This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023XC0215(01)
Communication from the Commission — Guidelines on State aid for climate, environmental protection and energy 2022 Acceptance by all Member States of the Commission's proposal of the appropriate measures pursuant to Article 108(1) of the Treaty on the Functioning of the European Union (Pursuant to Article 32(1) of Council Regulation (EU) 2015/1589 of 13 July 2015 laying down detailed rules for the application of Article 108 of the Treaty on the Functioning of the European Union (OJ L 248, 24.9.2015, p. 9.)) 2023/C 56/02
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022 L-Istat Membri kollha japprovaw il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa bis-saħħa tal-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Bis-saħħa tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.)) 2023/C 56/02

PUB/2023/167
ĠU C 56, 15.2.2023, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/12 |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022
L-Istat Membri kollha japprovaw il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa bis-saħħa tal-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(Bis-saħħa tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) )
(2023/C 56/02)
Fil-punt 468 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022 (2), il-Kummissjoni pproponiet bħala miżuri xierqa li l-Istati Membri jemendaw, fejn meħtieġ, l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti ta’ ħarsien tal-ambjent u tal-enerġija biex iġibuhom konformi ma’ dawn il-linji gwida sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023 (il-punt 468(a) tal-Komunikazzjoni). Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jagħtu l-approvazzjoni espliċita u bla kundizzjoni tagħhom għall-miżuri xierqa proposti fil-punt 468(a) fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (il-punt 468(b) tal-Komunikazzjoni).
L-Istati Membri kollha taw l-approvazzjoni espliċita u bla kundizzjoni tagħhom għall-miżuri xierqa proposti.
Bis-saħħa tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tieħu nota tal-approvazzjoni espliċita u bla kundizzjoni għall-miżuri xierqa mill-Istati Membri kollha.