This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023XC0109(01)
Publication of a communication of approval of a standard amendment to the product specification for a name in the wine sector as referred to in Article 17(2) and (3) of Commission Delegated Regulation (EU) 2019/33 2023/C 6/05
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2023/C 6/05

PUB/2022/1436
ĠU C 6, 9.1.2023, p. 5–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/5 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2023/C 6/05)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Tintilia del Molise”
PDO-IT-A0677-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 26.10.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Deroga għall-produzzjoni u għat-tqaddim tal-inbejjed fiż-żona ġeografika demarkata
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP tal-inbejjed Tintilia del Molise tipprevedi l-emenda li ġejja:
Fl-Artikolu 5 – “Standards għall-produzzjoni tal-inbid”, is-subparagrafu 1 li ġej:
“1. |
L-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim tat-tipi ta’ nbid imsemmija fl-Artikolu 1, iridu jitwettqu fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3.”, |
huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. |
L-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim tat-tipi ta’ nbid imsemmija fl-Artikolu 1, iridu jitwettqu fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3.”. Barra minn hekk, fid-dawl tas-sitwazzjonijiet tradizzjonali, huwa awtorizzat li t-tali operazzjonijiet jitwettqu fit-territorju tal-muniċipalitajiet ġirien ta’ Campomarino u Termoli fil-provinċja ta’ Campobasso.”. |
RAĠUNIJIET:
F’konformità mad-deroga prevista fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/33, l-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim, jistgħu jitwettqu wkoll fiż-żona tal-produzzjoni demarkata, anki fi stabbilimenti li jinsabu qrib ħafna tat-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet ġirien ta’ Campomarino u Termoli fil-provinċja ta’ Campobasso.
Din l-emenda saret sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ produzzjoni tradizzjonali mill-operaturi fit-territorji muniċipali msemmija hawn fuq.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku -REKWIŻITI OĦRA APPLIKABBLI (IPPAKKJAR, TIKKETTAR, REKWIŻITI ADDIZZJONALI).
2. Bdil tal-Korp ta’ Kontroll
Il-korp ta’ kontroll inbidel u issa sar Società Agroqualità S.p.A. – Società per la certificazione della qualita nell'agroalimentare. Dan il-korp ta’ kontroll huwa awtorizzat mill-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali, skont l-Artikolu 64 tal-Liġi Nru 238/2016, biex iwettaq kontroll annwali għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Tintilia del Molise
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Tintilia del Molise rosso
DESKRIZZJONI QASIRA
Kulur: aħmar rubin intens, b’laqtiet fil-vjola;
riħa: tad-dwieli, intensa, pjaċevoli, distintiva;
togħma: xotta, armonjuża, ratba, distintiva;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 21 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Tintilia del Molise rosato
DESKRIZZJONI QASIRA
Kulur: roża ftit jew wisq qawwi;
riħa: ħafifa ta’ frott;
togħma: xotta, friska, armonjuża, ta’ frott;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Tintilia del Molise rosso riserva
DESKRIZZJONI QASIRA
Kulur: aħmar lewn il-granata b’laqtiet fl-oranġjo;
riħa: pikkanti, intensa, distintiva;
togħma: xotta, armonjuża, ratba, distintiva;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Prattika relatata mal-produzzjoni tal-inbejjed
Prattiki enoloġiċi speċifiċi
L-inbejjed Tintilia del Molise rosso riserva jridu jitqaddmu għal sentejn. Il-perjodu tat-tqaddim jibda fl-1 ta’ Novembru tas-sena li fih ikun tkabbar l-għeneb.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. Tintilia del Molise rosso u rosato
56 ettolitru għal kull ettaru
2. Tintilia del Molise rosso u rosato
8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
3. Tintilia del Molise rosso riserva
44 ettolitru għal kull ettaru
4. Tintilia del Molise rosso riserva
8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ġeografika demarkata fl-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinkludi l-għoljiet u l-għoljiet baxxi tal-Molise bejn il-muntanji Frentani u Matese, li jimxu lejn il-Baħar Adrijatiku bil-widien ta’ Trigno, Biferno u Fortore. Iż-żona ta’ produzzjoni tat-Tintilia del Molise tinkludi t-territorji adatti għall-kwalità tat-territorji kollha jew parti minnhom ta’ 76 muniċipalità li jinsabu fil-provinċji ta’ Campobasso u Isernia.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Tintilia N.
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Tintilia del Molise
It-territorju kkonċernat, li huwa madwar terz tat-territorju reġjonali, għalkemm għandu topografija u pedoloġija pjuttost omoġenji, il-kundizzjonijiet klimatiċi huma kemxejn varjati, b’temperatura annwali medja ta’ 13,5–14,8 °C u xita annwali medja ta’ 696,8–1 067 mm, li, flimkien man-natura differenti tal-ħamrija u mal-esponiment, jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kwalità tal-għeneb u tal-varjetajiet ta’ dwieli kkonċernati. Il-varjetà Tintilia hija indiġena u għandha karatteristiċi definiti sew u li jintgħarfu faċilment li, bis-saħħa tal-interazzjonijiet tanġibbli bejn l-ambjent, il-prattiki ta’ kultivazzjoni u dawk enoloġiċi, jipproduċu nbejjed b’karatteristiċi tipiċi qawwija li jintgħarfu mill-ewwel.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Deroga għall-produzzjoni u għat-tqaddim tal-inbejjed fiż-żona ġeografika demarkata
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
F’konformità mad-deroga prevista fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/33, l-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim, jistgħu jitwettqu wkoll fiż-żona tal-produzzjoni demarkata, anki fi stabbilimenti li jinsabu qrib ħafna tat-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet ġirien ta’ Campomarino u Termoli fil-provinċja ta’ Campobasso.
Dan sabiex titqies il-produzzjoni tradizzjonali mill-operaturi bbażati f’dawk it-territorji muniċipali.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18602