuttost stabbli (35 rifjut fl-2021).

Illustrazzjoni 17: Applikazzjonijiet għall-esportazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza 39

Illustrazzjoni 18.1: Applikazzjonijiet għall-esportazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza skont id-destinazzjoni

Illustrazzjoni 18.2: Applikazzjonijiet għall-esportazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza skont id-destinazzjoni

4.9    Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni u l-infurzar

L-Istati Membri kkomunikaw l-informazzjoni li ġejja dwar l-amministrazzjoni u l-infurzar tar-Regolament fl-2022:

a)L-għadd ta’ persunal (ekwivalenti għal full-time) direttament involut fl-amministrazzjoni tal-kontrolli fl-UE): 392.

b)L-għadd ta’ avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni organizzati fis-sena ta’ referenza: 129.

c)L-għadd ta’ awditi tal-konformità mwettqa fis-sena, inklużi dawk imwettqa mid-dwana jew minn aġenziji oħra: 1 062.

d)L-għadd ta’ ksur irrappurtat: 110.

e)L-għadd ta’ penali jew multi amministrattivi u kriminali imposti (minn kwalunkwe aġenzija nazzjonali tal-infurzar rilevanti) f’każ ta’ ksur tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni: 30.

f)L-użu ta’ għodod ta’ kontroll tal-esportazzjoni:

-L-Istati Membri li jużaw sistema ta’ liċenzjar elettroniku: 18.

-L-Istati Membri li jużaw għodod ta’ klassifikazzjoni: 24.

-L-Istati Membri li jużaw għodod jew software oħra biex jappoġġaw l-applikazzjoni tal-kontrolli: 24.

5.    Konklużjonijiet

Ir-rapport tħejja abbażi ta’ metodoloġija ġdida li tiżgura granularità u affidabbiltà aħjar tal-informazzjoni. Fl-istess ħin, il-bidla fil-metodoloġija tagħmilha diffiċli li jinbena tqabbil tas-serje kronoloġika mar-rapporti tas-snin preċedenti. Madankollu, jista’ jiġi nnutat f’termini ġenerali li kien hemm xejra ’l fuq kemm għall-kummerċ awtorizzat ta’ oġġetti b’użu doppju 40 kif ukoll għar-rifjuti 41 fl-2022.

Fl-2022, il-valur totali tal-kummerċ awtorizzat ta’ oġġetti b’użu doppju ammonta għal EUR 57,3 biljun, li jirrappreżenta 2 % tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti barra l-UE. Dan jikkorrispondi għal 138 764 awtorizzazzjoni skont il-volum, bil-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet jaqgħu taħt l-użi tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni tal-UE (93 311), l-użi tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali (26 953) u l-liċenzji individwali (17 072). Matul l-istess sena, ġew irrapportati 813-il rifjut għal valur ta’ EUR 0,98 biljun. Dawk iċ-ċifri juru li porzjon żgħir biss tal-esportazzjonijiet tal-UE ġew irrifjutati (0,04 % tal-valur tal-esportazzjonijiet totali ta’ oġġetti barra l-UE-27).

Ir-rapport jinkludi informazzjoni sal-limitu tad-data disponibbli, fil-kuntest ta’ prattiki u tipi differenti ta’ awtorizzazzjonijiet f’kull Stat Membru. F’dan is-sens, ir-rapport ma jipprovdix l-allokazzjoni preċiża tal-kummerċ awtorizzat skont it-tip ta’ oġġett jew id-destinazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet globali għall-esportazzjoni (li jirrappreżentaw 48 % tal-valur awtorizzat fl-2022), peress li dawk l-awtorizzazzjonijiet spiss jinkludu valuri tal-esportazzjoni miftuħa u jingħataw għal diversi oġġetti u destinazzjonijiet. Minkejja dan, xorta huwa utli li jiġu kkunsidrati x-xejriet għat-tipi l-oħra ta’ awtorizzazzjoni (Awtorizzazzjonijiet individwali u Ġenerali għall-Esportazzjoni), li jirrappreżentaw 52 % tal-valur awtorizzat.

Fl-2022, l-ogħla valuri tal-kummerċ awtorizzat għajr l-awtorizzazzjonijiet globali (l-Illustrazzjoni 19) kienu jikkorrispondu għall-oġġetti 0EC1 Materjali, faċilitajiet, impjanti u tagħmir nukleari (21 %), 5EC2 Sigurtà tal-informazzjoni u oġġetti u tagħmir tal-kriptoanaliżi (20 %), 2EC1 Għodod u sistemi tal-magni u komponenti għat-tagħmir industrijali (9 %), 3EC4 Tagħmir għall-manifattura u l-ittestjar ta’ apparat jew materjali semikondutturi (7 %) u 9EC1 Magni ajruspazjali u turbini tal-gass (għajr il-UAV) (5 %). B’mod ġenerali, il-lista tat-tipi ta’ oġġetti fl-Illustrazzjoni 19 tammonta għal 90 % tal-valur tal-awtorizzazzjonijiet għajr il-liċenzji globali.

Illustrazzjoni 19: L-ewwel tipi ta’ oġġetti għall-valur tal-Awtorizzazzjonijiet individwali u Ġenerali għall-Esportazzjoni

Fir-rigward ta’ destinazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet għajr awtorizzazzjonijiet globali (l-Illustrazzjoni 20), l-Istati Uniti kienet l-akbar destinazzjoni skont il-valur (24 % tat-total), segwita miċ-Ċina (19 %), ir-Renju Unit (7 %), il-Korea t’Isfel (5 %) u l-Ġappun (5 %). Madankollu, dik il-klassifikazzjoni hija influwenzata ħafna mill-ponderazzjoni tal-EU GEAs, b’mod partikolari tal-EU001 (EUR 8,2 biljun), u ma tqisx id-destinazzjonijiet ewlenin tal-awtorizzazzjonijiet globali għall-esportazzjoni skont il-volum, jiġifieri t-Tajwan, l-Indja, Hong Kong, Singapore u t-Turkija. B’mod ġenerali, il-lista ta’ destinazzjonijiet fl-Illustrazzjoni 20 tammonta għal 90 % tal-valur tal-awtorizzazzjonijiet għajr il-liċenzji globali.

Illustrazzjoni 20: Destinazzjonijiet ewlenin barra l-UE għall-valur tal-Awtorizzazzjonijiet individwali u Ġenerali għall-Esportazzjoni

Fl-aħħar nett, ir-rapport jagħti attenzjoni partikolari lil-liċenzjar ta’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza bħala parti mill-impenn tal-UE li tindirizza b’mod effettiv ir-riskju li l-oġġetti ta’ ċibersorveljanza jintużaw b’rabta mar-repressjoni interna u/jew mat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali. Fl-2022, l-Istati Membri rċevew total ta’ 288 applikazzjoni għall-esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti. L-ogħla ċifra kienet fir-rigward tal-oġġett Sistemi ta’ interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet (216-il applikazzjoni). Fl-istess perjodu, inħarġu 224 awtorizzazzjoni u 37 rifjut. Dawn iċ-ċifri juru wkoll żieda fl-għadd ta’ liċenzji fir-rigward tal-2021 42 , filwaqt li l-għadd ta’ rifjuti jidher pjuttost stabbli 43 .

Minbarra d-diversi azzjonijiet mibdija fl-2021, il-Kummissjoni u l-Istati Membri komplew jiffukaw fuq it-twettiq tar-rekwiżiti u l-mandati skont ir-Regolament modernizzat. Dan jinkludi t-tkomplija tal-ħidma fid-diversi gruppi ta’ esperti tekniċi lejn kontrolli msaħħa fuq oġġetti ta’ ċibersorveljanza, l-infurzar tal-kontrolli tal-esportazzjoni, it-teknoloġiji emerġenti u l-iżvilupp ta’ programmi ta’ bini tal-kapaċitajiet u ta’ taħriġ tal-UE għall-awtoritajiet tal-liċenzjar u tal-infurzar tal-Istati Membri.

Dawn l-azzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Użu Doppju se jippermettu wkoll lill-UE tikkoopera b’mod aktar effettiv mas-sħab sabiex tippromwovi l-konverġenza globali tal-kontrolli, tnaqqas il-frizzjonijiet fil-kummerċ, iżżid il-prevedibbiltà għan-negozji, tippromwovi l-valuri tal-UE u tiddefendi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni) – (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1) - https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj .

(2)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/214 tal-10 ta’ Jannar 2024 dwar linji gwida li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data għat-tħejjija tar-rapport annwali dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju skont ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - https://eur-lex.europa.eu/eli/reco/2024/214/oj  

(3)

 Xi awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri wkoll jirrapportaw pubblikament dwar il-kummerċ ta’ oġġetti b’użu doppju.

(4)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/214 tal-10 ta’ Jannar 2024 dwar linji gwida li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data għat-tħejjija tar-rapport annwali dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju skont ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - https://eur-lex.europa.eu/eli/reco/2024/214/oj

(5)

https://policy.trade.ec.europa.eu/news/commission-publishes-guidelines-cyber-surveillance-exporters-2024-10-16_mt

(6)

https://policy.trade.ec.europa.eu/news/2022-export-control-forum-outcome-2022-12-13_mt

(7)

Pegasus huwa software ta’ spjunaġġ żviluppat mill-kumpanija Iżraeljana tal-armi ċibernetiċi NSO Group li huwa mfassal biex jiġi installat bil-moħbi u mill-bogħod fuq il-mobiles li jħaddmu l-iOS u l-Android.

(8)

https://www.europarl.europa.eu/committees/mt/archives/9/pega/home/welcome-words

(9)

F’Ġunju 2021, l-UE u l-Istati Uniti stabbilew il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija, li ltaqa’ għall-ewwel darba f’Pittsburgh fid-29 ta’ Settembru 2021 u qablu dwar Dikjarazzjoni Konġunta ambizzjuża, li tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni. Wieħed mill-10 Gruppi ta’ Ħidma huwa ddedikat għall-kontrolli tal-esportazzjoni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-ħidma fuq temi bħall-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-liċenzjar ta’ prattiki tajbin, kif ukoll fuq approċċi għall-konformità u għall-infurzar tal-industrija. Barra minn hekk, dan il-grupp ta’ ħidma għandu l-għan li jippromwovi approċċi ta’ kontroll konverġenti dwar teknoloġiji sensittivi b’użu doppju, u li jwettaq sensibilizzazzjoni konġunta tal-industrija dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju.

(10)

Il-membri tal-GECC huma l-Awstralja, il-Kanada, is-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Ġappun, il-Liechtenstein, New Zealand, in-Norveġja, il-Korea t’Isfel, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u t-Tajwan.

(11)

http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/66/oj

(12)

http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/699/oj

(13)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52022XC0208(02)

(14)

https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=COM(2019)562&lang=mt

(15)

Sadanittant, ir-Renju Unit żdied mal-Awtorizzazjoni Ġenerali ta’ Esportazzjoni tal-UE EU001.

(16)

ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7 (“Ftehim dwar il-Ħruġ”).

(17)

L-Artikolu 5(4) tal-Protokoll NI u t-taqsima 47 tal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll.

(18)

Dan ir-rapport huwa wkoll ir-rapport annwali meħtieġ mir-Regolament dwar l-attivitajiet, l-eżamijiet u l-konsultazzjonijiet tad-DUCG.

(19)

http://data.europa.eu/eli/reco/2021/1700/oj

(20)

Il-Linji Gwida sussegwenti ġew ippubblikati mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2024.

(21)

https://policy.trade.ec.europa.eu/consultations/guidelines-data-collection-and-preparation-eu-annual-report-dual-use-export-controls-under_mt#respond-to-the-consultation

(22)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/821 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (COM(2022) 434 final).

(23)

https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=COM(2022)433&lang=mt

(24)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52023JC0020&qid=1687525961309

(25)

https://circabc.europa.eu/ui/group/aac710a0-4eb3-493e-a12a-e988b442a72a/library/a44df99c-18d2-49df-950d-4d48f08ea76f/details?download=true

(26)

  https://finance.ec.europa.eu/eu-and-world/sanctions-restrictive-measures/overview-sanctions-and-related-resources_mt

(27)

https://policy.trade.ec.europa.eu/news/eu-and-partners-expand-list-common-high-priority-items-further-weaken-russias-war-effort-2024-02-23_mt

(28)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/214 tal-10 ta’ Jannar 2024 dwar linji gwida li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data għat-tħejjija tar-rapport annwali dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju skont ir-Regolament (UE) 2021/821 (“il-Linji Gwida”).

(29)

Ara l-Artikolu 26(2), il-paragrafu 1 tar-Regolament.

(30)

Eż. ECCN 0A001: Reatturi nukleari.

(31)

Jekk jogħġbok innota li f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament, it-Taqsimiet 4.2 sa 4.7 ta’ dan ir-rapport ma jinkludux data relatata ma’ oġġetti ta’ ċibersorveljanza. L-informazzjoni dwar dawk il-punti hija pprovduta fit-Taqsima 4.8 hawn taħt.

(32)

Jekk jogħġbok innota li dan jinkludi data volontarja dwar l-użi tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali u l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-UE.

(33)

Jekk jogħġbok innota li dan jinkludi data volontarja dwar l-użi tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali u l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-UE.

(34)

Jekk jogħġbok innota li l-awtorizzazzjonijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Federazzjoni Russa jikkorrispondu għal eżenzjonijiet u derogi f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

(35)

 Ibid.

(36)

EU001 - Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, l-Iżlanda, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, il-Liechtenstein, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerka.

EU002 – Esportazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju lejn ċerti destinazzjonijiet.

EU003 – Esportazzjoni wara t-tiswija/tibdil.

EU004 – Esportazzjoni temporanja għal wirja jew fiera.

EU005 – Telekomunikazzjonijiet.

EU006 – Sustanzi kimiċi.

EU007 – Trasferimenti intragrupp tat-teknoloġija.

EU008 – Kriptaġġ.

(37)

Jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament: “L-esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa residenti jew stabbilit dwar l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 ġurnata mid-data li fiha tkun saret l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun residenti jew stabbilit, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”.

(38)

Aktar informazzjoni dwar oġġetti ta’ ċibersorveljanza tista’ tinstab fil-Linji Gwida tas-16 ta’ Ottubru 2024, kif imsemmi fin-nota 7 f’qiegħ il-paġna.

(39)

Jekk jogħġbok innota li l-Artikolu 11 tar-Regolament jirrikjedi wkoll liċenzji maħruġa mill-Istati Membri fil-każ ta’ esportazzjonijiet intra-UE ta’ oġġetti speċifiċi ta’ ċibersorveljanza elenkati fl-Anness IV tar-Regolament imsemmi.

(40)

Fl-2021, il-kummerċ awtorizzat ta’ oġġetti b’użu doppju kien ta’ EUR 38,5 biljun, li jirrappreżenta 1,8 % tal-esportazzjonijiet totali barra l-UE.

(41)

Fl-2021, inħarġu 568 ċaħda, li jirrappreżentaw madwar 0,01 % tal-esportazzjonijiet totali barra l-UE.

(42)

Fl-2021, inħarġu 115-il liċenzja għal oġġetti ta’ ċibersorveljanza.

(43)

Fl-2021, inħarġu 35 rifjut għal oġġetti ta’ ċibersorveljanza.

Top