EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11463

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M. 11463 — MABANAFT / WESTFA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2024/160

ĠU C, C/2024/1716, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1716/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1716/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1716

22.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M. 11463 — MABANAFT / WESTFA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1716)

1.   

Fil-15 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mabanaft GmbH & Co. KG (“Mabanaft”, il-Ġermanja) controlled by Marquard & Bahls AG (“Marquard & Bahls”, il-Ġermanja),

WESTFA Energy GmbH (“WESTFA”, il-Ġermanja) ikkontrollata minn Adeleon Familienholding GmbH (“Adeleon”, il-Ġermanja).

WT se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ WESTFA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Mabanaft hija kumpanija tal-enerġija integrata li tipprovdi soluzzjonijiet tal-enerġija għall-ħtiġijiet tat-trasport, tat-tisħin u industrijali. Mabanaft hija parti mill-Grupp Marquard & Bahls, li huwa attiv fil-provvista, il-kummerċ u l-loġistika tal-enerġija, il-prodotti taż-żejt u l-kimiċi,

WESTFA hija attiva fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ gass likwifikat miż-żejt (“LPG”).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11463 — MABANAFT / WESTFA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Email:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1716/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top