EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11085

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11085 — FRASERS / GO SPORT) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 114/06

PUB/2023/405

OJ C 114, 29.3.2023, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11085 — FRASERS / GO SPORT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 114/06)

1.   

Fil-21 ta’ Marzu 2023 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SPORTSDIRECT.COM France SA (“SPORTSDIRECT.COM France”, Franza), li tappartjeni għall-Frasers Group tar-Renju Unit,

Groupe GO Sport SAS (“Groupe GO Sport”, Franza), li tappartjeni għall-grupp GO Sport Group ta’ Franza,

Go Sport France SAS (“GO Sport France”, Franza), li tappartjeni għall-Grupp GO Sport ta’ Franza.

SPORTSDIRECT.COM France se takkwista skont is-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ partijiet minn Groupe GO Sport u GO Sport France.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

SPORTSDIRECT.COM France hija attiva fis-suq tal-kummerċ bl-imnut ta’ oġġetti sportivi u topera diversi ħwienet tal-iSports Direct fi Franza,

Groupe GO Sport hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ oġġetti sportivi bl-operazzjonijiet prinċipali tagħha jkunu fi Franza,

Go Sport France hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ oġġetti sportivi bl-operazzjonijiet ewlenin tagħha jkunu fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11085 FRASERS / GO SPORT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top