This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023M11316
Prior notification of a concentration (Case M.11316 – FOXCONN EV / ZF / ZF CHASSIS MODULES) – Candidate case for simplified procedure
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11316 – FOXCONN EV / ZF / ZF CHASSIS MODULES) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11316 – FOXCONN EV / ZF / ZF CHASSIS MODULES) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
PUB/2023/1730
ĠU C, C/2023/1359, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1359/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1359 |
1.12.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11316 – FOXCONN EV / ZF / ZF CHASSIS MODULES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1359)
1.
Fit-23 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Foxconn EV Singapore Holdings Pte. Ltd (“Foxconn EV”, Singapore), ikkontrollata minn Hon Hai Precision Industry Co., Ltd (“Hon Hai”, it-Tajwan), |
|
— |
ZF Friedrichshafen AG (“ZF”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Zeppelin-Stiftung (“ZS”, il-Ġermanja), li hija fondazzjoni amministrata mill-Belt ta’ Friedrichshafen, il-Ġermanja, bħala fond muniċipali speċjali, |
|
— |
ZF Chassis Modules GmbH (“ZF Chassis Modules” jew il-“JV”, il-Ġermanja). |
Foxconn EV u ZF se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-impriża bi sħab (joint vernture, JV).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Foxconn EV għadha kif ġiet stabbilita u ma għandha l-ebda attività li tiffaċċja s-suq. Hon Hai hija fornitur ta’ servizzi ta’ manifattura tal-elettronika madwar id-dinja fis-segmenti tal-prodott li ġejjin: l-elettronika intelliġenti tal-konsumatur, il-cloud u n-networking, l-informatika; u komponenti elettroniċi u oħrajn, |
|
— |
ZF hija kumpanija tat-teknoloġija li tiżviluppa, timmanifattura u tiddistribwixxi prodotti u sistemi għal karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali u teknoloġija industrijali madwar id-dinja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-JV huma li ġejjin:Il-JV se timmonta s-sistemi tal-fusien, inklużi moduli tal-kantunieri, għall-karozzi tal-passiġġieri għall-OEMs.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11316 – FOXCONN EV / ZF / ZF CHASSIS MODULES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1359/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)