This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023M10807
Prior notification of a concentration (Case M.10807 – VIASAT / INMARSAT) (Text with EEA relevance) 2023/C 14/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10807 – VIASAT / INMARSAT) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 14/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10807 – VIASAT / INMARSAT) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 14/06
PUB/2023/61
ĠU C 14, 16.1.2023, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10807 – VIASAT / INMARSAT)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 14/06)
1.
Fid-9 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Viasat, Inc. (“Viasat”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Inmarsat Group Holdings Limited (“Inmarsat”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Connect Topco Limited (“Connect Topco”, Guernsey). |
Viasat se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Inmarsat.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni mill-Kummissjoni Spanjola tas-Swieq Nazzjonali u tal-Kompetizzjoni (“CNMC”) skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-referenza kienet sussegwentament ingħaqdu magħha l-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, France, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, in-Norveġja, ir-Rumanija u l-Isvezja.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Viasat: kumpanija li hija kkwotata fil-borża u li tipprovdi servizzi ta’ komunikazzjonijiet bidirezzjonali globalment bbażati fuq is-satellita, u hija s-sid u tħaddem erba’ satelliti ġeostazzjonarji li jduru mad-dinja. Viasat għandha tliet segmenti kummerċjali prinċipali: servizzi bis-satellia, networks kummerċjali u sistemi tal-gvern, |
— |
Inmarsat: Kumpanija b’ishma privati li toffri servizzi ta’ komunikazzjonijiet bidirezzjonali globalment ibbażati fuq is-satellita u hija s-sid u tħaddem 15-il satellita ġeostazzjonarja li jdur mad-dinja. Inmarsat hija organizzata f’erba’ unitajiet kummerċjali: il-marittimu, il-gvern, l-avjazzjoni u l-intrapriża. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li Ir-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10807 – VIASAT/INMARSAT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).