Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024HB0014

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ April 2024 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Národná banka Slovenska (BĊE/2024/14)

ECB/2024/14

ĠU C, C/2024/3031, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3031/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3031/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3031

30.4.2024

RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta’ April 2024

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Národná banka Slovenska

(BĊE/2024/14)

(C/2024/3031)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tan-Národná banka Slovenska, Deloitte audit s.r.o., ser jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2023. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2024.

(3)

Národná banka Slovenska għażlet lil Grant Thornton Audit, s.r.o. bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2024 sa 2027, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 sa 2030,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Grand Thornton Audit, s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2024 sa 2027, b'opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 sa 2030.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ April 2024.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3031/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top