This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024XG07091
Communication from the Government of the Republic of Poland concerning Directive 94/22/EC of the European Parliament and of the Council on the conditions for granting and using authorizations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons
Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
PUB/2024/776
ĠU C, C/2024/7091, 22.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7091/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/7091 |
22.11.2024 |
Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
(C/2024/7091)
Avviż dwar applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u l-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiz-żona ta’ “Grabówka”
TAQSIMA I: BAŻI LEGALI
1. |
L-Artikolu 49ec(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet [Dziennik Ustaw] tal-2023, il-punt 633, kif emendat) |
2. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262). |
TAQSIMA II: ENTITÀ TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
Isem: Ministerstwo Klimatu i Środowiska [il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent]
Indirizz: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa
Tel. +48 22 369 24 49; Fax: +48 22 369 11 00
Sit web: www.gov.pl/web/klimat
TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
1) Informazzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal konċessjoni:
Tressqet applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u l-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona ta’ “ Grabówka ” quddiem l-awtorità tal-konċessjoni.
2) Tip ta’ attività li għaliha trid tingħata l-konċessjoni:
Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u l-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona ta’ “ Grabówka ”, parti tal-blokk tal-konċessjoni Nru 287.
3) Żona li fiha jridu jsiru l-attivitajiet:
Il-konfini taż-żona huma ddefiniti b’linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:
Nru |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
1 |
405364 |
369191 |
2 |
405134 |
378442 |
3 |
399576 |
378309 |
4 |
399806 |
369048 |
L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona hija 51.5 km2.
Post amministrattiv:
Il-Provinċja ta’ Dolnośląskie
Id-Distrett ta’ Milicz, il-Muniċipalità Rurali ta’ Milicz
Id-Distrett ta’ Trzebnica, il-Muniċipalità Rurali ta’ Trzebnica
4) Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal konċessjoni minn entitajiet oħra interessati fl-attività li għaliha trid tingħata l-konċessjoni, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
L-applikazzjonijiet għal konċessjoni jridu jiġu sottomessi lill-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard min-nofsinhar (12:00; CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 90 jum li jibda mill-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5) Kriterji tal-valutazzjoni u ponderazzjonijiet għall-applikazzjonijiet għal konċessjoni stabbiliti b’kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 49k(1), (1a) u (3) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni:
L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
30% - l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi proposti, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni; |
|
20% - il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija xierqa li se jitwettqu l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi tal-finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern; |
|
20% - it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni; |
|
15% - il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani xierqa; |
|
10% - l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksuba waqt l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inkluż il-mases ċilindriċi tat-tħaffir; |
|
5% - l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta’ operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent. |
Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni dovuti waqt il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali biex tkun tista’ ssir l-għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
IV.1) L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Ministerstwo Klimatu i Środowiska |
Departament Geologii |
ul. Wawelska 52/54 |
00-922 Warszawa |
IL-POLANJA |
IV.2) L-informazzjoni tista’ tinkiseb:
— |
mis-sit web tal-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent: https://www.gov.pl/web/klimat |
— |
mid-Dipartiment tal-Ġeoloġija
|
Tel. +48 22 36 92 449, fax +48 22 326 11 00
Email: departament.geologii@klimat.gov.pl
IV.3) Deċiżjoni ta’ kwalifika:
L-applikazzjonijiet għal konċessjoni jistgħu jressquhom l-entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.
IV.4) Tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni:
It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona ta’ “Grabówka” tul il-perjodu bażi ta’ ħames snin tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni hi PLN 30 000,00 (tletin elf zloty) kull sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni fil-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni hija indiċizzata mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data tal-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski).
IV.5) Għoti tal-konċessjoni u l-istabbiliment tal-użufrutt tal-estrazzjoni
L-awtorità tal-konċessjoni, wara li tkun kisbet l-opinjonijiet jew il-ftehimiet meħtieġa skont l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, se tagħti konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi:
1) |
lill-entità li l-applikazzjoni tagħha għal konċessjoni tkun kisbet l-akbar punteġġ, jew |
2) |
meta l-akbar punteġġ jingħata lil applikazzjoni għal konċessjoni sottomessa b’mod konġunt minn diversi entitajiet, lill-partijiet fil-ftehim ta’ kooperazzjoni, wara li dan il-ftehim ikun ġie sottomess lill-awtorità tal-konċessjoni. |
- Fil-frattemp, l-awtorità ma taċċettax li tagħti konċessjonijiet lill-entitajiet l-oħra (l-Artikolu 49ee(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).
L-awtorità tal-konċessjoni tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-estrazzjoni mal-entità li l-applikazzjoni tagħha għal konċessjoni tkun kisbet l-akbar punteġġ; meta l-akbar punteġġ tiksbu applikazzjoni għal konċessjoni sottomessa b’mod konġunt minn bosta entitajiet, l-awtorità tikkonkludi kuntratt bħal dan mal-entitajiet kollha li ssottomettew l-applikazzjoni konġunta (l-Artikolu 49ee(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni). Biex ikunu jistgħu jsiru attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur irid ikollu d-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni u konċessjoni.
IV.6) Rekwiżiti li jridu jissodisfaw l-applikazzjonijiet għal konċessjoni u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-applikanti:
L-Artikolu 49eb tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni jispeċifika l-partijiet komponenti tal-applikazzjoni għal konċessjoni.
L-età tal-formazzjonijiet ġeoloġiċi (skop ġeoloġiku) fejn se jsiru x-xogħlijiet ġeoloġiċi għandha tiġi indikata bħala l-iskop tax-xogħlijiet, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi.
IV.7) Kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti:
Il-kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona ta’ “Grabówka” hija l-kategorija B.
F’isem il-Ministru
Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7091/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)