Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11248

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11248 — KINGSPAN / STEICO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2023/1573

ĠU C, C/2023/582, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/582/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/582/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/582

30.10.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11248 — KINGSPAN / STEICO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/582)

1.   

Fl-20 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kingspan Holding GmbH, ikkontrollata esklużivament minn Kingspan Group (flimkien mal-affiljati kollha (“Kingspan”, l-Irlanda);

STEICO SE (“STEICO”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Schramek GmbH.

Kingspan se takkwista indirettament, permezz tal-kumpanija azzjonista li hija proprjetà kollha kemm hi tagħha, Kingspan Holding GmbH, madwar 51 % tal-ishma u l-kontroll esklużiv fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b), ta’ STEICO mingħand il-Bejjiegħ

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Kingspan hija manifattur u fornitur globali ta’ firxa ta’ prodotti għall-industrija tal-kostruzzjoni. L-attivitajiet prinċipali tagħha jinkludu l-manifattura ta’ pannelli iżolati, l-iżolament, is-soluzzjonijiet tad-dawl u l-arja, is-soluzzjonijiet tas-soqfa u tar-reżistenza għall-ilma, l-enerġija tal-ilma, u t-teknoloġija tad-data u l-pavimentar.

STEICO huwa manifattur u fornitur globali ta’ prodotti tal-kostruzzjoni ekoloġiċi magħmula minn materja prima rinnovabbli. L-attivitajiet prinċipali tagħha huma relatati mal-materjali tal-iżolament tal-fibra tal-injam u fil-provvista ta’ sistemi sħaħ għall-kostruzzjoni residenzjali ekoloġika.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11248 — KINGSPAN / STEICO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/582/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top