This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023AE3268
Opinion of the European Economic and Social Committee on the proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the transparency and integrity of Environmental, Social and Governance (ESG) rating activities (COM(2023) 314 final — 2023/0177 (COD))
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG)” (COM(2023) 314 final — 2023/0177 (COD))
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG)” (COM(2023) 314 final — 2023/0177 (COD))
EESC 2023/03268
ĠU C, C/2024/883, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/883/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/883 |
6.2.2024 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG)”
(COM(2023) 314 final — 2023/0177 (COD))
(C/2024/883)
Sinteżi tal-proposta leġiżlattiva
Relatur: |
Krzysztof Stanislaw BALON |
Korelatur: |
Andrea MONE |
Konsultazzjonijiet |
Parlament Ewropew, 10.7.2023 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 17.7.2023 |
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
Adozzjoni fis-sezzjoni |
5.10.2023 |
Adozzjoni fil-plenarja |
25.10.2023 |
Sessjoni plenarja Nru |
582 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
167/2/2 |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW (KESE)
1. |
jappoġġja bis-sħiħ il-Proposta tal-Kummissjoni li għall-ewwel darba tirregola l-klassifikazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) sabiex tiffaċilita l-kontribut tagħhom għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima; jenfasizza li appella għal proposta bħal din fl-Opinjoni tiegħu dwar “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta’ azzjoni ġdid” (1); jemmen ukoll li ż-żieda tal-Artikoli 191 u 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-ambjent fil-bażi legali tar-Regolament, flimkien mal-Artikolu 114 tat-TFUE, se tiffaċilita l-ilħuq tal-objettivi tal-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, biex il-leġiżlazzjoni tkun adatta għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, għandha ssir referenza għall-objettivi soċjali u tas-sostenibbiltà tat-Trattati, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tat-TFUE dwar il-protezzjoni soċjali; |
2. |
jirrakkomanda li jiġu ċċarati aktar id-definizzjonijiet ta’ “klassifikazzjoni ESG”, “prodotti tad-data ESG” u “fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG” billi jiżdied l-element ta’ bażi kummerċjali regolari, sabiex jiġi evitat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipproduċu tabelli ta’ valutazzjoni bħala attività mhux maġġuri u mingħajr skop ta’ qligħ, kif ukoll riċerka akkademika u xogħol ġurnalistiku, li b’mod mhux intenzjonat jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament; |
3. |
jilqa’ d-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza proposti mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li tiġi provduta aktar informazzjoni lill-pubbliku inġenerali pjuttost milli esklużivament lill-entitajiet klassifikati u lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet; jirrakkomanda wkoll li tiżdied id-divulgazzjoni ta’ żewġ tipi partikolari ta’ sorsi tad-data: id-data magħmula disponibbli skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u d-data mingħand partijiet ikkonċernati għajr l-entitajiet klassifikati (2); |
4. |
jilqa’ l-introduzzjoni proposta ta’ proċess ta’ awtorizzazzjoni u ta’ rekwiżiti organizzazzjonali; jemmen li għandhom jiġu inklużi rekwiżiti minimi dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet sabiex jiġu evitati l-greenwashing, is-social washing u tipi oħra ta’ miżinformazzjoni, u jemmen li l-inklużjoni obbligatorja ta’ materjalità doppja għandha tkun parti minn dawn ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-klassifikazzjonijiet ESG; jemmen ukoll li dan ir-Regolament għandu jgħin biex is-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG jimmatura billi titrawwem informazzjoni affidabbli u jogħlew l-istandards permezz ta’ kompetizzjoni regolata bejn il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet; |
5. |
jistieden lil-leġiżlatur jadotta soluzzjonijiet li jħeġġu lill-atturi fis-swieq finanzjarji jqisu r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni ġusta, li jagħmlu l-komplementarjetà tal-objettivi ambjentali u soċjali espliċita; |
6. |
jirrakkomanda li jissaħħu aktar ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess billi jiġu sseparati l-attivitajiet fil-livell tal-grupp u billi l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tingħata s-setgħa li ttemm b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess; |
7. |
sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju, jissuġġerixxi li l-aċċess għal fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ta’ pajjiżi terzi fis-suq uniku tal-UE jiġi permess biss permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u l-approvazzjoni ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ibbażat fl-UE f’konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament, iżda mhux permezz tar-rikonoxximent tal-kumpaniji mill-ESMA fuq bażi ta’ każ b’każ; |
8. |
jistieden lill-koleġiżlaturi jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-UE sabiex l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, u l-fornituri tas-servizzi ta’ interess ġenerali (SGIs) jingħataw trattament ġust fil-klassifikazzjonijiet ESG; |
9. |
itenni l-ħtieġa li jinbeda proċess politiku bil-għan li tiġi stabbilita aġenzija pubblika tal-UE għas-sostenibbiltà li tista’ tipprovdi klassifikazzjonijiet ESG għall-benefiċċju tas-suq uniku, flimkien mal-fornituri privati (3); jemmen li dan se jikkontribwixxi biex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni kif spjegat hawn fuq, kif ukoll biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fis-swieq finanzjarji. |
II. SPJEGA/TFASSIL TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET
1. Żieda tal-protezzjoni ambjentali u soċjali mal-bażi legali
1.1. |
L-objettivi tar-Regolament huma enfasizzati fl-Artikolu 1 tal-Proposta għal Regolament: “biex jittejbu l-integrità, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-governanza tajba u l-indipendenza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, u jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet ESG” u “jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, filwaqt li jikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri u jipprevjeni l-greenwashing jew tipi oħrajn ta’ miżinformazzjoni, inklużi l-ħasil soċjali”. L-Artikolu 114 tat-TFUE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet li l-għan tagħhom huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq uniku huwa bażi legali indispensabbli għall-istrument legali propost. Il-Kumitat jirrakkomanda li jiżdiedu l-Artikoli 191 u 192 tat-TFUE dwar is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, sabiex jiġi ssanzjonat b’mod aktar effettiv il-greenwashing u b’hekk jiġi evitat. Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li jiżdied l-Artikolu 9 tat-TFUE sabiex jiġi ssanzjonat b’mod aktar effettiv is-social washing, u b’hekk jiġi evitat. Huwa importanti li l-elementi kollha tas-sostenibbiltà jinżammu f’bilanċ, kif meħtieġ mill-Aġenda 2030 tan-NU. |
2. Jiġu ċċarati d-definizzjonijiet
2.1. |
L-organizzazzjonijiet ambjentali jew organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u possibbilment l-akkademiċi u l-ġurnalisti li jikkompilaw klassifikazzjonijiet u evalwazzjonijiet ta’ kumpaniji dwar aspetti differenti għal skopijiet mhux kummerċjali, mingħajr skop ta’ qligħ u mingħajr ma dan ikun parti kbira mill-attivitajiet ġenerali tagħhom jew mingħajr ma jikkonsisti f’sors ewlieni ta’ introjtu għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. |
3. It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza
3.1. |
L-informazzjoni bħall-metrika, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs), is-sorsi tad-data, u l-kontrolli tal-kwalità tad-data għandha tiġi ppubblikata fuq is-siti web tal-klassifikazzjonijiet ESG u mhux tintbagħat esklużivament lill-abbonati tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-entitajiet klassifikati. |
3.2. |
Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom juru kif jużaw id-data disponibbli skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà, ir-Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà tas-servizzi finanzjarji, u r-Regolament tal-UE dwar it-Tassonomija. Għandhom juru kif jużaw l-indikaturi pprovduti kemm fil-qafas tar-Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà tas-servizzi finanzjarji (SFDR) (l-impatti negattivi prinċipali skont ir-Regolament Delegat (UE) 2022/1288 (4) dwar l-SFDR), kif ukoll skont ir-Regolament Delegat dwar l-istandards Ewropej tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ESRS), li huwa relatat mad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD), bħala limitu minimu ta’ kwalità trasversali, u jispjegaw kif dawn l-indikaturi jiġu ponderati fil-klassifikazzjonijiet tagħhom. Huwa importanti li tittejjeb u titħeġġeġ il-klassifikazzjoni tal-elementi soċjali tas-sostenibbiltà sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli u tiġi żgurata l-effettività tas-salvagwardji minimi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-Regolament tat-Tassonomija). |
3.3. |
Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom juru li jqisu wkoll l-informazzjoni u d-data mhux tal-kumpaniji pprovduti mill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, mit-trade unions, minn komunitajiet kredibbli u ta’ reputazzjoni tajba u minn organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili. |
3.4. |
Bħala kwistjoni ta’ trasparenza u affidabbiltà, il-metodoloġiji kollha ta’ klassifikazzjoni li jirreferu għax-xogħol deċenti, l-impjieg, il-pagi deċenti għall-ġlieda kontra l-faqar fost dawk li jaħdmu, u d-djalogu soċjali bħala parti mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDG 8 jew SDG 16) għandhom jiżvelaw kif ġew involuti r-rappreżentanti tal-ħaddiema mill-entitajiet klassifikati. |
4. Introduzzjoni ta’ rekwiżiti minimi dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet
4.1. |
Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom ikunu jistgħu juru li perċentwal konsiderevoli tal-miżuri tal-klassifikazzjonijiet tagħhom ikejjel l-impatti tal-kumpaniji fuq id-dinja esterna (materjalità esterna). L-ESMA għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar il-ponderazzjoni tal-materjalità esterna u tiżgura li l-impatt tal-attivitajiet tal-intrapriża kklassifikata fuq in-nies u l-ambjent fil-klassifikazzjonijiet ikun ta’ mill-inqas 30 % fil-klassifikazzjoni. Il-klassifikazzjonijiet ESG qatt ma għandhom ikejlu esklużivament ir-riskji għall-kumpaniji (materjalità interna). B’hekk tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-materjalità doppja (6), li diġà huwa inkluż fil-leġiżlazzjoni tal-UE. |
4.2. |
Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom ikunu jistgħu juru li fil-klassifikazzjonijiet tagħhom jinkludu għadd minimu ta’ indikaturi assoluti speċifiċi inklużi fir-Regolamenti Delegati tal-SFDR u tas-CSRD. Il-klassifikazzjonijiet ESG ma jistgħux iqabblu biss il-kumpaniji mal-pari settorjali tagħhom. Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodoloġija tagħhom tikkontribwixxi għall-objettivi soċjali billi tkun allinjata mar-rekwiżiti soċjali tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti. Bħala strument għal dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li joperaw fis-suq uniku tal-UE, il-kunċett ta’ “xogħol deċenti” (SDG 8) għandu jiġi definit bħala li jagħti kontribut sostanzjali għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sostanzjali”, li jirreferi għal avvenimenti avversi li jaffettwaw id-drittijiet inklużi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, għandu jkun ukoll parti mill-metodoloġija adottata. |
4.3. |
Għandhom jiġu pprovduti klassifikazzjonijiet “E”, “S” u “G” separati minflok metrika ESG waħda li taggrega l-fatturi “E”, “S” u “G”. L-aggregazzjoni tad-dimensjonijiet “E”, “S” u “G” ixxekkel l-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni u tista’ tintuża biex taħbi sitwazzjonijiet problematiċi u twassal għal greenwashing u/jew social washing. |
4.4. |
B’konsistenza mat-tassonomija tal-UE dwar l-investiment sostenibbli, il-klassifikazzjonijiet ESG għandhom ikunu jistgħu juru li punteġġ negattiv huwa attribwit għal prestazzjonijiet ta’ entitajiet li jinsabu li qed jiksru d-drittijiet fundamentali, bħal dawk tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali jew dawk stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi t-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem). |
5. Komplementarjetà tal-objettivi ekoloġiċi u soċjali
5.1. |
Fil-blokok differenti li jiffurmaw il-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE, wieħed mill-pilastri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, id-dimensjoni soċjali tal-investimenti sostenibbli hija sottorappreżentata, u dan joħloq effetti distorsivi fuq is-suq tat-titoli ESG u jfixkel segment tas-suq, dak tat-titoli kwalifikati “S”, li diġà kien qed jaċċellera b’mod rapidu qabel il-pandemija. L-inklużjoni obbligatorja kemm tal-indikaturi ambjentali kif ukoll dawk soċjali mir-Regolamenti Delegati tal-SFDR u tas-CSRD se tgħin biex tiġi żgurata din il-komplementarjetà. |
6. Prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess
6.1. |
Il-Kummissjoni tipproponi li l-entitajiet li jipprovdu konsulenza, klassifikazzjonijiet tal-kreditu, parametri referenzjarji, investiment, awditjar u attivitajiet bankarji, tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jiġu esklużi milli jipprovdu klassifikazzjonijiet ESG. Diversi gruppi jikkombinaw l-attvitajiet ta’ fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG mas-servizzi ta’ forniment ta’ data ESG, analiżi u riċerka, valutazzjoni komparattiva, pariri u konsulenzi, kemm għall-investituri li jużaw il-klassifikazzjonijiet kif ukoll għall-entitajiet klassifikati. L-għoti ta’ pariri lil kumpaniji dwar kif dawn għandhom jirrapportaw dwar kwistjonijiet ESG jew jimmaniġġjaw ir-riskji ESG, waqt li fl-istess ħin jiddefinixxu l-kriterji tal-klassifikazzjonijiet ESG u anke tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-istess kumpaniji huwa eżempju tipiku ta’ kunflitt ta’ interess. Skont riċerka akkademika, il-kumpaniji li diġà jaħdmu ma’ ċerti fornituri fil-qasam ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu jirċievu klassifikazzjonijiet ESG ogħla mill-oħrajn (7). Is-separazzjoni tal-attivitajiet fil-livell ta’ grupp se tiżgura li l-klassifikazzjonijiet ESG ma jkunux preġudikati u b’hekk jiġu ppreservati xi relazzjonijiet kummerċjali oħra. |
6.2. |
Fejn ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess, l-ESMA għandha tkun obbligata tieħu azzjoni. Bħala l-ewwel pass fakultattiv, l-ESMA tista’ tirrikjedi miżuri għall-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess, iżda fejn dawn il-miżuri ma jkunux adegwati, l-ESMA għandha tkun obbligata tordna l-waqfien ta’ xi attivitajiet u relazzjonijiet jew il-waqfien ta’ klassifikazzjoni. Jekk l-ESMA tagħżel li tirrikjedi l-ħolqien ta’ funzjoni ta’ sorveljanza indipendenti, it-trade unions, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti u l-komunitajiet affettwati għandhom ikunu wkoll parti minnha, flimkien mal-utenti u l-kontributuri tal-klassifikazzjonijiet ESG. |
7. Prevenzjoni tal-arbitraġġ regolatorju
7.1. |
L-għoti ta’ aċċess lil fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ approvazzjoni minn entità tal-UE tal-istess grupp jew billi l-ESMA tirrikonoxxi kumpaniji speċifiċi ta’ pajjiżi terzi każ b’każ jista’ joħloq sitwazzjoni stramba fejn entitajiet mhux tal-UE jkollhom inqas piż amministrattiv għall-konformità meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom ibbażati fl-UE. |
7.2. |
L-aċċess permezz ta’ approvazzjoni għandu jingħata biss lill-fornituri ESG minn ġuriżdizzjonijiet fejn ma jkun hemm l-ebda qafas regolatorju u billi tiġi żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u mhux biss mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO). |
7.3. |
L-għażla li l-ESMA tirrikonoxxi kumpaniji speċifiċi ta’ pajjiżi terzi każ b’każ m’għandhiex tiġi provduta peress li toħloq piż amministrattiv kbir għall-ESMA li minflok għandu jiġġarrab mill-fornituri ESG ta’ pajjiżi terzi billi joħolqu entità tal-UE. |
8. |
Kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-SMEs, is-servizzi ta’ interess ġenerali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali |
8.1. |
L-istudju kkummissjonat fil-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni m’għand il-kumpanija ta’ konsulenza ERM (8) juri li kumpaniji akbar spiss jiksbu klassifikazzjonijiet ogħla minn dawk iżgħar, mhux neċessarjament minħabba li jkollhom prestazzjoni aħjar iżda pjuttost minħabba l-kapaċità tagħhom li jinvestu aktar riżorsi fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-SMEs, il-fornituri ta’ servizzi ta’ interess ġenerali (SGIs) u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali għadhom fil-biċċa l-kbira mhux ikklassifikati u dan jista’ jwassal biex l-investituri jqisuhom b’mod skorrett bħala li għadhom lura. Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiġu mħeġġa jikklassifikaw l-SMEs, il-fornituri ta’ SGIs u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, b’tali mod li jindirizzaw il-partikolaritajiet tagħhom fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data. |
9. Il-ħolqien ta’ aġenzija tal-UE għas-sostenibbiltà
9.1. |
Il-ħolqien ta’ aġenzija tal-UE għas-sostenibbiltà għandu jikkontribwixxi biex jimtela vojt potenzjali fis-suq billi jipprovdi klassifikazzjonijiet għall-SMEs, il-fornituri ta’ servizzi ta’ interess ġenerali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Jista’ jikkontribwixxi wkoll biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fis-swieq finanzjarji u jistabbilixxi punt ta’ medjazzjoni għas-soluzzjoni ta’ tilwim jew mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament. |
III. KJARIFIKI TA’ RAKKOMANDAZZJONIJIET PARTIKOLARI
Bil-għan li jiġu kkjarifikati rakkomandazzjonijiet partikolari u mingħajr preġudizzju għal rakkomandazzjonijiet oħra, il-KESE jipproponi l-bidliet li ġejjin għall-Proposta tal-Kummissjoni:
Emenda 1
Marbuta mar-rakkomandazzjoni 1 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Konsiderazzjonijiet
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l- Artikolu 114 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l- Artikoli 9, 114 , 191 u 192 tiegħu, |
Emenda 2
Marbuta mar-rakkomandazzjoni 2 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Artikolu 3(4)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Marbuta mar-rakkomandazzjoni 4 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Artikolu 14(11)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Marbuta mar-rakkomandazzjoni 5 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Artikolu 15(1)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Emenda 5
Marbuta mar-rakkomandazzjoni 5 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Artikolu 23(3)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
Meta kunflitt ta’ interess kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx jista’ jiġi ġestit b’mod adegwat, l-ESMA tista’ titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG iwaqqaf l-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet li joħolqu l-kunflitt ta’ interess, jew tista’ titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jieqaf jipprovdi l-klassifikazzjonijiet ESG. |
Meta jkun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u ma jkunx jista’ jiġi ġestit b’mod adegwat permezz ta’ miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni tar-riskji , l-ESMA għandha titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG iwaqqaf l-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet li joħolqu l-kunflitt ta’ interess, jew għandha titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jieqaf jipprovdi l-klassifikazzjonijiet ESG. |
Emenda 6
Marbuta mar-rakkomandazzjonijiet 4 u 8 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Anness I(g)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||||||||
|
|
Emenda 7
Marbuta mar-rakkomandazzjoni 3 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Anness III(1)(d)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Marbuta mar-rakkomandazzjoni 3 tal-Opinjoni tal-KESE
Proposta leġiżlattiva: Anness III(1)(h)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji — pjan ta' azzjoni ġdid” (COM(2020) 590 final) (ĠU C 155, 30.4.2021, p. 20).
(2) Ara l-paragrafu 3.3.
(3) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Tassonomija soċjali — Sfidi u oppurtunitajiet” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 15), il-paragrafu 5.6.
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(6) Fil-valutazzjoni tal-impatt għall-Proposta leġiżlattiva tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tagħti d-definizzjoni li ġejja ta’ materjalità doppja: “Ir-rekwiżit għall-intrapriżi li jirrapportaw kemm dwar l-impatti tal-attivitajiet tal-intrapriża fuq in-nies u l-ambjent, kif ukoll dwar kif diversi kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw lill-intrapriża.”.
(7) X. Li, Y. Lou, L. Zhang, Do Commercial Ties Influence ESG Ratings? Evidence from Moody's and S&P, (Ir-rabtiet kummerċjali jinfluwenzaw il-klassifikazzjonijiet ESG? Evidenza provduta minn Moody’s u S&P, mhux disponibbli bil-Malti), p. 30.
(8) Study on Sustainability-Related Ratings, Data and Research (Studju dwar il-Klassifikazzjonijiet, id-Data u r-Riċerka Relatati mas-Sostenibbiltà, mhux disponibbli bil-Malti), Novembru 2020.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/883/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)