Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11635

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11635 — ADRILL / ADH / GORDON) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2024/777

ĠU C, C/2024/5011, 9.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5011/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5011/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5011

9.8.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11635 — ADRILL / ADH / GORDON)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5011)

1.   

Fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ADNOC Drilling Company P.J.S.C. (“ADRILL”, l-Emirati Għarab Magħquda) li tappartjeni għall-Abu Dhabi National Oil Company Group (“ADNOC Group”, l-Emirati Għarab Magħquda),

Alpha Dhabi Holding P.J.S.C. (“ADH”, l-Emirati Għarab Magħquda),

Gordon Technologies, L.L.C. (“Gordon”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

ADRILL u ADH se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Gordon kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

ADRILL huwa operatur ta’ servizzi ta’ siti taż-żejt u ta’ tħaffir fuq l-art u fuq il-baħar, li jifforma parti min-network integrat ADNOC ta’ negozji li joperaw tul il-katina tal-valur u jipprovdi servizzi ta’ tħaffir (fuq l-art u fuq il-baħar) u servizzi ta’ siti taż-żejt lill-kumpaniji tal-Grupp ADNOC,

ADH hija kumpanija ta’ investiment ibbażata f’Abu Dhabi, b’kumpaniji holding li joperaw fil-kura tas-saħħa, fl-enerġija rinnovabbli, fil-petrokimiċi, u f’diversi industriji oħra, inklużi l-proprjetà immobbli, il-kostruzzjoni, u l-ospitalità,

Gordon tforni lill-industrija taż-żejt u tal-gass b’teknoloġiji ta’ kejl waqt it-tħaffir u fuq skala ħafna iżgħar xi wħud mit-teknoloġiji ta’ “Logging While Drilling”.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata dejjem:

M.11635 — ADRILL / ADH / GORDON

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5011/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top