Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11513

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11513 – MSC / ESSERS / MACHIELS / PORT OF LIMBURG) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    PUB/2024/621

    ĠU C, C/2024/4366, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4366/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4366/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4366

    4.7.2024

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Każ M.11513 – MSC / ESSERS / MACHIELS / PORT OF LIMBURG)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (C/2024/4366)

    1.   

    Fis-27 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Medlog S.A. (“Medlog”, l-Iżvizzera), li tappartjeni lil MSC Group (l-Iżvizzera),

    Henri Essers En Zonen Internationaal Transport NV (“Essers”, il-Belġju),

    J.M. Recycling NV (“Machiels”, il-Belġju).

    Medlog, Essers u Machiels se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt fuq Port of Limburg NV (“POLIM”, il-Belġju).

    Il-konċentrazzjoni qed titwettaq bix-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    Medlog hija attiva fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ trasport multimodali u soluzzjonijiet ta’ ħżin intern għall-klijenti tal-industriji kollha f’aktar minn 80 pajjiż. MSC Group hija attiva fis-settur tat-trasport u tal-loġistika, primarjament fin-negozju tat-tbaħħir tal-linji tal-oċean, kif ukoll fis-servizzi tat-terminals tal-kontejners fiż-ŻEE,

    Essers tipprovdi soluzzjonijiet ta’ trasport u loġistika fi 18-il pajjiż fl-Ewropa tal-Punent u tal-Lvant,

    Machls hija fornitur globali ta’ enerġija rinnovabbli, servizzi ambjentali, u żviluppatur tal-proprjetà immobbli.

    3.   

    L-attivitajiet kummerċjali ta’ POLIM huma dawn li ġejjin: POLIM ġiet stabbilita bl-għan li tiżviluppa u topera terminal tal-kontejners interni tul il-Kanal ta’ Albert f’Genk, il-Belġju u hija mistennija li tkun operattiva sal-ewwel Trimestru ta’ Jannar 2025.

    4.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    5.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja jenħtieġ li tiġi speċifikata dejjem:

    M.11513 – MSC / ESSERS / MACHIELS / PORT OF LIMBURG

    L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża dawn id-dettalji tal-kuntatt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4366/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top