EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0048

Proposta emendata għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

COM/2023/48 final

Brussell, 3.2.2023

COM(2023) 48 final

2019/0262(NLE)

Proposta emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Fl-14 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill, ibbażata fuq l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, tal-Att tal-Adeżjoni, li tawtorizza l-iffirmar ta’ protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-partijiet għall-Ftehim Anċillari, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea 1 .

It-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien jeħtieġ li jsiru emendi għall-protokoll sabiex jitneħħew minnu r-referenzi għar-Renju Unit. Il-Kummissjoni għalhekk innegozjat mal-Iżlanda u n-Norveġja l-emendi meħtieġa għal dak l-għan. Id-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet qablu dwar l-emendi.

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-Kunsill proposta sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-attribuzzjoni tas-setgħat fost l-istituzzjonijiet skont it-Trattati, u b’mod partikolari l-prerogattiva tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta lill-Unjoni esternament.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tippreżenta din il-proposta emendata għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-iffirmar tal-protokoll.

2019/0262 (NLE)

Proposta emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Kummissjoni nnegozjat Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta’ Settembru 2012 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati.

(2)In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Protokoll fit-8 ta’ Marzu 2019.

(3)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ għall-iffirmar tal-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, għall-persuna jew persuni indikati mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

Top

Brussell, 3.2.2023

COM(2023) 48 final

ANNESS

tal-

Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


PROTOKOLL

Li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

L-UNGERIJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”), u

L-UNJONI EWROPEA,

bħala l-ewwel parti;

L-IŻLANDA,

bħala t-tieni parti; u

R-RENJU TAN-NORVEĠJA,

bħala t-tielet parti;

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim Anċillari”).

Artikolu 2

It-test tal-Ftehim Anċillari bil-Kroat, mehmuż ma’ dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku skont l-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-iktar waħda tard minn dawn li ġejjin:

1. id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Anċillari, u

2. xahar wara d-data tal-aħħar nota tal-iskambji ta’ noti diplomatiċi fost il-Partijiet li jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Protokoll b’mod proviżorju, sa fejn permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data tal-iffirmar.

Magħmul fi ………, bi tliet kopji, fi ……….. 201923, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżlandiż, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Norveġiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, bit-testi kollha awtentiċi b’mod ugwali.

Għall-Istati Membri                    

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Iżlanda

Għar-Renju tan-Norveġja

Top