EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023JC0008

KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-aġġornament tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha “Strateġija mtejba għas-Sigurtà Marittima kontra tħeddidiet marittimi li qegħdin jevolvu”

JOIN/2023/8 final

Brussell, 10.3.2023

JOIN(2023) 8 final

KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-aġġornament tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha








“Strateġija mtejba għas-Sigurtà Marittima kontra tħeddidiet marittimi li qegħdin jevolvu”


I.Introduzzjoni

Is-sigurtà marittima hija kruċjali għall-Unjoni Ewropea (UE) u għall-Istati Membri tagħha. Flimkien, l-Istati Membri tal-UE jiffurmaw l-akbar żona ekonomika esklużiva kkombinata fid-dinja. L-ekonomija tal-UE tiddependi ħafna minn oċeani li jkunu sikuri u siguri: aktar minn 80 % tal-kummerċ globali jsir bil-baħar, madwar żewġ terzi tal-provvista dinjija taż-żejt u tal-gass tiġi estratta mill-baħar jew ittrasportata bil-baħar 1 , u sa 99 % tal-flussi globali tad-data huma trażmessi permezz ta’ kejbils taħt il-baħar 2 . Biex tiġi żgurata governanza effettiva tal-oċeani, biex jiġu protetti l-oċeani u qiegħ il-baħar tagħna, u biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ekonomija blu sostenibbli 3 , id-dominju marittimu globali jrid ikun sigur.

Mill-2014, l-istrateġija Ewropea għas-sigurtà marittima (EUMSS) u l-pjan ta’ azzjoni 4 pprovdew il-qafas għall-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà fuq il-baħar. L-istrateġija stimulat kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet ċivili u militari, b’mod partikolari permezz tat-tpartit tal-informazzjoni. Għenet fil-promozzjoni tal-governanza fuq il-baħar ibbażata fuq ir-regoli, u tat spinta lill-kooperazzjoni internazzjonali. Saħħet l-awtonomija tal-UE u l-kapaċità tagħha biex tirrispondi għat-theddid għas-sigurtà marittima 5 .

L-UE għandha r-rwol ta’ fornitur globali tas-sigurtà marittima, li qed isir dejjem aktar importanti, billi twettaq l-operazzjonijiet navali tagħha, eż. Atalanta 6 u Irini 7 , timplimenta l-kunċett ta’ Preżenzi Marittimi Koordinati (CMP) 8 , u tippromwovi l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima u tikkoopera ma’ firxa wiesgħa ta’ sħab esterni. Barra minn hekk, is-sistemi operazzjonali tas-sorveljanza marittima u tal-fruntieri ta’ Copernicus, implimentati mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), jipprovdu osservazzjonijiet ibbażati fl-ispazju, li jikkomplementaw is-servizzi ta’ navigazzjoni tas-satelliti Galileo.

L-ambjent strateġiku ġenerali qed jgħaddi minn bidliet drastiċi. Imsawwar mill-ġdid mill-kriżi klimatika u mid-degradazzjoni ambjentali u aggravat mill-aggressjoni militari illegali u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, dan jitlob aktar azzjoni min-naħa tal-UE bħala fornitur tas-sigurtà internazzjonali.

Bi qbil mal-Boxxla Strateġika tal-UE għas-Sigurtà u d-Difiża, 9 dan l-aġġornament tal-EUMSS u tal-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan li jwieġeb għall-isfidi l-ġodda. Din hija opportunità biex jitmexxew ’il quddiem soluzzjonijiet sostenibbli għall-problemi tas-sigurtà marittima. Hija wkoll opportunità biex ikompli jissaħħaħ ir-rwol tal-UE fil-livell internazzjonali u biex ikompli jiggarantixxi l-aċċess tal-UE għad-dominju marittimu li dejjem aktar qed jiġi kkontestat.

L-EUMSS aġġornata sservi ta’ qafas għall-UE biex tkompli tieħu l-azzjoni biex tipproteġi l-interessi tagħha fuq il-baħar, u biex tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-ekonomija tagħha. L-għan huwa li jiġu promossi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sostenibbiltà u tiġi protetta l-bijodiversità. L-UE u l-Istati Membri tagħha se jimplimentaw l-istrateġija aġġornata, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

II.Theddid għas-sigurtà marittima li qed jevolvi u jikber

Sar ħafna tibdil fix-xena ġeopolitika globali minn meta ġiet adottata l-istrateġija Ewropea għas-sigurtà marittima fl-2014, u dan jeħtieġ azzjoni ġdida u msaħħa. L-Analiżi tat-Theddid li wettqet l-UE turi li l-UE qed tiffaċċja żieda fit-theddid u fl-isfidi, inkluż fid-dominju marittimu 10 . Il-kompetizzjoni strateġika għall-enerġija u r-riżorsi qed tiżdied. It-theddid qed isir dejjem aktar kumpless u b’diversi livelli, u xi pajjiżi qegħdin ifittxu li jiddefinixxu mill-ġdid il-prinċipji ewlenin tal-ordni multilaterali, inkluż permezz ta’ ksur tas-sovranità u tal-fruntieri nazzjonali. L-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna reġgħet ġabet il-gwerra fl-Ewropa u ħolqot perikli ġodda, kif ukoll effetti konsegwenzjali negattivi fuq is-sigurtà marittima u fuq l-ekonomija Ewropea, li qed jaffettwaw liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej.

Is-sigurtà marittima qed tiġi sfidata f’bosta reġjuni, dan jinkludi t-tilwim territorjali u marittimu, il-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali, u t-theddidiet għall-libertà tan-navigazzjoni u għad-drittijiet ta’ passaġġ innoċenti u ta’ tranżitu. Dawn l-isfidi joħolqu t-tensjoni f’baċiri tal-baħar madwar l-UE, bħal fil-Mediterran, fil-Baħar l-Iswed, u fil-Baħar Baltiku, li saret aktar serja minħabba l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. Hemm ukoll żieda fl-isfidi għas-sigurtà marittima lil hinn mill-Ewropa, jiġifieri fil-Golf tal-Guinea, fil-Golf ta’ Aden, fl-Istrett ta’ Hormuz, fl-Istrett ta’ Malacca, u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar. Xi pajjiżi mhux tal-UE qegħdin iżidu l-kapaċitajiet u l-assertività tagħhom fuq il-baħar u qegħdin jieħdu azzjoni unilaterali. Din tinkludi l-użu tal-forza jew il-ksur tas-sovranità nazzjonali ta’ pajjiżi oħra. Dawn l-azzjonijiet jikkontestaw l-istat tad-dritt u l-ordni internazzjonali bbażata fuq il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS).

Ir-reġjun Indo-Paċifiku, fejn l-UE għandha Reġjuni Ultraperiferiċi (l-Oċean Indjan) u Pajjiżi u Territorji Ekstra-Ewropej (il-Paċifiku), sar żona ta’ kompetizzjoni ġeopolitika intensa. Il-wiri tal-forza u ż-żieda fit-tensjonijiet f’reġjuni bħall-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u tal-Lvant u l-Istrett tat-Tajwan jaffettwaw is-sigurtà globali u għandhom impatt dirett fuq is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa. Biex jinżammu l-istabbiltà u s-sigurtà tul ir-rotot ewlenin tat-tbaħħir bħall-Istretti ta’ Malacca u ta’ Singapore, il-Qarn tal-Afrika u l-Oċean Indjan, jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri tagħha jespandu l-preżenza u l-azzjoni tagħhom f’dawn ir-reġjuni, bi qbil mal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku.

It-tibdil fil-klima u t-tniġġis tal-baħar huma mistennija li jkollhom impatti negattivi sostanzjali u fit-tul fuq is-sigurtà marittima. L-impatti jinkludu l-għargħar fiż-żoni kostali u fil-gżejjer, it-telf ta’ skolli tal-qroll, taż-żoni mistagħdra fejn tikber il-mangrovja u ta’ artijiet mistagħdra oħra, u t-tnaqqis tal-istokkijiet tal-ħut 11 . It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jaġixxu ta’ multiplikaturi tar-riskju billi jżidu l-instabbiltà u l-inugwaljanza, jaggravaw il-kriminalità, il-piraterija u t-tensjonijiet tranżnazzjonali fuq ir-riżorsi tal-baħar. Dan jeħtieġ priżma ġdida li tippermetti li l-UE tagħmel lis-soċjetà aktar reżiljenti għall-klima, tipproteġi n-natura u treġġa’ lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi 12 . Bil-kontra, jekk ikun hemm lakuni fis-sigurtà marittima, dawn jistgħu jwasslu għal ħsara ambjentali, bħal aċċess għal siti kkontaminati mfixkel, id-devjazzjoni ta’ fondi mill-protezzjoni ambjentali, jew atti ta’ sabotaġġ kontra l-infrastruttura marittima. Barra minn hekk, l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna mhux biss ikkawżat impatti umani u ekonomiċi devastanti, iżda wasslet ukoll għal telf sinifikanti tal-bijodiversità 13 . Għalhekk huwa importanti li jiġu indirizzati l-interazzjonijiet bejn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali taż-żoni kostali u marittimi, u s-sigurtà marittima, anki permezz ta’ riċerka mmirata li għaddejja u ġdida.

L-attakki tal-2022 fuq il-pipelines ta’ Nord Stream fil-Baħar Baltiku, il-preżenza ta’ vetturi mingħajr bdot abbord mhux awtorizzati madwar installazzjonijiet offshore fil-Baħar tat-Tramuntana u l-attakki ibridi u ċibernetiċi rikorrenti mmirati lejn l-infrastruttura marittima jeħtieġu li l-UE ssaħħaħ l-azzjoni tagħha u tipproteġi l-infrastruttura kritika tagħha b’mod aktar effettiv, b’mod partikolari billi jiġu żviluppati teknoloġiji innovattivi. Hekk kif l-industrija marittima għaddejja minn trasformazzjoni diġitali, il-kumplessità u l-vulnerabbiltajiet potenzjali tagħha żdiedu. Il-probabbiltà qiegħda dejjem tiżdied li l-atturi malizzjużi jużaw mezzi ibridi u ċibernetiċi biex jimmiraw lejn l-infrastruttura marittima, inklużi kejbils u pipelines taħt il-baħar, kif ukoll il-modi marittimi tat-trasport. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat mal-Unjoni kollha biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika 14 tirrikonoxxi din il-ħtieġa għall-azzjoni. Barra minn hekk, ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri stabbiliet il-miżuri li jistgħu jgħinu biex l-UE u l-Istati Membri jkunu mħejjija aktar għad-diżastri naturali, u dawk ikkawżati mill-bnedmin, anki fil-baħar, u jkunu jistgħu jirreaġixxu għalihom aħjar 15 .

It-theddid u l-attivitajiet illeċiti - bħall-piraterija u s-serq bl-użu ta’ armi fuq il-baħar, il-kriminalità organizzata, li tinkludi l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, it-traffikar tal-armi u tan-narkotiċi, it-terroriżmu, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), attivitajiet illegali oħrajn, fosthom l-esplorazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni fiż-żoni esklużivi ekonomiċi tal-Istati Membri tal-UE, u ordinanza mhux sploduta (UXO) 16 fil-baħar - għadhom sfidi daqstant kritiċi f’bosta reġjuni, u ċerti żoni kostali u territorji remoti tal-UE huma vulnerabbli b’mod partikolari. Uħud minn dawn l-attivitajiet illeċiti jistgħu jiġu ffaċilitati minn nuqqasijiet ta’ sigurtà fil-portijiet. L-atturi malizzjużi jistgħu wkoll jikkombinaw dawn it-theddidiet u l-attivitajiet biex iwettqu attakki ibridi kontra l-UE u l-Istati Membri tagħha.

III.Interessi tas-sigurtà marittima tal-UE

Fid-dawl tat-theddid għas-sigurtà marittima li qed jevolvi, l-interessi fundamentali tal-UE huma:

·is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri, taċ-ċittadini u tas-sħab tagħha;

·il-preservazzjoni tal-paċi u l-istabbiltà globali, u ż-żamma tar-rotot marittimi ħielsa u miftuħa;

·iż-żamma tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari l-UNCLOS bħala l-qafas legali ġenerali li jirregola l-attivitajiet kollha fl-oċean, u l-promozzjoni ta’ governanza internazzjonali tajba tal-oċeani, anki permezz ta’ konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar u permezz tal-implimentazzjoni tal-ftehim tad-WTO dwar is-sussidji tas-sajd 17 ;

·il-protezzjoni tar-riżorsi naturali u tal-ambjent tal-baħar, u l-ġestjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima u tad-degradazzjoni ambjentali fuq is-sigurtà marittima;

·l-iżgurar tar-reżiljenza u l-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika 18 (fuq l-art u lil hinn mill-kosta), inkluż billi jiġu indirizzati r-riskji u t-theddidiet b’rabta mat-tibdil fil-klima, u dawk li jirriżultaw minn investimenti diretti barranin;

·it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-protezzjoni ta’ ċentri loġistiċi, jiġifieri ports, anki billi jiġu indirizzati r-riskji assoċjati mal-korruzzjoni u mal-attivitajiet illeċiti;

·il-protezzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi fuq il-baħar, u b’hekk tikkontribwixxi għal ekonomija blu sostenibbli (kemm fuq l-art kif ukoll lil hinn mill-kosta);

·il-protezzjoni tal-fruntieri esterni u s-sigurtà interna tal-UE, biex tindirizza l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, it-traffikar ta’ bnedmin, u attivitajiet illegali oħrajn, fosthom l-esplorazzjoni u l-attivitajiet ta’ tħaffir għall-idrokarburi mhux awtorizzati;

·l-iżgurar tal-kapaċità li tittieħed azzjoni fil-pront u b’mod effettiv fid-dominju marittimu, u f’dominji operazzjonali oħra (jiġifieri l-art, l-arja, l-ispazju ċibernetiku u ekstratmosferiku);

·l-iżgurar tas-sikurezza u tas-sigurtà tal-baħħara bi qbil mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu konvenzjonijiet rilevanti oħra tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

IV.Tisħiħ tar-rispons tal-UE

L-istrateġija aġġornata dwar is-sigurtà marittima se tgħin biex tipproteġi l-interessi tal-UE elenkati hawn fuq, mit-theddid għas-sigurtà marittima li qed jevolvi u li qed jikber. Biex tagħmel dan, l-UE se żżid l-azzjoni taħt sitt objettivi strateġiċi:

1.iżżid l-attivitajiet fuq il-baħar;

2.tikkoopera mas-sħab;

3.tkun minn ta’ quddiem fl-għarfien tad-dominju marittimu 19 ;

4.timmaniġġa r-riskji u t-theddid;

5.issaħħaħ il-kapaċitajiet;

6.teduka u tħarreġ.

L-azzjoni tal-UE skont dawn l-objettivi strateġiċi se tkompli tiġi ggwidata mill-prinċipji tal-EUMSS tal-2014: approċċ transsettorjali, integrità funzjonali, rispett għar-regoli internazzjonali – id-dritt internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u konformità sħiħa mal-UNCLOS - u l-multilateraliżmu marittimu. L-EUMSS aġġornata se tiġi implimentata permezz ta’ Pjan ta’ Azzjoni (fl-anness) u fil-qafas tal-Approċċ Integrat 20 . Biex timplimenta l-istrateġija, flimkien mal-Istati Membri tagħha, l-UE se tuża l-politiki, l-għodod u l-istrumenti ċivili u militari rilevanti kollha, u se tikkoordina l-politiki u l-attivitajiet tal-atturi rilevanti kollha fil-livell Ewropew u fil-livelli reġjonali u nazzjonali, filwaqt li ssaħħaħ is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tagħhom. L-istrateġija se tippromwovi wkoll involviment aktar koerenti tal-UE f’kunflitti u fi kriżijiet esterni, biex ittejjeb is-sigurtà tal-UE u taċ-ċittadini tagħha.

L-istrateġija aġġornata se tinkludi azzjonijiet speċifiċi għal kull baċir tal-baħar madwar l-UE. L-azzjoni għandha tqis l-istrateġiji reġjonali tal-UE 21 u l-programmi ta’ bini tal-kapaċitàjiet, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab.

1.Żieda fl-attivitajiet fuq il-baħar

Il-Boxxla Strateġika tal-UE titlob aktar tisħiħ tal-involviment tal-UE fis-sigurtà marittima. Skont il-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), l-Operazzjoni ATALANTA ilha titħaddem fil-Punent tal-Oċean Indjan mill-2008. Minħabba r-rekord ta’ suċċess tagħha, l-Operazzjoni ATALANTA rat il-mandat tagħha estiż mill-ġlieda kontra l-piraterija għal operazzjoni usa’ ta’ sigurtà marittima u qed tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet u s-sinerġiji mal-Missjoni Ewropea ta’ Sorveljanza Marittima fl-Istrett ta’ Hormuz (EMASOH) 22 . Fil-Baħar Mediterran, l-Operazzjoni Irini għandha bħala l-kompitu ewlieni tagħha li tinforza l-embargo tal-armi tan-NU fuq il-Libja. Dan huwa kontribut dirett tal-UE għall-paċi u l-istabbiltà fil-Mediterran, li jsaħħaħ is-sigurtà marittima. F’konformità mal-Approċċ Integrat, l-UE tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tas-sigurtà marittima billi tipprovdi taħriġ u bini tal-kapaċitàjiet għas-sħab permezz ta’ missjonijiet ċivili tal-PSDK, bħall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità (EUCAP Somalia).

Fl-2021, l-UE introduċiet il-kunċett il-ġdid tal-Preżenzi Marittimi Koordinati (CMP). Din l-għodda flessibbli ġdida għandha l-għan li tagħti spinta lill-impenn kollettiv tal-UE dwar is-sigurtà marittima billi tagħmel l-aħjar użu mill-assi navali tal-Istati Membri f’żoni li huma ta’ interess strateġiku għall-UE. Fil-kuntest tas-CMP, l-UE għandha żżid il-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali u illeċiti fuq il-baħar, inkluż it-traffikar tad-droga. Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni tas-CMP fil-Golf tal-Guinea u fil-Majjistral tal-Oċean Indjan (inkluż fil-Baħar l-Aħmar), l-UE se tikkunsidra żoni marittimi ta’ interess ġodda fejn għandha timplimenta dan il-kunċett. L-istabbiliment ta’ żoni marittimi ta’ interess ġodda jżid l-għarfien tas-sitwazzjoni, is-sħubijiet, u l-kultura strateġika tal-UE bħala attur tas-sigurtà marittima.

Il-Boxxla Strateġika tal-UE tenfasizza wkoll l-importanza li jiġu żgurati l-prontezza u l-interoperabbiltà fost il-forzi navali tal-Istati Membri tal-UE, u titlob li l-UE twettaq eżerċizzji reali fid-dominji kollha. Għalhekk, l-UE se tniedi eżerċizzju navali annwali biex tagħti spinta lill-prontezza, trawwem l-interoperabbiltà u tindirizza t-theddid li qed jevolvi għas-sigurtà marittima.

Il-Kummissjoni, assistita mill-EMSA, twettaq spezzjonijiet tas-sigurtà marittima fil-portijiet, fil-faċilitajiet tal-portijiet u fil-bastimenti fl-UE, u qiegħda tesplora modi kif tista’ tittejjeb is-sigurtà marittima f’dominji bħall-vapuri tal-passiġġieri jew iċ-ċibersigurtà. Bi qbil mal-linji gwida strateġiċi dwar il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri (EIBM) 23 , is-sistema ta’ sorveljanza tal-fruntieri tal-baħar trid tkun kapaċi tidentifika u, jekk ikun meħtieġ, tittraċċa u tinterċetta l-bastimenti kollha li jidħlu f’ilmijiet territorjali, u tgħin biex tiżgura l-protezzjoni u s-salvataġġ tan-nies fuq il-baħar f’kull tip ta’ temp. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-kapaċitajiet ta’ sorveljanza li toffri l-Frontex biex itejbu l-kapaċitajiet nazzjonali u l-għarfien ġenerali tas-sitwazzjoni.

Il-Frontex twettaq operazzjonijiet bħal Indalo, Themis u Poseidon biex tikkontrolla l-fruntieri tal-UE u biex tiġġieled il-kriminalità fil-Baħar Mediterran, b’mod partikolari il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Il-Frontex, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) u l-EMSA jwettqu operazzjonijiet marittimi bi skopijiet multipli biex jiġġieldu l-kriminalità transfruntiera, inkluż il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin, u biex jidentifikaw it-tniġġis tal-baħar u s-sajd illegali, u jwettqu kompiti oħra ta’ sorveljanza f’diversi baċiri tal-baħar madwar l-UE, inkluż il-Baħar l-Iswed. L-UE għandha tkompli tiżviluppa dawn l-operazzjonijiet importanti bi skopijiet multipli.

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE 24 biex tissaħħaħ is-sigurtà marittima se jkunu:

·l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzju navali annwali tal-UE;

·it-tisħiħ tal-operazzjonijiet navali eżistenti tal-UE (Atalanta u Irini) b’assi navali u tal-ajru;

·il-kunsidrazzjoni ta’ żoni marittimi ġodda ta’ interess fejn jista’ jiġi implimentat il-kunċett tas-CMP, abbażi tat-tagħlimiet meħuda u tal-proposti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

·it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali u illeċiti fuq il-baħar, inkluż it-traffikar tad-droga, fil-kuntest tas-CMP;

·iż-żamma u t-tisħiħ tal-ispezzjonijiet tas-sigurtà marittima fl-UE u l-indirizzar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-vapuri tal-passiġġieri;

·it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-livell tal-UE dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta billi jiġi promoss l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet marittimi bi skopijiet multipli f’diversi baċiri tal-baħar madwar l-UE.

2.Kooperazzjoni mas-sħab

L-UE diġà ħolqot relazzjonijiet u sinerġiji dwar is-sigurtà marittima ma’ organizzazzjonijiet multilaterali u reġjonali kemm fil-livell globali kif ukoll f’dak reġjonali (eż. man-NU, mal-IMO 25 , man-NATO, mal-AU 26 u mal-ASEAN 27 ) u ma’ diversi pajjiżi li mhumiex fl-UE, b’mod partikolari fil-Golf tal-Guinea u fl-Indo-Paċifiku. 

L-UE u l-Istati Membri tagħha żviluppaw ukoll kooperazzjoni internazzjonali permezz ta’ djalogi bilaterali, waqfiet fil-portijiet u eżerċizzji reali, b’mod partikolari fir-reġjun Indo-Paċifiku, eż. mal-Awstralja, mal-Ġappun, mal-Indja, mal-Indoneżja, mar-Repubblika tal-Korea, mal-Oman u ma’ Singapore. L-operazzjonijiet Atalanta u Irini jipparteċipaw f’mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-għarfien u għall-involviment multilaterali, inklużi l-Konferenzi dwar l-Għarfien Kondiviż u Koordinament (Shared Awareness and Deconfliction - SHADE). Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea tipprovdi appoġġ sinifikanti għas-sigurtà marittima bil-miżuri tagħha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, ta’ għajnuna umanitarja, u ta’ appoġġ għall-politika barranija.

Fil-Punent tal-Oċean Indjan l-UE ssostni arkitettura marittima reġjonali bbażata fuq ċentri ta’ fużjoni tal-informazzjoni u ta’ operazzjonijiet fil-Madagascar u fis-Seychelles, u bbażata wkoll fuq il-Kodiċi ta’ Kondotta ta’ Djibouti dwar ir-Repressjoni tal-Piraterija u s-Serq Armat kontra l-Bastimenti fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Golf ta’ Aden 28 .

Bl-istess mod, fil-Golf tal-Guinea, l-UE tappoġġa lill-organizzazzjonijiet reġjonali u lill-istati kostali li jimplimentaw l-istrateġiji tas-sigurtà marittima tagħhom billi ssaħħaħ l-infurzar tal-liġi marittima u l-ġustizzja, ittejjeb is-sigurtà u s-sikurezza tal-portijiet, u iżżid l-għarfien tad-dominju marittimu u t-tpartit tal-informazzjoni fil-qafas tal-Arkitettura ta’ Yaoundé 29 . Fl-Oċean Atlantiku inġenerali, l-UE tappoġġa l-ġlieda kontra l-attivitajiet illeċiti, u b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, b’kooperazzjoni mas-sħab.

F’kuntest ġeopolitiku diffiċli, l-UE għandha żżid il-kooperazzjoni mas-sħab fil-viċinat tagħha u f’żoni marittimi oħrajn ta’ importanza strateġika. Dan huwa importanti b’mod partikolari fid-dawl tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-UE se tintensifika l-kooperazzjoni tagħha man-NATO dwar is-sigurtà marittima, billi tkompli tibni fuq ir-riżultati miksuba u bi qbil mat-tielet Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO ta’ Jannar 2023. Fir-reġjun Indo-Paċifiku, l-UE għandha żżid t-tpartit tal-esperjenza dwar is-sigurtà marittima mas-sħab permezz tal-proġett “Kooperazzjoni Msaħħa tal-UE fis-Sigurtà fl-Asja u mal-Asja” (ESIWA) u d-djalogi bilaterali u billi tfittex li tingħata status ta’ osservatur (“Sieħeb fid-djalogu”) fl-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tal-Oċean Indjan (IORA). L-UE għandha wkoll tapprofondixxi l-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi u ma’ organizzazzjonijiet tal-istess fehma anki permezz ta’ fora internazzjonali u reġjonali dwar l-affarijiet marittimi.

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE dwar il-kooperazzjoni internazzjonali se jkunu:

·tħeġġeġ l-iffirmar u r-ratifika ta’ strumenti internazzjonali b’rabta mas-sigurtà marittima, b’mod partikolari l-UNCLOS, u waqt il-fora rilevanti tħeġġeġ il-konformità u t-tpartit tal-aħjar prattiki mas-sħab fl-implimentazzjoni tal-liġi internazzjonali rilevanti għas-sigurtà marittima.

·tintensifika l-kooperazzjoni bejn il-persunal tal-UE u tan-NATO dwar is-sigurtà marittima biex jiġu koperti l-kwistjonijiet kollha ta’ interess reċiproku f’dan id-dominju, inkluż l-ordinanza mhux sploduta fil-baħar, filwaqt li tkompli tibni fuq it-tliet Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-2016, l-2018 u l-2023;

·twettaq eżerċizzji navali konġunti mas-sħab biex tingħata spinta lill-interoperabbiltà, minbarra li twettaq waqfiet fil-portijiet u pattulji tal-UE aktar frekwenti, b’mod partikolari fl-Indo-Paċifiku, bi qbil mal-Boxxla Strateġika;

·tiskjera uffiċjali ta’ kollegament tal-UE f’ċentri ta’ fużjoni tal-informazzjoni marittima 30 f’żoni marittimi ta’ interess għall-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-kooperazzjoni, inkluż dwar l-infurzar tal-liġi, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, bejn l-UE u s-sħab tagħha u, fejn xieraq, tevalwa l-fattibbiltà ta’ konnessjoni diretta ta’ dawn iċ-ċentri ta’ fużjoni mas-sistemi rilevanti ta’ sorveljanza marittima tal-UE;

·tikseb l-istatus ta’ Sieħeb fid-Djalogu għall-UE fl-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tal-Oċean Indjan biex jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala sieħeb fis-sigurtà marittima fir-reġjun;

·tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali fit-tpartit tal-informazzjoni u fis-sorveljanza tal-infrastruttura marittima kritika, inklużi l-kejbils ta’ taħt il-baħar 31 , kif ukoll fis-sigurtà tal-bastimenti u tal-portijiet 32 .

3.Tmexxi fl-għarfien tad-dominju marittimu

Għarfien tajjeb tad-dominju marittimu huwa kruċjali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw malajr it-theddid li qed jikber u li qed jevolvi li jaffettwa lill-UE u jwieġbu għalihom b’mod effettiv. L-UE se tieħu t-tmexxija fl-għarfien tad-dominju marittimu billi ttejjeb il-ġbir u t-tpartit tal-informazzjoni fost setturi marittimi diversi 33 , u tiffaċilita t-tpartit tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Fil-livell internazzjonali, l-UE se tkompli l-ħidma tagħha biex ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ Għarfien tad-Dominju Marittimu (MDA) tal-pajjiżi sħab permezz tat-tpartit tal-informazzjoni u l-bini tal-kapaċità, speċjalment fil-Golf tal-Guinea u fl-Indo-Paċifiku.

Mill-2014, l-UE u l-Istati Membri tagħha għamlu progress sinifikanti fl-akkwist u fit-tpartit tal-informazzjoni fid-dominju marittimu billi żviluppaw u għaqqdu s-sistemi speċifiċi għas-settur użati mill-awtoritajiet diversi involuti fis-sorveljanza marittima 34 . B’mod partikolari, l-UE żviluppat l-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) 35 . Abbażi tal-parteċipazzjoni volontarja, is-CISE se jiffaċilita t-tpartit tal-informazzjoni f’ħin reali bejn l-awtoritajiet diversi responsabbli mill-funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta, inkluż il-militar, u jgħaqqad lill-awtoritajiet ikkonċernati fl-Istati Membri u bejniethom. Abbażi tal-proġett ta’ riċerka tal-UE CISE2020, f’April 2019, il-Kummissjoni nediet il-fażi tranżizzjonali ta’ CISE, u fdat il-koordinazzjoni tiegħu lill-EMSA, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri 36 . Filwaqt li tkompli tibni fuq il-fażi tranżizzjonali, il-Kummissjoni beħsiebha tniedi l-fażi operazzjonali fl-2024 bl-appoġġ tal-EMSA, soġġett għall-qbil tal-Bord Amministrattiv tagħha.

Fir-rigward tad-difiża, il-proġett ta’ sorveljanza marittima (MARSUR) appoġġat mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) tfassal biex jippermetti lill-forzi navali tal-Istati Membri kontribwenti jpartu l-informazzjoni u s-servizzi marittimi operazzjonali. Il-MARSUR jipprovdi valur miżjud operazzjonali, kif ġie attestat mill-fatt li l-Istati Membri tal-UE għażlu li jużawh biex jimplimentaw il-kunċett tas-CMP fil-Golf tal-Guinea u fil-Majjistral tal-Oċean Indjan. L-EDA u l-Istati Membri parteċipanti attwalment qegħdin jaħdmu biex isaħħu l-MARSUR permezz ta’ programm iddedikat. Bi qbil mal-Boxxla Strateġika, li titlob lill-UE ssaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċitajiet tagħha bbażati fuq l-intelliġenze, l-UE għandha tagħmel użu sħiħ mill-kapaċitajiet kollha ta’ sorveljanza marittima (eż. droni, inġenji tal-ajru tal-għassa u teknoloġija bbażata fl-ispazju). Il-Programm Spazjali tal-UE, permezz tal-komponenti tiegħu bħal Copernicus jew Galileo, u IRIS² 37 , jista’ jikkontribwixxi direttament għaż-żieda fl-MDA. Iċ-Ċentru Satellitari tal-UE (EU Satcen) huwa wkoll involut fl-MDA permezz tal-ħidma tiegħu mal-Kapaċità Unika ta’ Analiżi tal-Intelligence tal-UE, u mal-Kummissjoni dwar Galileo/Copernicus. F’dak ir-rigward, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-assi spazjali rilevanti huma kruċjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi.

L-UE stabbiliet kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn l-EFCA, l-EMSA u l-Frontex biex tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali tal-gwardja tal-kosta, inkluż fil-qasam tal-għarfien tas-sitwazzjoni marittima. Il-Forum Ewropew għall-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta u l-Forum għall-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta tal-Mediterran jistgħu jikkontribwixxu biex itejbu l-għarfien tad-dominju marittimu u l-kooperazzjoni operazzjonali billi jpartu l-aħjar prattiki.

F’każ ta’ diżastri jew aċċidenti, u meta l-kapaċitajiet nazzjonali ma jkunux jistgħu jlaħħqu, l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi jistgħu jattivaw il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili 38 . Permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza 39 , jistgħu jitolbu l-għajnuna, l-għarfien espert, jew analiżi tas-sitwazzjoni.

L-UE tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-MDA fil-livell internazzjonali billi tmexxi inizjattivi ddedikati għall-bini tal-kapaċità fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Il-proġett “Rotot Marittimi Kritiċi fl-Oċean Indjan” (CRIMARIO) 40 żviluppa għodod speċifiċi 41 biex itejjeb l-MDA u jsaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ u fost is-sħab reġjonali. Dan huwa koerenti mal-involviment usa’ tal-UE fis-sigurtà u d-difiża fir-reġjun Indo-Paċifiku. Bl-istess mod, il-proġett “Network Interreġjonali tal-Golf tal-Guinea” (GoGIN) 42 żviluppa l-pjattaforma YARIS, għodda għat-tpartit tal-informazzjoni b’appoġġ għall-“Arkitettura ta’ Yaoundé”.

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE dwar l-għarfien tad-dominju marittimu se jkunu:

·l-iżgurar li l-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni jsir operazzjonali sa nofs l-2024, li jippermetti tpartit sigur u strutturat ta’ informazzjoni kklassifikata u mhux ikklassifikata fost l-awtoritajiet minn setturi diversi tas-sorveljanza marittima (ċivili u militari);

·it-tisħiħ tan-network għat-tpartit tal-informazzjoni tas-sorveljanza marittima tad-difiża (MARSUR) billi jiġi stabbilit korp governattiv, u t-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-MARSUR u s-CISE;

·il-kapitalizzazzjoni fuq l-investiment li sar permezz tal-Politika Spazjali tal-UE u jintużaw iżjed il-kapaċitajiet disponibbli tas-sorveljanza marittima , tal-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar u tat-tibdil fil-klima permezz ta’ Copernicus;

·l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji bbażati fl-ispazju, ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod u ta’ stazzjonijiet tar-radar, ta’ inġenji tal-ajru tal-għassa marittima, u ta’ mezzi tal-baħar bi u mingħajr bdot abbord permezz ta’ għodod innovattivi u b’reżiljenza ċibernetika biex tingħata spinta lill-għarfien tas-sitwazzjoni marittima;

·it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-bastimenti tal-għassa kostali u lil hinn mill-kosta u l-ikkomplementar tagħha bi pjattaformi navali ta’ livell għoli b’network diġitali, inklużi pjattaformi navali mingħajr ekwipaġġ biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ prevenzjoni u rispons;

·it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ għarfien tad-dominju marittimu tal-pajjiżi sħab permezz tal-proġetti GoGIN u CRIMARIO, inkluż billi jkomplu jiġu operazzjonalizzati l-għodod ta’ għarfien tas-sitwazzjoni marittima (YARIS, IORIS u SHARE.IT) b’koordinazzjoni mas-servizzi satellitari ta’ Copernicus.

4.Tiġġestjona r-riskji u t-theddid

Bi qbil mal-Boxxla Strateġika, l-UE u l-Istati Membri tagħha se jtejbu l-kapaċità kollettiva tagħhom li jiddefendu s-sigurtà tagħhom u li jżidu r-reżiljenza u t-tħejjija tagħhom għall-isfidi tas-sigurtà marittima, inklużi t-theddid ibridu u ċibernetiku. L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr, b’kapaċitajiet ċivili u militari kkoordinati.

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma fost il-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-UE li huma riflessi fl-azzjoni esterna tagħha permezz ta’ ħafna strateġiji tematiċi jew ġeografiċi bħall-Global Gateway jew l-Istrateġija għall-Kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku, kif ukoll permezz tal-involviment diplomatiku tal-UE u d-Diplomazija tal-UE dwar il-Klima.

L-UE diġà ħadet passi sinifikanti biex tikseb in-newtralità klimatika sal-2050, u se tieħu aktar azzjoni dwar il-problemi marbuta mat-tibdil fil-klima, mad-degradazzjoni ambjentali u mas-sigurtà. Ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni se jippreżentaw Komunikazzjoni Konġunta dwar ir-rabta bejn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u s-sigurtà u d-difiża f’nofs l-2023. Din se tinkludi, fost l-oħrajn, proposti għal għodod li jivvalutaw il-kawżi u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali fuq is-settur marittimu, fuq l-infrastruttura marittima, kif ukoll fuq il-karatteristiċi naturali u magħmula mill-bniedem taż-żoni kostali, inkluż fir-rigward ta’ twissija bikrija, riċerka bbażata fuq l-evidenza u immaġnijiet satellitari (eż. permezz tal-programm Copernicus).

Fl-Artiku, l-għata polari tas-silġ qed tinħall, is-silġ tal-baħar qed jonqos, qed jinfetħu rotot ġodda tat-tbaħħir, u ż-żieda konsegwenti fl-attivitajiet tal-bniedem hija mistennija li tiġġenera jew taggrava t-theddid għall-ambjent u għall-komunitajiet lokali. F’dan ir-rigward, il-Komunikazzjoni Konġunta dwar “Impenn aktar b’saħħtu tal-UE għal Artiku paċifiku, sostenibbli u prosperu” 43 trid tkompli tiġi operazzjonalizzata mill-aktar fis possibbli b’mod partikolari fir-rigward ta’ korsiji tat-tbaħħir b’emissjonijiet żero, ta’ estrazzjoni sostenibbli ta’ materja prima kritika, u tal-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni tal-Artiku.

Il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fid-dominju marittimu tibqa’ wkoll prijorità ewlenija. L-UE għandha tikkomplementa r-rwol tal-Istati Membri fil-bini tar-reżiljenza tal-infrastruttura marittima kritika bħal pipelines jew kejbils taħt il-baħar li jaqsmu l-fruntieri marittimi nazzjonali. Għandha ttejjeb il-valutazzjonijiet tar-riskju attwali dwar il-kejbils taħt il-baħar u tikkomplementahom b’għażliet ta’ rispons u b’miżuri ta’ mitigazzjoni bbażati fuq l-għarfien espert u l-kapaċitajiet transsettorjali. Huwa essenzjali li jibqa’ jingħata l-appoġġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw assi protettivi taħt l-ilma u soluzzjonijiet kontra d-droni. Barra minn hekk, l-UE għandha tkompli tiffaċilita l-koeżistenza 44 tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta ma’ attivitajiet ta’ difiża 45 , kif irrakkomandat fl-istrateġija dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta 46 .

Bid-Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi 47 u d-Direttiva riveduta dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva NIS 2) 48 , l-UE tinsab fuq quddiem nett fl-iżviluppi rilevanti, b’qafas legali komprensiv li jippermettilha ttejjeb kemm ir-reżiljenza fiżika kif ukoll dik ċibernetika tal-entitajiet u tal-infrastruttura kritiċi. L-UE għandha żżid il-kooperazzjoni mas-sħab ewlenin u ma’ pajjiżi rilevanti mhux fl-UE f’dan il-qasam, b’mod partikolari permezz tad-djalogu strutturat bejn l-UE u n-NATO dwar ir-reżiljenza, u permezz tat-task force dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika.

L-UE qiegħda tiffaċċja l-isfida addizzjonali li tirriżulta minn kwantitajiet kbar ta’ ordinanza mhux sploduta (UXO) u armi kimiċi li joriġinaw mill-Ewwel u mit-Tieni Gwerrer Dinjija li jinsabu f’baċiri tal-baħar madwar l-UE. Din l-isfida saret aktar diffiċli minħabba l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, li qed tirriżulta f’għadd kbir ta’ mini fil-Baħar l-Iswed. It-tip, il-post u l-kwantità ta’ din l-ordinanza mhumiex dokumentati tajjeb, u dan joħloq riskji għas-sikurezza u s-sigurtà marittima, għall-ambjent (minħabba r-rilaxx possibbli ta’ sustanzi kimiċi) u għall-attivitajiet tal-ekonomija blu (eż. il-kostruzzjoni ta’ siti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta). Jenħtieġ li l-UE tindirizza din il-kwistjoni b’urġenza u b’mod komprensiv abbażi ta’ proġetti li rnexxew 49 , u timmitiga r-riskji assoċjati mal-UXO u d-disponiment tagħha. Se jkun importanti ħafna wkoll li l-UXO u l-mini li jitħallew fil-Baħar l-Iswed jintremew b’mod sikur, hekk kif il-kundizzjonijiet tas-sigurtà u politiċi jippermettu.

Is-sigurtà marittima hija mxekkla wkoll minn atturi barranin, kemm minħabba r-riskji relatati mal-investiment dirett barrani fl-infrastruttura kritika, kif ukoll minħabba l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn tali atturi. Dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti u oqfsa rilevanti; eż. l-investiment dirett barrani jiġi skrinjat f’konformità mar-Regolament rilevanti 50 .

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed iwettqu valutazzjoni tar-riskju bil-għan li jipproduċu gwida biex itejbu s-sigurtà tal-vapuri tal-passiġġieri fl-UE.

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE dwar il-ġestjoni tar-riskju u tat-theddid se jkunu:

·it-twettiq ta’ eżerċizzji reali regolari, fuq skala sħiħa fil-livell tal-UE, iffukati fuq il-protezzjoni tal-portijiet u fuq il-ġlieda kontra t-theddidiet bħal dawk ċibernetiċi u ibridi, minbarra l-eżerċizzju navali annwali msemmi hawn fuq;

·l-użu ta’ assi u għodod ta’ sorveljanza (eż. RPAS) u l-iżgurar tal-aħjar użu tas-servizzi spazjali attwali u futuri (bħall-osservazzjoni tad-dinja) għall-għassa u l-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika;

·l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ kooperazzjoni reġjonali tal-UE biex tiġi żgurata s-sorveljanza tal-infrastruttura ta’ taħt l-ilma u lil hinn mill-kosta;

·l-iżvilupp ta’ qafas koerenti biex jindirizza t-theddid maħluq mill-UXO, mill-armi attivi u mill-armi kimiċi fil-baħar, il-monitoraġġ u t-tneħħija tagħhom b’teknoloġiji innovattivi u b’impatt ambjentali minimu;

·it-titjib tat-twissija bikrija u tal-previżjoni strateġika, fost l-oħrajn permezz tal-użu tas-servizzi spazjali, dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari ż-żieda fil-livell tal-baħar, iż-żidiet fil-maltempati, u d-degradazzjoni ambjentali;

·it-tfassil ta’ valutazzjonijiet tar-riskju, pjanijiet ta’ kontinġenza u pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri (fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali) ġodda u t-tisħiħ ta’ dawk eżistenti għall-portijiet, għall-infrastruttura kostali, kif ukoll għas-sigurtà tal-vapuri tal-passiġġieri u għall-ktajjen tat-trasport / tal-provvista;

·l-inkoraġġiment tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-atturi marittimi dwar it-theddid ċibernetiku, u jitkompla l-indirizzar taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);

·it-titjib tal-għarfien tad-dominju marittimu fl-Artiku, inkluż bl-osservazzjoni spazjali; ikompli l-involviment mal-Istati kostali tal-Artiku b’mod bilaterali u f’fora multilaterali rilevanti, skont kif ikun jixraq, biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Politika dwar l-Artiku 51 ;

·il-valutazzjoni tal-possibbiltà tal-iskjerament ta’ proġetti rinnovabbli lil hinn mill-kosta u ta’ użi sostenibbli oħrajn f’żoni marittimi riżervati jew użati għal attivitajiet militari;

·il-valutazzjoni tal-investiment fl-infrastruttura marittima minn pajjiżi u entitajiet mhux fl-UE fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni stabbilit bir-Regolament dwar l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin.

5. Issaħħaħ il-kapaċitajiet

Biex tippromwovi l-interessi tas-sigurtà marittima tagħha, l-UE għandha taċċellera l-iżvilupp tal-kapaċitajiet kemm ċivili kif ukoll militari, li jinvolvu lill-industrija skont kif ikun jixraq. Ir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&Ż) dwar aspetti ċivili tas-sigurtà marittima Ewropea huma inklużi fir-raggruppament tas-Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà tal-programm Orizzont Ewropa tal-UE. Ir-riċerka u l-iżvilupp attwali u li ġejjin se jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċità fil-livell tal-UE, inkluż il-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika, il-ġestjoni tat-theddid taħt l-ilma, it-tħejjija u r-rispons għal diżastri antropoġeniċi u naturali, is-sigurtà tat-trasport marittimu tal-passiġġieri, u l-ġestjoni tal-UXO, li jinvolvu lill-industrija meta jkun jixraq.

Fil-qasam tad-difiża, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw spettru sħiħ ta’ kapaċitajiet marittimi, billi jagħmlu użu sħiħ mill-ambitu għall-kooperazzjoni taħt inizjattivi relatati tal-UE 52 . B’mod partikolari, jenħtieġ li jiffukaw fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet biex tiġi żgurata s-superjorità f’wiċċ l-ilma tal-UE, biex tiġi projettata s-saħħa fuq il-baħar, biex ikun jista’ jsir kontroll taħt l-ilma, u biex jikkontribwixxu għad-difiża tal-ajru.

Ir-rieżami li jmiss tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet 53 se jibbaża wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. Pereżempju, l-EDA se tesplora t-teknoloġiji ewlenin meħtieġa għall-ġestjoni ta’ mobilizzazzjonijiet ta’ ġemgħat ta’ droni marittimi mingħajr bdot abbord u għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika f’qiegħ il-baħar.

Kif mitlub mill-Boxxla Strateġika u bi qbil mar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) 54 , jenħtieġ li l-proġetti nazzjonali u multinazzjonali jkollhom l-għan kemm li jegħlbu l-frammentazzjoni tal-assi kritiċi bħall-bastimenti tad-daqs ta’ korvetta u s-sistemi abbord kif ukoll li jtejbu l-effettività operazzjonali tal-pjattaformi individwali. Diversi opportunitajiet għall-kooperazzjoni identifikati fiċ-ċiklu tal-CARD tal-2020 wasslu għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) f’sistemi marittimi mingħajr bdot abbord, eż. il-Vettura tal-Wiċċ Semiawtonoma ta’ Daqs Medju. Il-Fond Ewropew għad-Difiża 55 se jivvaluta proġetti ta’ riċerka u żvilupp, pereżempju dwar l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima, il-kapaċitajiet ta’ sorveljanza marittima, il-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika u l-kapaċitajiet taħt l-ilma.

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE biex jissaħħu l-kapaċitajiet se jkunu:

·l-iżvilupp ta’ rekwiżiti u kunċetti komuni għat-teknoloġija fid-difiża, inkluż għall-għarfien tad-dominju marittimu, kemm fil-wiċċ kif ukoll taħt l-ilma;

·il-bini ta’ sistemi interoperabbli mingħajr bdot abbord għall-monitoraġġ tal-infrastruttura marittima kritika, għall-ġlieda kontra mobilizzazzjonijiet ta’ ġemgħat ta’ droni ostili eċċ.;

·iż-żieda fil-kapaċitajiet moderni ta’ miżuri kontra l-mini, eż. billi jiġi żviluppat kunċett tal-operazzjonijiet tal-UE;

·l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet konġunti mtejba tal-inġenji tal-ajru tal-għassa marittima;

·il-bini ta’ eżerċizzji konġunti ta’ ttestjar u esperimentazzjoni għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet marittimi futuri tal-ogħla livell.

6.Edukazzjoni u taħriġ

Livell għoli ta’ edukazzjoni, ħiliet u taħriġ speċjalizzati huwa indispensabbli biex l-UE tkun mgħammra biex tindirizza l-isfidi attwali u futuri tas-sigurtà marittima. L-indirizzar ta’ theddid ibridu u ċibernetiku ġdid jeħtieġ operaturi b’ħiliet diġitali sodi u programmi speċifiċi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet. Soluzzjonijiet fil-forma ta’ skambji bejn programmi ta’ taħriġ militari, programmi ta’ taħriġ konġunti bejn il-forzi navali tal-Istati Membri tal-UE u bejn istituzzjonijiet diversi se jagħtu spinta lill-interoperabbiltà u se jgħinu lill-UE twieġeb għal theddid ġdid b’mod aktar effettiv, ikkoordinat u inklużiv.

Bħala parti mill-Practical handbook on European cooperation on coast guard functions, inħoloq katalgu ta’ taħriġ, li jkopri l-korsijiet kollha mmexxija mill-Aġenziji tal-UE fid-dominji marittimi kollha. Il-manwal se jiġi aġġornat kontinwament skont il-ħtiġijiet u l-iżviluppi. Il-proġett ta’ suċċess tan-Network tal-Akkademja tat-Taħriġ tal-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta Ewropea (ECGFA NET) u l-kors ta’ taħriġ armonizzat dwar il-funzjoni tal-gwardja tal-kosta għandhom ikomplu, speċjalment il-programm ta’ skambju, li jinvolvi pajjiżi ġirien u kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ proġett iddedikat implimentat mill-EFCA b’kooperazzjoni mill-qrib mal-EMSA u mal-Frontex. L-EMSA qed tiżviluppa wkoll kors dwar iċ-ċibersigurtà marittima. Iċ-Ċentru Ibridu ta’ Eċċellenza f’Helsinki (CoE Ibridu) jorganizza korsijiet u konferenzi dwar it-theddid ibridu li jaffettwa d-dominju marittimu. Jenħtieġ li jkunu appoġġati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-settur tas-sigurtà marittima tal-UE, filwaqt li jiġi promoss l-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ tekniċi ta’ livell għoli għan-nisa.

Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) 56 jipprovdi taħriġ u edukazzjoni fil-livell tal-UE kemm għall-persunal ċivili kif ukoll għal dak militari biex jippromwovi fehim komuni tal-isfidi għas-sigurtà marittima u jqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol li dejjem qed jikber tal-UE f’dan il-qasam. Bl-appoġġ tal-KESD, hemm sitt akkademji navali Ewropej li bħalissa qed jaħdmu fuq il-kontenut ta’ semestru navali internazzjonali komuni.

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ 57 se jkunu:

·it-tisħiħ tal-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà, mal-istrument ibridu u mas-sigurtà relatata mal-ispazju billi jiġu appoġġati korsijiet ta’ taħriġ ġodda u eżistenti offruti minn diversi istituzzjonijiet akkademiċi u korpi nazzjonali jew tal-UE kompetenti, kemm fil-qasam ċivili kif ukoll f’dak militari;

·it-twettiq ta’ programmi ta’ taħriġ iddedikati miftuħa għal sħab mhux fl-UE biex jindirizzaw it-theddidiet eżistenti u emerġenti għas-sigurtà marittima;

·l-iżvilupp ta’ “semestru navali internazzjonali” fil-qafas tal-Inizjattiva Ewropea għall-Iskambju ta’ Uffiċjali Żgħażagħ Militari (EMILYO) 58 ;

·it-twettiq ta’ eżerċizzji ċivili-militari bbażati fuq xenarji li jinvolvu ġuriżdizzjoni kondiviża jew użu kondiviż tal-kapaċitajiet.

V.Għodod u strumenti li jappoġġaw l-azzjoni tal-UE dwar is-sigurtà marittima

L-istrateġija aġġornata għandha tiġi implimentata fl-ispirtu tal-approċċ integrat biex jiġu massimizzati s-sinerġiji u biex jiddaħħlu għodod u strumenti komplementari tal-UE. Dan għandu jinkludi:

·il-proġetti ta’ difiża tar-riċerka u l-iżvilupp tal-Fond Ewropew għad-Difiża biex tingħata spinta lill-kapaċitajiet tal-forzi armati tal-Istati Membri tal-UE;

·il-Faċilità Ewropea għall-Paċi bħala mekkaniżmu ta’ finanzjament mhux baġitarju għall-azzjoni tal-UE skont il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni b’implikazzjonijiet militari u ta’ difiża;

·Ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE dwar il-kapaċitajiet tas-sigurtà marittima ċivili b’mod partikolari taħt ir-Raggruppament 3 “Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà” tal-programm Orizzont Ewropa tal-UE.

·l-opportunitajiet offruti mill-Fond għas-Sigurtà Interna u mill-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi biex tingħata spinta lill-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-gwardji tal-kosta tal-Istati Membri li jwettqu kompiti ta’ infurzar tal-liġi u ta’ kontroll tal-fruntieri fuq il-baħar;

·il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, b’mod partikolari billi tibbenefika mill-kapaċitajiet analitiċi u ta’ rispons, kif ukoll timplimenta l-għanijiet tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenża għad-diżastri;

·il-programm tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali li jappoġġa sħubijiet internazzjonali biex tissaħħaħ is-sigurtà marittima, b’mod partikolari l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima;

·l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (2021-2017), IPA III, minħabba l-ambitu tiegħu u l-enfasi tiegħu fuq il-pajjiżi kandidati;

·il-baġit tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni għall-finanzjament ta’ missjonijiet ċivili tal-PSDK;

·il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (EMFAF) għall-finanzjament tas-sorveljanza marittima u l-kooperazzjoni dwar il-funzjoni ta’ gwardja tal-kosta;

·il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-programmi Interreg li jappoġġaw l-investiment f’reġjuni u territorji kostali u ultraperifiċi u f’pajjiżi li għandhom fruntieri marittimi komuni mal-UE;

·il-Fondi għas-Sigurtà Interna li jiffinanzjaw iċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi – Narkotiċi (MAOC-N) u l-kapaċitajiet speċifiċi tiegħu għat-tpartit tal-informazzjoni biex jiġi indirizzat it-traffikar tad-drogi fuq il-baħar.

VI.It-triq ’il quddiem

Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se jaħdmu flimkien mal-Kunsill biex jimplimentaw din l-istrateġija aġġornata fl-oqsma ta’ azzjoni identifikati hawn fuq u dettaljati fil-pjan ta’ azzjoni, filwaqt li jibnu fuq il-kisbiet tal-EUMSS mill-2014, bl-użu ta’ strumenti u politiki eżistenti, u billi jsegwu l-gwida ġenerali tal-Boxxla Strateġika.

Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistiednu lill-Istati Membri japprovaw l-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni. Tliet snin wara li l-istrateġija tiġi approvata mill-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se jippreżentaw rapport ta’ progress konġunt b’kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri lill-Kunsill.

(1)

JOIN(2022)28 final

(2)

https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2022/702557/EXPO_IDA(2022)702557_EN.pdf

(3)

COM(2021) 240 final.

(4)

Id-Dokument tal-Kunsill 11205/14 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill 10494/18.

(5)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 9946/21.

(6)

  https://eunavfor.eu/  

(7)

  https://www.operationirini.eu/  

(8)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 06256/22 u 06255/22.

(9)

Id-Dokument tal-Kunsill 7371/22.

(10)

L-Analiżi tat-Theddid tal-UE hija analiżi komprensiva u bbażata fuq l-intelligence tal-firxa ta’ theddidiet u sfidi li qed tiffaċċja, jew li tista’ tiffaċċja fil-futur l-UE. Din tiġi aġġornata regolarment u sservi ta’ informazzjoni ta’ sfond biex tgħin fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika tal-UE għas-Sigurtà u d-Difiża.

(11)

SROCC (2019) u WGII, AR6 (2022) tal-IPCC.

(12)

COM(2020) 380 final

(13)

B’mod partikolari, żieda inkwetanti fil-mortalità taċ-ċetaċji fil-Baħar l-Iswed.

(14)

2023/C 20/01

(15)

COM(2023)61 final u 2023/C 56/01.

(16)

It-terminu ordinanza mhux sploduta (UXO) jirreferi għall-armi splussivi (bombi, projettili, granati, mini terrestri, mini navali, munizzjon dispersiv, u tipi oħra ta’ munizzjon) li qatt ma splodew u għad hemm ir-riskju li jisplodu, xi drabi bosta deċennji wara li jkunu ntużaw jew ġew skartati.

(17)

https://www.wto.org/english/tratop_e/rulesneg_e/fish_e/fish_e.htm

(18)

Pereżempju kejbils u pipelines sottomarini, ċentri loġistiċi (jiġifieri portijiet), installazzjonijiet offshore tal-enerġija rinnovabbli, pjattaformi taż-żejt u tal-gażojl lil hinn mill-kosta, eċċ.

(19)

L-għarfien tad-dominju marittimu huwa l-fehim effettiv ta’ attivitajiet assoċjati mad-dominju marittimu li jistgħu jagħmlu impatti fuq is-sigurtà, is-sikurezza, l-ekonomija jew l-ambjent tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha. Fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet u drittijiet tal-utenti ddefiniti tajjeb, tgħin lill-awtoritajiet li huma responsabbli għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u sorveljanza biex jipprevjenu u jindirizzaw kull sitwazzjoni, avveniment u azzjoni marbuta mad-dominju marittimu tal-UE b’mod komprensiv. Id-dominju marittimu tal-UE jinkludi l-ilmijiet territorjali tal-Istati Membri tal-UE, iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi u l-Pjattaformi Kontinentali kif iddefinit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982, kif ukoll l-attivitajiet kollha b’rabta marittima li jitwettqu hemmhekk, f’qiegħ il-baħar, taħt wiċċ il-baħar, f’wiċċ il-baħar, u fuq il-baħar, bħal installazzjonijiet, merkanzija, dgħajjes u bastimenti żgħar li jtajru l-bnadar tal-UE, li huma proprjetà tagħha, li huma ġestiti minnha jew li għandhom xi rabta magħha.

(20)

L-“approċċ integrat għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni” ġej mill-Istrateġija Globali tal-UE tal-2016 (il-Konklużjonijiet tal-Kunsill: EUCO 26/16 u 13202/16) u ġie approvat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2018 (5413/18). Dan jidentifika qafas għal involviment aktar koerenti u olistiku mill-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni u jippromwovi s-sigurtà tal-bniedem u b’hekk iżid ukoll is-sigurtà tal-UE u taċ-ċittadini tagħha.

(21)

Bħall-Istrateġija Komprensiva mal-Afrika (JOIN(2020) 4 final), l-Istrateġija tal-UE dwar il-Golf tal-Guinea (7671/14), l-Istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku (JOIN(2021) 24 final), il-politika tal-UE dwar l-Artiku (JOIN(2021) 27 final), l-Istrateġija dwar ir-Reġjuni Ultraperiferiċi COM(2022).

(22)

https://www.diplomatie.gouv.fr/en/french-foreign-policy/europe/news/article/european-maritime-awareness-in-the-soh-emasoh-political-statement-by-the

(23)

COM(2022) 303

(24)

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE elenkati taħt kull wieħed mis-sitt objettivi speċifiċi jiġbru fil-qosor elementi prominenti ta’ azzjonijiet ippreżentati fid-dettall fil-pjan ta’ azzjoni.

(25)

L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti

(26)

L-Unjoni Afrikana

(27)

Is-sigurtà marittima ilha prijorità kondiviża kemm għall-UE kif ukoll għall-ASEAN. Il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ reġjuni ffukat fuq ir-rispons għal theddid marittimu tranżnazzjonali bħall-piraterija, il-kuntrabandu, l-immigrazzjoni illegali, ir-riskji ta’ diżastri u l-impatti tat-tniġġis u tat-tibdil fil-klima. L-Unjoni Ewropea tappoġġa l-proċess immexxi mill-ASEAN lejn Kodiċi ta’ Kondotta fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; https://euinasean.eu/maritime-cooperation/

(28)

Is-Sigurtà Marittima fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Afrika u fl-Oċean Indjan (MASE), il-Programm għas-Sigurtà u s-Sikurezza tal-Portijiet u tan-Navigazzjoni, il-Programm Reġjonali għas-Sigurtà Marittima fiż-Żona tal-Baħar l-Aħmar, u l-CRIMARIO.

(29)

Azzjonijiet SWAIMS, PASSMAR u GOGIN.

(30)

Iċ-ċentri tal-fużjoni tal-informazzjoni marittima huma entitajiet nazzjonali jew reġjonali li jiġbru l-informazzjoni biex itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima f’żona ġeografika partikolari. Fl-2022, l-UE użat l-ewwel uffiċjal ta’ kollegament tagħha fiċ-Ċentru tal-Fużjoni tal-Informazzjoni f’Singapore, li jkopri l-biċċa l-kbira tar-reġjun Indo-Paċifiku.

(31)

F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2023/C 20/01 dwar approċċ ikkoordinat mal-Unjoni kollha biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika.

(32)

f’konformità mal-Kodiċi Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Bastimenti u tal-Faċilitajiet tal-Portijiet; https://www.imo.org/en/OurWork/Security/Pages/SOLAS-XI-2%20ISPS%20Code.aspx

(33)

Is-setturi marittimi jinkludu s-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport marittimu, il-kontroll tas-sajd, it-tħejjija u r-rispons għat-tniġġis tal-baħar, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, id-dwana, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi ġenerali u d-difiża.

(34)

Eż. Eurosur u SafeSeaNet (sistemi operazzjonali fil-livell tal-UE).

(35)

Id-Dokument tal-Kunsill 9946-2021

(36)

SWD (2019) 322 final

(37)

  https://defence-industry-space.ec.europa.eu/welcome-iris2-infrastructure-resilience-interconnectivity-and-security-satellite-2022-11-17_en

(38)

  il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (europa.eu)

(39)

  Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) (europa.eu)

(40)

Il-Kummissjoni Ewropea qed tiffinanzja lil CRIMARIO b’EUR 23 miljun bejn l-2015 u l-2025.

(41)

Il-pjattaformi IORIS u SHARE.IT.

(42)

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiffinanzja l-GOGIN b’EUR 11,5 miljun (2016-2023), u l-GOGIN II b’EUR 5 miljun (2023-2025).

(43)

JOIN(2021) 27 final

(44)

F’konformità mad-Direttiva dwar l-MSP, 2014/89/UE

(45)

Il-proġett “Symbiosis” li għaddej taħt il-koordinazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, bil-fondi ta’ Orizzont Ewropa 2020; https://eda.europa.eu/symbiosis

(46)

COM(2020) 741 final

(47)

Id-Direttiva (UE) 2022/2557

(48)

Id-Direttiva (UE) 2022/2555

(49)

Proġetti biex il-Baħar Baltiku jitnaddaf mill-munizzjonijiet kimiċi u konvenzjonali b’appoġġ mill-programm Interreg iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - 10 years of Interreg cooperation to free the Baltic Sea from dumped munitions - Interreg Baltic Sea Region (interreg-baltic.eu)

(50)

 Ir-Regolament (UE) 2019/452

(51)

Join(2021)27 final

(52)

Il-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet, l-opportunitajiet kollaborattivi identifikati fil-qafas tar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża, il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti, il-Fond Ewropew għad-Difiża.

(53)

Il-Bord ta’ Tmexxija tal-EDA ta’ Ġunju 2022 nieda formalment ir-reviżjoni tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet.

(54)

Qasam ta’ fokus “Bastimenti tal-Wiċċ Ewropej tal-Klassi tal-Pattulja”

(55)

L-għan tal-EDF huwa li jsaħħaħ il-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tad-difiża fl-UE. B’hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari tal-Istati Membri.

(56)

Il-KESD, fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), jipprovdi taħriġ u edukazzjoni fil-livell tal-UE, fil-qasam tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tal-Unjoni. Dan għandu l-għan li jiżviluppa u jippromwovi fehim komuni tal-PSDK fost il-persunal ċivili u militari, u li jidentifika u jxerred, permezz tal-attivitajiet ta’ taħriġ tiegħu, prattiki tajbin fir-rigward ta’ diversi kwistjonijiet tal-PSDK. Permezz ta’ dan, il-KESD jikkomplementa l-isforzi nazzjonali fil-qasam tat-taħriġ u l-edukazzjoni.

(57)

Inkluż bħala parti mis-Sena tal-Ħiliet.

(58)

http://www.emilyo.eu/ EMILYO mhijiex marbuta mal-Programm Erasmus+.

Top

Brussell, 10.3.2023

JOIN(2023) 8 final

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsilll

dwar l-aġġornament tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha



“Strateġija mtejba għas-Sigurtà Marittima kontra tħeddidiet marittimi li qegħdin jevolvu”


Pjan ta’ Azzjoni 1  

Objettiv Strateġiku 1. Jiżdiedu l-attivitajiet fuq il-baħar

Objettivi

Azzjonijiet

Skeda
Fejn japplika

Atturi Kkonċernati 2

1.1. L-espansjoni tar-rwol u l-azzjonijiet tal-UE fil-baċiri tal-baħar madwar l-UE u lil hinn minnha.

It-tisħiħ tal-operazzjonijiet navali tal-PSDK tal-UE u l-espansjoni tal-kunċett tal-Preżenzi Marittimi Koordinati (CMP)

1.1.1

L-operazzjonijiet navali tal-PSDK tal-UE (fosthom Atalanta u IRINI) jiġu pprovduti bl-assi navali u tal-ajru elenkati fid-dikjarazzjonijiet konġunti tar-rekwiżiti kkombinati rispettivi tagħhom.

2025

SM, EEAS

1.1.2

Jitqiesu żoni marittimi ġodda ta’ interess li fihom jiġi implimentat is-CMP, abbażi ta’ proposti mis-SEAE.

Mill-2023

SM, EEAS

L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni u sinerġiji bejn l-inizjattivi mmexxija mill-Istati Membri u dawk tal-UE dwar is-sigurtà marittima

1.1.3

Iż-żieda fil-kooperazzjoni bejn l-Operazzjoni Atalanta tal-EUNAVFOR u l-Missjoni Ewropea ta’ Sorveljanza Marittima fl-Istrett ta’ Hormuz (EMASOH).

Mill-2023

SM, EEAS

1.1.4

Jiġu żgurati l-koerenza u l-koordinazzjoni ġenerali tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE ma’ dawk tas-servizzi u tal-aġenziji rilevanti tal-Kummissjoni u tar-riżorsi umani, inkluż permezz tas-CMP.

Fuq bażi kontinwa

SM, COM, EEAS

1.1.5

L-appoġġ għall-azzjoni bis-servizzi ta’ Fużjoni u l-kapaċitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni tal-EUROSUR, bħal dawk disponibbli permezz tas-CISE u l-IMS, u koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ f’żoni prefruntiera.

Fuq bażi kontinwa

Frontex, EMSA

1.1.6

L-appoġġ għall-ħolqien ta’ korsijiet tal-operaturi tal-persunal marittimu (MSCO) fl-Istati Membri billi jiġi pprovdut taħriġ u aċċess għall-kapaċitajiet u s-servizzi tal-EUROSUR.

1.1.7

Jiġi żgurat li l-azzjoni tal-UE fuq il-baħar u fuq l-art tkun komplementari mal-Approċċ Integrat tal-UE bil-promozzjoni ta’ rabtiet mal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta (Arranġament ta’ Ħidma Tripartitiku) u ta’ kunċett ta’ Operazzjoni Marittima bi Skop Multiplu żviluppat fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-UE dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u implimentat mill-awtoritajiet tal-gwardja tal-kosta fil-baċiri tal-baħar ikkonċernati.

Mill-2023, fuq bażi kontinwa.

SM, COM, EEAS, EFCA, EMSA, Frontex

1.1.8

Il-promozzjoni ta’ sinerġiji, fejn hu xieraq u legalment fattibbli, bejn l-attivitajiet tal-PSDK u l-kunċetti ta’ Operazzjoni Marittima bi Skopijiet Multipli żviluppati fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta.

Mill-2023, fuq bażi kontinwa.

SM, COM, EEAS, EFCA, EMSA, Frontex

F’baċiri tal-baħar rilevanti madwar l-UE

1.1.9

L-organizzazzjoni ta’ eżerċizzju navali annwali tal-UE, li jinvolvi l-flotot u l-awtoritajiet relatati mill-akbar għadd possibbli ta’ Stati Membri biex tingħata spinta lill-kapaċitajiet ta’ tħejjija u ta’ rispons għat-theddid tradizzjonali kif ukoll għar-riskji u t-theddid elenkati fl-Objettiv Strateġiku 4.

Kull sena, mill-2024

SM, EEAS

1.1.10

Is-simplifikazzjoni tas-sigurtà marittima fil-ħidma fuq l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar u fuq l-istrateġiji makroreġjonali, fejn rilevanti.

Mill-2023, fuq bażi kontinwa.

COM

L-Artiku

1.1.11

Tiġi żgurata osservazzjoni suffiċjenti bis-satellita tar-rotot il-ġodda tal-Baħar Artiku, inkluż permezz tal-kapaċitajiet ta’ Copernicus (inkluż is-servizz tal-baħar tiegħu – CMEMS 3 ), biex jissaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni.

Sal-2025

COM, EMSA

1.1.12

Parteċipazzjoni ad hoc fil-ħidma tal-Kunsill tal-Artiku u f’fora relatati.

Fuq bażi kontinwa.

SM, EEAS, COM

L-Atlantiku

1.1.13

L-appoġġ għall-operazzjonijiet kontra t-traffikar tad-droga permezz tat-tpartit tal-informazzjoni u t-tmexxija ta’ operazzjonijiet konġunti, inkluż f’pajjiżi/ f’portijiet tat-tluq u f’portijiet u faċilitajiet tal-portijiet tad-destinazzjoni fl-UE

Mill-2023, fuq bażi kontinwa.

SM, COM, MAOC-N, EMSA, EUROPOL

Il-Baħar Baltiku

1.1.14

L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu li jinvolvi l-COM, il-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku (CBSS) u l-HELCOM biex jikkoordinaw azzjonijiet xjentifiċi, operazzjonijiet, u tpartit tad-data biex jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni għall-indirizzar tal-UXO fil-Baħar Baltiku.

Sa tmiem l-2023

SM, COM, EEAS

1.1.15

L-iżvilupp ta’ għodda fil-livell reġjonali biex tippermetti t-tpartit tad-data dwar il-munizzjon, it-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-identifikazzjoni tal-aħjar modi biex jitneħħa l-munizzjon konvenzjonali u kimiku mill-Baħar Baltiku.

Sa tmiem l-2023

SM, COM, EEAS

1.1.16

L-iżvilupp u l-espansjoni ta’ teknoloġiji biex jiġu indirizzati l-UXO, bl-involviment ukoll ta’ entitajiet ċivili, u l-promozzjoni ta’ rabtiet mal-industrija.

Mill-2024, fuq bażi kontinwa.

SM, COM, EEAS

1.1.17

L-istabbiliment ta’ kampanja regolari li għandha l-għan li tnaddaf ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku mill-munizzjon skartat, biex tipproteġi l-ambjent tal-baħar, tiżgura s-sigurtà tal-korsiji tal-baħar u tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi marittimi.

Mill-2024, fuq bażi kontinwa.

SM, COM, EEAS

Il-Baħar l-Iswed

1.1.18

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet għal rispons koordinat għat-tniġġis tal-baħar relatat ma’ kunflitti armati, inkluż bl-iżvilupp ta’ kurrikuli ġodda ta’ taħriġ biex jiġi indirizzat it-tniġġis minn diversi sorsi, inklużi eż. l-UXO, il-mini, it-tnixxijiet taż-żejt, il-bastimenti mgħarrqa, it-tniġġis mill-istorbju, eċċ., li jista’ jaffettwa wkoll il-bijodiversità u l-ekosistemi, bl-użu wkoll tal-Aġenda Strateġika ta’ Riċerka u ta’ Innovazzjoni (SRIA) tal-Baħar l-Iswed.

2023

SM, COM, EMSA

1.1.19

L-analiżi tal-impatt tal-attivitajiet militari fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna, fuq iċ-ċetaċji, permezz tal-ħidma tal-ASCOBANS (il-Ftehim dwar il-Konservazzjoni taċ-Ċetaċji ż-Żgħar).

Mill-2023

SM, COM, SEAE

1.1.20

Il-bini fuq il-kapaċitajiet eżistenti tas-SatCen u ta’ servizzi oħrajn tal-UE u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet attwali biex jiġu identifikati l-mini tal-baħar, inklużi dawk użati fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li joħolqu riskju għat-tbaħħir u għan-navigazzjoni.

Mill-2023

SM, COM, SatCen

Il-Mediterran

1.1.21

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ pajjiżi sħab tal-Mediterran tal-istess fehma u t-tpartit tal-informazzjoni, fejn xieraq, biex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kontrolli mal-fruntieri bl-għan li jidentifikaw u jipprevjenu l-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri u l-attivitajiet kriminali transfruntiera.

Fuq bażi kontinwa

SM, COM, EEAS, Frontex

1.1.22

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni u tas-sinerġiji bejn l-Operazzjoni IRINI, l-EUBAM LIBJA u l-Aġenziji Ewropej rilevanti.

Mill-2023

SM, COM, EEAS, Frontex, EMSA

1.1.23

F’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-UgħM dwar l-SBE 4 , il-MedCGFF se tiżviluppa korsijiet ta’ taħriġ u se tiffaċilita t-tpartit ta’ informazzjoni, għarfien espert, assistenza teknika, taħriġ u l-aħjar prattiki fost il-pajjiżi tal-UgħM biex jiġu indirizzati l-attivitajiet illeċiti fuq il-baħar.

Fuq bażi kontinwa, mill-2024

SM, COM, Frontex, EMSA, EFCA

1.1.24

L-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità marittima reġjonali biex jiġu estiżi l-programmi eżistenti ta’ bini tal-kapaċità għas-sigurtà marittima (eż. il-Proċess ta’ Rabat) u l-iżvilupp ta’ inizjattivi simili ma’ pajjiżi sħab u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali.

Fuq bażi kontinwa, mill-2024

SM, EEAS

1.1.25

L-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-GFCM/Skema Internazzjonali ta’ Spezzjoni/Proġetti Pilota biex tittejjeb is-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd u biex tiġi appoġġata l-ġlieda kontra l-IUU.

Fuq bażi kontinwa

SM, COM, EFCA

Il-Baħar tat-Tramuntana

1.1.26

It-twettiq ta’ eżerċizzju komprensiv ta’ mmappjar tal-baċir tal-Baħar tat-Tramuntana sabiex titwettaq valutazzjoni tar-riskju u jiġu identifikati l-aħjar modi biex jitneħħa l-munizzjon konvenzjonali u kimiku.

Sa tmiem l-2025

COM, SM

F’oqsma fejn hija implimentata s-CMP

1.1.27

Tissaħħaħ il-ġlieda kontra attivitajiet illegali u illeċiti fuq il-baħar, inkluż it-traffikar tad-droga, fil-kuntest tas-CMP

Fuq bażi kontinwa

SM, EEAS

Il-Golf tal-Guinea

1.1.28

Jibqa’ jingħata l-appoġġ għall-Arkitettura ta’ Yaoundé għas-sigurtà marittima, inkluż permezz tal-programm tan-Network ta’ Informazzjoni Reġjonali tal-Golf tal-Guinea (GoGIN) u titjib fl-istat tad-dritt u fl-oqfsa legali nazzjonali fir-reġjun, inkluż permezz tal-programmi SWAIMS u PASSMAR li għaddejjin bħalissa, sakemm jitlestew fl-2024, u sussegwentement permezz tal-programm reġjonali suċċessur dwar is-sigurtà marittima, kif ukoll WeCAPS u GoGIN.

Bażi kontinwa

SM, COM, EEAS, EMSA

1.1.29

It-tisħiħ tal-koerenza bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-azzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tas-CMP fil-Golf tal-Guinea.

Għaddej attwalment

SM, EEAS

Indo-Paċifiku

1.1.30

It-titjib fil-mekkaniżmi ta’ tpartit tal-informazzjoni, u jiġu ffaċilitati l-konnessjonijiet bejn iċ-ċentri tal-fużjoni tal-informazzjoni marittima bl-iżvilupp u l-espansjoni tal-użu tal-pjattaforma IORIS ta’ CRIMARIO u l-inizjattiva SHARE.IT.

SM, COM, EEAS

1.1.31

It-twettiq ta’ eżerċizzji konġunti u ta’ waqfiet f’portijiet mas-sħab tal-Indo-Paċifiku, preferibbilment bl-użu tal-IORIS bħala għodda kollaborattiva.

Mill-2024

SM, COM, EEAS

1.1.32

Tiġi żgurata l-koerenza tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE ma’ dawk tas-servizzi u l-aġenziji rilevanti tal-Kummissjoni u tar-Riżorsi Umani, inkluż permezz tas-CMP fl-Oċean Indjan tal-Majjistral.

Mill-2023

1.1.33

Tiżdied il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà marittima ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, b’mod partikolari l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), inkluż bil-kisba tal-istatus ta’ Sieħeb ta’ Djalogu fl-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tal-Oċean Indjan (IORA).

Mill-2023

1.1.34

Jitkompla l-appoġġ tal-arkitettura tas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan ibbażata fuq il-programm MASE u fuq il-Kodiċi ta’ Kondotta ta’ Djibouti permezz tal-programm reġjonali li jmiss dwar is-sigurtà marittima fl-Afrika sub-Saħarjana.

Mill-2024

1.2 Il-promozzjoni tar-rispett tal-Liġi Internazzjonali u l-ġlieda kontra l-attivitajiet illeċiti fuq il-baħar

Il-promozzjoni tal-konformità mal-UNCLOS u ma’ strumenti internazzjonali oħra relatati mas-sigurtà marittima

1.2.1

Jitħeġġeġ l-iffirmar u r-ratifika ta’ strumenti internazzjonali b’rabta mas-sigurtà marittima, b’mod partikolari l-UNCLOS, u waqt il-fora rilevanti jitħeġġew il-konformità u t-tpartit tal-aħjar prattiki mal-istati kostali u mas-sħab fl-implimentazzjoni tal-liġi internazzjonali rilevanti għas-sigurtà marittima.

Bażi kontinwa mill-2023

SM, COM, EEAS,

1.2.2

Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab biex jitpartu l-aħjar prattiki u miżuri ta’ bini ta’ fiduċja biex jgħinu fl-implimentazzjoni tad-dritt internazzjonali fir-relazzjonijiet ma’ dawn il-pajjiżi sħab.

Bażi kontinwa mill-2023

SM, COM, EEAS

Il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ aspetti tas-sigurtà marittima skont l-oqfsa legali tal-IMO u tal-UE

1.2.3

Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sigurtà marittima billi tiġi żgurata, pereżempju, il-konformità mal-istrumenti legali internazzjonali tal-IMO, b’mod partikolari biex jiġi implimentat il-Kodiċi Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Bastimenti u tal-Faċilitajiet tal-Portijiet (ISPS).

Bażi kontinwa

SM, COM, EMSA

1.2.4

Il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ linji gwida tal-COM MARSEC, inklużi linji gwida dwar iċ-ċibersigurtà, f’konformità mar-regolamenti tal-IMO, biex jiġu promossi l-funzjonijiet ta’ kontroll tas-sigurtà tal-portijiet u tal-bastimenti.

Bażi kontinwa

SM, COM, EMSA

1.2.5

L-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ għadd suffiċjenti ta’ spezzjonijiet tas-sigurtà marittima tal-Kummissjoni bħala attività annwali regolari (biex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà Marittima fl-Istati Membri); jibqgħu jiġu studjati l-modi li bihom tista’ tissaħħaħ is-sigurtà marittima f’dominji bħall-vapuri tal-passiġġieri u ċ-ċibersigurtà.

Bażi kontinwa

SM, COM, EMSA

Jingħata appoġġ fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), f’konformità mal-approċċ konsolidat tal-UE u l-aħjar prattiki.

1.2.6

Jitkompla l-appoġġ lill-Istati Membri f’operazzjonijiet konġunti u ta’ kontroll tas-sajd filwaqt li jiġu implimentati pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt tal-EFCA biex jippermettu t-tpartit permanenti ta’ informazzjoni u attivitajiet ta’ intelligence u ta’ kontroll, ippjanati abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskji.

Bażi kontinwa, għaddej attwalment

SM, COM, EFCA, EMSA

1.2.7

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, inkluż it-tpartit tad-data, biex jittejbu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u biex jiġu appoġġati l-awtoritajiet tas-sajd (inklużi ċ-ċentri ta’ monitoraġġ tas-sajd nazzjonali u reġjonali), fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni reġjonali u nazzjonali applikabbli.

Għaddej attwalment

SM, COM, EFCA, EMSA, FRONTEX

1.2.8

Jingħata appoġġ lill-forzi tal-gwardja tal-kosta u navali tal-Istati Membri biex jipprovdu servizzi fiż-żoni rilevanti tal-konvenzjoni tal-RFMOs, biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-baħħara, tal-bastimenti tas-sajd u tal-flotot (eż. mill-piraterija), biex jiġu kkontrollati aħjar u eliminati l-abbużi serji tal-ħaddiema u x-xogħol furzat.

Bażi kontinwa, mill-2023

SM, COM

1.2.9

Tittieħed l-azzjoni biex jiġu kkontrollati u eliminati l-abbużi serji tal-ħaddiema u x-xogħol furzat.

Bażi kontinwa, mill-2023

SM, COM

Jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri u l-ġlieda kontra attivitajiet kriminali transfruntiera bħall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jew merkanzija, u t-traffikar tal-bnedmin, b’enfasi fuq partijiet remoti tal-UE li huma affettwati b’mod partikolari mill-pressjoni tal-migrazzjoni

1.2.10

Jiġi żviluppat rispons koerenti u robust għall-ġlieda kontra l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni bil-baħar u biex jiġu skoraġġuti, eliminati u mħarrka n-networks kriminali li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ migranti u li jittraffikaw il-bnedmin.

Mill-2023

SM, COM, EEAS, Frontex, Europol, Eurojust

1.2.11

Jittieħed vantaġġ mill-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament tal-EBCG 5 u mill-kooperazzjoni strutturata bejn l-atturi rilevanti (eż. il-EUROPOL, l-INTERPOL, il-UNODC u l-MAOC-N), u bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-attivitajiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM), tissaħħaħ l-analiżi tar-riskji biex jiġu identifikati ż-żoni u l-portijiet marittimi li għandhom jiġu mmonitorjati, kif ukoll il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru li għandhom jiġu traċċati, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari jew l-attivitajiet u n-networks kriminali transfruntiera.

Mill-2024

SM, COM, EMSA, Frontex

1.2.12

Tinħalaq u tinżamm aġġornata stampa tas-sitwazzjoni tal-UE inkluż iż-żona prefruntiera, abbażi tat-tpartit tal-informazzjoni, tal-analiżi tar-riskji u tas-sorveljanza u l-għassa mill-ajru proattivi.

Mill-2024

SM, Frontex

Objettiv Strateġiku 2. Kooperazzjoni mas-sħab

Objettivi

Azzjonijiet

Skeda
Fejn japplika

Atturi Kkonċernati

2.1 Tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma u strateġiċi

Tingħata spinta lill-kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma u strateġiċi

2.1.1

Tiżdied il-parteċipazzjoni tal-UE fil-mekkaniżmi SHADE fid-dominju marittimu. Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-G7++ FOGG (il-Ħbieb tal-Golf tal-Guinea) u s-sottogruppi ta’ ħidma tiegħu. Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-GoG SHADE u s-sottogruppi ta’ ħidma tiegħu.

Fuq bażi kontinwa, mill-2023

SM, EEAS, COM

2.1.2

Jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mas-sħab internazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà marittima ta’ interess komuni bħas-sorveljanza u l-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika

Mill-2023

SM, EEAS, COM

2.1.3

Jingħata appoġġ lill-pajjiżi sħab fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom għall-governanza marittima, l-istat tad-dritt u l-kapaċitajiet militari u navali tagħhom, inkluż permezz tal-użu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi.

Mill-2023

SM, COM, EEAS

Tissaħħaħ il-kooperazzjoni u jiżdiedu l-interazzjonijiet operazzjonali mas-sħab kollha fuq il-baħar

2.1.4

L-użu ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-UE f’ċentri reġjonali tal-fużjoni tal-informazzjoni marittima f’żoni marittimi ta’ interess, biex jiġu ffaċilitati t-tpartit tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab tagħha u, fejn jixraq, biex tiġi evalwata l-fattibbiltà ta’ konnessjoni diretta ta’ dawn iċ-ċentri tal-fużjoni ma’ sistemi rilevanti tas-sorveljanza marittima tal-UE

Mill-2023

SM, EEAS

2.1.5

Jiġi promoss l-użu tal-pjattaformi IORIS/YARIS mill-assi navali tal-Istati Membri skjerati fis-CMP għall-komunikazzjoni esterna u f’eżerċizzji mal-istati kostali u s-sħab.

Fuq bażi kontinwa, mill-2023

SM, EEAS, EDA

2.1.6

Jiġu stabbiliti għodod kollaborattivi ċivili bejn l-operazzjonijiet marittimi li jitwettqu mill-Istati Membri tal-UE u mill-Aġenziji tal-UE.

Mill-2024

SM, COM, EEAS, EDA, EMSA, EUROPOL

Is-sigurtà marittima tiġi integrata f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi sħab u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali

2.1.7

Jiġu żviluppati rabtiet ma’ pajjiżi sħab u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali permezz tal-involviment fi proġetti konġunti relatati mas-sigurtà u s-sikurezza marittima, skont kif jixraq.

Mill-2023

SM, COM, EEAS

2.1.8

Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta fil-qafas ta’ arranġamenti ta’ ħidma u ftehimiet dwar l-istatus eżistenti jew li ġejjin ma’ pajjiżi sħab, inkluż għat-tisħiħ tal-għassa tal-fruntieri marittimi u ż-żoni prefruntiera.

Mill-2023

SM, EEAS, Frontex

2.2 Ħidma ma’ sħab mhux fl-UE biex tiżdied is-sorveljanza marittima

Ħidma ma’ sħab mhux fl-UE dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għat-tpartit tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza marittima

2.2.1

L-appoġġ lill-pajjiżi tal-Kodiċi ta’ Kondotta ta’ Djibouti bil-ħolqien ta’ Ċentri Nazzjonali għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni Marittima u t-titjib tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ sorveljanza marittima.

Kopertura ta’ 50 % tal-pajjiżi sa tmiem l-2024 u 100 % sa tmiem l-2026

COM, EEAS

2.2.2

Jittejjeb it-tpartit tal-informazzjoni ma’ pajjiżi sħab fil-qafas tal-EUROSUR, u permezz tal-attivazzjoni ta’ stampi tas-sitwazzjonijiet speċifiċi (l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-EBCG 2.0).

Sa tmiem l-2024

SM, COM, EEAS, EDA, Frontex

Jissaħħu l-arkitetturi tas-sigurtà marittima u tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-baċiri tal-baħar u fiż-żoni marittimi ta’ interess strateġiku

2.2.3

Jingħata appoġġ għall-bini tal-kapaċità marittima u jittejjeb l-għarfien tad-dominju marittimu fir-reġjun Indo-Paċifiku permezz tal-MASE, sat-tlestija tiegħu f’Diċembru 2023, u sussegwentement permezz tal-programm reġjonali suċċessur dwar is-sigurtà marittima, li jibda fl-2024, kif ukoll permezz tal-programmi CRIMARIO, fosthom il-pjattaforma IORIS.

Fuq bażi kontinwa

COM, EEAS

2.2.4

Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tal-arkitettura tas-sigurtà marittima ta’ Yaoundé fir-reġjun tal-Golf tal-Guinea permezz tan-Network Interreġjonali tal-Golf tal-Guinea, speċjalment il-pjattaforma YARIS.

COM, EEAS

2.3 Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livelli bilaterali u multilaterali

Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livelli bilaterali u multilaterali

2.3.1

Inkomplu nibnu fuq id-Dikjarazzjonijiet Konġunti biex jiġi approfondit id-djalogu man-NATO dwar il-linji ta’ kooperazzjoni marittima (fil-qafas tas-sett komuni ta’ proposti approvati mill-UE u min-NATO).

Mill-2023

SM, EEAS, EDA

2.3.2

Tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Konvenzjonijiet tal-IMO u tal-Baħar Reġjonali biex jiġi miġġieled it-theddid ta’ atti intenzjonati u illegali li jistgħu jaffettwaw il-bastimenti u l-faċilitajiet tal-portijiet b’mod ġenerali.

Mill-2024

SM, COM, EMSA, HELCOM, OSPAR, Konvenzjoni ta’ Barċellona

Objettiv Strateġiku 3. Inkunu minn ta’ quddiem fl-għarfien tad-dominju marittimu

Objettivi

Azzjonijiet

Skeda
Fejn japplika

Atturi Kkonċernati

3.1. Jittejjeb l-għarfien tad-dominju marittimu tal-UE

Jiġi żgurat it-tpartit sigur u rapidu tal-informazzjoni bejn is-setturi u s-sistemi relatati kollha madwar l-UE u l-EFTA

3.1.1

Titnieda l-fażi operazzjonali tas-CISE, inkluża l-implimentazzjoni tan-network ikklassifikat tas-CISE.

Mill-2024

SM, COM, EMSA 6  

3.1.2

Jiġu mħeġġa u inċentivati l-Istati Membri f’awtoritajiet militari u ta’ gwardja tal-kosta speċifiċi biex jissieħbu fil-komunità tas-CISE.

Fuq bażi kontinwa, mill-2023

COM, EMSA

3.1.3

L-użu tas-CISE għat-tpartit ta’ informazzjoni tas-sorveljanza marittima, biex tingħata spinta lir-reżiljenza u tiġi protetta l-infrastruttura marittima kritika (eż. kejbils taħt il-baħar, pipelines, u siti rinnovabbli lil hinn mill-kosta).

Mill-2024

SM, COM, EDA, SatCen

3.1.4

Jiġi kkunsidrat l-użu tas-CISE għat-tpartit tal-informazzjoni fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, b’mod komplementari għan-networks li diġà qegħdin fis-seħħ.

Fuq bażi kontinwa, li tibda malli jibda jaħdem is-CISE.

SM, EFCA, EMSA u FRONTEX

ECGFF

3.1.5

Tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġi stabbilit programm dwar l-MSA għad-difiża, filwaqt li tiġi żgurata s-sinkronizzazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ċivili rilevanti.

Sal-2024

SM, EDA

Jissaħħaħ it-tpartit tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet marittimi ċivili u militari

3.1.6

Tissaħħaħ il-MARSUR billi jiġi stabbilit korp regolatorju, u jiġi żgurat it-tpartit tal-informazzjoni operazzjonali bejn in-Network tal-MARSUR u s-CISE (inkluża informazzjoni klassifikata u mhux klassifikata).

Tmiem l-2024

COM, EMSA, EDA, SatCen

Tissaħħaħ is-sorveljanza marittima u t-tpartit tal-informazzjoni, bl-użu ta’ kapaċitajiet ibbażati fl-ispazju, tal-RPAS u ta’ teknoloġiji emerġenti oħra, inkluż għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE

3.1.7

Jiġi ffaċilitat it-tpartit tal-informazzjoni rilevanti bejn il-kapaċitajiet ibbażati fl-ispazju u l-istrumenti ta’ sorveljanza marittima, inkluż is-CISE u l-MARSUR.

Tmiem l-2024

SM, COM, EMSA, EDA, ESA, SatCen

3.1.8

Isir użu sħiħ mill-kapaċitajiet u mis-servizzi eżistenti u futuri tal-programmi spazjali tal-UE, inkluż il-komponent tal-Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus, inkluż is-servizz marittimu tiegħu - CMEMS), Galileo (u s-sistema tiegħu ta’ rispons għat-theddid) u EGNOS, kif ukoll l-IRIS 7 , inkluż għall-finijiet tas-sorveljanza marittima, il-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar u tat-tibdil fil-klima.

Mill-2023

SM, COM, EEAS, EMSA, EFCA, SatCen

3.1.9

Tiġi promossa r-riċerka u l-innovazzjoni spazjali għall-applikazzjonijiet ta’ sorveljanza marittima, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni ta’ atturi ewlenin u tal-industrija, flimkien maċ-Ċentru Satellitari tal-UE u mal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika dwar is-Sigurtà ta’ Copernicus.

Mill-2023

SM, COM, EMSA, Frontex, SatCen

3.1.10

Tittejjeb l-integrazzjoni tat-teknoloġija bbażata fl-ispazju b’sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod kif ukoll stazzjonijiet tar-radar, inġenji tal-ajru tal-għassa marittima, u mezzi tal-baħar (bi bdot abbord jew mingħajru) bl-użu ta’ għodod innovattivi u b’reżiljenza ċibernetika.

Fuq bażi kontinwa mill-2023

SM, EMSA, Frontex, SatCen

3.1.11

Tiżdied is-sorveljanza mill-bastimenti tal-għassa kostali u lil hinn mill-kosta u din tiġi kkomplementata bi pjattaformi navali ta’ livell għoli b’network diġitali, inklużi pjattaformi mingħajr bdot abbord.

Il-proġett pilota għandu jiġi implimentat sal-2025

SM, COM, EEAS, EDA, Frontex

3.1.12

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sistematiku minn soluzzjonijiet innovattivi (teknoloġija u għarfien) li jirriżultaw mir-riċerka u l-innovazzjoni fis-sigurtà ċivili tal-UE dwar is-sigurtà marittima ffinanzjati taħt is-sejħiet għas-Sigurtà tal-Fruntieri u Esterna ta’ Orizzont 2020.

Mill-2023

SM

3.1.13

Jitqies l-użu ta’ radar stazzjonarju, ta’ apparati ottiċi satellitari u iperspettrali f’postijiet strateġiċi, biex jgħin lill-Istati Membri jidentifikaw aħjar it-theddid għas-sigurtà marittima.

Mill-2023

SM

3.1.14

Fil-qafas tal-Forum dwar il-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta Ewropea u tal-Forum dwar il-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta Mediterranja, isir kontribut għat-tisħiħ tal-għarfien tad-dominju marittimu u għall-kooperazzjoni tal-UE u internazzjonali permezz tat-tpartit tal-aħjar prattiki.

Mill-2023

SM, EEAS, COM, EFCA, EMSA, FRONTEX

Jiġu żviluppati l-Kapaċitajiet tas-Sorveljanza Marittima

3.1.15

Jiġi żviluppat id-diżinnjar tat-tagħmir u tas-sistemi, bħal missjoni satellitari żgħira li tiġi implimentata fil-qafas ta’ kostellazzjoni, ta’ networks tar-radar kostali, u ta’ pjattaformi semifissi fuq il-baħar mingħajr bdot abbord.

Mill-2023

COM, SM

3.1.16

Jiġi promoss l-iżvilupp tal-Kapaċitajiet tas-Sorveljanza Marittima ta’ kapaċità ta’ Sorveljanza Navali Kollaborattiva.

Mill-2024

COM, SM

3.2 Ħidma ma’ sħab rilevanti mhux fl-UE dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għat-tpartit tal-informazzjoni miġbura mis-sorveljanza marittima

Ħidma ma’ sħab rilevanti mhux fl-UE dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għat-tpartit tal-informazzjoni miġbura mis-sorveljanza marittima

3.2.1

Jingħata appoġġ għall-bini tal-kapaċità marittima u jiżdied l-għarfien tad-dominju marittimu fir-reġjun Indo-Paċifiku permezz tal-MASE, sat-tlestija tiegħu f’Diċembru 2023, u sussegwentement permezz tal-programm reġjonali suċċessur tas-sigurtà marittima, li jibda mill-2024, kif ukoll il-programmi CRIMARIO, inkluża l-pjattaforma IORIS.

Fuq bażi kontinwa

COM, EEAS

3.2.2

Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tal-arkitettura tas-sigurtà marittima ta’ Yaoundé fir-reġjun tal-Golf tal-Guinea permezz tan-Network Interreġjonali tal-Golf tal-Guinea, speċjalment il-pjattaforma YARIS.

COM, SEAE

Objettiv Strateġiku 4. L-immaniġġjar tar-riskji u t-theddid

Objettivi

Azzjonijiet

Skeda
Fejn japplika

Atturi Kkonċernati

4.1

Jitkompla l-iżvilupp tal-għarfien u t-tħejjija biex jiġu indirizzati t-theddidiet marbuta mat-tibdil fil-klima u mad-degradazzjoni ambjentali



4.1.1

Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ koordinazzjoni u ta’ intervent fil-każ ta’ inċidenti u diżastri fuq il-baħar, b’kunsiderazzjoni xierqa għas-sistemi ospitati mill-EMSA u għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, u bit-tisħiħ u/jew bl-iżvilupp ta’ approċċ integrat u reazzjoni rapida għall-ġestjoni tal-inċidenti marittimi.

Sa tmiem l-2023

SM, COM, SEAE, EDA, EMSA

4.1.2

Jiżdied l-għarfien dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima, taż-żieda fil-livell tal-baħar, taż-żidiet fil-maltempati, u tad-degradazzjoni ambjentali fuq is-sigurtà marittima u jiġu indirizzati r-riskji u t-theddidiet relatati.

Fuq bażi kontinwa, mill-2023.

COM, EEAS, SM, EDA, SatCen

4.1.3

Jissaħħu l-għarfien tad-dominju marittimu, it-twissija bikrija u l-previżjoni strateġika dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali fuq is-sigurtà marittima, inkluż billi jiġu ffaċilitati l-ġbir u t-tpartit tad-data miġbura mill-osservazzjoni tal-oċeani.

Fuq bażi kontinwa, mill-2023.

COM, EEAS, SM, EDA, Frontex, SatCen

4.1.4

Jitwessgħu t-taħriġ u l-eżerċizzji mmexxija mill-awtoritajiet kompetenti biex iħarrġu n-nies fit-tħejjija u fir-rispons għall-effetti tat-tibdil fil-klima u tad-degradazzjoni ambjentali fuq is-sigurtà marittima.

Fuq bażi kontinwa, mill-2024

SM, COM, EEAS

4.1.5

Jingħata kontribut għall-iżvilupp tad-Digital Twin Ocean (DTO), bil-perspettiva tas-sigurtà marittima, biex jiġu indirizzati l-impatti reċiproċi tas-sigurtà marittima u ta’ ambjent u klima li qed jinbidlu.

Fuq bażi kontinwa, mill-2024

SM, COM

4.2 Jiżdiedu r-reżiljenza u l-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika (eż. pipelines tal-gass, kejbils tal-enerġija / tal-komunikazzjoni, portijiet, faċilitajiet tal-enerġija lil hinn mill-kosta, terminals tal-LNG, u unitajiet ta’ ħżin u rigassifikazzjoni galleġġanti), u assi marittimi

Jissaħħu r-reżiljenza u l-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika u tal-assi marittimi, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali u l-livelli ta’ theddid, u jingħata inkoraġġiment lill-Istati Membri biex iwettqu testijiet tal-istress konġunti tal-infrastruttura kritika bbażati fuq il-prinċipji komuni tat-testijiet tal-istress żviluppati fil-livell tal-Unjoni

4.2.1

Jitfasslu valutazzjoni tar-riskji u pjanijiet ta’ kontinġenza/pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri (livell tal-UE/livell nazzjonali) għall-infrastruttura marittima kritika, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi (eż. dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-entitajiet kritiċi fis-settur tat-trasport u fis-sottosettur tat-trasport bl-ilma).

Mill-2023

SM, COM, SEAE, EDA, EMSA

4.2.2

Jitwettqu testijiet tal-istress għall-infrastruttura marittima, abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill 15623/22, bl-użu fejn japplika, tal-istandards tal-metodoloġija tat-testijiet tal-istress għall-infrastruttura kritika (CI) żviluppati taħt il-proġett INFRASTRESS.

Mill-2023

SM, COM, Frontex

4.2.3

Jitwettqu eżerċizzji sħaħ marittimi reali regolari, fil-livell tal-UE, iffukati fost l-oħrajn fuq il-protezzjoni tal-portijiet, l-indirizzar tat-theddid ċibernetiku u ibridu, li jinvolvu wkoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, fejn jixraq.

Bażi annwali

SM, COM, EEAS, ECGFF, EDA, Frontex, ENISA

4.2.4

Tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenziji rilevanti tal-UE, biex jiġi żviluppat pjan ta’ sorveljanza reġjonali permanenti għall-infrastruttura taħt l-ilma u lil hinn mill-kosta, bil-għan li tiġi skoraġġuta l-azzjoni terroristika kontra tali infrastruttura. Jiżdiedu l-kooperazzjoni fil-valutazzjoni tal-inċidenti; il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċivili u militari, u fil-kondiviżjoni tal-assi u t-tpartit tal-informazzjoni għall-protezzjoni tal-infrastruttura taħt l-ilma u lil hinn mill-kosta. 

Mill-2024

SM, EDA, Frontex, EMSA

4.2.5

Jiġu żviluppati/skjerati bastimenti speċjalizzati u mezzi oħra (RPAS, immaġni satellitari) għall-għassa u l-protezzjoni ta’ infrastruttura marittima kritika, inklużi bastimenti ta’ stħarriġ b’diversi rwoli.

Jintużaw il-mezzi eżistenti sa tmiem l-2023.

Jiġu żviluppati aktar mezzi/assi sal-2025.

SM, EDA, Frontex, SatCen

4.2.6

Jitwettqu studji dwar il-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika, anki biex jiġu appoġġati r-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta’ CARD.

Sal-2025

SM, EDA

4.2.7

Jissaħħu l-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti u tal-portijiet, f’konformità mas-SOLAS, mal-Kodiċi ISPS, mar-Regolament 725/2004 8 u mad-Direttiva 2005/65/KE 9 .

Fuq bażi kontinwa, mill-2023.

SM, EMSA

4.3 Tissaħħaħ iċ-ċibersigurtà

Jiġu vvalutati r-riskji ċibernetiċi u jiġu identifikati l-miżuri tas-sigurtà x-xierqa

4.3.1

Jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ aktar gwida għas-settur marittimu, b’mod partikolari dwar il-portijiet fil-kuntest tad-Direttiva NIS2.

Mill-2024

SM, COM

4.3.2

Jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċitajiet komuni ta’ sorveljanza ċibernetika għall-amministrazzjonijiet marittimi / l-awtoritajiet tal-gwardja tal-kosta.

Tiġi żviluppata l-kapaċità tas-settur marittimu li jiffaċċja theddid ċibernetiku billi jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta’ gwida bejn l-atturi marittimi, kif ukoll jiġu indirizzati iżjed il-kwistjonijiet ċibernetiċi fl-oqsma tas-sigurtà u tas-sikurezza fil-livell tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

Mill-2024

SM, COM

4.3.3

Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni fiċ-ċibersigurtà fid-dominju marittimu ma’ pajjiżi mhux tal-UE tal-istess fehma, f’livell bilaterali jew multilaterali.

Mill-2023

SM, COM, ENISA

4.3.4

Tittejjeb ir-reżiljenza tal-amministrazzjonijiet marittimi billi jsiru sessjonijiet ta’ taħriġ regolari dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet taċ-ċibersigurtà, u tiġi żviluppata kultura ta’ reazzjoni konġunta għall-inċidenti, inkluża l-interferenza fil-frekwenzi tar-radju.

Fuq bażi kontinwa, mill-2024.

SM, COM, ENISA, EMSA, Frontex

4.3.5

Jittejjeb l-għarfien dwar iċ-ċibersigurtà u jkompli jiġi żviluppat eżerċizzju sħiħ ta’ mmappjar għaċ-ċibersigurtà fit-tbaħħir biex jiġu identifikati r-responsabbiltajiet.

Mill-2024

SM, COM, EMSA, ENISA

4.4 Tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE u jittejjeb ir-rispons għall-interferenza u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, u theddid ibridu ieħor li jikkonċerna s-sigurtà marittima

Jiġu indirizzati l-interferenza u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni barranin u domestiċi, u theddid ibridu ieħor relatat mad-dominju marittimu

4.4.1

Jiġu implimentati kontronarrativi relatati mal-baħar, inkluż billi l-awtoritajiet operazzjonali (il-Kmandanti tal-Operazzjonijiet) jingħataw id-delega tas-setgħat meħtieġa biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni u jiġu implimentati l-kontroazzjonijiet.

Mill-2023

SM, EEAS u operazzjonijiet navali tal-UE

4.4.2

Tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn il-gwardji tal-kosta tal-UE fl-indirizzar ta’ theddid ibridu fid-dominju marittimu.

Fuq bażi kontinwa, mill-2023.

SM, EMSA, Frontex, Fora għall-gwardji tal-kosta

4.5 Jiġu vvalutati l-impatti potenzjali tal-investiment dirett barrani fl-infrastruttura marittima fuq is-sigurtà

4.5.1

Jiġi vvalutat l-investiment fl-infrastruttura marittima minn entitajiet mhux tal-UE fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni tal-UE abbażi tar-Regolament (UE) 2019/452 10 .

Għaddej attwalment

SM, COM

4.6 Jiġi żviluppat ta’ rispons komprensiv għall-UXO fil-baċiri tal-baħar madwar l-UE

4.6.1

Filwaqt li jinbena fuq attivitajiet pilota relatati mal-UXO mwettqa fil-Baħar Baltiku, jitfassal pjan komprensiv għall-baċiri tal-baħar madwar l-UE biex jiġi mmappjat it-tip, il-post u l-kwantità ta’ UXO u ta’ sustanzi kimiċi minn attivitajiet militari, bħala parti mill-isforz biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali tagħhom, tiġi żgurata s-sigurtà tal-korsiji tal-baħar u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi marittimi.

Mill-2023

SM, COM

4.7 Tiżdied l-azzjoni għat-tħejjija għal atti ta’ terroriżmu, atti illegali, theddidiet għal-libertà tan-navigazzjoni u theddid ibridu

4.7.1

Jiġu implimentati biżżejjed spezzjonijiet tas-sigurtà marittima biex ikun żgurat li l-bastimenti, il-portijiet u l-faċilitajiet tal-portijiet fl-UE jkunu siguri u protetti kif xieraq, f’konformità mal-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-UE applikabbli.

Għaddej attwalment fuq bażi annwali

SM, COM

4.7.2

Jiġi konkluż l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-COM biex titjieb is-sigurtà tal-vapuri tal-passiġġieri, biex jiġu identifikati soluzzjonijiet tajbin kontra r-riskji u t-theddidiet komuni għas-sigurtà tal-vapuri tal-passiġġieri fl-UE.

Għaddej attwalment

COM

4.7.3

Jitwettaq studju biex jiġu mmappjati l-infrastrutturi tal-kejbils tal-komunikazzjoni taħt il-baħar, il-kapaċitajiet u r-ridondanzi relatati, il-vulnerabbiltajiet, it-theddidiet u r-riskji għad-disponibbiltà tas-servizz, l-impatt tal-perjodu ta’ qtugħ tal-kejbils taħt il-baħar għall-Istati Membri u għall-Unjoni kollha, kif ukoll il-mitigazzjoni tar-riskji, u jiġu proposti rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata aktar reżiljenza/ridondanza, jekk ikun meħtieġ.

Mill-2023

SM, COM

4.8 Tissaħħaħ il-kapaċità li jingħata kontribut għall-ġlieda kontra t-theddid internazzjonali organizzat u serju u l-attivitajiet illeċiti biex tiżdied is-sigurtà interna tal-UE

4.8.1

Bl-appoġġ tal-aġenziji kkonċernati, titjieb u tiżdied il-kapaċità tal-Istati Membri li jipprevjenu, jidentifikaw u jiġġieldu t-traffikar illegali mwettaq permezz tat-trasport bil-baħar, jew fuq il-baħar (bħal reati ambjentali, traffikar ta’ armi u narkotiċi, faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u traffikar ta’ bnedmin, IUU, eċċ.), b’mod partikolari billi jiġu żviluppati azzjonijiet fil-qafas tal-EMPACT.

Mill-2023

SM, EFCA, EMSA, Frontex, COM, EUROPOL

4.8.2

Tiġi esplorata l-possibbiltà li tkompli tintuża l-informazzjoni dwar il-passiġġieri pprovduta mill-operaturi tat-trasport marittimu, filwaqt li jitqiesu r-regoli internazzjonali, tal-UE u nazzjonali eżistenti, biex tittejjeb is-sigurtà fil-fruntieri esterni u fi ħdan l-UE.

Mill-2023

SM, COM, Frontex, Europol

Objettiv Strateġiku 5. Jissaħħu l-kapaċitajiet

Objettivi

Azzjonijiet

Skeda
Fejn japplika

Atturi Kkonċernati

5.1 Jiġu żviluppati l-kapaċitajiet meħtieġa biex tiġi żgurata s-superjorità tal-wiċċ tal-UE

Jissaħħu l-kapaċitajiet tal-wiċċ futuri u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet f’faċilitaturi strateġiċi

5.1.1

Jiġi implimentat il-Qasam ta’ Fokus tal-CARD tal-Bastimenti tal-Wiċċ Ewropej fil-Klassi tal-Pattulja.

Sal-2025

SM, EDA

5.1.2

Jiġu żviluppati xenarji operazzjonali għall-protezzjoni tal-forza u rekwiżiti komuni għall-protezzjoni tal-forza għall-forzi navali Ewropej.

Sal-2025

SM, EDA

5.1.3

Jitniedu attivitajiet biex tiżdied l-effiċjenza tal-propulsjoni, tal-produzzjoni tal-enerġija, tas-sistemi ta’ ħżin u ta’ ġestjoni u tal-loġistika bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda.

5.1.4

Jingħata appoġġ għall-mobbiltà militari marittima bl-approvazzjoni ta’ arranġament tekniku għal arranġamenti ta’ permess ta’ moviment transfruntier fid-dominju marittimu.

5.1.5

Jiġu żviluppati rekwiżiti u speċifikazzjonijiet komuni għas-sistemi mingħajr bdot abbord futuri, filwaqt li jiġi żgurat li s-sistemi jkunu interoperabbli.

5.1.6

Jingħata l-appoġġ li jitolbu l-Istati Membri fuq proġetti tal-PESCO, inkluż il-Korvetta ta’ Pattulja Ewropea.

5.1.7

Jiġi promoss l-iżvilupp tal-kapaċità reali u tal-kisba tal-Bastiment tal-Ewwel Klassi ta’ Korvetta ta’ Pattulja Ewropea

Mill-2023

SM, COM

5.1.8

Jiġi promoss l-iżvilupp tal-kapaċità reali ta’ bastiment tal-wiċċ semiawtonomu ta’ daqs medju b’tagħbijiet utli għall-missjonijiet modulari

Sal-2024

SM, COM

5.1.9

Jiġi promoss l-iżvilupp tal-kapaċitajiet navali tal-futur, jiġifieri sistema tas-sistemi intelliġenti funzjonali għall-pjattaformi navali tal-futur

Sal-2025

SM, COM

5.1.10

Jiġi promoss l-iżvilupp tal-kapaċità reali ta’ Interazzjoni Kollaborattiva Navali bbażata fuq is-Sorveljanza Kollaborattiva Navali

Sal-2026

SM, COM

5.2 Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ taħt l-ilma

Jissaħħu l-kapaċitajiet tal-UE ta’ taħt l-ilma, fosthom il-miżuri kontra l-mini

5.2.1

Jiġi żviluppat kunċett tal-UE ta’ operazzjonijiet kontra l-mini biex jappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għan-navigazzjoni u l-użu sikuri ta’ bastimenti u ta’ sistemi marittimi mingħajr bdot abbord, inkluż l-użu ta’ opportunitajiet mill-azzjonijiet ta’ żvilupp u riċerka tal-Fond Ewropew għad-Difiża.

Sal-2025

SM, COM, EDA

5.2.2

Jitkompla l-iżvilupp ta’ proġetti mmirati tal-PESCO (DIVEPACK, EUNDDC u MAS MCM), u jintuża l-appoġġ ta’ riċerka u żvilupp kollaborattiv u konġunt mill-Fond Ewropew għad-Difiża u proġetti fil-programm prekursur tiegħu, il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP)

5.2.3

Tissaħħaħ il-gwerra kontra s-sottomarini billi jissaħħu l-kapaċitajiet għad-detezzjoni tas-sottomarini kemm f’termini ta’ teknoloġija kif ukoll ta’ proċeduri.

Sal-2025

SM, EDA

5.2.4

Jiġi promoss l-iżvilupp ta’ teknoloġiji marbuta ma’ mobilizzazzjoni taħt il-baħar ta’ timijiet jew ġemgħat ta’ inġenji, bi bdoti abbord jew mingħajrhom, u marbuta mal-osservazzjoni, mad-detezzjoni, mal-akkwist u mal-komunikazzjoni.

Mill-2023

COM, SM

5.2.5

Jiġu promossi l-iżviluppi u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-ewwel fażi tal-kunċett ta’ qrid tal-mini mill-bogħod

Sal-2024

COM, SM

5.2.6

Jiġi promoss l-iżvilupp tal-kapaċitajiet biex jitqiegħdu b’mod sikur infrastrutturi kritiċi ta’ qiegħ il-baħar, u tal-kapaċitajiet biex jiġu miġġielda mobilizzazzjonijiet ta’ ġemgħat ta’ inġenji sommerġibbli mingħajr bdot abbord.

Sal-2024

COM, SM

5.2.7

Jiġi promoss l-iżvilupp tal-kapaċità reali ta’ dron tqil ta’ użi multipli għat-tneħħija tal-mini.

Sal-2025

COM, SM

5.3 Jingħata appoġġ lill-flotot navali u lill-gwardji tal-kosta Ewropej fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji kritiċi u kapaċitajiet industrijali

Jiġu identifikati t-teknoloġiji u l-attivitajiet ta’ riċerka skont il-kapaċitajiet li jkunu meħtieġa, f’konformità mal-Aġenda Strateġika Globali tar-Riċerka tal-EDA

5.3.1

Tiġi promossa r-riċerka f’soluzzjonijiet innovattivi dwar il-ġenerazzjoni, il-ħżin, il-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija meħtieġa biex jiġu ssodisfati d-domandi għoljin tal-enerġija meħtieġa minn sistemi ġodda.

Sal-2025

SM, COM, EDA

5.3.2

Tiżdied il-koordinazzjoni awtonoma ta’ ħolqien ta’ timijiet ta’ inġenji bi bdot abbord jew mingħajru, inklużi teknoloġiji ta’ mobilizzazzjoni ta’ qatgħat.

5.3.3

Tiġi żgurata s-sorveljanza u l-protezzjoni ta’ networks ta’ komunikazzjoni taħt l-ilma ta’ veloċità għolja, reżiljenti u robusti, bl-involviment tal-industrija u ta’ pajjiżi terzi fejn xieraq.

5.3.4

Ir-riċerka u l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ tfixkil inkluża l-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji tal-big data u t-teknoloġiji kwantistiċi.

5.3.5

Ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ arkitettura u infrastruttura diġitali komuni tal-bastimenti.

5.3.6

Tiżdied l-awtomatizzazzjoni tal-bastimenti billi jiġu skjerati pjattaformi u sistemi awtomatizzati reżiljenti b’ekwipaġġi iżgħar u b’sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet.

Jiġu identifikti u indirizzati b’mod kooperattiv id-dipendenzi kritiċi li jaffettwaw il-bażi teknoloġika u industrijali Ewropea tad-difiża

5.3.7

Permezz tat-twettiq ta’ ħidma fuq attivitajiet strateġiċi ewlenin, jingħata għarfien u jiġi promoss fehim komuni fost l-Istati Membri, fost l-istituzzjonijiet tal-UE u fost l-atturi industrijali tad-difiża dwar in-nuqqasijiet u l-lakuni eżistenti f’termini ta’ oqsma industrijali u teknoloġiċi, kif ukoll dwar lakuni fil-ħiliet li jistgħu jimminaw il-libertà ta’ azzjoni tal-UE.

5.3.8

Tiġi promossa l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri billi jiġu żviluppati proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għad-Difiża u l-promozzjoni ta’ akkwist konġunt ta’ kapaċitajiet navali, inkluż permezz tal-EDIRPA.

Isir allinjament tal-attivitajiet tal-flotta u tal-gwardja tal-kosta mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE.

5.3.9

Titrawwem koeżistenza bejn proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u attivitajiet ta’ difiża permezz tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet xierqa f’żoni marittimi riżervati jew li jintużaw għal attivitajiet militari, fejn ikun intwera li huma addattati għall-użu ta’ proġetti rinnovabbli lil hinn mill-kosta jew għal użi sostenibbli oħra.

Sal-2025

SM, COM, EEAS, EDA

5.3.10

Jiġu żviluppati teknoloġiji rinnovabbli (fjuwil rinnovabbli, magni mmodifikati retroattivament, l-elettrifikazzjoni, eċċ.), addattati għall-użu militari fid-dominju marittimu.

Objettiv Strateġiku 6. Edukazzjoni u taħriġ

Objettivi

Azzjonijiet

Skeda
Fejn japplika

Atturi Kkonċernati

6.1

Jitpartu l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fost is-setturi, fost l-Istati Membri u fost il-pajjiżi sħab

6.1.1

Titkompla l-ħidma mwettqa mill-aġenziji (EFCA, EMSA, Frontex) biex jiġu żviluppati l-kapaċità u t-taħriġ speċjalizzat skont l-arranġament ta’ ħidma tripartitiku biex jiġi organizzat taħriġ transsettorjali tas-sigurtà marittima dwar l-infurzar tal-liġi, il-militar, il-kontroll tal-fruntieri, il-gwardji tal-kosta, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika eċċ.

Mill-2023

SM, EFCA, EMSA, Frontex, ECGFF

6.1.2

Tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-edukazzjoni u t-taħriġ fis-sigurtà marittima.

Mill-2023

SM, COM, EEAS

6.1.3

Jitrawwmu l-kooperazzjoni u t-taħriġ, inkluż fil-kuntest tal-ECGFF, ma’ ċentri akkreditati tal-Istati Membri u tan-NATO, ċentri ta’ eċċellenza eċċ.

SM, EEAS, EFCA, EMSA, Frontex

6.1.4

Jiġi żviluppat semestru navali internazzjonali militari fil-qafas tal-“inizjattiva Ewropea għall-iskambju ta’ uffiċjali żgħażagħ” (EMILYO – Erasmus Militari 11 ).

Mill-2023

SM, EEAS (ESDC)

6.1.5

Jitwettqu eżerċizzji konġunti ma’ sħab mhux fl-UE biex tingħata spinta lill-interoperabbiltà.

Mill-2023

SM, COM, EEAS

6.2 Tiġi kapitalizzata l-ħidma mwettqa mill-aġenziji u mill-fora

6.2.1

Titkompla l-parteċipazzjoni ad hoc fl-eżerċizzju tal-COASTEX abbażi tal-ippjanar tal-Istati Membri, jittejjeb u jiġi ddiversifikat il-COASTEX u jitwettqu attivitajiet rilevanti fil-baċiri tal-baħar madwar l-UE b’mod regolari.

Għaddej attwalment

SM, EFCA, EMSA, Frontex, ECGFF

6.2.2

Jitwettqu attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità filwaqt li tiġi implimentata l-MMO f’baċiri tal-baħar magħżula madwar l-UE, fuq talba tal-Istati Membri u filwaqt li tkompli tinbena l-ħidma tal-EMSA, tal-EFCA u tal-Frontex.

Għaddej attwalment

SM, EFCA, EMSA, Frontex

6.2.3

Jitpartu t-tagħlimiet meħuda mit-tmexxija tal-Qafas tal-Kwalifiki Settorjali għall-gwardji tal-kosta, u jingħataw gwida, assistenza u appoġġ fl-implimentazzjoni ta’ prattiki tajbin, inkluż dwar iċ-ċibersigurtà.

Fuq bażi kontinwa

SM, EFCA, EMSA, Frontex

6.3. Jissaħħu l-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u fi strumenti ibridi u l-kurrikuli dwarhom fid-dominju marittimu

6.3.1

Jittieħed vantaġġ mill-għarfien u mit-taħriġ ipprovduti mill-HCoE Helsinki, inkluża l-linja ta’ ħidma tagħhom dwar is-sigurtà marittima, anki abbażi tal-Manwal tal-HCoE dwar it-Theddid Ibridu Marittimu 12 .

Għaddej attwalment

SM, COM, EEAS, HCoE

6.3.2

Jissaħħu l-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà, ma’ strumenti ibridi u mal-ispazju billi jiġu appoġġati korsijiet ta’ taħriġ immirati dwar il-ħiliet ċibernetiċi u diġitali għad-dominju marittimu.

Mill-2023

SM, COM, EMSA

6.3.3

Tingħata spinta lill-ħiliet taċ-ċibersigurtà u ta’ strumenti ibridi permezz ta’ kurrikuli mmirati li għandhom jiġu żviluppati mill-istituzzjonijiet u/jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, konxji li l-EMSA ngħatat il-kompitu mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni Ewropea li tiżviluppa kors dwar iċ-ċibersigurtà marittima għall-2023. 

Mill-2023

SM, COM, EMSA

6.4 Bini tal-kapaċità

6.4.1

Jitwettqu programmi ta’ taħriġ immirati miftuħa għal sħab mhux fl-UE biex jindirizzaw it-theddid eżistenti u emerġenti għas-sigurtà marittima.

Għaddej attwalment

SM, COM, EEAS, EMSA, FRONTEX, ECGFF

Jiġu promossi attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ f’pajjiżi sħab biex jattiraw lin-nisa lejn is-setturi rilevanti, inklużi l-funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta, bl-involviment ukoll tal-aġenziji rilevanti tal-UE.

6.4.2

Jitkompla l-iżvilupp tas-semestru navali internazzjonali militari, inkluża skema ta’ skambju ta’ uffiċjali żgħażagħ.

Mill-2023

SM, EEAS

6.4.3

Jitwettqu eżerċizzji ċivili-militari bbażati fuq xenarji li jinvolvu ġuriżdizzjoni kondiviża jew użu kondiviż tal-kapaċitajiet.

Mill-2023

GLOSSARJU TAL-ABBREVJAZZJONIJIET

A

ASEAN: l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja

B

C

CARD: Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża

CIS: Infrastruttura Kritika

CISE: Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni

COM: Servizzi tal-Kummissjoni Ewropea

Copernicus: il-Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja

CRIMARIO: Rotot Marittimi Kritiċi fl-Oċean Indjan

CSDP: il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni

D

DTO: Digital Twin Ocean Ewropew

E

EBCGA/Frontex: l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

ECGFA: l-Akkademja Ewropea dwar il-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta

ECGFF: Il-Forum Ewropew dwar il-Funzjonijiet tal-Gwardja Kostali

EDA: l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

EDIRPA: l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża Ewropea permezz tal-Akkwisti Komuni

EEAS: is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

EFCA: l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

EGNOS: is-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja

EMPACT: il-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali

EMSA: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

ENISA: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà

UE: l-Unjoni Ewropea

EUBAM Libya: il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja

EUMSS: l-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea

EUNAVFOR: Forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea

EUROPOL: Aġenzija Ewropea tal-Pulizija

EUROSUR: is-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri

G

GALILEO: is-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni bis-Satellita

H

HCoE: iċ-Ċentru Ewropew ta’ Eċċellenza fil-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu, Helsinki

HELCOM: il-Kummissjoni ta’ Helsinki - il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku

I

IMO: l-Organizzazzjoni Maritima Internazzjonali

INTERPOL: l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali

IORA: l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tal-Oċean Indjan

Kodiċi ISPS: Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Vapuri u tal-Faċilitajiet tal-Port

Sajd IUU: sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

K

M

MAOC (N): Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi (Narkotiċi)

MARSUR: Proġett tad-difiża għas-sorveljanza marittima

MASE: Programm li Jippromwovi s-Sigurtà Marittima Reġjonali

MAS MCM: Sistemi Marittimi (semi-)Awtonomi għal Miżuri kontra l-Mini

MDA: l-għarfien tad-dominju marittimu

MedCGFF: Forum tal-Mediterran dwar il-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta

SM: Stati Membri

MSCO: Kors tal-Operaturi tal-Persunal Marittimu

N

NATO: l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana

id-Direttiva NIS: id-Direttiva dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u

tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

O

OSPAR: il-Kummissjoni Oslo Pariġi

OSRA: l-Aġenda Strateġika Globali tar-Riċerka

P

il-Proġett PASSMAR: Il-programm ta’ appoġġ għall-istrateġija dwar is-sikurezza u s-sigurtà marittima fl-Afrika Ċentrali

PESCO: Kooperazzjoni Strutturata Permanenti

R

RFMOs: Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd

RPAS: Sistema ta’ Inġenju tal-Ajru Ppilotat mill-Bogħod

R&I: riċerka u innovazzjoni

S

SAR: attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ

SatCen: iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

SHADE: Għarfien Kondiviż u Koordinament

SOLAS: Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar

il-Proġett SWAIMS: Appoġġ għas-Sigurtà Marittima Integrata tal-Afrika tal-Punent

U

UN: Nazzjonijiet Uniti

UNCLOS: il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar

UNFSA: il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħażniet ta’ Ħut

UNODC: l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità

W

WeCAPS: It-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza tal-portijiet fl-Afrika tal-Punent u Ċentrali

(1)

L-EUMSS se tiġi implimentata permezz ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni u fil-qafas tal-Approċċ Integrat. Se tuża l-politiki, l-għodod u l-istrumenti ċivili u militari kollha disponibbli tal-UE, u se tikkoordina l-politiki u l-attivitajiet tal-atturi rilevanti kollha fil-livell Ewropew, fil-livell reġjonali u fil-livell nazzjonali, filwaqt li ssaħħaħ is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tagħhom. Se tippromwovi wkoll involviment aktar koerenti tal-UE f’kunflitti u fi kriżijiet esterni, biex ittejjeb is-sigurtà tal-UE u taċ-ċittadini tagħha.

(2)

L-atturi kkonċernati elenkati fil-pjan ta’ azzjoni se jikkontribwixxu skont il-kompetenzi, ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom. L-aġenziji tal-UE f’dan il-pjan ta’ azzjoni huma dawk identifikati bħala atturi fid-diversi azzjonijiet tal-pjan ta’ azzjoni, u kwalunkwe rwol li jiġi assenjat lilhom huwa mingħajr preġudizzju għall-proċeduri u għad-deċiżjonijiet tal-bordijiet amministrattivi rispettivi tagħhom fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-aġenziji għal dawn l-azzjonijiet. Il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jistiednu wkoll aġenziji rilevanti oħra tal-UE biex jikkollaboraw fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. L-aġenziji se jipparteċipaw fil-ħidma internazzjonali permezz tas-servizzi rispettivi tal-UE (“DĠ prinċipali”).

(3)

https://marine.copernicus.eu/

(4)

L-Artikolu 71 tad-Dikjarazzjoni tal-UgħM dwar l-SBE: Il-Ministri jilqgħu r-rwol attiv li ħa l-MedCGFF fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali u fil-promozzjoni tal-fehim ta’ kwistjonijiet marittimi ta’ importanza reċiproka u ta’ interess komuni relatati mal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta bejn il-fruntieri u s-setturi, kemm ċivili kif ukoll militari, u jistiednu lill-forum jiżviluppa attivitajiet ta’ taħriġ u jiffaċilita iktar t-tpartit ta’ informazzjoni, ta’ għarfien espert, ta’ assistenza teknika, tat-taħriġ u tal-aħjar prattiki biex jiġu indirizzati l-attivitajiet illeċiti fuq il-baħar.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2019/1896

(6)

Il-fażi operazzjonali u t-twaqqit ta’ kull azzjoni elenkata f’dan il-pjan ta’ azzjoni huma soġġetti għall-attivazzjoni tal-kompitu, wara l-approvazzjoni tal-Bord tal-EMSA.

(7)

  https://defence-industry-space.ec.europa.eu/welcome-iris2-infrastructure-resilience-interconnectivity-and-security-satellite-2022-11-17_en

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004

(9)

Id-Direttiva 2005/65/KE

(10)

Ir-Regolament (UE) 2019/452

(11)

http://www.emilyo.eu/ EMILYO mhijiex marbuta mal-Programm Erasmus+.

(12)

Il-manwal tal-HCoE huwa l-bażi għal avvenimenti ta’ taħriġ rilevanti għall-Istati parteċipanti, għall-operaturi u għal dawk li jfasslu l-politiki tal-UE u tan-NATO.

Top