EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AT40547

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominant fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ AT.40547 — MONOMERU TAL-ISTIREN Relatur: Kristiina Arnus (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 145/07

C/2022/8507

OJ C 145, 27.4.2023, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/10


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominant fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ AT.40547 — MONOMERU TAL-ISTIREN

Relatur: Kristiina Arnus

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 145/07)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn il-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (1).

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattiki miftiehma kien il-limitazzjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati bl-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u l-partijiet kontraenti tal-Ftehim ŻEE.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni għar-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 u l-Avviż ta’ Riżoluzzjoni tal-2008.

9.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

10.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

11.   

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


(1)  F’dan il-każ, ir-riferimenti għall-Artikolu 101 tat-Trattat għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu wkoll għall-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar’ il quddiem il- “Ftehim ŻEE”).


Top