This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023M10988
Prior notification of a concentration (Case M.10988 – BROOKFIELD / CAMECO / WESTINGHOUSE) (Text with EEA relevance) 2023/C 332/08
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10988 — BROOKFIELD / CAMECO / WESTINGHOUSE) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 332/08
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10988 — BROOKFIELD / CAMECO / WESTINGHOUSE) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 332/08
PUB/2023/1235
ĠU C 332, 21.9.2023, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 332/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10988 — BROOKFIELD / CAMECO / WESTINGHOUSE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 332/08)
1.
Fil-11 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Brookfield Corporation (“Brookfield”, il-Kanada), |
|
— |
Cameco Corporation (“Cameco”, il-Kanada), |
|
— |
Brookfield WEC Holdings, Inc u Brookfield EMEA Holdings Ltd (“Westinghouse”, l-Istati Uniti). |
Brookfield u Cameo se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Westinghouse.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Brookfield hija maniġer dinji tal-assi li toffri firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat, |
|
— |
Cameco huwa fornitur globali ta’ prodotti u servizzi tal-uranju u huwa primarjament attiv fit-tħaffir u t-tħin tal-uranju, ir-raffinar u l-konverżjoni ta’ konċentrati tal-uranju, u l-fabbrikazzjoni u l-provvista ta’ assemblaġġi tal-fjuwil u komponenti tar-reatturi għall-użu f’reatturi nukleari tal-ilma tqil tat-tip CANDU, |
|
— |
Westinghouse tipprovdi servizzi lill-impjanti tal-enerġija nukleari, inkluż id-disinn tal-impjanti tal-enerġija nukleari, u l-forniment ta’ sistemi ta’ sikurezza u ta’ strumentazzjoni u kontroll operazzjonali lill-impjanti tal-enerġija nukleari, u tforni assemblaġġi tal-fjuwil lil utilitajiet li joperaw ċerti disinji ta’ reatturi nukleari b’ilma ħafif. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10988 — BROOKFIELD / CAMECO / WESTINGHOUSE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: mailto:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).