This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XC0121(05)
Publication of a communication of approval of a standard amendment to the product specification for a name in the wine sector, as referred to in Article 17(2) and (3) of Commission Delegated Regulation (EU) 2019/33 2022/C 31/12
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2022/C 31/12

PUB/2022/44
ĠU C 31, 21.1.2022, p. 25–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/25 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 31/12)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU
Pla de Bages
PDO-ES-A1557-AM05
Data tal-komunikazzjoni: 20 ta’ Ottubru 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Żieda fil-limiti għall-aċidità volatili fl-inbejjed bojod, rożè u ħomor
Deskrizzjoni
Il-paragrafu li jirreferi għall-aċidità volatili tal-inbejjed tal-Kategorija 1 ġie emendat kif ġej:
“Inbejjed ta’ inqas minn sena għandu jkollhom aċidità volatili ta’ inqas minn 0,70 g/l, espressa bħala aċidu aċetiku, għall-inbejjed bojod u rożè u ta’ inqas minn 0,8 g/l għall-inbejjed ħomor.
L-inbejjed imqaddmin għal aktar minn sena u l-inbejjed prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 0,9 g/l fl-inbejjed bojod u rożè u ta’ 1,1 g/l fl-inbejjed ħomor.” Fi kliem ieħor, għall-inbejjed bojod u rożè l-limitu żdied minn 0,6 għal 0,7 g/l għall-inbejjed mhux imqaddma u għal 0,9 g/l għal dawk imqaddmin fil-btieti tal-injam. Għall-inbejjed ħomor imqaddmin fil-btieti, il-limitu żdied minn 1 għal 1,1 g/l.
L-emenda tikkonċerna t-Taqsima 2(D-3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.
Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma hija koperta mill-ebda wieħed mit-tipi ta’ emendi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.
Raġunijiet
Ir-raġuni għal din l-emenda hija l-inklużjoni ta’ sistemi ġodda għall-produzzjoni tal-inbid li huma differenti minn dawk konvenzjonali, fejn jintużaw temperaturi ta’ fermentazzjoni ogħla, ħmira magħżula b’mod naturali u tagħmir ġdid tal-produzzjoni tal-inbid, li spiss jirriżultaw fi nbejjed b’aċidità volatili ogħla.
Fl-istess ħin, hemm numru dejjem akbar ta’ varjetajiet indiġeni fiż-żona ta’ Pla de Bages, li għandhom tendenza li jkunu aktar sensittivi meta jsiru l-inbejjed.
2. Tneħħija tal-limiti tad-densità tat-tħawwil
Deskrizzjoni
Il-paragrafu “Id-densità massima tat-tħawwil hi ta’ 4 500 dielja/ettaru u d-densità minima hi ta’ 2 500 dielja/ettaru. Kwalunkwe densità oħra trid tiġi approvata.” tħassar.
Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 3.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5(a) tad-Dokument Uniku.
Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma hija koperta mill-ebda wieħed mit-tipi ta’ emendi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.
Raġunijiet
L-irqajja’ tal-vinji għandhom tqassim u konfigurazzjonijiet varjati ħafna minħabba t-terren muntanjuż taż-żona tad-DOP Pla de Bages.
Uħud mill-vinji jinsabu f’għelieqi relattivament kbar li faċli jinħadmu bil-magna, għalhekk id-densità tat-tħawwil tista’ taqbeż il-massimu ta’ 4 500 dielja/ettaru.
Bl-istess mod, l-irqajja’ mtarrġin żgħar li diffiċli jiġu aċċessati f’nofs żoni bil-foresti jfissru li d-densità tat-tħawwil tista’ wkoll tkun inqas mill-minimu attwali ta’ 2 500 dielja/ettaru stipulat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Peress li dawn kollha huma vinji kkultivati fiż-żona u jipproduċu nbejjed li għandhom id-denominazzjoni ta’ oriġini Pla de Bages, inqisu li l-limitazzjoni tad-densità tat-tħawwil ma tagħmilhiex possibbli li din id-diversità ta’ vinji tkun rappreżentata bis-sħiħ.
3. Indikazzjoni tal-varjetajiet adatti għall-produzzjoni ta’ nbid ħelu naturali
Deskrizzjoni
Fit-taqsima fejn huwa deskritt tip ta’ nbid likur, inbid ħelu naturali, ġie speċifikat li dawn l-inbejjed għandhom isiru mill-varjetajiet ta’ għeneb Garnacha, Macabeo jew Malvasía Aromatica / Malvasia de Sitges.
Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 2(D-3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma hija koperta mill-ebda wieħed mit-tipi ta’ emendi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.
Raġunijiet
Kien meħtieġ li tiġi ssupplimentata t-taqsima li tiddefinixxi l-inbid ħelu naturali peress li ma kinitx kompluta fl-Ispeċifikazzjoni. Il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ tali nbid kienet nieqsa.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Pla de Bages
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
3. |
Inbid likur |
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
8. |
Inbid semispumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed bojod u rożè
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Prodotti mill-varjetajiet elenkati fit-Taqsima 6. L-inbejjed bojod huma ta’ kulur ċar b’aromi friski ta’ fjuri u ħxejjex aromatiċi. Billi hija żona influwenzata ħafna mill-Pirinej, l-aromi tal-inbejjed bojod huma fost l-aktar friski minn dawk deskritti għal kull varjetà, bi preżenza qawwija ta’ frott aċiduż. L-inbejjed rożè huma robusti, magħmulin minn għeneb misjur li jagħti struttura tajba u sensazzjoni sottili. Il-kulur ivarja minn maċerazzjonijiet iqsar għal inbejjed rożè aktar qawwija.
— |
Il-qawwa alkoħolika attwali minima hija 11,5 % vol. għall-inbejjed rożè magħmula biss mill-għeneb Sumoll u Ull de Llebre u 12,5 % vol. għall-varjetajiet l-oħra kollha. |
— |
L-inbejjed imqaddmin għal aktar minn sena u l-inbejjed prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 0,9 g/l. |
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)
—
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)
11
Aċidità totali minima
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)
11,67
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)
180
2. Inbid aħmar
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed ħomor għandhom isiru mill-varjetajiet awtorizzati. Għandhom kulur intens ħafna. L-istaġun tat-tkabbir u l-klima friska jippromwovu s-sajran bil-mod fil-ħarifa, li jippermetti l-akkumulazzjoni mmarkata tal-kulur fil-varjetajiet kollha. Madankollu, ta’ min jinnota li l-varjetajiet indiġeni għandhom tendenza li jkollhom inqas potenzjal ta’ kulur u għalhekk jipproduċu nbejjed inqas ikkuluriti. Huma nbejjed strutturati tajjeb u qawwija ħafna.
— |
Il-qawwa alkoħolika proprja minima għall-inbejjed magħmula biss minn għeneb Sumoll, Ull de Llebre, Picapoll Negro u Garró/Mandó hija ta’ 11,5 % vol. |
— |
L-inbejjed li jitqaddmu għal aktar minn sena u l-inbejjed li jiġu prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 1,1 g/l. |
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)
—
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)
12,5
Aċidità totali minima
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)
13,3
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)
150
3. Inbid semispumanti
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed semispumanti għandhom bażikament l-istess parametri bħall-bojod u r-rożè, bil-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
1. |
Dawn l-inbejjed għandhom aċidità ogħla minħabba li l-qawwa alkoħolika tagħhom hija limitata. Din tikkontribwixxi għas-sens ta’ freskezza tagħha, li huwa bbilanċjat b’mod fin mill-preżenza tad-diossidu tal-karbonju. |
2. |
Dawn l-inbejjed għandhom togħma aktar strutturata u huma aktar mimlija fil-ħalq minħabba s-sensazzjoni li tinħass li tinħoloq mid-diossidu tal-karbonju li fihom. |
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)
—
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)
10,5
Aċidità totali minima
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)
13,3
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)
200
4. Inbid spumanti ta’ kwalità
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Viżwalment, il-kuluri ta’ dawn l-inbejjed huma simili għal dawk deskritti fit-taqsima dwar l-inbejjed bojod u rożè.
Aromi sottostanti ta’ frott frisk, frott taċ-ċitru u fjuri huma mogħtija mill-cuvées. It-tqaddim fuq il-karfa li tiżviluppa fil-flixkun iżżid noti ta’ frott u ħobż imnixxef.
Dawn l-inbejjed huma ħafna aktar mimlija fil-ħalq mill-inbejjed li jsiru minnhom. Il-kremożità tagħhom hija proporzjonata man-numru ta’ xhur ta’ tqaddim, u d-diossidu tal-karbonju huwa integrat tajjeb. Il-bżieżaq fini joħolqu sinerġiji mal-qalba aċiduża tal-inbejjed miż-żona, li jagħtu l-freskezza u l-karatteristika ta’ togħma persistenti tal-inbejjed spumanti magħmulin f’reġjuni friski.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)
—
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)
10,5
Aċidità totali minima
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)
13,3
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)
185
5. Inbejjed likur
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Dawn l-inbejjed jistgħu jsiru minn għeneb misjur iżżejjed jew minn għeneb affettwat minn moffa nobbli.
L-inbejjed magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed jiksbu noti ta’ frott imqadded, żbib, xiropp u ħlewwiet. Meta jkunu magħmula minn għeneb affettwat minn taħsir nobbli, dawn l-aromi jkunu ssupplimentati b’noti ta’ qoxra tal-larinġ u għasel.
L-inbejjed ħelwin naturali li jsiru billi titwaqqaf il-fermentazzjoni, normalment b’mikrofiltrazzjoni u billi l-inbejjed jinżammu kesħin, ikollhom il-karatteristiċi ta’ nbejjed mhux imqaddmin iżda b’zokkor preżenti b’mod naturali.
Huma prodotti nbejjed mistelles, rancio u nbid ħelu naturali.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)
—
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)
15
Aċidità totali minima
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)
—
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)
180
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Metodu tal-kultivazzjoni
Iridu jintużaw prattiki ta’ kultivazzjoni tradizzjonali sabiex jinkisbu l-aqwa kwalitajiet. Il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid iridu jirrispettaw l-ambjent u l-bilanċ fiżjoloġiku tad-dwieli. Irid jiġi applikat għarfien espert agronomiku sabiex jinkiseb għeneb f’kundizzjoni ottimali għall-produzzjoni tal-inbid.
Id-dielja trid titħarreġ f’konformità mal-prattiki u l-metodi tal-produzzjoni tal-inbid ġeneralment aċċettati.
L-għeneb maħsud għandu jiġi ttrasportat kemm jista’ jkun malajr u bl-użu ta’ metodi li jiżguraw li l-kwalità tal-għeneb tiġi ppreżervata.
2. Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
L-għeneb irid jinħasad b’attenzjoni kbira. L-inbejjed koperti mid-DOP jistgħu jiġu prodotti biss minn għeneb b’saħħtu li jkun misjur biżżejjed biex jipproduċi nbejjed b’qawwa alkoħolika naturali ta’ mill-inqas 9,5 % vol. għall-inbejjed bojod u 11 % vol. għall-inbejjed ħomor. L-inbejjed semispumanti jew spumanti ta’ kwalità magħmulin mill-għeneb irid ikollhom qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 9,5 % vol.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. Varjetajiet bojod
10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
2. Varjetajiet bojod
70 ettolitru għal kull ettaru
3. Varjetajiet ħomor
9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
4. Varjetajiet ħomor
63 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
L-inbejjed bid-DOP Pla de Bages huma prodotti fil-muniċipalitajiet li ġejjin:
Aguilar de Segarra
Artés
Avinyó
Balsareny
Calders
Callús
Cardona
Castellbell i el Vilar
Castellfollit del Boix
Castellgalí
Castellnou de Bages
El Pont de Vilomara i Rocafort
L’Estany
Fonollosa
Gaià
Manresa
Marganell
Moià
Monistrol de Calders
Monistrol de Montserrat
Mura
Navarcles
Navàs
Rajadell
Sallent
Sant Feliu Sasserra
Sant Fruitós de Bages
Sant Joan de Vilatorrada
Sant Mateu de Bages
Sant Salvador de Guardiola
Sant Vicenç de Castellet
Santpedor
Santa Maria d’Oló
Súria
Talamanca
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
PICAPOLL BLANCO
SUMOLL TINTO
TEMPRANILLO – ULL DE LLEBRE
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Inbid
Il-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi tad-distrett huma kkaratterizzati minn temperaturi u livell ta’ xita li huma differenti ħafna minn dawk tad-distretti fil-viċinat. L-altitudni medja u d-distanza tad-distrett mill-baħar u mill-iskarpata ta’ qabel il-kosta jiffurmaw ċerti aspetti tal-klima tiegħu li huma responsabbli għall-qalba aċiduża tal-inbejjed tiegħu.
Il-foresti abbundanti u n-numru kbir ta’ ħxejjex aromatiċi li jikbru fid-distrett kollu jagħtuh ambjent distintiv li għandu influwenza qawwija u speċifika fuq il-prodotti kollha tal-inbid tad-DOP Pla de Bages. L-aromi primarji tal-inbejjed jiġu infużi bl-irwejjaħ ta’ dawk il-ħxejjex aromatiċi. Il-klin, il-lavanda, is-sagħtar, eċċ. huma preżenti.
8.2. Inbid semispumanti
Il-kummenti li saru fit-taqsima preċedenti dwar l-inbejjed japplikaw ukoll hawnhekk.
8.3. Inbid spumanti ta’ kwalità
Id-distrett ta’ Bages għandu tradizzjoni twila ta’ produzzjoni tal-inbejjed spumanti. Il-muniċipalità ta’ Artés hija koperta mid-DOP Cava peress li l-inbejjed ta’ dak it-tip ilhom jiġu prodotti hemmhekk minn mindu saru l-ewwel esperimenti fil-bidu tas-seklu 20. Fi kliem ieħor, kienet pijuniera fil-produzzjoni tal-inbejjed spumanti. Il-varjetajiet ewlenin użati għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti, Macabeo, Xarel·lo u Parellada, għandhom il-karatteristiċi deskritti hawn fuq fit-taqsima dwar l-inbejjed.
8.4. Inbid likur
L-inbejjed likuri ilhom jiġu prodotti fid-distrett ta’ Bages sa minn kemm ilu jiftakar il-bniedem. L-inbid rancio, mistelle u l-inbid ħelu naturali ilhom għal bosta snin xarbiet komuni fid-djar tad-distrett. Il-kombinazzjoni ta’ metodu tradizzjonali tal-produzzjoni u l-varjetajiet tad-dwieli tad-distrett, li huma influwenzati mill-kundizzjonijiet agroklimatiċi msemmija hawn fuq, tagħti lil dawn l-inbejjed karatteristiċi organolettiċi partikolari.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kondizzjoni:
L-inbejjed tad-DOP Pla de Bages iridu jiġu ppakkjati fiż-żona speċifikata fir-regolamenti li jirregolaw id-DOP. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord Regolatorju peress li jikkunsidra li, minħabba ż-żona żgħira koperta mid-DOP, kwalunkwe interferenza esterna jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità, peress li tmur lil hinn mill-kontroll tal-Bord u tista’ timmina l-istandards stabbiliti.
Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
http://incavi.gencat.cat/web/.content/005-normativa/plecs-condicions-do-catalanes/Arxius-plecs/Plec-de-condicions-DO-Pla-de-Bages-maig-2021.pdf