IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.10.2023
COM(2023) 531 final
2023/0264(BUD)
Proposta għal
ITTRA EMENDATORJA Nru 1 TAL-ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2024
Stima aġġornata tal-ħtiġijiet għan-nefqa agrikola
Aġġustamenti oħra u aġġornamenti tekniċi
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,
–Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
–l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, kif adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2023,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Ittra Emendatorja Nru 1 tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 għar-raġunijiet stabbiliti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.
BIDLIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fir-rapport ġenerali tan-nefqa u d-dħul kif ukoll fir-rapporti tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq EUR-Lex (
https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm
). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’dan ir-rapport hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.
1.Introduzzjoni
L-Ittra Emendatorja Nru 1 (IE 1/2024) għall-abbozz tal-baġit għall-2024 (AB 2024) tkopri l-elementi li ġejjin:
¾Reviżjoni ’l isfel tal-ħtiġijiet għal-linja tal-imgħax għal NextGenerationEU, fl-isfond ta’ livell aktar baxx ta’ żborżi tan-NextGenerationEU fl-2023 milli kien stmat qabel;
¾L-aġġornament tal-ħtiġijiet stmati, id-dħul assenjat u l-approprjazzjonijiet għan-nefqa agrikola. Minbarra l-fatturi tas-suq li dejjem jinbidlu, l-IE 1/2024 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-agrikoltura minn meta ġie adottat l-AB 2024 f'Lulju 2023 kif ukoll proposti oħra li huma mistennija li jkollhom effett sinifikanti matul is-sena baġitarja;
¾Aġġornament tal-ħtiġijiet stmati għall-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs), filwaqt li jitqiesu l-ftehim iffirmat reċentement u l-protokoll relatat mar-Repubblika ta’ Madagascar u l-protokoll il-ġdid mar-Repubblika ta’ Kiribati li daħal f’applikazzjoni proviżorja fit-2 ta’ Ottubru 2023;
¾Aġġustamenti għal-livell ta’ approprjazzjonijiet u/jew persunal ta’ diversi aġenziji deċentralizzati, b’mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi leġiżlattivi jew politiċi dwar l-operazzjonijiet tagħhom għall-2024 u l-ammonti li għandhom jiġu trasferiti mil-linji ta’ riżerva għal-linji operazzjonali wara l-adozzjoni ta’ proposti legali;
¾It-trasferiment tar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) lejn Orizzont Ewropa wara talba korrispondenti magħmula mil-Litwanja biex temenda l-programm tal-FEŻR tagħha skont l-Artikolu 26 tar-Regolament ta’ Proviżjonament Komuni;
¾Aġġustamenti għall-intestatura 7 “Amministrazzjoni Pubblika Ewropea”, b’mod partikolari fir-rigward tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex tissaħħaħ aktar il-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC), inkluż kemm żieda fil-persunal kif ukoll tisħiħ tas-sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, kif ukoll aġġustamenti żgħar oħra għall-intestatura.
¾Ammonti li għandhom jiġu trasferiti mil-linja ta’ riżerva għal-linja operazzjonali għall-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP) u l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) wara l-adozzjoni tal-atti bażiċi.
B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-IE 1/2024 fuq in-nefqa fl-AB 2024 huwa tnaqqis ta’ EUR 67,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Aktar informazzjoni dwar kull komponent hija pprovduta fit-taqsimiet li ġejjin.
Il-linji baġitarji rilevanti huma dettaljati fl-anness baġitarju, flimkien mal-aġġornament tad-dħul li jirriżulta mill-bidliet fin-nefqa inklużi f’din l-ittra emendatorja.
2.Kostijiet ta’ finanzjament ta’ NextGenerationEU
Fil-kuntest tal-AB 2024, il-Kummissjoni pproponiet tisħiħ tal-linja tal-imgħax tal-EURI b’EUR 1,9 biljun meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju għall-2024, abbażi ta’ projezzjonijiet tar-rati tal-imgħax u tal-iżborżi tal-NGEU sa tmiem l-2023 kif kienu f’dak iż-żmien.
L-aħħar projezzjonijiet fuq il-linja EURI sat-8 ta’ Ottubru 2023 jindikaw ammont totali ta’ żborżi għall-appoġġ mhux ripagabbli fl-2023 ta’ EUR 79.9 biljun, li huwa tnaqqis ta’ madwar EUR 3 biljun meta mqabbel mal-pjan ta’ żborż ikkunsidrat fl-AB 2024. F’dan ix-xenarju l-ġdid, li jqis ukoll rati tal-imgħax kemxejn ogħla u żieda ta’ EUR 10 miljun tal-ammont li jista’ jiġi riportat mis-sena 2023, il-kost stmat għal-linja tal-imgħax huwa ta’ EUR 3 790 miljun, jiġifieri tnaqqis ta’ EUR 74 miljun. Il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament tal-linja tal-imgħax tal-EURI kif xieraq.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
06 04 01
|
Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta’ kupun perjodiku u l-fidi tal-maturità
|
-74 000 000
|
-74 000 000
|
|
Total
|
-74 000 000
|
-74 000 000
|
Bit-tnaqqis propost, ir-rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku taħt is-subintestatura 2b jitnaqqas b’EUR 72,0 miljun għal EUR 300,8 miljun.
3.Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)
L-IE 1/2024 taġġorna l-istimi għan-nefqa agrikola abbażi tal-aktar data ekonomika u qafas leġiżlattiv aġġornati. Sa Settembru 2023, il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-ewwel indikazzjoni tal-livell ta’ produzzjoni għall-2023, u l-perspettiva għas-swieq agrikoli kif ukoll iċ-ċifri attwali għall-biċċa l-kbira tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-2023 rigward il-ġestjoni kondiviża tal-FAEG, li huma l-bażi għall-istimi aġġornati tal-ħtiġijiet baġitarji għall-2024.
Minbarra li tqis il-fatturi tas-suq, l-IE 1/2024 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet leġiżlattivi fis-settur agrikolu minn meta ġie adottat l-AB 2024 f’Lulju 2023.
B’mod ġenerali, il-ħtiġijiet tal-FAEG għall-2024, inkluża r-riżerva għall-agrikoltura (li hija ffinanzjata minn ammont mhux minfuq tar-riżerva agrikola tal-2023 ta’ EUR 200 miljun, kif ukoll mid-disponibbiltajiet tal-FAEG tal-2024), issa huma stmati għal EUR 41 450,6 miljun
. Din hija żieda ta’ EUR 343 miljun meta mqabbla mal-AB 2024, li hija dovuta rispettivament għal (i) ħtiġijiet addizzjonali ta’ EUR 280 miljun għall-partita 08 02 01 “Riżerva agrikola”, (ii) ħtiġijiet ogħla għall-miżuri tas-suq u l-interventi tal-Istati Membri b’EUR 61 miljun, prinċipalment minħabba l-ħtiġijiet kbar għas-settur tal-frott u l-ħaxix, u (iii) żieda żgħira ta’ EUR 2 miljun għal nefqa oħra tal-FAEG.
Fl-2023, ġew adottati miżuri eċċezzjonali b’impatt finanzjarju globali ta’ EUR 530 miljun biex jipprovdu appoġġ lill-bdiewa milquta mill-influwenza avjarja, biex jindirizzaw it-tfixkil fis-suq ikkawżat minn żieda fl-importazzjonijiet tal-qamħ Ukren fl-Istati Membri l-aktar esposti, kif ukoll biex jipprovdu assistenza lill-bdiewa milquta minn avvenimenti estremi tat-temp u problemi speċifiċi oħra. Dan l-ammont globali qabeż b’EUR 80 miljun id-disponibbiltajiet tar-riżerva agrikola tal-2023. Mill-EUR 450 miljun disponibbli, EUR 250 miljun huma mistennija li jintużaw fl-2023, abbażi tal-aħħar data ta’ implimentazzjoni u l-forcasts tal-Istati Membri. L-ammont li jifdal ta’ EUR 200 miljun se jiġi riportat għas-sena 2024 f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Orizzontali tal-PAK u se jintuża għar-rimborż tan-nefqa tal-Istati Membri relatata ma’ dawn il-miżuri eċċezzjonali adottati fl-2023 iżda mħallsa wara l-15 ta’ Ottubru, u b’hekk tappartjeni għas-sena agrikola 2024. Barra minn hekk, biex tkun tista’ tkopri bis-sħiħ il-legat tal-miżuri eċċezzjonali adottati fl-2023, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Orizzontali tal-PAK, il-Kummissjoni tipproponi li żżid l-approprjazzjonijiet il-ġodda tar-riżerva għall-agrikoltura tal-2024 għal EUR 530 miljun, jiġifieri żieda ta’ EUR 80 miljun meta mqabbla mal-AB 2024. Dan se jippermetti li jinżammu EUR 450 miljun għal miżuri eċċezzjonali ġodda li jistgħu jiġu adottati s-sena d-dieħla biex jirrispondu għal tfixkil possibbli fis-suq ikkawżat mill-kuntest ġeopolitiku instabbli kontinwu u, dejjem aktar, minn avvenimenti klimatiċi negattivi madwar l-UE.
L-ammont ta’ dħul assenjat li mistenni jkun disponibbli fl-2024 jiżdied minn EUR 505,5 miljun fl-AB 2024 għal EUR 848,5 miljun li jkopri bis-sħiħ il-ħtiġijiet addizzjonali. Iż-żieda mistennija fid-dħul assenjat toriġina mis-surplus mistenni tal-2023, li se jiġi riportat għall-2024 skont l-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju. Is-surplus joriġina mis-sottoeżekuzzjoni tar-riżerva għall-agrikoltura tal-2023 kif spjegat hawn fuq u sottoeżekuzzjoni relattivament żgħira tal-pagamenti diretti, kif ukoll dħul assenjat ogħla milli mistenni mill-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG.
Konsegwentement, l-ammont globali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn jibqa’ l-istess, jiġifieri EUR 40 602,1 miljun, li jinkludi EUR 530 miljun għar-riżerva għall-agrikoltura. Dan l-ammont globali jikkorrispondi għall-bilanċ nett disponibbli għall-FAEG, inkluż l-effett tan-notifiki tal-Istati Membri fuq it-trasferimenti bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali, u ma jħalli l-ebda marġni taħt is-sottolimitu massimu.
4. Aġġornament tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar Sajd Sostenibbli
Il-Kummissjoni eżaminat l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar Sajd Sostenibbli (SFPAs) u rrieżaminat il-ħtiġijiet mistennija għall-2024 abbażi tal-iżviluppi fil-proċessi tan-negozjati mal-pajjiżi terzi involuti, kif previst fil-punt C tal-Parti II tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA)
. Abbażi ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni tipproponi li ċċaqlaq approprjazzjonijiet ta’ impenn u pagament għal ammont ta’ EUR 2 560 000 mir-riżerva (artikolu baġitarju 30 02 02) għall-artikolu operazzjonali (08 05 01 Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi). Dan it-trasferiment newtrali għall-baġit huwa relatat mal-SFPAs mar-Repubblika ta’ Madagascar, li daħlu f’applikazzjoni proviżorja fl-1 ta’ Lulju 2023 u mar-Repubblika ta’ Kiribati, li daħlu f’applikazzjoni proviżorja fit-2 ta’ Ottubru 2023.
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali disponibbli għall-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jibqgħu l-istess, jiġifieri EUR 156,7 miljun, li minnhom EUR 66,9 miljun fir-riżerva u EUR 89,9 miljun fuq il-linja operazzjonali ewlenija.
EUR
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
08 05 01
|
Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
|
2 560 000
|
2 560 000
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 08 05 01)
|
-2 560 000
|
- 2 560 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
5.Aġenziji Deċentralizzati u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
5.1.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
Fl-ABE 4/2023, il-Kummissjoni pproponiet li żżid il-kontribuzzjoni tal-UE lill-UPPE għas-sigurtà tal-bini u tas-sistemi tal-IT, kif ukoll billi talloka tmien postijiet addizzjonali ta’ aġenti temporanji. Il-baġit tal-2024 tal-UPPE huwa propost li jiżdied b’EUR 2 miljun biex ikopri tisħiħ ta’ darba tal-IT u tas-sigurtà tal-bini kif ukoll is-salarji tal-persunal il-ġdid ippjanat li jiġi reklutat fl-2023 fuq bażi ta’ sena sħiħa.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
07 10 08
|
Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO)
|
2 000 000
|
2 000 000
|
|
Total
|
2 000 000
|
2 000 000
|
Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
5.2.
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
Wara l-istabbiliment taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna (ICPA), l-Eurojust ser tipprovdi appoġġ operazzjonali, legali, finanzjarju u loġistiku, inkluż għall-preservazzjoni, il-ħżin u l-analiżi tal-evidenza. Din il-ħidma hija essenzjali għat-tħejjija ta’ proċessi futuri, kemm quddiem qrati nazzjonali kif ukoll internazzjonali, inkluż quddiem tribunal li possibbilment jinħoloq għar-reat ta’ aggressjoni jew quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) fir-rigward ta’ reati fil-ġurisdizzjoni tagħha. Il-kompiti addizzjonali korrispondenti tal-ICPA għall-Eurojust jeħtieġu tisħiħ tat-tabella tal-persunal tal-aġenzija minn erba’ aġenti temporanji fl-2024. It-tisħiħ relatat tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-Eurojust se jitħallas mill-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni għall-kompiti tal-ICPA, u b’hekk ma jeħtiġux approprjazzjonijiet addizzjonali mill-baġit tal-UE.
Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
5.3. Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“eu-LISA”)
Wara l-konklużjoni tan-negozjati politiċi dwar ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża, il-baġit għall-eu-LISA jeħtieġ li jiġi aġġornat għall-2024 f’konformità mad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva aġġornata. Dan jinvolvi tnaqqis fl-għadd ta’ aġenti temporanji (minn ħamsa għal wieħed) u tal-aġenti kuntrattwali (minn tlieta għal żero). Il-qbil politiku milħuq jimplika wkoll tnaqqis tal-approprjazzjonijiet meħtieġa fl-2024. Mill-ammont previst ta’ EUR 19 945 000 f’riżerva għal dan ir-Regolament, li ġie paċut mill-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi (BMVI), huwa propost li jiġu trasferiti EUR 86 000 għal-linja operazzjonali u EUR 19 859 000 lura għall-BMVI.
Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 11 10 02)
|
-19 945 000
|
-19 945 000
|
|
11 10 02
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“eu-LISA”)
|
86 000
|
86 000
|
|
11 02 01
|
Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi
|
19 859 000
|
19 859 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
5.4.
Trasferimenti mir-riżervi għal-linji operazzjonali tal-aġenziji deċentralizzati minħabba l-adozzjoni ta’ atti legali.
Minħabba l-adozzjoni imminenti jew li diġà seħħet tal-atti legali li ġejjin mill-koleġiżlaturi, il-Kummissjoni tipproponi li tittrasferixxi l-ammonti attwalment imqiegħda f’riżervi għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-atti legali għal-linji operazzjonali tal-aġenziji deċentralizzati kkonċernati:
·Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) (02 10 01): Wara l-ftehim politiku dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli, ammont ta’ EUR 2 774 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament se jiġi trasferit mil-linja ta’ riżerva għal-linja operazzjonali.
·Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (02 10 02): Wara l-adozzjoni tar-Regolament 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE, ammont ta’ EUR 1 191 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament se jiġi ttrasferit mil-linja ta’ riżerva għal-linja operazzjonali.
·L-awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (03 10 04): Wara l-ftehim politiku dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew, ammont ta’ EUR 1 007 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament se jiġi trasferit mil-linja ta’ riżerva għal-linja operazzjonali.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-ammonti li huma proposti li jinġibdu mir-riżerva wara l-adozzjoni tal-atti bażiċi korrispondenti:
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
02 10 01
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
|
2 774 000
|
2 774 000
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 02 10 01)
|
-2 774 000
|
-2 774 000
|
|
02 10 02
|
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
|
1 191 000
|
1 191 000
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 02 10 02)
|
- 1 191 000
|
-1 191 000
|
|
03 10 04
|
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
|
1 007 000
|
1 007 000
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 10 04)
|
- 1 007 000
|
-1 007 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
6.Trasferiment tar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali lejn Orizzont Ewropa għal-Litwanja
Wara t-talba tal-Litwanja f’emenda tal-programm tal-FEŻR tagħha għat-trasferiment tar-riżorsi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), jistgħu jiġu implimentati riżorsi addizzjonali taħt Orizzont Ewropa f’konformità mar-regoli tal-istrument, għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. L-approprjazzjonijiet huma miktuba fuq linji baġitarji separati.
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi l-bidliet li ġejjin għal-linji baġitarji kkonċernati fl-AB 2024:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
05 02 01
|
FEŻR — Nefqa operazzjonali
|
-10 543 750
|
0
|
|
05 02 09
|
Orizzont Ewropa — Kontribuzzjoni mill-FEŻR
|
10 543 750
|
0
|
|
Total
|
0
|
0
|
7.Aġġustamenti għall-intestatura 7 “Amministrazzjoni Pubblika Ewropea”
Aġġustamenti tas-7.1 għan-nefqa tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għaż-żieda ta’ SNEs militari
Fid-dikjarazzjoni tal-Estimi tiegħu għall-2024, is-SEAE indika li għadd ta’ diskussjonijiet li għaddejjin kienu għadhom ma laħqux maturità suffiċjenti biex jiġġustifikaw l-inklużjoni tar-riżorsi korrispondenti fl-Abbozz tal-Baġit tal-2024 iżda jistgħu jsiru parti minn Ittra Emendatorja fi stadju aktar tard.
Fost dawn l-azzjonijiet, il-Pjan Direzzjonali tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) avvanzat biżżejjed biex jiġi inkluż fl-Ittra Emendatorja. L-Istati Membri ddikjaraw fil-Boxxla Strateġika li huma “jiżguraw li l-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija tkun kompletament kapaċi tippjana, tikkontrolla u tikkmanda kompiti u operazzjonijiet mhux eżekuttivi u eżekuttivi, kif ukoll eżerċizzji diretti. F’dan il-kuntest, ser inżidu l-kontribuzzjonijiet tal-persunal u niżguraw li jkollna s-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni meħtieġa, kif ukoll il-faċilitajiet meħtieġa”.
Fid-dawl tal-ambizzjoni maqbula fil-Boxxla Strateġika għall-iżvilupp futur tal-MPCC bħala l-istruttura ppreferuta ta’ kmand u kontroll, it-tisħiħ meħtieġ tar-riżorsi tagħha jseħħ permezz ta’:
·il-finanzjament ta’ 55 SNEs Militari kondiviżi bi spejjeż, li minnhom 20 se jissostitwixxu SNEs mingħajr ħlas inklużi fl-ABE 4/2023, u b’hekk il-persunal tal-MPCC żdied għal total ta’ 115. Dan se jeħtieġ żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ EUR 3 394 400.
·il-finanzjament parzjali tal-azzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż għas-SEAE bħala Fornitur ta’ Servizzi tas-Sistema Unika ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (CIS) għall-MPCC (il-bqija ser jitħallsu mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi). Fil-kuntest tal-appoġġ militari tal-UE lill-Ukrajna l-ambjent tas-sigurtà nbidel b’mod drammatiku, u b’hekk il-mili tal-lakuni eżistenti tas-CIS sar neċessità. Dan se jeħtieġ żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ EUR 4 126 000 li jkopru b’mod partikolari kemm il-finanzjament tas-Servizz CIS kif ukoll ta’ erba’ esperti relatati.
·il-finanzjament ta’ erba’ aġenti kuntrattwali għas-Servizzi ta’ Appoġġ tas-CIS. Huwa għalhekk propost li l-approprjazzjonijiet jiżdiedu b’EUR 414 700.
L-elementi kollha ta’ hawn fuq jikkorrispondu għal żieda fit-Taqsima X tas-SEAE b’total ta’ EUR 7 935 100.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima X – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
|
|
1 2 0 0
|
Persunal bil-Kuntratt
|
414 700
|
414 700
|
|
1 2 0 5
|
Esperti militari nazzjonali ssekondati
|
3 394 400
|
3 394 400
|
|
2 1 0 0
|
Teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
|
2 271 000
|
2 271 000
|
|
2 1 0 1
|
Kriptografija u teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ kunfidenzjalità għolja
|
1 855 000
|
1 855 000
|
|
Total
|
7 935 100
|
7 935 100
|
7.2 Aġġustamenti għall-infiq tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)
Wara żball klerikali, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri naqset milli tinkludi fit-talba tal-baġit tagħha għall-2024 ammont ta’ EUR 330 000 relatat mal-miżati annwali miġbura lura mill-Kummissjoni għall-użu tal-applikazzjoni għal ħlas (PNA) u Sysper. Għalhekk qed jiġi propost li tiżdied il-linja baġitarja relatata skont dan.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima V - Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
|
2 1 0 2
|
Servizzi esterni għall-operat, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tas-softwer u s-sistemi
|
330 000
|
330 000
|
|
Total
|
330 000
|
330 000
|
7.3 Aġġustamenti għan-nefqa tal-Parlament Ewropew (PE)
Fil-kuntest tat-trattament tal-fajls tal-qgħad tal-ex assistenti parlamentari, l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) bħalissa qed jiffattura lill-Parlament Ewropew (PE) biex ikopri l-ammont ta’ xogħol relatat. Minħabba n-natura rikorrenti ta’ dan is-servizz, b’livelli massimi partikolari wara l-elezzjonijiet Ewropej, ġie miftiehem bejn il-PMO u l-PE li parti mill-baġit annwali totali għandha tiġi allokata direttament lill-PMO minflok lill-PE, biex b’hekk il-PMO jkun jista’ jirrekluta l-aġenti kuntrattwali meħtieġa għall-ġestjoni ta’ dawn il-fajls fuq bażi permanenti. L-ispiża li jifdal, li se tiddependi mill-volum annwali reali tal-fajls li għandhom jiġu ġestiti, se tkompli tiġi fatturata lill-PE.
Konsegwentement, huwa propost li jiġi inkluż dan it-trasferiment newtrali għall-baġit, li jirriżulta fi tnaqqis tat-talba baġitarja tal-PE għall-2024 b’EUR 300 000 b’żieda ekwivalenti tal-baġit tal-PMO.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
|
|
1 4 0 0
|
Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi
|
- 300 000
|
-300 000
|
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
|
O3 01 02
|
Persunal estern
|
300 000
|
300 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
7.4 Aġġustamenti għan-nefqa tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni tipproponi li AL1/2024 tinkludi tnaqqis ta’ EUR 3,7 miljun tan-nefqa fuq is-salarji fil-Kummissjoni biex jitqies l-impatt tat-tnaqqis fil-grad ta’ 78 postijiet AST għal AST-SC, li jirrifletti d-deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment tal-2023 skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
20 01 02 01
|
Rimunerazzjoni u gratifiki — Kwartieri u uffiċċji ta’ Rappreżentanza
|
-3 677 000
|
-3 677 000
|
|
Total
|
-3 677 000
|
-3 677 000
|
B’mod ġenerali, l-effett ikkombinat fuq in-nefqa stmata fl-Abbozz tal-Baġit tal-2024 għall-intestatura 7 huwa żieda ta’ EUR 4,6 miljun għan-nefqa amministrattiva, filwaqt li n-nefqa għall-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej tibqa’ l-istess.
L-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
Ammonti f'Miljuni ta' EUR
|
|
|
AB 2024
|
Ittra Emendatorja 1 għall-AB 2024
|
AB 2024 b’AL1
|
|
Pensjonijiet u Skejjel Ewropej
|
2 812,6
|
|
2 812,6
|
|
Pensjonijiet
|
2 565,5
|
|
2 565,5
|
|
Skejjel Ewropej
|
247,2
|
|
247,2
|
|
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
9 137
|
7,3
|
9 144,3
|
|
Il-Kummissjoni
|
4 221,4
|
-3,4
|
4 218,1
|
|
Istituzzjonijiet oħra
|
4 915,6
|
10,7
|
4 926,2
|
|
Parlament Ewropew
|
2 354,9
|
-0,3
|
2 354,6
|
|
Kunsill Ewropew u Kunsill
|
676,8
|
|
676,8
|
|
Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
502,4
|
|
502,4
|
|
Qorti tal-Awdituri
|
184,8
|
0,3
|
185,1
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
164,9
|
|
164,9
|
|
Kumitat tar-Reġjuni
|
121,9
|
|
121,9
|
|
Ombudsman Ewropew
|
13,7
|
|
13,7
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
23,9
|
|
23,9
|
|
Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna
|
872,2
|
7,9
|
880,1
|
|
Total
|
11 949,6
|
4,6
|
11 954,2
|
Konsegwentement, ir-rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku taħt l-intestatura 7 jeħtieġ li jiżdied b’ammont ta’ EUR 4,6 miljun meta mqabbel mal-AB 2024, li jwassal għall-użu tal-Artikolu 11(1)(a) tal-Istrument ta’ Marġini Uniku għal ammont ta’ EUR 181,2 miljun fl-2024 sabiex jikkonforma mal-obbligi legali kollha. B’mod ġenerali, madankollu, in-nefqa totali għall-amministrazzjoni taħt l-intestatura 7 fil-perjodu 2021-2024 għadha fil-limiti massimi stabbiliti għal din l-intestatura fir-Regolament QFP, peress li l-marġnijiet mhux użati fl-intestatura 7 fl-2021-2022 ammontaw għal EUR 467 miljun.
8.Trasferiment mil-linja ta’ riżerva għal-linji operazzjonali
Minħabba l-adozzjoni tal-atti legali korrispondenti mill-koleġiżlaturi, il-Kummissjoni tipproponi li tittrasferixxi l-ammonti attwalment imqiegħda f’riżervi għall-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP) u l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) għal-linji operazzjonali tal-programmi kkonċernati, kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
13 06 01
|
Strument tad-Difiża fuq Medda Qasira dwar akkwist komuni
|
259 972 301
|
100 000 000
|
|
13 07 01
|
Strument għat-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża
|
343 000 000
|
78 500 000
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 13 06 01)
|
-259 972 301
|
-100 000 000
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 13 07 01)
|
-343 000 000
|
-78 500 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
9.
Finanzjament
B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-IE 1/2024 fuq in-nefqa fl-AB 2024 huwa tnaqqis ta’ EUR 67,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
L-impatt ikkombinat tat-tnaqqis tal-kostijiet ta’ finanzjament fuq il-linja tal-imgħax tal-EURI u ż-żieda fin-nefqa għall-Intestatura 7 iwasslu għal tnaqqis tal-ammonti proposti li għandhom jiġu mobilizzati mill-Istrument ta’ Marġini Uniku b’EUR 67,4 miljun.
10.Tabella fil-Qosor skont l-Intestatura tal-QFP
|
|
|
Abbozz ta' Baġit 2024
|
Ittra Emendatorja 1 għall-Abbozz tal-Baġit 2024
|
Abbozz ta’ Baġit 2024 ink. AL1
|
|
|
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
|
1.
|
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
21 431 352 987
|
20 916 212 003
|
|
|
21 431 352 987
|
20 916 212 003
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Limitu
|
21 598 000 000
|
|
|
|
21 598 000 000
|
|
|
Marġni
|
166 647 013
|
|
|
|
166 647 013
|
|
|
2.
|
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri
|
74 979 363 449
|
34 186 039 329
|
-72 000 000
|
-72 000 000
|
74 907 363 449
|
34 114 039 329
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
1 335 350 949
|
|
|
|
1 335 350 949
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
372 816 884
|
|
-72 000 000
|
|
300 816 884
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Limitu
|
73 289 000 000
|
|
|
|
73 289 000 000
|
|
|
Marġni
|
17 804 384
|
|
|
|
17 804 384
|
|
|
2a.
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
64 665 195 616
|
24 155 654 152
|
|
|
64 665 195 616
|
24 155 654 152
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Limitu
|
64 683 000 000
|
|
|
|
64 683 000 000
|
|
|
Marġni
|
17 804 384
|
|
|
|
17 804 384
|
|
|
2b.
|
Reżiljenza u l-valuri
|
10 314 167 833
|
10 030 385 177
|
-72 000 000
|
-72 000 000
|
10 242 167 833
|
9 958 385 177
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
1 335 350 949
|
|
|
|
1 335 350 949
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
372 816 884
|
|
-72 000 000
|
|
300 816 884
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Limitu
|
8 606 000 000
|
|
|
|
8 606 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
3.
|
Riżorsi naturali u Ambjent
|
57 388 890 839
|
54 232 567 941
|
|
|
57 388 890 839
|
54 232 567 941
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Limitu
|
57 449 000 000
|
|
|
|
57 449 000 000
|
|
|
Marġni
|
60 109 161
|
|
|
|
60 109 161
|
|
|
|
Li minnu: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti
|
40 602 078 000
|
40 590 282 213
|
|
|
40 602 078 000
|
40 590 282 213
|
|
|
Sublimitu massimu tal-FAEG
|
40 603 000 000
|
|
|
|
40 603 000 000
|
|
|
|
Ittondjar tad-differenza eskluża għall-kalkolu tas-sottomarġni
|
922 000
|
|
|
|
922 000
|
|
|
|
Trasferimenti netti bejn l-FAEG u l-FAEŻR
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
|
40 602 078 000
|
|
|
|
40 602 078 000
|
|
|
|
Sublimitu aġġustat tal-FAEG ikkoreġut mit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR
|
40 603 000 000
|
|
|
|
40 603 000 000
|
|
|
|
Submarġni tal-FAEG
|
922 000
|
|
|
|
922 000
|
|
|
|
Submarġni tal-FAEG (eskluża d-differenza tal-ittondjar)
|
|
|
|
|
|
|
|
4.
|
Il-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri
|
3 896 705 671
|
3 257 967 443
|
|
|
3 896 705 671
|
3 257 967 443
|
|
Limitu
|
4 020 000 000
|
|
|
|
4 020 000 000
|
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Marġni
|
123 294 329
|
|
|
|
123 294 329
|
|
|
5.
|
Sigurtà u Difiża
|
2 304 177 926
|
2 028 413 531
|
|
|
2 304 177 926
|
2 028 413 531
|
|
Limitu
|
2 004 000 000
|
|
|
|
2 004 000 000
|
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
300 177 926
|
|
|
|
300 177 926
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
6.
|
Viċinat u d-Dinja
|
15 830 000 000
|
15 111 157 313
|
|
|
15 830 000 000
|
15 111 157 313
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
|
|
|
|
|
|
|
Limitu
|
15 830 000 000
|
|
|
|
15 830 000 000
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
7.
|
Amministrazzjoni pubblika Ewropea
|
11 949 625 456
|
11 949 625 456
|
4 588 100
|
4 588 100
|
11 954 213 556
|
11 954 213 556
|
|
Limitu
|
11 773 000 000
|
|
|
|
11 773 000 000
|
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
176 625 456
|
|
4 588 100
|
|
181 213 556
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
9 137 000 694
|
9 137 000 694
|
4 588 100
|
4 588 100
|
9 141 588 794
|
9 141 588 794
|
|
|
Sublimitu massimu
|
9 006 000 000
|
|
|
|
9 006 000 000
|
|
|
|
li minnhom taħt l-Istrumenti ta’ Flessibbiltà
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
131 000 694
|
|
4 588 100
|
|
135 588 794
|
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pensjonijiet u Skejjel Ewropej
|
2 812 624 762
|
2 812 624 762
|
|
|
2 812 624 762
|
2 812 624 762
|
|
|
Pensjonijiet
|
2 565 464 000
|
2 565 464 000
|
|
|
2 565 464 000
|
2 565 464 000
|
|
|
Skejjel Ewropej
|
247 160 762
|
247 160 762
|
|
|
247 160 762
|
247 160 762
|
|
|
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
9 137 000 694
|
9 137 000 694
|
4 588 100
|
4 588 100
|
9 141 588 794
|
9 141 588 794
|
|
|
Parlament Ewropew
|
2 354 855 881
|
2 354 855 881
|
-300 000
|
-300 000
|
2 354 555 881
|
2 354 555 881
|
|
|
Kunsill Ewropew u Kunsill
|
676 842 943
|
676 842 943
|
|
|
676 842 943
|
676 842 943
|
|
|
Il-Kummissjoni
|
4 221 445 825
|
4 221 445 825
|
-3 377 000
|
-3 377 000
|
4 218 068 825
|
4 218 068 825
|
|
|
Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
502 443 711
|
502 443 711
|
|
|
502 443 711
|
502 443 711
|
|
|
Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
184 803 430
|
184 803 430
|
330 000
|
330 000
|
185 133 430
|
185 133 430
|
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
164 945 524
|
164 945 524
|
|
|
164 945 524
|
164 945 524
|
|
|
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
|
121 878 345
|
121 878 345
|
|
|
121 878 345
|
121 878 345
|
|
|
Ombudsman Ewropew
|
13 667 466
|
13 667 466
|
|
|
13 667 466
|
13 667 466
|
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
23 921 966
|
23 921 966
|
|
|
23 921 966
|
23 921 966
|
|
|
Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna
|
872 195 603
|
872 195 603
|
7 935 100
|
7 935 100
|
880 130 703
|
880 130 703
|
|
Approprjazzjonijiet għall-intestaturi
|
187 780 116 328
|
141 681 983 016
|
-67 411 900
|
-67 411 900
|
187 712 704 428
|
141 614 571 116
|
|
|
Limitu
|
185 963 000 000
|
170 543 000 000
|
|
|
185 963 000 000
|
170 543 000 000
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
1 635 528 875
|
1 747 272 316
|
|
|
1 635 528 875
|
1 747 272 316
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (a))
|
549 442 340
|
|
-67 411 900
|
|
482 030 440
|
|
|
li minnhom l-Istrument ta’ Marġini Uniku (l-Artikolu 11(1), il-punt (c))
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Marġni
|
367 854 887
|
30 608 289 300
|
|
67 411 900
|
367 854 887
|
30 675 701 200
|
|
Approprjazzjonijiet bħala % tal-ING
|
1,06 %
|
0,80 %
|
0,00 %
|
0,00 %
|
1,06 %
|
0,80 %
|
|
|
Strumenti speċjali tematiċi
|
1 560 861 211
|
1 371 395 001
|
|
|
1 560 861 211
|
1 371 395 001
|
|
|
Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza (SEAR)
|
1 351 395 001
|
1 351 395 001
|
|
|
1 351 395 001
|
1 351 395 001
|
|
|
Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
|
209 466 210
|
20 000 000
|
|
|
209 466 210
|
20 000 000
|
|
|
Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR)
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Total tal-approprjazzjonijiet
|
189 340 977 539
|
143 053 378 017
|
-67 411 900
|
-67 411 900
|
189 273 565 639
|
142 985 966 117
|