Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XG0222(05)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/241, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/236 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 2022/C 85 I/05

ST/5717/2022/INIT

ĠU C 85I, 22.2.2022, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 85/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/241, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/236 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 85 I/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/241 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru °269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/236 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex tikseb awtorizzazzjoni biex tuża l-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Ġunju 2022:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 40, 21.2.2022, p. 23.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 40, 21 ta’ Frar 2022, p. 3.


Top