This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024M11778
Prior notification of a concentration (Case M.11778 – VREP / SÜDBG / DEKOM / DEKOM UNITED) – Candidate case for simplified procedure
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.11778 – VREP / SÜDBG / DEKOM / DEKOM UNITED) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.11778 – VREP / SÜDBG / DEKOM / DEKOM UNITED) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2024/1117
ĠU C, C/2024/6857, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6857/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6857 |
12.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.11778 – VREP / SÜDBG / DEKOM / DEKOM UNITED)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6857)
1.
Fil-5 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
VR Equitypartner GmbH (“VREP”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn DZ Bank AG Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank (“DZ Bank”, il-Ġermanja), |
|
— |
Süd Beteiligungen GmbH (“SüdBG”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Landesbank Baden-Württemberg (“LBBW”, il-Ġermanja), |
|
— |
DEKOM AG u DEKOM United GmbH (“DEKOM” u “DEKOM United” rispettivament, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollati minn Venture Security Holding GmbH (il-Ġermanja). |
VREP u SüdBG se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DEKOM u DEKOM United kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
VREP hija kumpanija ta’ investiment li toffri soluzzjonijiet ta’ ekwità u finanzjament simili għall-ekwità għan-negozji ta’ daqs medju, u hija 100 % sussidjarja ta’ DZ Bank. DZ Bank huwa bank kummerċjali u ta’ investiment li jaġixxi bħala istituzzjoni ċentrali għal madwar 800 bank kooperattiv. |
|
— |
SüdBG hija kumpanija ta’ investiment li toffri soluzzjonijiet ta’ ekwità u finanzjament simili għall-ekwità għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju fil-parti li titkellem bil-Ġermaniż, u hija 100 % sussidjarja ta’ LBBW. LBBW huwa bank universali u kummerċjali ta’ daqs medju, b’attivitajiet fl-oqsma li ġejjin: negozji bi klijenti korporattivi ta’ daqs medju, klijenti privati, banek tat-tfaddil, finanzjament tal-proprjetà immobbli u prodotti tas-suq kapitali għall-klijenti istituzzjonali. |
|
— |
DEKOM u DEKOM United joffru soluzzjonijiet ta’ vidjokonferenza u ta’ komunikazzjoni awdjoviżiva, li jinvolvu l-konsulenza u l-forniment ta’ servizzi fir-rigward tas-swali tal-vidjokonferenza tal-klijenti. Huma attivi madwar id-dinja b’enfasi fuq l-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11778 – VREP / SÜDBG / DEKOM / DEKOM UNITED
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6857/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)