This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023XC01470
Publication of an application for approval of a Union amendment to a product specification for a name in the wine sector pursuant to Article 97(4) of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2023/8647
ĠU C, C/2023/1470, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1470/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1470 |
8.12.2023 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(C/2023/1470)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
“Minervois-la-Livinière”
PDO-FR-A0667-AM02
Data tat-talba: 23.9.2022
APPLIKANT U INTERESS LEĠITTIMU
Syndicat du Cru Minervois-la-Livinière
Il-grupp applikant jipproteġi u jimmaniġġja d-DOP u jikkonforma mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tagħha.
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET GĦALL-EMENDA
Emenda tal-isem tad-DOP
Il-korp tad-difiża u tal-ġestjoni kif ukoll l-operaturi kollha kkonċernati jixtiequ jiddistingwu d-DOP tagħhom mid-denominazzjoni “omm” jew ta’ oriġini, li hija d-DOP Minervois billi jużaw biss l-isem La Livinière. Din il-bidla fl-isem hija r-riżultat ta’ proċess ta’ prijoritizzazzjoni tad-diversi denominazzjonijiet f’dan is-settur. Id-DOP La Livinière tikkonforma mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni li permezz tagħhom tista’ tiddistingwi ruħha. Iż-żona ġeografika ta’ din id-denominazzjoni tinsab fil-qalba ta’ Minervois fir-reġjun ta’ Petit Causse, bl-esponiment tagħha fin-Nofsinhar u l-għoljiet regolari tagħha, li jikkostitwixxu anfiteatru spiss protett mix-xita li tista’ tilħaq is-setturi l-oħra ta’ Minervois. Il-preżenza umana hija element b’saħħtu tat-territorju ta’ La Livinière, li għen biex tissawwar l-identità ta’ din id-denominazzjoni, li tinsab fl-omoġeneità notevoli tal-prodotti.
Din il-bidla fl-isem tad-denominazzjoni tikkonċerna diversi punti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
— |
It-titolu tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni. |
|
— |
Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
DOKUMENT UNIKU
1. Isem ġdid/ismijiet għar-reġistrazzjoni
La Livinière
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Karatteristiċi analitiċi
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed huma nbejjed ħomor xotti u bla gass. - L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 13 % vol. u l-għeneb jitqies misjur sew jekk ikollu kontenut ta’ zokkor ta’ inqas minn 218-il gramma għal kull litru ta’ most. - L-inbejjed lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew ippakkjati, għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi jew inqas għal kull litru. - L-inbejjed lesti biex jiġu kkummerċjalizzati, bl-ingrossa jew ippakkjati, ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) : ta’ 3 grammi jew inqas għal kull litru, għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ 14 % jew inqas; ta’ 4 grammi jew inqas għal kull litru, għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 14 %.
- Il-kontenut ta’ aċidità totali, aċidità volatili, diossidu tal-kubrit totali, il-qawwa alkoħolika totali massima u l-qawwa alkoħolika proprja minima jsegwu l-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massimu (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Karatteristiċi organolettiċi
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed huma estratti mit-taħlita ta’ diversi varjetajiet tad-dwieli, skont it-tradizzjoni tal-vinji ta’ Languedoc, b’maġġoranza ta’ varjetajiet tad-dwieli Grenache N, Mourvèdre N u Syrah N. Dawn għandhom kulur qawwi, vjola, bi sfumaturi ħamranija, u għandhom materja rikka u densa.
Dawn l-inbejjed huma kumplessi u jevolvu f’noti ta’ ħwawar, ta’ frott imsajjar jew fil-konfettura, ikkumplimentati minn irwejjaħ tal-vanilla jew tal-kawkaw meta jitqaddmu fi btieti tal-ballut.
Huma dejjem robusti u sħan, idumu jservu għal żmien twil, huma kkonċentrati u tanniċi, iżda dejjem ibbilanċjati. Dawn huma nbejjed li jżommu fit-tul, jippreservaw il-kwalitajiet bellusin tagħhom li jdubu fil-ħalq, kif ukoll is-sħana u t-togħma tal-frott ħfief li huma karatteristiċi magħrufin tal-inbejjed mill-aqwa tan-Nofsinhar ta’ Franza.
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Għall-vinji mħawla wara l-31 ta’ Lulju 2019, id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 200 pjanta għal kull ettaru.
Il-wisa’ bejn ir-ringieli għandha tkun ta’ 2,50 m jew inqas.
L-erja disponibbli għal kull pjanta ma għandhiex taqbeż iż– 2,50 m2. L-erja tal-wiċċ tinkiseb billi jiġi mmultiplikat l-ispazju bejn ir-ringieli bl-ispazju bejn il-pjanti.
- Iż-żbir isir qabel l-istadju fenoloġiku E (skont Baggionili), tliet weraq mhux mitwija fuq l-ewwel żewġ għejun;
Id-dwieli jinżabru fi żbir qasir b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull pjanta; kull fergħa għandha massimu ta’ żewġ għejun;
- Iż-żbir sempliċi ta’ Guyot jista’ jintuża għall-varjetà tad-dwieli Syrah N b’massimu ta’ 10 għejun għal kull pjanta, li minnhom massimu ta’ sitt għejun fuq il-qasab u massimu ta’ żewġ rimjiet ta’ sostituzzjoni b’massimu ta’ 2 għejun kull waħda.
- L-għoli tal-weraq tad-dwieli kannizzati jrid jagħmilha possibbli li jkun hemm 1,60 metru kwadru ta’ erja esterna ta’ kopertura veġetali għall-produzzjoni ta’ kilogramma għeneb; Din ir-regola tapplika mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
- Il-medja tat-tagħbija massima għal kull roqgħa art għandha tkun ta’ 7 000 kilogramma għal kull ettaru;
L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata.
L-inbejjed ġejjin mit-taħlit ta’ għeneb, most jew inbejjed estratti minn mill-inqas żewġ varjetajiet ta’ dwieli;
- Il-proporzjon tal-varjetajiet Grenache N, Lledonner pelut N, Mourvèdre N u Syrah N huwa ta’ 40 % tat-taħlita jew aktar;
- Il-proporzjon tat-total tal-varjetajiet tad-dwieli Carignan N, Cinsaut N, Grenache N, Mourvèdre N u Syrah N huwa ta’ 80 % tat-taħlita jew aktar, u waħda biss minn dawn il-varjetajiet tad-dwieli tista’ tammonta għal aktar minn 80 %.
- L-inbejjed għandhom jiġu mmaturati mill-inqas sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
- L-użu ta’ termovinifikazzjoni, vitikulturi kontinwi, tankijiet ta’ riċiklaġġ tal-karfa, stemmers vertikali, separaturi għamla ta’ vit jew preses kontinwi, huwa pprojbit.
L-inbejjed għandhom ikunu konformi, fil-qasam tal-prattiki enoloġiċi, mal-obbligi stabbiliti fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
51 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed huma żgurati fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Id-département ta’ Aude: Azille; |
|
— |
Id-département ta’ Hérault: Azillanet, Cesseras, Félines-Minervois, La Livinière, Siran. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Carignan N |
|
|
Cinsaut N - Cinsault |
|
|
Grenache N |
|
|
Lledoner pelut N |
|
|
Mourvèdre N - Monastrell |
|
|
Piquepoul noir N |
|
|
Rivairenc N - Aspiran noir |
|
|
Syrah N - Shiraz |
|
|
Terret noir N |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. “Deskrizzjoni taż-żona ġeografika”
Iż-żona ġeografika tinsab fir-reġjun “Petit Causse”, li jinsab imkenni bejn l-għoljiet tal-medda tal-muntanja Montagne Noire, l-iktar parti fin-Nofsinhar ta’ Cévennes. Iż-żona ġeografika tkopri t-territorju ta’ ħames muniċipalitajiet fid-département ta’ Hérault u muniċipalità waħda fid-département ta’ Aude, fin-Nofsinhar ta’ Franza.
F’dan il-pajsaġġ ta’ veduti mdawla u miftuħin u art imħarbta, id-dwieli jalternaw ma’ għoljiet miksijin bix-xagħri, bl-arżnu, bil-ġnibru u bis-siġar tal-ballut, miżgħuda bi thalwegs jew b’dipressjonijiet akbar.
Il-vinji jħarsu lejn in-Nofsinhar/ix-Xlokk, f’altitudni ta’ bejn 120 m u 330 m.
Iż-żona ġeografika hija kkonfinata fil-Punent mix-Xmara Ognon, tributarja tal-Aude, u fil-Lvant, mill-massif ta’ Serre d’Oupia u x-Xmara Espène.
Iż-żona ġeografika hija magħmula minn sinklina mimlija b’sediment molassku terzjarju, maqtugħ minn xtut imrammlin fiċ-ċentru, konglomerati ta’ ġebla tal-ġir lakustrina lejn it-Tramuntana, u terrazzi ta’ ġebel mifrux lejn in-Nofsinhar.
Il-klima hija kkaratterizzata minn ammont baxx ta’ xita annwali ta’ bejn 400 mm u 500 mm u temperatura annwali ogħla minn 14 °C, b’aktar minn 2 400 siegħa ta’ xemx fis-sena.
Ir-reġjun ta’ Petit Causse huwa protett mix-xita li tiġi mill-Punent bl-għoljiet ta’ Laure Minervois, li jiffurmaw ostaklu naturali, filwaqt li l-massif ta’ Serre d’Oupia jimblokka l-arja marittima li tasal mill-Mediterran. Reġjun sħun u xott li jesperjenza defiċit sinifikanti tal-ilma fis-sajf, jibbenefika madankollu minn flussi friski ta’ arja ta’ matul il-lejl li jinżlu mill-irdumijiet ta’ Causse.
8.2. “Informazzjoni dwar il-prodott u l-fatturi umani rilevanti għal għar-rabta”
Id-dwieli ilhom preżenti fil-Minervois sa minn żmien ir-Rumani.
Il-vitikultura ġiet stabbilita f’dan ir-reġjun wara li ġiet stabbilita l-provinċja ta’ Narbonne fil-118 QK, bis-saħħa tar-rabtiet kummerċjali eċċellenti tagħha, inkluż triq Rumana li tgħaqqad Toulouse ma’ Lodève, fit-Tramuntana ta’ “Via Domitia”.
L-ismijiet ta’ tliet muniċipalitajiet jixhdu t-tradizzjonijiet tal-vitikultura ta’ din l-era: La Livinière għal “Cella Vinaria” (kantina tal-inbid), Siran għal “Villa de Sirius”, imsemmija wara l-ewwel leġjonarju Ruman li mar u baqa’ jgħix fir-reġjun, u Félines għal “Figulina”, l-istudio tal-fuħħar (speċjalment tal-amfori).
Il-ftuħ tal-Canal du Midi fl-1680, it-titjib tan-netwerk tat-toroq u l-ħolqien tal-linja ferrovarja fis-seklu dsatax jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-monokultura tal-vitikultura. Din il-prosperità kienet soġġetta għat-tibdil fis-sitwazzjoni li ġabet magħha l-epidemija tal-fillosera u għall-produzzjoni żejda, li laħqet punt għoli bil-kriżi tal-produzzjoni tal-inbid tal-1907 li qanqlet rewwixta min-naħa tal-produtturi tal-inbid fin-Nofsinhar ta’ Franza, iżda xprunat ukoll l-organizzazzjoni, l-aktar permezz tal-iżvilupp ta’ sistema kooperattiva.
Fl-1922, ġiet stabbilita assoċjazzjoni tad-difiża tal-produtturi tal-inbid fir-reġjun ta’ Minervois. Inizjalment rikonoxxut bħala nbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Inbid delimitat ta’ kwalità superjuri” fl-1951, il-Minervois ġie rikonoxxut bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Frar 1985, wara l-konverżjoni varjetali u l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ produzzjoni aktar preċiżi.
Il-produtturi tal-inbid ta’ La Livinière dejjem kienu konvinti, madankollu, li l-art u l-għarfien prattiku tagħhom se jħallu marka fuq l-oriġinalità tal-produzzjoni tal-inbid aħmar tagħhom. Fil-bidu tas-snin sebgħin, bl-għajnuna ta’ strutturi tekniċi u taħt l-impetu tal-kooperattiva tal-inbid tal-muniċipalità ta’ La Livinière mmexxija minn Maurice Piccinini, il-produtturi tal-inbid fittxew li jiżguraw l-aħjar qbil bejn il-varjetà u s-sit tat-tħawwil, billi jottimizzaw it-tekniki taż-żbir u tat-taħriġ tad-dwieli, il-ħsad bl-aħjar mod possibbli, u għamlu titjib fit-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid. Maurice Piccinini stabbilixxa assoċjazzjoni tad-difiża fl-1988. Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Minervois-La Livinière ġiet rikonoxxuta fl-1999.
Fl-2018, ġew prodotti 11 000 hl minn 45 produttur, inklużi żewġ kooperattivi tal-inbid, li pproduċew 20 % tal-volum.
L-inbejjed jiġu prodotti billi jitħalltu diversi varjetajiet, skont it-tradizzjoni tal-vinji tal-Languedoc, fejn il-biċċa l-kbira tat-taħlita tkun ġejja mill-varjetajiet tad-dwieli Grenache N, Mourvèdre N u Syrah N.
Matul il-ġenerazzjonijiet, il-produtturi rnexxielhom jadattaw b’suċċess it-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid tagħhom biex jieħdu l-aħjar mill-għeneb tagħhom. Minn kmieni, ġie introdott perjodu ta’ maturazzjoni wara l-fermentazzjoni fit-tank, biex jiġi prodott inbid b’aromi kumplessi, u fuq kollox biex jiġi żgurat li t-tannini jsiru tondi u lixxi. Sabiex jintlaħqu dawn il-miri, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie stabbilit perjodu minimu ta’ maturazzjoni sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.
8.3. “Interazzjonijiet kawżali”
Protetta minn influwenzi marittimi mil-Lvant u mill-Punent, u bl-espożizzjoni tagħha fin-Nofsinhar/fix-Xlokk, iż-żona ġeografika tgawdi minn klima sħuna u xotta. Imkennija bejn il-medda muntanjuża ta’ Montagne Noire, u bl-effett tal-gradjent altitudinali, iż-żona xorta waħda tgawdi minn temperaturi kesħin ta’ matul il-lejl.
Dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi jgħinu lill-għeneb biex jikseb l-aħjar maturità, ċerta aċidità, kif ukoll bilanċ bejn l-alkoħol u t-tannini.
L-irqajja fejn jinħasad l-għeneb huma demarkati b’mod ċar. Tingħata preferenza lil ħamrija taflija u tal-ġir li hija esposta sew u li hija taflija b’kontenut għoli ta’ ġebel, li tipprovdi rendiment naturali baxx. Dawn il-kundizzjonijiet jippermettu lill-produtturi li jqabblu l-varjetà mal-post, u dan jgħin biex dawn l-inbejjed jiksbu l-karattru partikolarment konċentrat u b’saħħtu tagħhom.
Il-varjetà Grenache N tipprovdi sħana u togħma fuq il-palat u tiffavorixxi t-terrazzi ta’ art tal-ġebel u l-marl. Il-varjetà Syrah N hija varjetà b’ġerminazzjoni bikrija, u din tagħti ħlewwa u aromatizzant b’togħma tal-frott. Is-Cinsaut N u l-Carignan N huma varjetajiet storiċi. L-ewwel waħda tipprovdi l-finezza, u t-tieni waħda, il-korp u t-tannini. Il-varjetà Mourvèdre N tipprovdi tannini delikati u ħjiel ta’ ħwawar.
Il-produtturi ta’ dan ir-reġjun irnexxielhom jieħdu isem espressiv ta’ post li kien influwenzat mill-istorja u dan jinbidel f’Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata moderna u rikonoxxuta.
Id-denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata La Livinière hija waħda mill-inbejjed ewlenin fir-reġjun ta’ Languedoc.
L-issiġillar tal-popolarità u n-nobbiltà ta’ din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, il-Livinage, li nħolqot fil-bidu tas-snin disgħin, sar avveniment li ma jistax jintilef u li fih il-professjonisti mill-industrija tal-inbid u l-ġurnalisti, jiġu jduqu l-inbejjed, jiltaqgħu mal-produtturi u jiskopru d-diversità rikka tal-post.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
- L-inbejjed li għalihom, skont din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tintalab id-denominazzjoni rreġistrata La Livinière u li jiġu ppreżentati taħt dik id-denominazzjoni, ma jistgħux jiġu ddikjarati wara l-ħsad, offruti lill-pubbliku, mibgħuta, offruti għall-bejgħ jew mibjugħa mingħajr ma tiġi inkluża d-denominazzjoni msemmija hawn fuq fid-dikjarazzjoni tal-ħsad, f’reklami, fuljetti, tikketti, fatturi jew kontenituri ta’ kwalunkwe tip, u tkun akkumpanjata mill-kliem “Appellation contrôlée”, kollha b’karattri prominenti ħafna.
- It-termini fakultattivi li l-użu tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji, jista’ jiġi rregolat mill-Istati Membri, għandhom jiddaħħlu fuq it-tikketti, b’karattri li d-dimensjonijiet tagħhom, kemm fl-għoli, fil-wisa’ u fil-ħxuna, ma jkunux akbar mid-doppju tad-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
— It-tikkettar tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika usa' “Languedoc”.
Id-daqs tal-ittri għal din l-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, kemm f’termini ta’ għoli kif ukoll ta’ wisa’, minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fi prossimità immedjata, definita b’deroga għall-produzzjoni, l-ipproċessar u l-maturità tal-inbejjed, tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Aude, jew parti minnu:
|
— |
Pépieux; |
|
— |
Peyriac-Minervois: imsejjaħ “Les Tuileries d’Affiac”. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-71b54b4c-4520-4c67-be83-bc7f50bb737b
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1470/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)