Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024XC03935

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju: l-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa proposti skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri kollha

PUB/2024/587

ĠU C, C/2024/3935, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3935/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3935/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3935

19.6.2024

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju: l-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa proposti skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri kollha

(C/2024/3935)

Fil-paragrafi 197 u 198 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (1), il-Kummissjoni pproponiet lill-Istati Membri, abbażi tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE, li jieħdu miżuri xierqa u jemendaw, fejn neċessarju, l-iskemi eżistenti ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju tagħhom sabiex jinġiebu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Linji Gwida fi ħdan 6 xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri ġew mitluba jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tagħhom tal-miżuri xierqa proposti fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2), il-Kummissjoni rreġistrat il-ftehim mhux kondizzjonat u espliċitu għall-miżuri adegwati mill-Istati Membri kollha li kellhom skemi ta’ għajnuna eżistenti fis-seħħ fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ finanzjament ta’ riskju.


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (ĠU C 508, 16.12.2021, p. 1.).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3935/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top