EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022XC0105(02)

Notifika għall-attenzjoni ta’ JUND AL-KHILAFAH FIT-TUNEŻIJA (JAK-T), li isimha żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/5 2022/C 4 I/02

C/2022/66

OJ C 4I , 5.1.2022, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 4/3


Notifika għall-attenzjoni ta’ JUND AL-KHILAFAH FIT-TUNEŻIJA (JAK-T), li isimha żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/5

(2022/C 4 I/02)

1.   

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida u ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħra assoċjati magħhom, kif imsemmija fil-lista mfassla skont il-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata regolarment mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

l-ISIL (Da’esh) u l-Al-Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-Al Qaida; u

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom b’mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati mal-” ISIL (Da’esh) u mal-Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru mill-ISIL (Da’esh) u mill-Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnhom jew derivat tagħhom, jew flimkien magħhom, b’isimhom, f’isimhom jew b’appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ma’ kwalunkwe wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal kull wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ kull wieħed minnhom.

2.   

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fid-29 ta’ Diċembru 2021 approva ż-żieda tal-entrata JUND AL-KHILAFAH FIT-TUNEŻIJA (JAK-T) mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida.

JUND AL-KHILAFAH IN TUNISIA (JAK-T) tista’ tippreżenta talba lill-Ombudsperson tan-NU meta trid, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex terġa’ tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Talbiet bħal dawn jenħtieġ li jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

United Nations - Office of the Ombudsperson

Room DC2-2206

New York, NY 10017

United States of America

Tel. +1 212 963 2671

Faks +1 212 963 1300/3778

Email: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni kkonsulta: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting

3.   

Wara d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/5 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, iżżid l-isem ta’ JUND AL-KHILAFAH FIT-TUNEŻIJA (JAK-T) mal-lista fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet elenkati fl-Annessi I, jew li huma proprjetà tagħhom, miżmuma minnhom jew ikkontrollati minnhom, inkluża terza persuna li taġixxi f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) mit-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-disponibbiltà, sew direttament jew sew indirettament, tal-individwi u tal-entitajiet elenkati jew għall-benefiċċju tagħhom (l-Artikoli 2); u

(2)

il-projbizzjoni li jkunu pprovduti, direttament jew indirettament, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, inklużi b’mod partikolari taħriġ u assistenza relatata mal-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat tat-tipi kollha, lil kull individwu jew entità elenkati fl-Anness 1 (l-Artikolu 3).

4.   

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn il-persuna jew entità elenkati għandhom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-materja. L-individwi u l-entitajiet miżjuda mal-Anness I permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/5 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex ir-raġunijiet għall-elenkar tagħhom jiġu kkomunikati lilhom. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li tinkludi lill-persuna jew l-entità fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet. It-talba u kummenti eventwali jenħtieġ li jintbagħtu lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de Spa 2

1049 Bruxelles/ Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.   

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/5 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.   

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i relevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 1, 5.1.2022, p. 9.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


Top