EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0557

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

COM/2022/557 final

Brussell, 7.9.2022

COM(2022) 557 final

2022/0281(COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

·Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Din il-proposta għandha l-għan li tippermetti lill-UE tipprovdi aktar assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali (AMF) lill-Ukrajna ta’ EUR 5 biljun f’self, filwaqt li tarma l-baġit tal-UE bil-mezzi biex tassorbi r-riskju ta’ telf fuq dan is-self addizzjonali u fuq is-self tal-AMF ta’ EUR 1 biljun adottat fit-12 ta’ Lulju 2022. Barra minn hekk, taħseb ukoll li testendi l-istess protezzjoni baġitarja għall-iżborż ta’ self tal-Mandat ta’ Self Estern (External Lending Mandate, ELM) diġà ffirmat lill-awtoritajiet Ukreni u lill-entitajiet tal-Istat Ukren wara l-15 ta’ Lulju 2022.

·Kuntest Ġenerali

L-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna huwa inkorporat f’relazzjoni b’saħħitha fit-tul. L-Ukrajna ilha tiżviluppa sħubija b’saħħitha mal-UE mill-2014, li tmur lil hinn minn sempliċi kooperazzjoni bilaterali biex tevolvi lejn assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika gradwali. Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (FA) bejn l-UE u l-Ukrajna, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017 u li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (Deep and Comprehensive Free Trade Area, DCFTA), kien l-għodda ewlenija biex l-Ukrajna u l-UE jinġiebu eqreb lejn xulxin. Minbarra l-promozzjoni ta’ rabtiet politiċi aktar profondi, rabtiet ekonomiċi aktar b’saħħithom u r-rispett għall-valuri komuni, il-Ftehim ipprovda qafas solidu għat-twettiq ta’ aġenda ta’ riforma ambizzjuża, iffukata fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, sistema ġudizzjarja indipendenti, l-istat tad-dritt, u klima kummerċjali aħjar. L-UE wriet appoġġ kontinwu għar-riformi strutturali sinifikanti tal-Ukrajna, li huma kruċjali biex jiġu attirati l-investimenti, tingħata spinta lill-produttività u jogħlew l-istandards tal-għajxien fuq terminu medju u twil. Wara l-applikazzjoni tal-pajjiż għas-sħubija fl-UE u l-għoti tal-istatus ta’ pajjiż kandidat, il-kooperazzjoni mal-Ukrajna hija mistennija li tapprofondixxi aktar hekk kif il-pajjiż jimxi 'l quddiem fit-triq Ewropea tiegħu 1 .

L-iżvilupp ekonomiku fit-tul tal-Ukrajna u l-enfasi fuq l-orjentazzjoni lejn ir-riforma tal-Ukrajna jiffaċċjaw sfidi sinifikanti ħafna minn meta r-Russja invadiet il-pajjiż fl-24 ta’ Frar 2022 f’att bla preċedent ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata. Minbarra t-tbatija umana, il-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna kkawżat ħsara konsiderevoli lill-infrastruttura fiżika tal-pajjiż (toroq, pontijiet, fabbriki, eċċ.) u lill-bini residenzjali u komunali tiegħu (unitajiet ta’ akkomodazzjoni, skejjel, sptarijiet, eċċ.). Il-ġlied ikkawża wkoll eżodu uman enormi, b’aktar minn 8 miljun persuna spostata internament u aktar minn 6 miljun refuġjat. L-istimi tal-impatt ġenerali fuq l-ekonomija, f’termini ta’ telf tal-produzzjoni fl-2022 u produzzjoni futura mitlufa minħabba l-qerda tal-kapital u l-migrazzjoni tax-xogħol, ivarjaw f’mijiet ta’ biljuni. Fl-2022 biss, il-PDG tal-Ukrajna huwa mistenni li jonqos b’bejn 30 % u 50 %, li jfisser telf ulterjuri ta’ aktar minn EUR 100 biljun, minbarra l-qerda tal-kapital fiżiku.

Minbarra li kkawżat ħsara enormi lill-ekonomija, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kkawżat li s-sovran jitlef l-aċċess għas-swieq kapitali internazzjonali. In-nuqqas ta’ finanzjament sottostanti li rriżulta fil-bilanċ tal-pagamenti ġie stmat mill-awtoritajiet u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) f’Ġunju 2022 li laħaq madwar USD 39 biljun għall-2022 kollha. Fil-valutazzjoni inizjali tal-FMI, l-Ukrajna tista’ tiffinanzja USD 9 biljun ta’ dan id-distakk permezz ta’ prelevament sikur fuq ir-riżervi internazzjonali uffiċjali tagħha li ma jheddidx l-istabbiltà makrofinanzjarja tagħha 2 .

L-impenji bilaterali u multilaterali ta’ appoġġ finanzjarju mwiegħda lill-Ukrajna fil-kuntest tal-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G7 f’Petersberg fit-18-20 ta’ Mejju laħqu kważi USD 20 biljun. Filwaqt li dawn l-impenji huma kruċjali biex jiġi appoġġat il-funzjonament tal-istat Ukren, anki l-iżborż sħiħ u fil-pront tagħhom ikun ifisser diskrepanza residwa mhux koperta ta’ madwar USD 10 biljun tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament stmati mill-FMI. Ir-rilaxx ta’ parti mdaqqsa tal-bqija tal-AMF eċċezzjonali jipprovdi għajnuna sinifikanti addizzjonali u jgħin biex ikopri parti minn dan in-nuqqas.

B’riflessjoni tad-distakk imdaqqas bejn l-impenji u l-iżborżi, fost kwistjonijiet oħra, ir-riżervi internazzjonali tal-pajjiż naqsu bl-ekwivalenti ta’ USD 8,5 biljun fl-ewwel seba' xhur tal-2022 u kienu madwar USD 22,3 biljun sal-aħħar ta’ Lulju (li jkopru madwar 3,5 xhur ta’ importazzjonijiet futuri), u b’hekk ħallew biss riżervi limitati ħafna għall-ġbid ta’ riżervi għall-bqija tas-sena (b’USD 20 biljun li spiss jitqiesu bħala livell kritiku ta’ riżervi meħtieġa biex tiġi żgurata l-istabbiltà makroekonomika fil-pajjiż). F’dan il-kuntest dejjem aktar diffiċli, fil-21 ta’ Lulju, il-bank ċentrali tal-Ukrajna (NBU) żvaluta l-hryvnia b’25 % kontra d-dollaru Amerikan, filwaqt li żamm ir-reġim tar-rata tal-kambju fissa. Dan il-pass kien akkumpanjat minn miżuri addizzjonali biex tiġi minimizzata d-domanda għal munita barranija 3 .

L-Ukrajna nediet ukoll, fil-21 ta’ Lulju, solleċitazzjoni formali ta’ kunsens dwar is-sospensjoni tas-servizz tad-dejn kummerċjali tagħha mill-inqas sa tmiem l-2023. Din l-inizjattiva ta’ sospensjoni tas-servizz tad-dejn, li ntlaqgħet u ġiet appoġġata minn intenzjoni li jsir l-istess minn kredituri uffiċjali bilaterali ewlenin, b’mod partikolari l-Grupp tal-Kredituri tal-Ukrajna 4 . Hija tipprovdi għal kontribuzzjoni importanti biex tgħin lill-Ukrajna timmaniġġa l-likwidità tagħha u hija mistennija li tipprovdi aktar għajnuna baġitarja.

Min-naħa tal-UE, ħafna Stati Membri pprovdew għotjiet u wiegħdu aktar self u garanziji, bilateralment jew permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Is-self bilaterali pprovdut sa issa mill-Istati Membri tal-UE huwa ta’ natura konċessjonali u fih element konsiderevoli ta’ għotja meta tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita tal-OECD għall-kalkolu tal-element tal-għotja tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.

L-UE nnifisha pprovdiet EUR 2,2 biljun lill-Ukrajna fil-forma ta’ self tal-AMF matul l-2022. EUR 1,2 biljun ta’ AMF ta’ emerġenza ġew żborżati f’Marzu u Mejju u EUR 1 biljun oħra ta’ AMF eċċezzjonali ġew żborżati fl-1 u t-2 ta’ Awwissu 5 . Dan tal-aħħar huwa l-ewwel parti tal-appoġġ eċċezzjonali tal-AMF sa EUR 9 biljun li tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju dwar l-Għajnuna u r-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna u approvat mill-Kunsill Ewropew fit-23-24 ta’ Ġunju 2022. Iffaċċjata bid-diskrepanza ġenerali kbira fil-finanzjament, l-UE ħabbret id-determinazzjoni tagħha li tagħmel kontribuzzjoni mdaqqsa għall-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament li fadal tal-Ukrajna għall-2022 kollha. L-urġenza għar-rilaxx ta’ fondi sinifikanti sa tmiem is-sena hija enfasizzata aktar mill-fluss limitat ta’ appoġġ finanzjarju internazzjonali mwiegħed għar-raba’ trimestru 6 .

Wara s-sejħa mill-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju u minħabba l-urġenza tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq terminu qasir tal-Ukrajna, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-ewwel proposta għal AMF eċċezzjonali sa EUR 1 biljun, li ġiet żborżata kompletament f’żewġ porzjonijiet fl-1 u t-2 ta’ Awwissu 2022. Biex isir progress fit-twassil ta’ dak il-pakkett ta’ appoġġ eċċezzjonali, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta din il-proposta għal AMF eċċezzjonali oħra ta’ EUR 5 biljun f’self lill-Ukrajna. Il-bqija ta’ EUR 3 biljun tal-AMF eċċezzjonali mħabbra sa EUR 9 biljun se jiġu pprovduti malajr kemm jista’ jkun.

Minbarra l-għoti ta’ appoġġ dirett, f’Lulju 2022 il-Kummissjoni Ewropea qablet li tagħti skop ġdid ta’ EUR 1,59 biljun f’self mhux żborżat ipprovdut bil-Mandat ta’ Self Estern (ELM), li minnhom EUR 1,05 biljun jistgħu jiġu żborżati mill-BEI matul it-tielet kwart tal-2022 bħala appoġġ għall-awtoritajiet Ukreni u EUR 536 miljun ta’ self tal-BEI li għandhom jiġu żborżati fi stadju aktar tard bl-għan li jerġgħu jibdew il-proġetti magħżula. Dan minbarra s-EUR 668 miljun li l-Kummissjoni u l-BEI kienu diġà qablu li jagħtu skop ġdid f’Marzu 2022 u li ġew żborżati fi żmien xahar mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja.

Is-self tal-AMF u s-self tal-ELM bi skop ġdid jiġu flimkien ma’ ħafna tipi oħra ta’ appoġġ mill-UE, b’mod partikolari l-għajnuna umanitarja, l-assistenza għall-iżvilupp u d-difiża, is-sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni kollha fuq l-esportazzjonijiet Ukreni għal sena u inizjattivi oħra ta’ solidarjetà, pereż. l-indirizzar tal-konġestjonijiet fit-trasport sabiex l-esportazzjonijiet, b’mod partikolari taċ-ċereali, ikunu jistgħu jiġu żgurati 7 .

Barra minn hekk, dan il-programm estensiv ta’ appoġġ tal-UE huwa parti mill-isforz internazzjonali straordinarju minn donaturi bilaterali u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali biex jappoġġaw lill-Ukrajna f’dan l-istadju kritiku, u fi triqtha lejn rikostruzzjoni aktar fit-tul.

Fl-aħħar nett, fid-dawl tar-riskju elevat ta’ skoperturi finanzjarji għall-Ukrajna, din il-proposta tiċċara l-mezzi baġitarji li huma meħtieġa biex jirfdu l-għoti ta’ self eċċezzjonali addizzjonali tal-AMF għal ammont ta’ EUR 5 biljun u l-iżborż ta’ self tal-ELM bi skop ġdid.

·Elementi ewlenin ta’ din il-proposta

(1)In-natura eċċezzjonali ta’ din l-operazzjoni tal-AMF

Minħabba ċ-ċirkostanzi bla preċedent tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, din l-AMF eċċezzjonali hija differenti mill-operazzjoni regolari tal-AMF billi toffri aktar flessibbiltà f’diversi aspetti. In-natura konċessjonali tal-assistenza tissaħħaħ permezz ta’ maturità medja ogħla tas-self sa 25 sena u l-possibbiltà li l-baġit tal-UE jkopri r-rati tal-imgħax u l-pagamenti tat-tariffi amministrattivi. Barra minn hekk, fil-kuntest attwali u għall-kuntrarju tal-operazzjonijiet regolari tal-AMF, l-AMF eċċezzjonali proposta sa EUR 5 biljun mhijiex marbuta formalment ma’ programm ta’ żborż tal-FMI.

Memorandum ta’ Qbil (MtQ), li għandu jiġi miftiehem mal-awtoritajiet Ukreni, jippreżenta d-dettalji relatati mar-rilaxx tal-pagamenti parzjali tas-self. Minbarra l-kundizzjonijiet ta’ politika magħżula li magħhom se jkunu marbuta l-iżborżi taħt din it-tieni parti tal-AMF eċċezzjonali lill-Ukrajna, dan il-MtQ se jirrikjedi wkoll l-użu tas-sistemi ta’ rapportar stabbiliti fil-kuntest tal-ewwel parti tal-AMF eċċezzjonali. Il-miżuri ta’ politika magħżula li magħhom huwa marbut l-iżborż tal-assistenza se jkunu kemm rilevanti għall-kwistjonijiet l-aktar kritiċi kif ukoll proporzjonati għal dak li jista’ jinkiseb fl-istadju attwali fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna. Permezz tas-sistema ta’ rappurtar, il-MtQ futur jenfasizza trasparenza u responsabbiltà msaħħa fir-rigward tal-użu tar-riżorsi baġitarji (inklużi l-fondi riċevuti minn din l-assistenza). Tista’ tinkludi wkoll valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati, b’mod partikolari tal-infrastruttura kritika bħat-toroq, il-ferroviji, l-isptarijiet, l-iskejjel, u l-akkomodazzjoni. L-azzjonijiet ta’ politika biex jittejbu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-pajjiż, fil-qasam tal-governanza u l-istat tad-dritt, u fis-settur tal-enerġija mill-AMF ta’ emerġenza ta’ EUR 1,2 biljun, żborżati f’Marzu u Mejju 2022, u li ma tlestewx minħabba force majeure, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll, fejn xieraq 8 .

(2)Kunsiderazzjonijiet baġitarji u ta’ ġestjoni tar-riskju

Dan il-pakkett ta’ self eċċezzjonali tal-AMF irid iqis id-daqs u l-profil tar-riskju akbar tal-iskoperturi tal-UE għall-Ukrajna, kif ukoll ir-restrizzjonijiet partikolari ffaċċjati mill-baġit tal-UE fl-istadju attwali. Madankollu, huwa previst ukoll li s-self se jiġi pprovdut fuq termini konċessjonali ħafna (maturità medja sa 25 sena), filwaqt li joffri wkoll solliev f'terminu qasir lill-Istat Ukren billi jeħles mill-piż li jagħmel ħlasijiet lura tar-rata tal-imgħax - mill-inqas għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali. Filwaqt li tqis dawn id-diversi kunsiderazzjonijiet, din il-proposta tirrifletti l-karatteristiċi li ġejjin:

a.Kapaċità ta’ assorbiment tat-telf ogħla proporzjonata ma’ riskju ta’ kreditu ogħla

B’mod simili għad-Deċiżjoni reċenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadotta AMF eċċezzjonali sa EUR 1 biljun f’self 9 , il-pakkett propost ta’ self lill-Ukrajna fiċ-ċirkostanzi preżenti jippreżenta riskji elevati ta’ nuqqas ta’ ħlas lura potenzjali meta mqabbel ma’ self standard tal-AMF. Ir-rata ta’ proviżjonament ta’ 9 % li ġeneralment tiġi applikata għal pajjiżi li qed jiffaċċjaw kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti mhijiex adegwata wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja. Wara li qieset l-isfidi li qed tiffaċċja l-Ukrajna u l-probabbiltà li ġġarrab telf, din il-proposta tipprevedi li hija meħtieġa kopertura baġitarja ta’ 70 % biex jiġi żgurat il-baġit tal-UE kontra kontinġenzi futuri. Din ir-rata għolja ta’ proviżjonament bħalissa hija meqjusa meħtieġa biex jitrażżan ir-riskju implikat minn din l-AMF eċċezzjonali addizzjonali lill-Ukrajna, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Fuq din il-bażi, il-kopertura ta’ 70 % tirrappreżenta politika prudenti u konservattiva ta’ mitigazzjoni tar-riskju li hija meħtieġa biex isserraħ moħħ l-investituri li l-ammonti investiti f’bonds tal-UE li jiffinanzjaw is-self eċċezzjonali tal-AMF lill-Ukrajna, se jitħallsu lura b’mod sħiħ u fil-ħin.

b.Il-ħtieġa li tiġi stabbilita l-kopertura baġitarja meħtieġa permezz tal-garanziji tal-Istati Membri

Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fl-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali tfasslet biex tiggarantixxi operazzjonijiet tal-AMF ta’ madwar EUR 11-il biljun b’mod ġenerali, ipprovduti bir-rata ta’ 9 %, minħabba li s-self tal-AMF jinvolvi riskju sovran. Fuq din il-bażi, ġew allokati EUR 1 biljun f’dispożizzjonijiet fl-ipprogrammar finanzjarju għall-operazzjonijiet tal-AMF lil pajjiżi terzi mill-fondi previsti fl-Artikolu 31(5), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) 2021/947.

Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-proviżjonament diġà ġie allokat għal self tal-AMF lill-Ukrajna - inkluż is-self ta’ emerġenza tal-AMF ta’ EUR 1,2 biljun f’livell ta’ 9 % (EUR 108 miljun ta’ provvedimenti), u s-self eċċezzjonali reċenti tal-AMF ta’ EUR 1 biljun f’livell ta’ 70 % (EUR 700 miljun ta’ provvedimenti). Konsegwentement, ir-riżorsi baġitarji tal-UE li jifdal mhumiex biżżejjed biex jipprovdu l-kopertura baġitarja meħtieġa biex jiġi pprovdut is-self addizzjonali ta’ EUR 5 biljun għal 70 % tal-valur nozzjonali tagħhom.

Is-self tal-AMF l-ġdid propost jista’ għalhekk jimxi biss b’mod finanzjarjament sod jekk l-Istati Membri jkunu lesti li jipprovdu l-kopertura baġitarja addizzjonali meħtieġa. Huwa propost li din il-kopertura tieħu l-forma ta’ garanziji, bl-ammonti mwiegħda minn kull Stat Membru kkalkulati fuq bażi pro-rata tad-DGN (Dħul Gross Nazzjonali). Permezz ta’ dawn il-garanziji, l-UE tista’ titlob l-ammonti meħtieġa biex tonora l-impenji ta’ ħlas lura tagħha lid-detenturi tal-bonds, f’każ u sal-punt meħtieġ biex jiġi ssodisfat nuqqas fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni (Common Provisioning Fund, CPF) ikkawżat minn inadempjenza ta’ pagament potenzjali mill-Ukrajna. L-Istati Membri ma jkollhomx għalfejn jipprovdu proviżjonament bil-quddiem fi flus kontanti u s-sejħa fuq il-garanziji sseħħ biss f’każ ta’ inadempjenza ta’ pagament mill-Ukrajna li kellha tnaqqas il-proviżjonament iddedikat li huwa disponibbli fis-CCPF. Il-garanziji huma wkoll rispons xieraq minħabba n-natura kontinġenti u inċerta tat-telf potenzjali. Kif indikat hawn fuq, is-self ikun strutturat b’tali mod li jimmassimizza ċ-ċansijiet li l-Ukrajna tkun irkuprat biżżejjed biex tkun tista’ tonora r-ripagamenti tagħha b’mod sħiħ.

Il-provvediment ta’ garanziji tal-Istati Membri huwa teknika li ntużat fil-kuntest tar-Regolament dwar l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency, SURE) 10 , bħala bażi biex jiġi żgurat li l-UE jkollha biżżejjed kapaċità baġitarja biex tassorbi t-telf mistenni fuq is-self tagħha lill-Istati Membri. Madankollu, għall-kuntrarju tal-każ ta’ SURE, li kien ikkundizzjonat fuq id-dħul fis-seħħ tal-garanziji kollha, minħabba l-urġenza estrema tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna, is-self eċċezzjonali tal-AMF lill-Ukrajna jista’ jsir disponibbli qabel ma jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet ta’ garanzija nazzjonali individwali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jekk ikun hemm impenn sod fost l-Istati Membri li dawn ikunu se jsiru malajr kemm jista’ jkun.

c.Il-massimizzazzjoni tas-sinerġiji bejn il-proviżjonament tal-UE u l-garanziji tal-Istati Membri

Sabiex jiġu ġestiti bl-aħjar mod sitwazzjonijiet fejn id-dispożizzjonijiet baġitarji tal-UE u l-garanziji tal-Istati Membri jistgħu jintalbu biex jiżguraw ħlasijiet lura lill-investituri tal-bonds tal-UE, huwa propost li jiġi ġestit is-self eċċezzjonali reċenti tal-AMF ta’ EUR 1 biljun, żborżat fl-1 u t-2 ta’ Awwissu 2022, u s-self addizzjonali ta’ EUR 5 biljun minn din l-inizjattiva bħala sett integrat ta’ skoperturi għal ammont ta’ EUR 6 biljun. Bl-użu ta’ dan l-approċċ, il-baġit tal-UE se jipprovdi protezzjoni kontra l-ewwel telf għal 9 % tal-pakkett sħiħ ta’ EUR 6 biljun f’self. Dan jissaħħaħ mill-garanziji tal-Istati Membri għal 61 % oħra tal-valur tas-self.

Il-ġestjoni taż-żewġ settijiet ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali flimkien b’dan il-mod għandha l-implikazzjonijiet li ġejjin.

·Id-dispożizzjonijiet ippjanati mill-baġit tal-UE li għandhom jintużaw esklużivament biex jintlaħqu s-EUR 6 biljun ta’ pretensjonijiet potenzjali li jirriżultaw minn skoperturi ġodda relatati mal-Ukrajna se jammontaw għal EUR 540 miljun. Dan l-ammont imdaqqas (li għandu jiżdied aktar permezz ta’ dispożizzjonijiet għal self tal-ELM bi skop ġdid - ara hawn taħt) se jipprovdi riżerva sinifikanti għall-ġestjoni tal-ħtiġijiet ta’ ripagament f’każ li l-Ukrajna ma tkunx tista’, temporanjament jew b’xi mod ieħor, tissodisfa l-obbligi ta’ pagament tagħha lejn l-UE. Riżerva ta’ dan id-daqs tista’ sservi bħala l-ewwel saff effettiv ta’ protezzjoni f’każ li l-Ukrajna tonqos milli tagħmel pagamenti lill-UE, u tista’ ddewwem il-ħtieġa li jintalbu l-garanziji tal-Istati Membri. Dawn il-provvedimenti ta’ EUR 540 miljun jistgħu jinżammu f’kompartiment iddedikat tas-CPF. Dan jippermetti r-rilaxx ta’ EUR 160 miljun ta’ provvedimenti mill-EUR 700 miljun diġà allokati għas-self ta’ EUR 1 biljun tal-ewwel parti tal-pakkett eċċezzjonali tal-AMF.

·Sabiex il-kopertura baġitarja tinġieb għal-livell meħtieġ ta’ 70 %, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu garanziji baġitarji għall-61% li jifdal tal-pakkett sħiħ ta’ EUR 6 biljun ta’ self eċċezzjonali tal-AMF. Il-volumi li għandhom jiġu garantiti mill-Istati Membri jammontaw għal total ikkombinat ta’ EUR 3,66 biljun. Dawn il-garanziji jintalbu biss jekk l-ammonti miżmuma bħala provvedimenti fil-kompartiment speċifiku tas-CPF iddedikat AMF Ukrena kellhom jiġu eżawriti. L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jipprovdu riżorsi mingħajr kundizzjonijiet u immedjatament bi tweġiba għal talba tal-Kummissjoni li tirriżulta minn nuqqas potenzjali tal-Ukrajna li tissodisfa l-obbligi ta’ pagament tagħha. Billi l-Istati Membri ma jipprovdux flus bil-quddiem, il-garanziji baġitarji miftiehma mill-Istati Membri jirrappreżentaw obbligazzjonijiet kontinġenti. Il-garanziji huma t-tieni saff ta’ protezzjoni għall-investituri fil-bonds tal-UE li jiffinanzjaw is-self eċċezzjonali tal-AMF.

Dan l-approċċ jeħtieġ xi bidliet żgħar fit-test tad-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 11 dwar is-self eċċezzjonali tal-AMF ta’ EUR 1 biljun. Din il-proposta tippreżenta dawn il-bidliet.

d.Kopertura tal-ispejjeż tar-rata tal-imgħax mill-baġit tal-UE

Il-baġit tal-UE jista’ jġarrab l-ispejjeż tar-rata tal-imgħax li jirriżultaw mis-self ta’ Lulju ta’ EUR 1 biljun fil-QFP attwali, jekk mitlub mill-Ukrajna u soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji. Billi tassumi l-ispejjeż tar-rata tal-imgħax, l-UE tipprovdi għajnuna finanzjarja addizzjonali lill-Ukrajna u tillimita u tiddifferixxi wkoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament potenzjali tal-kapital għall-mument tal-iskadenza tas-self jew tal-inadempjenza potenzjali. Il-Kummissjoni tista’ tirranġa self b’maturità twila (il-maturità medja tkun ta’ 25 sena) sabiex tipprovdi perjodu kemm jista’ jkun twil biex l-Ukrajna terġa’ lura għat-tkabbir, tibni mill-ġdid l-ekonomija tagħha f’konformità mal-perkors Ewropew tagħha u timmassimizza ċ-ċansijiet ta’ ħlas lura sħiħ. Billi tistruttura l-obbligazzjonijiet b’dan il-mod, il-Kummissjoni Ewropea tista’ wkoll tipprova ttaffi r-riskju ta’ sejħiet għal parti mill-garanziji jew għall-garanziji kollha tal-Istati Membri. Sabiex jiġi estiż l-istess trattament għall-ispejjeż tar-rata tal-imgħax implikati mill-EUR 5 biljun addizzjonali ta’ self eċċezzjonali tal-AMF, jeħtieġ li jiġu mobilizzati mezzi addizzjonali.

e.Applikazzjoni ta’ rata ta’ proviżjonament ogħla għal self tal-ELM bi skop ġdid żborżat fit-Tielet Kwart tal-2022 u self tal-ELM li għad irid jiġi żborżat

Quddiem il-ħtiġijiet urġenti ta’ finanzjament tal-Ukrajna, f’Lulju 2022 il-Kummissjoni Ewropea qablet li tagħti skop ġdid ta’ EUR 1,59 biljun f’self tal-ELM tal-BEI lill-Ukrajna. EUR 1,05 biljun għandhom jiġu żborżati mill-BEI matul it-tielet kwart tal-2022. Il-BEI qed jippjana li jiżborża EUR 536 miljun oħra f’self fl-2022-23 sabiex jgħin fil-finanzjament tat-tkomplija ta’ proġetti ta’ investiment magħżula. Madankollu, billi dan huwa self lis-sovran Ukren (jew iggarantit minnu), dawn jinkorporaw l-istess livell ta’ riskju bħas-self eċċezzjonali tal-AMF. Skont il-Ftehimiet ta’ Garanzija tal-ELM, il-BEI għandu d-dritt li jitlob il-baġit tal-UE sal-ammont sħiħ ta’ telf li jġarrab fuq dan is-self taħt il-garanzija tal-ELM. Għalhekk jenħtieġ, li jiġi ċċarat li l-istess approċċ prekawzjonarju jenħtieġ li japplika għal dawn l-iskoperturi u li d-dispożizzjonijiet addizzjonali rilevanti jenħtieġ li jitqiegħdu f’kompartiment komuni tas-CPF iddedikat għall-Ukrajna. Din il-proposta għalhekk, tipprevedi l-estensjoni tar-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għal dawn l-EUR 1,59 biljun ta’ skopertura addizzjonali li tirriżulta minn self bi skop ġdid. Kwalunkwe żborż potenzjali ulterjuri ta’ self tal-ELM bi skop ġdid lill-Ukrajna jkun soġġett għall-istess rata ta’ proviżjonament (kif rieżaminata perjodikament) u bil-kundizzjoni li jinstabu riżorsi baġitarji għal tali proviżjonament.

Il-proviżjonament ta’ 70 % għas-self tal-ELM ta’ EUR 1,59 biljun se jiġi pprovdut mill-baġit tal-UE, se jkun irregolat mir-regoli dwar il-proviżjonament tar-Regolament Finanzjarju, mhux tal-GFEA u se jinżamm f’kompartiment separat tas-CPF.

Huwa propost li sakemm ma tinbidilx il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati, kwalunkwe żborż ulterjuri ta’ self tal-ELM lill-Ukrajna jkun kondizzjonali fuq is-sejba tar-riżorsa baġitarja għall-provvediment tal-iskoperturi għal 70 % tal-valur nozzjonali tagħhom filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Istrument NDICI Ewropa Globali.

f.Rieżami tal-ħtiġijiet ta’ proviżjonament għas-self tal-AMF u tal-ELM

Il-livell għoli ta’ proviżjonament f’din il-proposta huwa ġġustifikat mill-fatt li l-Ukrajna bħalissa qed tittratta l-konsegwenzi militari, ekonomiċi u soċjali ta’ kunflitt armat ewlieni. Jekk is-sitwazzjoni militari u ekonomika tal-Ukrajna tistabbilizza jew titjieb, dan il-livell ta’ proviżjonament jista’ ma jibqax meħtieġ. Din il-proposta għalhekk tipprevedi rieżami regolari (ta’ kull sitt xhur) ta’ din ir-rata ta’ proviżjonament, li tibda f’nofs l-2023 jew qabel jekk ikun xieraq. Dan ir-rieżami se japplika wkoll għall-proviżjonament għas-self ta’ EUR 1 biljun li ngħata fuq il-bażi tad-Deċiżjoni (UE) 2022/1201, 12 u għall-proviżjonament eċċezzjonali ta’ 70 % miżmum kontra s-self bi skop ġdid ta’ EUR 1,59 biljun tal-ELM (ara hawn taħt). Minbarra dan ir-rieżami regolari, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta mill-ġdid ir-rata ta’ proviżjonament fuq bażi ad hoc, b’mod partikolari jekk tkun iġġustifikata minn avveniment rilevanti notevoli.

(1)Implimentazzjoni tas-self tal-AMF

Il-Kummissjoni se tirranġa biex tiżborża pagamenti parzjali tas-self eċċezzjonali tal-AMF bħala kwistjoni ta’ urġenza wara li din il-proposta tkun ġiet adottata u l-formalitajiet kollha jkunu tlestew. Dawn jinkludu b’mod partikolari (i) l-impenn inekwivoku u unanimu mill-Istati Membri kollha biex jikkonkludu ftehimiet ta’ garanzija, hekk kif jippermettu l-proċeduri nazzjonali tagħhom; u (ii) l-iffirmar tal-MtQ u d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Self.

Din il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni Ewropea se tipproċedi biex torganizza s-self immedjatament wara li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, soġġett għal impenn ċar u inekwivoku mill-Istati Membri kollha li l-garanziji se jiġu pprovduti malajr kif jippermettu l-proċeduri nazzjonali. L-esperjenza tal-passat uriet li filwaqt li ħafna Stati Membri jistgħu jipprovdu garanziji fi żmien 2-3 xhur, dan jista’ jieħu bejn 4 u 5 xhur biex jinkisbu s-sett sħiħ ta’ garanziji. Dan ma jkunx kompatibbli mal-objettiv li jingħata appoġġ urġenti lill-Ukrajna. Il-Kummissjoni għalhekk tipprevedi - fuq bażi eċċezzjonali minħabba n-natura estrema tas-sitwazzjoni - li tirranġa s-self filwaqt li tirċievi l-garanziji b’mod parallel. F’dan il-każ partikolari, ir-riskju għall-baġit tal-UE huwa mmitigat minħabba li l-ebda avveniment ta’ pagament (pagament tal-imgħax) ma huwa dovut għal perjodu twil ta’ żmien. B’mod partikolari, l-ebda avveniment ta’ pagament mhu se jkun dovut matul il-perjodu interim (4-5 xhur) qabel ma jkunu ġew riċevuti l-garanziji kollha. Fil-każ teoretiku li jseħħu avvenimenti mhux ta’ pagament f’dan il-perjodu interim, il-proviżjonament imwarrab fis-CPF (u, jekk meħtieġ, il-prelevament temporanju ta’ kompartimenti oħra tas-CPF) jista’ jiġi mobilizzat biex jindirizza kwalunkwe nuqqas temporanju. Id-disponibbiltà tal-proviżjonament tas-CPF tfisser li hemm riżorsi ta’ flus disponibbli biex jiġu żgurati l-pagamenti kollha dovuti lill-investituri tal-bonds tal-UE, anki jekk il-garanziji għadhom mhumiex kompletament fis-seħħ.

Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tirranġa s-self il-ġdid tal-AMF f’għadd żgħir ta’ pagamenti rateali malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u l-finalizzazzjoni tal-Ftehim ta’ Self relatat. Huwa ta’ importanza kbira li l-Istati Membri kollha jipprovdu l-garanziji baġitarji meħtieġa malajr kemm jista’ jkun, u li jkun hemm impenn kollettiv biex dan il-proċess jitlesta malajr.

Biex twassal l-ammont sħiħ ta’ massimu ta’ EUR 9 biljun ta’ AMF eċċezzjonali kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikostruzzjoni u l-Ħelsien tal-Ukrajna tat-18 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem mal-Istati Membri tal-UE fuq mekkaniżmu sod u ekwu għall-iżborż tal-bqija ta’ EUR 3 biljun. Ladarba d-disinn ikun tlesta, il-Kummissjoni se timxi 'l quddiem malajr bi proposta dwar l-ammont li jifdal ta’ appoġġ.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa bażi ġuridika xierqa għall-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Unjoni lil pajjiżi terzi. L-aggressjoni militari mhux ipprovokata u mhux ġustifikata mir-Russja teħtieġ l-għoti ta’ assistenza finanzjarja addizzjonali lill-Ukrajna. Sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà baġitarja ta’ dawn il-miżuri, huwa meħtieġ ukoll li jiġi previst mekkaniżmu ta’ garanziji mill-Istati Membri li se jsostni l-assistenza finanzjarja. Fiċ-ċirkostanzi attwali, dawk il-garanziji huma parti indispensabbli li takkumpanja l-għajnuna finanzjarja.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rispettat billi l-objettivi li terġa’ tinkiseb l-istabbiltà makrofinanzjarja għal perjodu qasir fl-Ukrajna ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu jintlaħqu aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiffaċċjaw fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jiġu massimizzati l-iskala u l-effettività tal-assistenza, filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-Ukrajna, li hija mġebbda ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità: hija ristretta għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi taż-żamma tal-istabbiltà makrofinanzjarja fuq terminu qasir u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak il-għan.

Kif identifikat mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-istimi mill-awtoritajiet u kkonfermat mill-FMI 13 , l-ammont tal-AMF eċċezzjonali proposta, flimkien mal-AMF ta’ emerġenza diġà żborżata, jikkorrispondi l-aktar għal nofs id-diskrepanza finanzjarja residwa stmata għall-2022. Dan il-proporzjon huwa konsistenti mal-prattiki standard dwar il-qsim tal-piżijiet għall-operazzjonijiet tal-AMF (għal pajjiż bi Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-limitu massimu jkun ta’ 60 % skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta’ Ottubru 2002), filwaqt li titqies l-assistenza mwiegħda lill-Ukrajna minn donaturi bilaterali u multilaterali oħra.

Il-garanziji tal-Istati Membri, li għandhom jintalbu biss meta jkunu meħtieġa minn ċirkostanzi eċċezzjonali, jidhru l-aktar soluzzjoni effiċjenti minn perspettiva finanzjarja. Dan jevita li jkollhom jinsabu riżorsi addizzjonali fil-limiti massimi attwali tal-QFP, fejn l-ammonti kollha bħalissa qed jintużaw bis-sħiħ. Dan jevita wkoll li l-Istati Membri jkollhom jipprovdu fondi addizzjonali ex ante iżda jippermetti li l-ammonti jissejħu ex post jekk iseħħ telf potenzjali.

L-Istati Membri se jkunu meħtieġa biss li jagħmlu r-riżorsi disponibbli permezz dan l-istrument f’sett ristrett ta’ ċirkostanzi stabbiliti fid-Deċiżjoni. B’mod partikolari, mhux se jkollhom jagħmlu trasferimenti ta’ flus kontanti lejn l-UE immedjatament iżda biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għas-sejħiet ta’ garanzija. Minħabba li r-ripagamenti jistgħu jiġu ssodisfati fl-ewwel istanza mid-dispożizzjonijiet tas-CPF, it-talbiet fuq il-garanziji x’aktarx li, jekk xejn, ikunu pjuttost infrekwenti u prevedibbli.

L-għażla tal-istrument

Il-finanzjament tal-proġetti jew l-assistenza teknika la jkunu xierqa u lanqas suffiċjenti biex jindirizzaw l-objettivi makrofinanzjarji usa’ ta’ din l-AMF eċċezzjonali. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF eċċezzjonali meta mqabbel ma’ strumenti oħra tal-UE huwa li jittaffew ir-restrizzjonijiet finanzjarji esterni malajr u sal-punt meħtieġ. Dan jgħin biex jiġi żgurat qafas makrofinanzjarju stabbli, inkluż billi jippromwovi bilanċ ta’ pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostnuti u aktar sostenibbli, f’qafas xieraq għar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-kundizzjonijiet ta’ politika. Billi tgħin biex jiġi żgurat qafas ta’ politika ġenerali xieraq, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-miżuri ffinanzjati fl-Ukrajna permezz ta’ strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffokati. L-impatt fuq is-sostenibbiltà tad-dejn tal-pajjiż jitnaqqas bl-istabbiliment tal-operazzjoni b’mod konċessjonali ħafna, b’maturitajiet itwal u sussidju biex ikopri l-ispiża tal-imgħax. Il-provvediment malajr tal-ammont ferm meħtieġ u mdaqqas ta’ appoġġ finanzjarju permezz tal-istruttura ferm konċessjonali tal-AMF għas-self jidher ġustifikat, b’mod partikolari minħabba l-limiti li l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, tiffaċċja biex tipprovdi finanzjament sostanzjali b’għotjiet.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-pakkett finanzjarju u tal-kundizzjonijiet ta’ politika tagħha.

Dawn urew li kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna fl-indirizzar tal-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew ffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, u aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u l-fiduċja tal-investituri. Il-pakkett ta’ kundizzjonalità tal-AMF kien kumplimentari mal-programm tal-FMI relatat u ħoloq effett politikament rinforzanti li kkontribwixxa għall-mobilizzazzjoni tal-awtoritajiet tal-Ukrajna madwar riformi essenzjali, speċjalment f’oqsma mhux koperti minn programmi internazzjonali oħra ta’ donaturi.

Ma kien hemm l-ebda rieżami riċenti tar-rati ta’ proviżjonament applikati għall-portafolli tal-AMF u tal-faċilità ta’ self tal-Euratom jew il-proviżjonament tal-garanzija baġitarja tal-mandat ta’ self estern. Ir-rata ta’ proviżjonament għall-AMF skont il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna ġiet ikkonfermata mill-ġdid għal 9 % meta ġie adottat ir-Regolament 2021/947 (ir-Regolament NDICI-GE). Ir-Regolament tal-NDICI-GE jistabbilixxi wkoll ammont massimu ta’ proviżjonament għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna kollha kemm hi 14 . Rieżami tal-proviżjonament tal-assistenza makrofinanzjarja huwa skedat għall-2024. Filwaqt li l-AMF hija strument ta’ kriżi min-natura tagħha, ir-riskji ta’ self lil pajjiż fi gwerra jmorru ferm lil hinn mix-xenarji previsti meta ġie adottat l-NDICI-GE. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu adottati soluzzjonijiet imfassla apposta biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni urġenti inkwistjoni, fuq il-bażi tal-analiżi disponibbli.

Konsultazzjonijiet ma’ partijiet interessati

Din l-AMF eċċezzjonali hija pprovduta bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali lill-Ukrajna. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-FMI, mal-Bank Dinji u ma’ donaturi oħra bilaterali (inklużi l-Istati Membri) u multilaterali, b’għarfien espert makrofinanzjarju sinifikanti, inkluż fir-rigward tal-ekonomija tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Ukrajna.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Is-servizzi tal-Kummissjoni bbażaw din il-proposta fuq analiżi bir-reqqa, imwettqa f’kooperazzjoni mal-FMI u mal-istituzzjonijiet internazzjonali kompetenti, tal-ħtiġijiet finanzjarji u tas-sitwazzjoni makrofinanzjarja usa’ tal-Ukrajna. Dan jinkludi diskussjonijiet fuq bażi regolari tal-aħħar projezzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna fil-fora internazzjonali, pereż. il-G7.

Is-servizzi tal-Kummissjoni impenjaw ruħhom ukoll f’diskussjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom fid-dipartimenti tar-riskju tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li għandhom skoperturi estensivi fl-Ukrajna. L-għan ta’ dawn id-diskussjonijiet kien li jinftiehem kif dawk l-istituzzjonijiet se jagħmlu proviżjonament għal u jimmaniġġaw l-iskoperturi tagħhom għall-Ukrajna. Dawn id-diskussjonijiet urew sa liema punt l-approċċ istituzzjonali ta’ kull istituzzjoni jiddependi fuq kif il-karta bilanċjali tagħha hija esposta għall-impatt tat-telf fuq l-iskoperturi tal-Ukrajna. Xi istituzzjonijiet jibbenefikaw minn kontrogaranziji sħaħ jew parzjali kontra l-iskopertura tagħhom jew jibbenefikaw minn forom oħra ta’ salvagwardja (riżervi miżmuma mill-Ukrajna fil-FMI). Is-sitwazzjoni tal-UE, li ffinanzjat is-self tal-AMF permezz ta’ self back-to-back, tfisser li hija fis-sitwazzjoni unika li jkollha tiżgura fluss stabbli u prevedibbli ta’ pagamenti lill-investituri tal-bonds tagħha skont skeda fissa u regolari fil-każ ta’ flussi ta’ pagamenti inadempjenti mill-benefiċjarji tas-self. Sabiex tkun tista’ tipprovdi AMF rapida u ulterjuri ta’ daqs eċċezzjonalment kbir lil benefiċjarju wieħed fiċ-ċirkostanzi preżenti, filwaqt li żżomm il-mudell ta’ finanzjament tagħha, l-Unjoni jeħtieġ li ssaħħaħ il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni b’garanziji addizzjonali mill-Istati Membri li jaġixxu bħala garanzija ta’ kontinġenza għall-esponiment għall-Ukrajna.

F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni se jwettqu matul l-implimentazzjoni tal-assistenza Valutazzjoni Operazzjonali (Operational Assessment, OA) taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Ukrajna sabiex jiżguraw li l-proċeduri fis-seħħ għall-ġestjoni tal-assistenza tal-programm, inkluża l-AMF, jipprovdu garanziji adegwati, filwaqt li jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Dan se jippermetti li tiġi aġġornata l-valutazzjoni preċedenti, li kkonkludiet li ċ-ċirkwiti u l-proċeduri finanzjarji fl-Ukrajna nstabu li huma bbażati u jaħdmu fuq prinċipji sodi u għalhekk jitqiesu xierqa għall-finijiet tal-AAMF.

Valutazzjoni tal-impatt

L-AMF tal-Unjoni huwa strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet severi fil-bilanċ tal-pagamenti f’pajjiżi terzi. B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet mitgħallma minn evalwazzjonijiet ex post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. Din l-AMF eċċezzjonali se tgħin biex jittaffew il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għal terminu qasir tal-Ukrajna fiċ-ċirkostanzi straordinarji attwali. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta ma’ din l-AMF eċċezzjonali għandhom l-għan li jiżguraw l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-appoġġ. Jenħtieġ li din l-AMF eċċezzjonali tibni fuq il-kisbiet tas-sitt programmi tal-AMF mill-2015, inklużi l-aktar assistenza reċenti tal-COVID-19 u l-assistenza ta’ emerġenza tal-AMF fil-bidu tal-2022.

Il-proposta ma teħtieġx Valutazzjoni tal-Impatt, billi l-assistenza makrofinanzjarja hija l-unika għażla ta’ politika disponibbli biex tiġi indirizzata l-kwistjoni preżenti. L-użu ta’ garanziji addizzjonali jsegwi valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju finanzjarju tal-obbligazzjonijiet pendenti.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta ma hijiex marbuta mal-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni.

Drittijiet fundamentali

Il-pajjiżi li huma koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) huma eliġibbli għall-AMF. Prekundizzjoni għall-għoti tal-AMF hija li l-pajjiż eliġibbli jirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b’diversi partiti u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

L-impenn imġedded ta’ riforma u r-rieda politika mill-awtoritajiet Ukreni, b’mod partikolari kif muri mit-tlestija b’suċċess tal-kundizzjonalità tal-politika strutturali mehmuża mal-programm AMF ta’ emerġenza tal-COVID-19 lill-Ukrajna, f'oqsma ewlenin inklużi l-ġudikatura, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, huwa sinjal ċar pożittiv. Bl-istess mod, l-isforzi li saru biex jirfdu l-applikazzjoni tagħhom għal sħubija fl-UE, b’mod partikolari billi jipprovdu tweġiba elaborata għal żewġ kwestjonarji komprensivi u dettaljati ħafna, jibagħtu sinjal ċar tar-rieda tal-awtoritajiet li jsegwu, u jwettqu, l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukrajna. Mill-aggressjoni Russa, l-awtoritajiet tal-Ukrajna wrew grad impressjonanti ta’ reżiljenza u baqgħu impenjati li jsegwu dawn ir-riformi b’mod trasparenti u f’konformità mal-istandards tal-UE. Għal dan il-għan, il-prekundizzjoni politika għal operazzjoni ta’ AMF hija meqjusa bħala ssodisfata fil-preżent.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-fondi għal din l-AMF eċċezzjonali ta’ EUR 5 biljun lill-Ukrajna se jiġu mislufa fis-swieq kapitali u mislufa lill-Ukrajna. Dan se jikkomplementa l-AMF eċċezzjonali ta’ EUR 1 biljun lill-Ukrajna mogħtija skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201.

Sabiex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni, iż-żewġ selfiet eċċezzjonali tal-AMF ta’ ammont globali sa EUR 6 biljun lill-Ukrajna jenħtieġ li jibbenefikaw minn kopertura ta’ 70 % magħmula minn proviżjonament imħallas ta’ 9 % u garanziji eżerċitabbli mill-Istati Membri ta’ 61 %. Il-proviżjonament imħallas meħtieġ (b’rata ta’ 9 % tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna) se jiġi allokat taħt l-NDICI-GE, għal ammont totali ta’ EUR 540 miljun (linja baġitarja 14 02 01 70 “NDICI-GE — Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni”). Madankollu, l-ambitu għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi baġitarji għal dan il-proviżjonament addizzjonali ogħla minn 9 % taħt il-limiti massimi attwali tal-QFP huwa limitat. Ir-rikors għal garanziji mill-Istati Membri huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ jiġi pprovdut self ulterjuri tal-AMF lill-Ukrajna b’mod baġitarju sod u mingħajr ma tiġi mfixkla l-implimentazzjoni tal-QFP 2021-2027. Dan huwa r-raġunament għall-proposta li l-Istati Membri jipprovdu garanziji għal 61 % oħra tal-valur tal-EUR 6 biljun proposti f’self.

Il-kopertura kumplessiva għalhekk tibbenefika minn protezzjoni tal-ewwel telf bi proviżjonament imħallas ta’ 9 % tal-EUR 6 biljun, segwit minn garanziji komplementari mill-Istati Membri li jkopru skoperturi sa EUR 3,66 biljun, jew 61 % tal-EUR 6 biljun ta’ self tal-AMF u f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, kwalunkwe ammont residwu jkun kopert mill-baġit tal-Unjoni bħala obbligazzjoni kontinġenti.

L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna skont din id-Deċiżjoni se tiġi rranġata direttament mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr ma wieħed jistenna li jirċievi l-garanziji nazzjonali meħtieġa.

Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġi organizzat self għall-Ukrajna matul l-2022, l-UE se tirranġa s-self qabel ma jkunu fis-seħħ il-garanziji tal-Istati Membri. L-esperjenza tal-passat uriet li filwaqt li ħafna Stati Membri jistgħu jipprovdu garanziji fi żmien 2-3 xhur, dan jista’ jieħu bejn 4 u 5 xhur biex jinkisbu s-sett sħiħ ta’ garanziji. Id-dewmien ta’ dan it-tul ta’ żmien ma jistax jiġi indirizzat minħabba l-urġenza estrema tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni għalhekk tipprevedi - fuq bażi eċċezzjonali minħabba n-natura estrema tas-sitwazzjoni - li tirranġa s-self filwaqt li tirċievi l-garanziji b’mod parallel.

Matul dan il-perjodu interim, l-investituri fil-bonds tal-UE ma jġarrbu l-ebda riskju ta’ nuqqas ta’ pagament mill-UE matul il-perjodu qasir qabel ma jiġu riċevuti l-garanziji kollha minħabba l-mod kif il-pakkett tas-self preżenti nbena. B’mod partikolari, l-ebda avveniment ta’ pagament mhu se jkun dovut matul il-perjodu interim (4-5 xhur) qabel ma jkunu ġew riċevuti l-garanziji kollha. Fix-xenarju teoretiku li nuqqas ta’ pagament kellu jseħħ fil-perjodu qabel ma jiġu riċevuti l-garanziji kollha, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tuża d-dispożizzjonijiet imwarrba għas-self tal-AMF u, jekk ikun meħtieġ, dispożizzjonijiet oħra miżmuma fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni tal-UE.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jlestu l-proċeduri nazzjonali tagħhom biex il-garanziji jidħlu fis-seħħ bħala kwistjoni tal-akbar urġenza.

Il-garanziji jkunu jkopru ammonti li jmorru lil hinn mill-proviżjonament imħallas inizjali ta’ 9 % tal-ammont tas-self skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201, li jiġu pprovduti mill-QFP kif previst fl-Artikolu 31(5) tar-Regolament NDICI-GE u l-ipprogrammar finanzjarju. Is-sejħiet se jkunu limitati għal sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ pagament mill-Ukrajna fuq is-self skont id-Deċiżjoni attwali u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 u se jintużaw biex l-ewwel nett jissodisfaw l-obbligi tal-Unjoni u, kif xieraq, biex jimlew mill-ġdid il-kompartiment iddedikat relatat mal-Ukrajna fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni. Tali kontribuzzjonijiet jitqiesu għall-kalkolu tal-proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament imsemmija fl-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju, b’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 211(4) tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammonti mitluba mill-Istati Membri jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(a) (ii) tar-Regolament Finanzjarju biex jiġu pprovduti kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-proviżjonament tal-AMF, li huwa programm ta’ għajnuna esterna ggarantit skont l-NDICI-GE.

Minħabba n-natura eċċezzjonali tal-assistenza makrofinanzjarja appoġġata mill-garanziji, huwa xieraq li l-obbligazzjoni finanzjarja tiġi koperta mill-AMF skont din id-Deċiżjoni u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 b’mod separat minn obbligazzjonijiet finanzjarji oħra skont il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. B’mod partikolari, huwa xieraq li l-proviżjonament imwarrab fis-CPF fir-rigward ta’ din l-AMF jintuża biss għall-obbligazzjonijiet finanzjarji skont din id-Deċiżjoni, minflok ir-regola ġenerali tal-Artikolu 31(6) tar-Regolament NDICI-GE.

L-istess kunsiderazzjonijiet ta’ riskju japplikaw għas-self tal-ELM żborżat jew li għandu jiġi żborżat mill-BEI wara l-15 ta’ Lulju 2022. Għalhekk, din il-proposta tipprevedi l-estensjoni tar-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għal dak is-self, l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-proviżjonament tar-Regolament Finanzjarju, u mhux ir-regoli tal-GFEA u tipprevedi li d-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jinżammu f’kompartiment separat tas-CPF.

Barra minn hekk, is-sussidju fuq ir-rata tal-imgħax jenħtieġ li jiġi provdut kif deskritt hawn taħt, u jkun inkluż fl-envelop imsemmi fl-ewwel inċiż tal-punt (a) tal-Artikolu 6(2) tal-NDICI-GE matul il-perjodu 2021-27 tal-QFP. L-ispejjeż amministrattivi relatati mal-għoti u teħid b’self jiġu rrinunzjati u għalhekk ma jiġux irkuprati mill-Ukrajna. Dawn se jitħallsu mil-linji baġitarji amministrattivi rispettivi.

5.ELEMENTI OĦRA

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

L-Unjoni Ewropea għandha tqiegħed dan l-AMF eċċezzjonali għad-dispożizzjoni tal-Ukrajna għal ammont totali ta’ EUR 5 biljun, mogħtija fil-forma ta’ self għal terminu twil. Din l-assistenza, li hija ppjanata li tiġi żborżata f’diversi pagamenti, se tikkontribwixxi biex tkopri d-distakk fil-finanzjament estern residwu tal-Ukrajna fl-2022. L-ewwel pagament parzjali se jitħallas wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta u d-dħul fis-seħħ tal-MtQ korrispondenti, u hekk kif l-Istati Membri jindikaw b’mod unanimu l-qbil tagħhom li jlestu l-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-preżentazzjoni ta’ garanziji nazzjonali bħala kwistjoni tal-akbar urġenza.

L-iżborż ikun jiddependi wkoll fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar kif miftiehem fil-MtQ. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali biex timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ.

L-assistenza tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.

Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni ddettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-Deċiżjoni se tipprevedi wkoll qafas għall-garanziji mill-Istati Membri biex ikopru t-telf li jmur lil hinn mill-proviżjonament diġà mħallas fis-CPF jew previst fl-ipprogrammar finanzjarju tal-QFP 2021-27.

L-Artikolu 1 jippreżenta l-karatteristiċi ewlenin ta’ din l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali.

L-Artikolu 2 jipprevedi l-konformità mal-prekundizzjonijiet politiċi meħtieġa għall-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja.

L-Artikolu 3 jipprevedi rekwiżiti ta’ rapportar u monitoraġġ definiti b’mod ċar, kif ukoll kundizzjonijiet ta’ politika li magħhom għandha tkun marbuta l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali ta’ din l-Unjoni. Dawn ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil.

L-Artikolu 4 jipprevedi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżborż ta’ din l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali f’pagamenti multipli. Il-perjodu ta’ żmien u l-kundizzjonijiet għall-iżborż ta’ kull pagament għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil.

L-Artikolu 5 jippreżenta r-regoli għall-operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti.

L-Artikolu 6 jispjega l-finanzjament tas-sussidju tar-rata tal-imgħax.

L-Artikolu 7 jippreżenta l-obbligi ta’ rapportar tal-Kummissjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, matul l-implimentazzjoni ta’ din l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna.

L-Artikolu 8 jipprovdi dettalji dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali.

L-Artikolu 9 jipprevedi l-istabbiliment ta’ garanziji nazzjonali għal ammont globali ta’ EUR 3,66 biljun mill-Istati Membri.

L-Artikolu 10 jipprovdi dettalji dwar il-ftehimiet ta’ garanzija li l-Kummissjoni għandha tikkonkludi mal-Istati Membri.

L-Artikolu 11 jiddeskrivi l-proviżjonament fir-rigward tal-AMF koperti.

L-Artikolu 12 jipprevedi għat-tisħiħ tal-proviżjonament fir-rigward ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji fl-Ukrajna garantiti bis-saħħa tad-Deċiżjoni 466/2014/UE

L-Artikolu 13 jipprevedi valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proviżjonament u għal proċedura ta’ rieżami.

L-Artikolu 14 jipprovdi dettalji kontabilistiċi dwar il-proviżjonament miżmum fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni.

L-Artikolu 15 jistipula li Kumitat għandu jassisti lill-Kummissjoni, f’konformità mal-proċeduri tal-Komitoloġija.

L-Artikolu 16 jagħti dettalji dwar l-eżerċizzju tad-delega.

L-Artikolu 17 jippreżenta l-obbligi ta’ rappurtar tal-Kummissjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul l-implimentazzjoni ta’ din l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna.

L-Artikolu 18 fih l-emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2022/1201.

L-Artikolu 19 jiċċara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

2022/0281 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja 15 ,

Billi:

(1)Ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna 16 (il- “Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), inkluż Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)Fir-rebbiegħa 2014, l-Ukrajna bdiet programm ambizzjuż ta’ riforma bil-għan li tistabbilizza l-ekonomija tagħha u ttejjeb l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll riformi kostituzzjonali, elettorali u ġudizzjarji huma fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda. L-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi kienet appoġġata minn programmi konsekuttivi ta’ assistenza makrofinanzjarja, li taħthom l-Ukrajna rċeviet assistenza fil-forma ta’ self għal total ta’ EUR 6,6 biljun. L-assistenza makrofinanzjarja ta’ emerġenza, li saret disponibbli fil-kuntest ta’ tensjonijiet dejjem akbar fil-fruntiera mar-Russja skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , ipprovdiet EUR 1,2 biljun f’self lill-Ukrajna, żborżat f’żewġ pagamenti parzjali ta’ EUR 600 miljun f’Marzu u Mejju 2022. L-AMF eċċezzjonali sa EUR 1 biljun skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 ipprovdiet appoġġ rapidu u urġenti għall-baġit tal-Ukrajna u ġiet żborżata bis-sħiħ fl-1 u t-2 ta’ Awwissu 2022. Huwa rrappreżenta l-ewwel parti tal-pakkett eċċezzjonali tal-AMF lill-Ukrajna mħabbar mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha "L-Ukrajna: Għajnuna u Rikostruzzjoni” tat-18 ta’ Mejju 2022 u approvata mill-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju 2022. Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi t-tieni stadju fit-twassil tal-impenn li jiġu pprovduti sa EUR 9 biljun f’assistenza tal-AMF lill-Ukrajna. Hija tistabbilixxi l-bażi għall-għoti ta’ EUR 5 biljun oħra f’self tal-AMF b'termini konċessjonali ħafna. Jenħtieġ li dan jiġi segwit malajr mit-tielet pakkett ta’ assistenza finanzjarja sa EUR 3 biljun oħra ladarba jkunu ġew determinati l-modalitajiet xierqa.

(3)L-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna li bdiet fl-24 ta’ Frar 2022 u l-gwerra li għaddejja minn dak iż-żmien ikkawżaw telf ta’ aċċess għas-suq u tnaqqis drastiku fid-dħul pubbliku, filwaqt li l-infiq pubbliku biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja u biex tinżamm il-kontinwità tas-servizzi tal-istat żdied b’mod sinifikanti. F’din is-sitwazzjoni volatili u inċerta ħafna, l-aħjar stimi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna mill-Fond Monetarju Internazzjonali jindikaw diskrepanza straordinarja fil-finanzjament ta’ madwar USD 39 biljun fl-2022 li madwar nofshom jistgħu jiġu ssodisfati jekk l-appoġġ internazzjonali mwiegħed sa issa jiġi żborżat bis-sħiħ. L-għoti rapidu mill-Unjoni ta’ dan it-tieni stadju fil-pakkett ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, fiċ-ċirkostanzi straordinarji attwali, jitqies bħala rispons xieraq għal terminu qasir għar-riskji mdaqqsa għall-istabbiltà makrofinanzjarja tal-pajjiż. Dan l-ammont ulterjuri ta’ EUR 5 biljun f’assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali jappoġġa l-istabbilizzazzjoni makrofinanzjarja tal-Ukrajna, isaħħaħ ir-reżiljenza immedjata tal-pajjiż u jsostni l-kapaċità tiegħu lejn l-irkupru, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-Ukrajna u l-kapaċità tagħha li fl-aħħar mill-aħħar tkun f’pożizzjoni li tħallas lura l-obbligi finanzjarji tagħha.

(4)Dan iċ-ċiklu ġdid ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali se jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna kif stmat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, filwaqt li titqies il-kapaċità tagħha li tiffinanzja lilha nnifisha bir-riżorsi proprji tagħha. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi bilaterali u multilaterali, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fl-Ukrajna u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut l-impenn tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li jikkooperaw mill-qrib mal-FMI dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza għal żmien qasir u l-intenzjoni tagħhom li jaħdmu mal-FMI fuq programm ekonomiku xieraq meta l-kundizzjonijiet jippermettu. Programm bħal dan intalab formalment f’Awwissu 2022. L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li żżomm l-istabbiltà makrofinanzjarja u r-reżiljenza fiċ-ċirkostanzi tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tal-miżuri meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(5)Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward l-Ukrajna. Jenħtieġ li s-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja kollha sabiex jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u jiżguraw il-konsistenza tagħha.

(6)Jemħtieġ li prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari b’diversi partiti, u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Il-kundizzjonijiet li għaddejjin bħalissa marbuta mal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u b’mod partikolari l-liġi marzjali attwali, jenħtieġ li ma jaffettwawx dawn il-prinċipji, minkejja l-konċentrazzjoni tal-poter fil-fergħa eżekuttiva.

(7)Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Ukrajna tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ dik l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq verifiki, biex il-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi u biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu.

(8)L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni jenħtieġ li tkun marbuta ma’ rekwiżiti ta’ rappurtar u kundizzjonijiet ta’ politika, li għandhom jiġu stabbiliti f’memorandum ta’ qbil (MtQ). Ir-rekwiżiti robusti ta’ rappurtar għandhom l-għan, fiċ-ċirkostanzi attwali tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li jiżguraw l-effiċjenza, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-użu tal-fondi. Il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza immedjata tal-pajjiż u s-sostenibbiltà tad-dejn fit-tul tiegħu, u b’hekk inaqqsu r-riskji marbuta mal-ħlas lura tal-obbligi finanzjarji pendenti u futuri tiegħu.

(9)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 .

(10)Il-maturità medja massima tas-self skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jenħtieġ li tkun ta’ 25 sena.

(11)Minħabba li s-self skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jimplika l-istess riskji għall-baġit tal-UE u jenħtieġ li jkollu maturità medja massima komuni ta’ 25 snin, l-ammont aggregat tal-assistenza makrofinanzjarja skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 lill-Ukrajna ta’ EUR 6 biljun jenħtieġ li jkun kopert minn metodoloġija komuni għall-ġestjoni tal-implikazzjonijiet finanzjarji u baġitarji. B’mod partikolari, l-istess livell ta’ kopertura baġitarja jenħtieġ li jiġi stabbilit bħala protezzjoni adegwata kontra l-possibbiltà li l-Ukrajna ma tħallasx lura s-self kollu jew parti minnu fiż-żmien skedat. Id-dispożizzjonijiet magħmula disponibbli mill-baġit tal-UE kontra ż-żewġ settijiet ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali jenħtieġ li jiġu ġestiti bħala sett integrat ta’ dispożizzjonijiet. Dan se jsaħħaħ ir-reżiljenza u l-flessibbiltà tal-baġit tal-UE b’reazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ pagament. Jenħtieġ għalhekk, li l-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jiġi emendat skont dan.

(12)L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tikkostitwixxi obbligazzjoni finanzjarja għall-Unjoni fil-volum ġenerali tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. L-ammont totali sa EUR 6 biljun ta’ self eċċezzjonali ta’ assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna jenħtieġ li jibbenefika minn 9 % tal-proviżjonament imħallas disponibbli għal self ta’ assistenza makrofinanzjarja skont il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. L-ammont ta’ proviżjonament jenħtieġ li jiġi ffinanzjat mill-pakkett ipprogrammat għall-assistenza makrofinanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 għal ammont totali ta’ proviżjonament ta’ EUR 540 miljun. Jenħtieġ li dan l-ammont jiġi impenjat u mħallas fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni permezz tal-QFP 2021-27.

(13)F’konformità mal-Artikolu 210(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju”), l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja mġarrba mill-baġit għandhom jitqiesu sostenibbli, jekk l-evoluzzjoni pluriennali prevista tagħhom tkun kompatibbli mal-limiti stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE), Euratom2020/2093 21 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312(2) TFUE u l-limitu massimu fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom 22 . Sabiex l-Unjoni tkun tista’ tipprovdi appoġġ sostanzjali lill-Ukrajna permezz tal-AMF f’ammonti mingħajr preċedent b’mod finanzjarjament sikur, filwaqt li tippreżerva l-affidabbiltà għolja tal-kreditu tal-Unjoni u, għalhekk, il-kapaċità tagħha li twassal finanzjament effettiv fil-kuntest kemm tal-politiki interni kif ukoll dawk esterni tagħha, huwa essenzjali li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b’mod adegwat mill-materjalizzazzjoni ta’ dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti u li jiġi żgurat li dawn ikunu finanzjarjament sostenibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 210(3) tar-Regolament Finanzjarju.

(14)F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni jenħtieġ li jissaħħaħ b’mezzi proporzjonati għar-riskji li jirriżultaw mir-responsabbiltajiet kontinġenti marbuta ma’ din l-assistenza makrofinanzjarja kbira b’mod mhux preċedenti lil benefiċjarju wieħed. Mingħajr tali tisħiħ, il-baġit tal-Unjoni ma jkunx jista’ jipprovdi, għal raġunijiet finanzjarjament sikuri, l-assistenza kbira bla preċedent li l-ħtiġijiet relatati mal-gwerra jitolbu mill-Ukrajna. Sabiex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni, is-self eċċezzjonali tal-AMF sa EUR 6 biljun lill-Ukrajna jenħtieġ li jibbenefika minn kopertura ta’ 70 % permezz ta’ proviżjonament imħallas (fil-livell ta’ 9 %) issupplimentat b’garanziji nazzjonali biex tiġi pprovduta kopertura baġitarja għal telf sa 61 % oħra tal-valuri tas-self.

(15)Ir-riżorsi skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 huma taħt pressjoni għolja fid-dawl tal-prijoritajiet ta’ nfiq ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li tinstab soluzzjoni alternattiva għal riżorsi addizzjonali li ma taffettwax in-nefqa regolari prevista fl-ipprogrammar finanzjarju tal-QFP 2021-27.

(16)Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri fil-forma ta’ garanziji ġew identifikati bħala għodda xierqa biex tiġi pprovduta l-protezzjoni lil hinn mill-proviżjonament imħallas inizjalment. Il-garanziji tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu provduti b’mod volontarju u jenħtieġ li jikkostitwixxu garanzija ta' kontinġenza komuni adatta biex jappoġġjaw il-baġit tal-Unjoni, jekk id-dispożizzjonijiet tal-Fond ta’ proviżjonament komuni (CPF) fir-rigward tal-obbligazzjonijiet finanzjarji taħt din id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201jiġu eżawriti. Il-kontribuzzjonijiet f'dawn il-garanziji jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ammont ta’ obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-ammonti jenħtieġ li jitqiesu għall-kalkolu tal-proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament imsemmija fl-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju, b’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 211(4) tar-Regolament Finanzjarju. 

(17)Il-garanziji pprovduti mill-Istati Membri jenħtieġ li jkopru s-self eċċezzjonali tal-AMF skont din id-deċiżjoni u s-self eċċezzjonali tal-AMF ta’ EUR 1 biljun skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201. Jenħtieġ li dawn ikunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u b'talba. Jenħtieġ li dawn il-garanziji jiżguraw il-kapaċità tal-Unjoni li tħallas lura l-fondi mislufa fis-swieq kapitali jew mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Jenħtieġ li dawn jissejħu biss meta jiġu ssodisfati kundizzjonijiet stretti, relatati mal-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet disponibbli, u f’każ li l-Unjoni ma tirċevix pagament mill-Ukrajna tas-self ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħti skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 fil-ħin biex jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji tal-Unjoni minn bonds jew f’każ li l-iskeda ta’ pagament tas-self mogħti skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 kellha tiġi modifikata. Jenħtieġ li ssir sejħa fuq il-garanziji tal-Istati Membri għal ammont li jikkorrispondi għall-ammont li jirriżulta minn telf fuq l-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 u biex il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni jiġi rikostitwit għal-livell meħtieġ ta’ proviżjonament imħallas. Is-sejħiet bil-garanziji tal-Istati Membri jenħtieġ li jsiru biss wara li l-ammont ta’ proviżjonament inizjali mwarrab fir-rigward tal-AMF skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jkun ġie eżawrit jew irid jiġi eżawrit. L-ammonti rkuprati skont il-ftehimiet ta’ self fir-rigward tal-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jenħtieġ li jiġu rimborżati lill-Istati Membri li jkunu onoraw it-talbiet għal ħlas ta’ garanzija, b’deroga mill-Artikolu 211(4)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

(18)F’każ li l-ħlas tal-obbligi finanzjarji tal-Unjoni li jirriżultaw minn bonds għall-assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 ġew issodisfati temporanjament mid-dispożizzjonijiet imwarrba fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni biex ikopru obbligazzjonijiet finanzjarji oħra tal-Unjoni, is-sejħa fuq il-garanziji tal-Istati Membri tista’ tintuża għar-rikostituzzjoni tal-proviżjonament ta’ dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji.

(19)Minħabba n-natura eċċezzjonali tal-assistenza makrofinanzjarja appoġġata mill-garanziji, huwa xieraq li jiġu ġestiti d-dispożizzjonijiet miżmuma kontra l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-assistenza makrofinanzjarja skont din id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 u għal kwalunkwe żborż wara l-15 ta’ Lulju 2022 ta’ self garantit skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 separatament minn obbligazzjonijiet finanzjarji oħra skont il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u l-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Għalhekk, huwa propost li l-proviżjonament imwarrab fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni jintuża biss għal obbligazzjonijiet finanzjarji mill-assistenza makrofinanzjarja koperta minn din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201, minflok ir-regola ġenerali fl-Artikolu 31(6) tar-Regolament NDICI-GE 24 . Huwa propost ukoll li jintuża l-proviżjonament imwarrab fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni fir-rigward tas-self garantit skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE żborżat wara l-15 ta’ Lulju 2022 għall-obbligazzjonijiet finanzjarji biss minn dak is-self u li jiġu applikati r-regoli tar-Regolament Finanzjarju għall-proviżjonament, minflok ir-regola ġenerali fl-Artikolu 31(8) tar-Regolament NDICI-GE. Dan jenħtieġ li jiġi kkomplementat bl-esklużjoni tal-proviżjonament imwarrab fir-rigward ta’ din l-assistenza makrofinanzjarja mill-applikazzjoni tar-rata ta’ proviżjonament effettiva, b’deroga mill-Artikolu 213 tar-Regolament Finanzjarju.

(20)Is-sehem relattiv tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull Stat Membru (koeffiċjent tal-kontribuzzjoni) għall-ammont globali garantit jenħtieġ li jikkorrispondi għall-ishma relattivi tal-Istati Membri fl-introjtu nazzjonali gross totali tal-Unjoni. Jenħtieġ li s-sejħiet fuq il-garanzija jsiru pro rata u jkunu bbażati fuq dak il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni.

(21)Jenħtieġ li l-Istati Membri jlestu l-proċeduri nazzjonali tagħhom biex il-garanziji jidħlu fis-seħħ bħala kwistjoni tal-akbar prijorità. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, iż-żmien meħtieġ għat-tlestija ta’ dawk il-proċeduri jenħtieġ li jdewwimx l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali meħtieġa b’mod urġenti lill-Ukrajna skont din id-Deċiżjoni. Is-self addizzjonali tal-AMF skont din id-Deċiżjoni se jiġi organizzat malajr mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, mal-adozzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil u mal-iffirmar tal-Ftehim ta’ Self.

(22)Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tal-Ukrajna kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u biex tiġi appoġġata fit-triq tal-istabbiltà fit-tul tagħha, huwa xieraq li ssir deroga mill-Artikolu 220(5), il-punt (e) tar-Regolament Finanzjarju u li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li tkopri l-ispejjeż tar-rata tal-imgħax u li tirrinunzja l-ispejjeż amministrattivi lill-Ukrajna. Is-sussidju tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jingħata bħala strument meqjus xieraq biex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ fis-sens tal-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ li jiġġarrab mill-baġit tal-Unjoni mill-inqas matul iċ-ċiklu attwali tal-QFP. Matul il-perjodu mill-2021 sal-2027 dan jenħtieġ li jinġarr mill-envelop imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(2), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/947.

(23)L-Ukrajna tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u l-eżenzjoni mill-ispejjeż amministrattivi kull sena, sal-aħħar ta’ Marzu. Sabiex ikun hemm flessibbiltà fil-ħlas lura tal-kapital, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġi riportat is-self assoċjat kuntrattat f’isem l-Unjoni, b’deroga mill-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju.

(24)Quddiem il-ħtiġijiet urġenti ta’ finanzjament tal-Ukrajna, f’Lulju 2022 il-Kummissjoni Ewropea qablet dwar l-għoti ta’ skop ġdid u l-iżborż ta’ EUR 1,59 biljun oħra f’self tal-BEI lill-Ukrajna garantit taħt il-Mandat ta’ Self Estern 2014-20 (ELM). Madankollu, billi dan huwa self lis-sovran Ukren (jew iggarantit minnu), dawn jinkorporaw l-istess livell ta’ riskju bħas-self eċċezzjonali tal-AMF. Jenħtieġ li l-baġit tal-UE konsegwentement japplika l-istess approċċ prekawzjonarju għal dawn l-iskoperturi bħalma japplika għas-self tal-AMF l-ġdid. Għalhekk, din id-Deċiżjoni tapplika rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għall-EUR 1,59 biljun self tal-ELM bi skop ġdid kif ukoll għal kwalunkwe żborż ulterjuri ta’ self tal-ELM lill-Ukrajna. Jenħtieġ li dik ir-rata ta’ proviżjonament tapplika minflok ir-rata ta’ proviżjonament li tirriżulta mit-tielet sentenza tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/947. Il-proviżjonament ta’ 70 % għall-iżborżi ta’ self tal-ELM ta’ EUR 1,59 biljun lill-Ukrajna se jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-UE.

(25)Jenħtieġ li jsir rieżami regolari tal-proviżjonament għas-self tal-AMF u tal-ELM rispettivi kull sitt xhur, li jibda f’nofs l-2023 jew qabel jekk ikun xieraq. Dan ir-rieżami jenħtieġ li jivvaluta b’mod partikolari jekk is-sitwazzjoni tal-Ukrajna evolvietx b’mod li jiġġustifika żieda jew tnaqqis fir-rata ta’ proviżjonament. Minbarra dan ir-rieżami regolari, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta mill-ġdid ir-rata ta’ proviżjonament fuq bażi ad hoc, b’mod partikolari jekk tkun iġġustifikata minn avveniment rilevanti notevoli. Sabiex jiġi żgurat li r-rata ta’ proviżjonament tibqa’ adegwata għar-riskji finanzjarji, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rata ta’ proviżjonament meta tkun iġġustifikata żieda jew tnaqqis fir-rata ta’ proviżjonament. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(26)Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tingħata assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna bil-ħsieb li tappoġġa, b’mod partikolari, ir-reżiljenza u l-istabbiltà ekonomika tagħha, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(27)Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja, huwa meqjus xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(28)Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Kapitolu I Għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali

Artikolu 1

Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni

1.L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ukrajna assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali għal ammont massimu ta’ EUR 5 000 000 000 (il- “assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni”) bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbiltà makrofinanzjarja tal-Ukrajna. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lill-Ukrajna fil-forma ta’ self. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri d-diskrepanza fil-finanzjament tal-Ukrajna kif identifikata f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

2.Sabiex tiffinanzja l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, li tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji u li ssellifhom lill-Ukrajna. Is-self skont il-paragrafu 1 u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 flimkien għandu jkollhom maturità medja massima ta’ 25 sena.

3.L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1) u matul il-perjodu ta’ disponibbiltà definit fih, anki jekk il-garanziji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II ta’ din id-Deċiżjoni jkunu għadhom ma ġewx ipprovduti.

4.Jekk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni meta mqabbla mal-proġettazzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tikkanċella l-ammont tal-assistenza.

Artikolu 2

Prekundizzjoni għall-assistenza makrofinanzjarja

1.Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari multipartitika, u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

2.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja t-twettiq tal-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari qabel ma jsiru l-iżborżi, filwaqt li tqis ukoll iċ-ċirkostanzi fil-post u l-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-liġi marzjali.

3.Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 25 .

Artikolu 3

Memorandum ta’ Ftehim

1.Il-Kummissjoni għandha taqbel mal-Ukrajna dwar il-kundizzjonijiet ta’ politika li l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha tkun marbuta magħhom. Il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). Dawk il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil.

2.Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar li ġew adottati fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ din l-AMF eċċezzjonali għandhom jiġu inklużi fil-Memorandum ta’ Qbil u għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-użu tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni.

3.It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi ftehim dwar is-self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna.

4.Il-Kummissjoni għandha tivverifika, f’intervalli regolari, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-progress li jkun sar lejn l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dik il-verifika.

Artikolu 4

Rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali

1.Soġġett għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja (AMF) eċċezzjonali tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni f’pagamenti rateali, u kull wieħed minnhom għandu jkun jikkonsisti f’self. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-perjodu ta’ żmien għall-iżborż ta’ kull pagament rateali. Pagament rateali jista’ jiġi żborżat f’parti waħda jew iktar.

2.Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-ftehimiet jew il-qbil milħuqa bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna fil-Memorandum ta’ Qbil (MtQ) imsemmi fl-Artikolu 3(1).

3.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti rateali, skont il-valutazzjoni tagħha tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)ir-rispett għall-prekondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1);

(b)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-obbligi ta’ rapportar miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil;

(c)għat-tieni pagament u għall-pagamenti sussegwenti, progress sodisfaċenti lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil.

Qabel ma jiġi żborżat l-ammont massimu tal-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet ta’ politika kollha miftiehma fil-MtQ ġew sodisfatti.

4.Meta r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi temporanjament jew tħassar l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni. F’tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għas-sospensjoni jew it-tħassir.

5.L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha, fil-prinċipju, tiġi żborżata lill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu maqbula fil-Memorandum ta’ Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu żborżati lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Ukrajna bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 5

Operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti 

1.L-operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju.

2.Fejn ikun meħtieġ, b’deroga mill-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tirriporta t-teħid ta’ self assoċjat ikkuntrattat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 6

Sussidju tar-rata tal-imgħax

1.B’deroga mill-Artikolu 220(5)(e) tar-Regolament Finanzjarju, l-Unjoni tista’ ġġarrab l-imgħax billi tagħti sussidju fuq ir-rata tal-imgħax u tkopri spejjeż amministrattivi relatati mal-għoti u teħid b’self, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati mal-ħlas lura bikri tas-self, fir-rigward tas-self skont din id-Deċiżjoni.

2.L-Ukrajna tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u l-kopertura tal-ispejjeż amministrattivi mill-Unjoni sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena.

3.Il-pakkett imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament (UE) 2021/947 għandu jintuża biex ikopri l-ispejjeż tal-pagamenti tal-imgħax relatati mal-assistenza makrofinanzjarja matul il-perjodu tal-2021-27 bħala sussidju tar-rata tal-imgħax.

Artikolu 7

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha u l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 5, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

Artikolu 8

Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali

Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid, permezz ta’ valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ukrajna, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza. Din il-valutazzjoni operazzjonali tista’ titwettaq flimkien ma’ dik prevista fid-Deċiżjoni (UE) 2022/1201.

Kapitolu II Tisħiħ tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni

Taqsima 1

Garanziji mill-Istati Membri għall-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2021/1201

Artikolu 9

Kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ garanziji mill-Istati Membri

1.L-Istati Membri jistgħu jikkomplementaw il-proviżjonament fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja miżmuma fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni, billi jipprovdu garanziji sal-ammont totali ta’ EUR 3 660 000 000 fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali mill-Unjoni lill-Ukrajna bis-saħħa tal-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 (“l-AMF koperta”).

2.Meta jsiru kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, dawn għandhom jiġu pprovduti fil-forma ta’ garanziji irrevokabbli, mhux kundizzjonali u b'talba permezz ta’ ftehim ta’ garanzija konkluż mal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 10. 

3.Is-sehem relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Istat Membru rilevanti għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkorrispondi għas-sehem relattiv ta’ dak l-Istat Membru fl-introjtu nazzjonali gross totali tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-kolonna (1) tat-Tabella 4 tal-Parti A (“Finanzjament tal-baġit annwali tal-Unjoni, Introduzzjoni”) tal-intestatura Dħul Ġenerali tal-baġit għall-2022 stabbilit fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022, kif adottat fl-24 ta’ Novembru 2021.

4.Il-garanziji għandhom isiru effettivi fir-rigward ta’ kull Stat Membru mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 10 bejn il-Kummissjoni u dak l-Istat Membru.

Artikolu 10

Ftehimiet ta’ garanzija

Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ garanzija ma’ kull Stat Membru li jipprovdi garanzija skont l-Artikolu 9. Dak il-ftehim għandu jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-garanzija, li għandhom ikunu l-istess għall-Istati Membri kollha, inklużi, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet:

(b)li jistabbilixxu l-obbligu tal-Istati Membri li jonoraw it-talbiet għall-ħlas ta’ garanzija magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tal-AMF koperta, ladarba l-ammonti kumplessivi tal-proviżjonament inizjali mwarrba fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni fir-rigward tal-obbligazzjoni finanzjarja li jirriżultaw mill-AMF koperta jkunu ġew prelevati jew ikunu se jiġu prelevati;

(c)li jiżguraw li t-talbiet għal garanzija għandhom isiru pro rata u għandhom ikunu bbażati fuq il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3);

(d)li jipprovdu li t-talbiet għall-ħlas ta’ garanzija jiżguraw l-abilità tal-Unjoni li tħallas lura l-fondi mislufa, skont l-Artikolu 1(2), fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji wara nonpagament, anki mistenni, mill-Ukrajna, li jinkludi każijiet ta’ modifika ta’ skeda ta’ pagamenti għal kwalunkwe raġuni;

(e)li jiżguraw li it-talbiet għall-ħlas ta’ garanzija jistgħu jintużaw għar-riforniment tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni għall-proviżjonament li jkun ġie prelevat fir-rigward tal-AMF koperta;

(f)Li jiżguraw li Stat Membru li jkun naqas milli jonora talba għandu jibqa’ obbligat li jonoraha;

(g)Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-ħlas.

Taqsima 2

Proviżjonament tal-AMF koperta u ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM fl-Ukrajna

Artikolu 11

Proviżjonament tal-AMF koperta

1.Għall-AMF, għandha tapplika rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % minflok ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 31(5), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) 2021/947.
Madankollu, il-livell ta’ proviżjonament imħallas fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni għandu jinżamm 9 % tal-obbligazzjoni pendenti mill-AMF koperta, u jekk jintuża jiġi rikostitwit għal 9 %, sakemm ikunu prelevati l-garanziji msemmija fl-Artikolu 9.

2.L-ammonti li jirriżultaw minn talbiet għal ħlas tal-garanziji msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għar-ripagament tal-obbligi finanzjarji mill-AMF koperta u għall-pagamenti għall-Fond ta’ Proviżjonament Komuni f’konformità mal-Artikolu 21(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

3.B’deroga mit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont ta’ garanziji msemmija fl-Artikolu 9(1) għandu jiġi inkluż fl-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata. Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 211(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammonti ta’ proviżjonament imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament fir-rigward tal-AMF koperta.

4.B’deroga mill-Artikolu 211(4)(c) tar-Regolament Finanzjarju, ammonti rkuprati mill-Ukrajna fir-rigward tal-AMF koperta ma għandhomx jikkontribwixxu għall-proviżjonament sal-ammont tat-talba għal ħlas ta’ garanzija onorat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(a). Dawk l-ammonti għandhom ikunu rimborżati lil dawk l-Istati Membri.

Artikolu 12

Tisħiħ tal-proviżjonament fir-rigward ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji fl-Ukrajna garantiti bis-saħħa tad-Deċiżjoni 466/2014/UE

B’deroga mit-tielet sentenza tal-Artikolu 31(8) tar-Regolament (UE) 2021/947, ir-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għandha tapplika għall-ammonti ta’ self żborżati wara l-15 ta’ Lulju 2022 taħt l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-Ukrajna ffirmati mill-Bank Ewropew tal-Investiment qabel l-31 ta’ Diċembru 2021 u ggarantiti mill-UE f’konformità mad-Deċiżjoni 466/2014/UE (“obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM (External Lending Mandate) koperti fl-Ukrajna”) u l-Artikoli 211, 212 u 213 tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw, soġġett għall-Artikoli 13 u 14 ta’ din id-Deċiżjoni. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju, sal-31 ta’ Diċembru 2027 il-proviżjonament għandu jilħaq il-livell li jikkorrispondi mar-rata ta’ proviżjonament applikata għall-ammont totali ta’ obbligazzjonijiet pendenti minn obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna.

Artikolu 13

Valutazzjoni tal-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament u proċedura ta’ rieżami

1.Kull sitt xhur mit-30 ta’ Ġunju 2023, u kull meta l-Kummissjoni tikkonkludi li raġunijiet jew avvenimenti oħra jindikaw il-ħtieġa li jsir dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hemmx żviluppi ġodda li jista’ jkollhom impatt fuq l-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament, inkluża r-rata tal-proviżjonament imħallas, imsemmija fl-Artikoli 11 u 12 b’mod dejjiemi u sinifikanti. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tidentifika l-preżenza ta’ bidla sinifikanti sostnuta fil-profil tar-riskju tal-kreditu ta’ dawn l-iskoperturi bl-użu tad-data ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Artikoli 11 u 12 biex taġġusta r-rata ta’ proviżjonament permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 16, b’mod partikolari biex tirrifletti l-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Proviżjonament miżmum fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni

1.Minflok ir-regola ġenerali fl-Artikolu 31(6)tar-Regolament (UE) 2021/947, l-obbligazzjoni finanzjarja mill-AMF koperta għandha tkun koperta separatament minn obbligazzjonijiet finanzjarji oħra bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u l-proviżjonament imwarrab fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni fir-rigward tal-AMF koperta għandu jintuża biss għall-obbligazzjonijiet finanzjarji skont din id-Deċiżjoni u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201.

Minflok ir-regola ġenerali fl-Artikolu 31(8) tar-Regolament (UE) 2021/947, l-obbligazzjoni finanzjarja mill-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna għandha tkun koperta separatament minn obbligazzjonijiet finanzjarji oħra fil-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna u l-proviżjonament imwarrab fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna għandu jintuża biss għall-obbligazzjonijiet finanzjarji skont din id-Deċiżjoni u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201.

2.B’deroga mill-Artikolu 213 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata ta’ proviżjonament effettiva ma għandhiex tapplika għall-proviżjonament imwarrab fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni fir-rigward tal-AMF koperta u l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna.

3.B’deroga mill-Artikolu 213(4)(a) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe surplus ta’ proviżjonament imsemmi fl-Artikoli 12 għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju għall-programm ta’ assistenza esterna li bis-saħħa tiegħu l-Ukrajna hija eliġibbli.

Kapitolu III Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 15

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Rapport Annwali

1.Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti mir-Rapport Annwali tagħha, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu I ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni. Dan ir-rapport għandu:

(a)jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni;

(b)jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)jindika l-konnessjoni bejn ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Memorandum ta’ Qbil, is-sitwazzjoni makrofinanzjarja attwali tal-Ukrajna u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti rateali tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni.

2.Sa mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali mitmuma tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Kapitolu IV Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 u dispożizzjoni finali

Artikolu 18

Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 hija emendata kif ġej:

1.It-tieni sentenza tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Is-self skont il-paragrafu 1 u skont id-Deċiżjoni [COM(2022) XXX-din il-proposta] flimkien għandu jkollhom maturità medja massima ta’ 25 sena.”

2.Jitħassar l-Artikolu 7.

Artikolu 19

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew            Għall-Kunsill

Il-President            Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukrajna.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 26

Qasam ta’ politika: Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività: Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

1.3.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 27  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv/Objettivi

1.4.1.Objettiv/Objettivi ġenerali

“Spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment: il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”

1.4.2.Objettiv speċifiku/Objettivi speċifiċi

Objettiv Speċifiku Nru

“Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”

L-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

L-attivitajiet marbuta mad-DĠ ECFIN jappartjenu għal:

(a)    L-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir mhux fl-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja; u

(b)    L-appoġġ tal-proċess ta’ tkabbir u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-viċinat u tat-tkabbir tal-UE u prijoritajiet oħra tal-UE ma’ sħab billi ssir analiżi ekonomika u jiġu pprovduti valutazzjonijiet tal-politika u pariri.

1.4.3.Riżultat/Riżultati u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

·Tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna bil-ħsieb li tagħti appoġġ għar-reżiljenza u l-istabbiltà ekonomika tagħha fiċ-ċirkostanzi tal-gwerra.

·Tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Ukrajna għall-2022, fil-kuntest ta’ deterjorament sinifikanti tal-kontijiet esterni tagħhom ikkawżati mill-invażjoni Russa mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna.

·Ittaffi l-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji tas-sieħeb, bħala kontinwazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza diġà pprovduta.

·Tappoġġa l-isforzi ta’ riforma strutturali mmirati biex itejbu l-ġestjoni makroekonomika globala, isaħħu l-governanza u t-trasparenza ekonomika, u jtejbu l-kundizzjonijiet għal tkabbir sostenibbli.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-awtoritajiet tal-Ukrajna se jkunu mitluba jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi ekonomiċi u dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar inklużi fil-MtQ.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fl-Ukrajna, li tlestiet f’Ġunju 2020. Il-Kummissjoni se tagħmel it-tieni valutazzjoni operazzjonali matul l-implimentazzjoni tal-operazzjoni.

Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali tal-AMF lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendenti ex post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara r-rilaxx tal-aħħar pagament rateali.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit/Rekwiżiti li jrid/jridu jiġi/jiġu ssodisfat/ssodisfati f'terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-iżborż tal-assistenza jkun kundizzjonali fuq it-twettiq tal-prekundizzjonijiet politiċi elenkati f’Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ukrajna. L-assistenza hija ppjanata li tiġi żborżata f’bosta pagamenti rateali. Ir-rilaxx tal-pagamenti rateali jseħħ malajr wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta u d-dħul fis-seħħ tal-MtQ korrispondenti, u jsiru disponibbli minn hemm ’il quddiem.

L-assistenza tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ukreni jaqblu dwar Memorandum ta’ Qbil li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali biex timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Din il-proposta għal assistenza makrofinanzjarja sa EUR 5 biljun lill-Ukrajna hija parti mill-objettiv tal-UE li tipprovdi sa EUR 9 biljun f’appoġġ ta’ likwidità fuq terminu qasir. Din il-proposta ssegwi u temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 dwar l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna fl-ammont ta’ EUR 1 biljun f’self, li ġie żborżat kompletament fil-bidu ta’ Awwissu 2022. Din l-AMF issaħħaħ ukoll l-azzjonijiet mill-Unjoni għal appoġġ dirett umanitarju, ekonomiku u għad-difiża, kif ukoll l-inizjattivi tal-Unjoni biex tikkoordina azzjonijiet multilaterali, bħal “Stand up for Ukraine”. Min-natura tagħha stess, l-AMF hija wkoll katalizzatur għal riformi li jsaħħu r-reżiljenza tal-pajjiż fuq perjodu qasir u li jwasslu wkoll għal stabbiltà mtejba tul perjodu itwal ta’ żmien. Dawn l-eżiti mistennija huma partikolarment rilevanti għall-Ukrajna f’dan il-mument kritiku.

L-għoti ta’ aktar appoġġ lill-Ukrajna fil-forma ta’ self, f’dan l-istadju, jista’ jgħin lill-awtoritajiet tal-Ukrajna jegħlbu l-isfidi immedjati u l-iktar urġenti ta’ finanzjament li jirriżultaw mit-twettiq tal-gwerra. Barra minn hekk, billi tappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet biex iżommu ambjent makrofinanzjarju stabbli, l-AMF proposta ssaħħaħ il-valur miżjud tal-involviment kumplessiv tal-UE fl-Ukrajna u ttejjeb l-effettività ta’ forom oħrajn ta’ assistenza finanzjarja tal-UE lill-pajjiż, inklużi l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju u l-għotjiet disponibbli permezz ta’ strumenti finanzjarji esterni fil-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti għall-2021-2027.

Il-finanzjament tal-proġetti jew l-assistenza teknika la jkunu xierqa u lanqas suffiċjenti biex jindirizzaw l-objettivi makrofinanzjarji usa’ ta’ din l-AMF eċċezzjonali. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF meta mqabbel ma’ strumenti oħra tal-UE huwa li jtaffi malajr ir-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u jgħin fl-iżgurar ta’ qafas makrofinanzjarju stabbli kontinwu, inkluż bil-promozzjoni ta’ bilanċ sostnut u sostenibbli tal-pagamenti u tas-sitwazzjoni baġitarja, f'qafas xieraq għar-rekwiżiti ta’ rapportar. Billi tgħin biex jiġi żgurat qafas ta’ politika ġenerali xieraq, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fl-Ukrajna permezz ta’ strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffokati.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja fis-sħab huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post. Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-pakkett finanzjarju u tal-objettivi ta’ politika tagħha.

Dawn urew li kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna fl-indirizzar tal-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew ffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, u aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u l-fiduċja tal-investituri. Il-pakkett ta’ kundizzjonalità tal-AMF kien allinjat bis-sħiħ mal-programm tal-FMI relatat u ħoloq effett politikament rinforzanti li kkontribwixxa għall-mobilizzazzjoni tal-awtoritajiet tal-Ukrajna madwar riformi essenzjali, speċjalment f’oqsma mhux koperti minn programmi internazzjonali oħra ta’ donaturi.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Fil-prinċipju, il-proviżjonijiet għall-assistenza makrofinanzjarja fil-QFP 2021-2027 huma mibnija bir-rata ta’ 9 % għall-Fond ta’ Proviżjonament Komuni stabbilit skont l-Artikolu 212 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u fid-dawl tal-esponiment għar-riskju stmat bħalissa, huwa meħtieġ li tidħol fis-seħħ kopertura ta’ 70 % tal-iskoperturi addizzjonali relatati mas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Il-baġit tal-UE se jipprovdi protezzjoni għall-ewwel telf għal 9 % tal-pakkett kollu ta’ EUR 6 biljun f’self. Dan ikun msaħħaħ mill-garanziji tal-Istati Membri għal 61 % ulterjuri tal-valur tas- self.   

Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tal-Ukrajna u biex tappoġġaha fit-triq lejn l-istabbiltà fit-tul tagħha, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li tkopri eċċezzjonalment l-ispejjeż tar-rata tal-imgħax u taħfer lill-Ukrajna l-ispejjeż amministrattivi. Is-sussidju fuq ir-rata tal-imgħax jenħtieġ li jitħallas mill-pakkett imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (UE) 2021/947 matul il-perjodu 2021-2027 tal-QFP.

Minbarra l-għoti ta’ appoġġ dirett, f’Lulju 2022 il-Kummissjoni Ewropea qablet dwar l-għoti ta’ skop ġdid għal EUR 1,59 biljun f’self tal-Mandat ta’ Self Estern (External Lending Mandate, ELM) tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) lill-Ukrajna appoġġat minn garanziji mill-baġit tal-UE. Ammont ta’ EUR 1,05 biljun għandu jitħallas mill-BEI matul it-tielet kwart tal-2022. EUR 536 miljun oħra f’self huma ppjanati li jiġu żborżati mill-BEI fl-2022-23 sabiex jgħinu fil-finanzjament tat-tkomplija ta’ proġetti ta’ investiment magħżula. Madankollu, billi dan huwa self lis-sovran Ukren (jew iggarantit minnu), dawn jinkorporaw l-istess livell ta’ riskju bħas-self eċċezzjonali tal-AMF. Skont il-Ftehimiet ta’ Garanzija tal-ELM, il-BEI għandu d-dritt li jitlob il-baġit tal-UE sal-ammont sħiħ ta’ telf li jġarrab fuq dan is-self. Għalhekk jenħtieġ, li jiġi ċċarat li l-istess approċċ prekawzjonarju jenħtieġ li japplika għal dawn l-iskoperturi u li d-dispożizzjonijiet addizzjonali rilevanti jenħtieġ li jitqiegħdu f’kompartiment komuni speċifiku tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni (Common Provisioning Fund, CPF) iddedikat għall-Ukrajna. Din il-proposta għalhekk, tipprevedi l-estensjoni tar-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għal dawn l-EUR 1,59 biljun ta’ skopertura addizzjonali li tirriżulta minn self bi skop ġdid tal-BEI.

Sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

L-UE hija fost id-donaturi ewlenin tal-Ukrajna, li tappoġġa riformi istituzzjonali, strutturali u ekonomiċi kif ukoll is-soċjetà ċivili. L-għoti ta’ aktar appoġġ lill-Ukrajna fil-forma ta’ self, f’dan l-istadju, jista’ jgħin lill-awtoritajiet tal-Ukrajna jegħlbu sfidi sinifikanti ta’ finanzjament li jirriżultaw mit-twettiq tal-gwerra. Barra minn hekk, billi tappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet biex iżommu ambjent makrofinanzjarju stabbli, l-AMF proposta ssaħħaħ il-valur miżjud tal-involviment kumplessiv tal-UE fl-Ukrajna u ttejjeb l-effettività ta’ forom oħrajn ta’ assistenza finanzjarja tal-UE lill-pajjiż, inklużi l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju u l-għotjiet disponibbli permezz ta’ strumenti finanzjarji esterni fil-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti għall-2021-2027. L-AMF proposta hija wkoll parti minn inizjattiva usa’ ta’ għajnuna u rikostruzzjoni tal-UE għall-Ukrajna u hija parti integrali mill-appoġġ internazzjonali ġenerali għall-Ukrajna 28 .

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Bl-użu ta’ self, din l-operazzjoni tal-AMF żżid l-effikaċja tal-baġit tal-UE permezz tal-effett ta’ ingranaġġ u tipprovdi l-aktar għażla kosteffiċjenti.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef fondi mis-swieq kapitali f’isem kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Euratom bl-użu tal-garanzija tal-baġit tal-UE. L-għan huwa li jinkisbu fondi mis-suq bl-aħjar rati disponibbli minħabba l-istatus ta’ kreditu tal-ogħla livell (klassifikat AAA minn Fitch, Moody’s u DBRS, AA minn S&P, kollha bi prospettiva stabbli) tal-UE/Euratom u mbagħad issellifhom lil mutwatarji eliġibbli fil-kuntest ta’ self permezz tal-EFSM, BtP, AMF u lill-proġetti tal-Euratom. It-teħid u għoti b’self jitwettqu b’operazzjoni spalla ma’ spalla u b’hekk jiġi żgurat li l-baġit tal-UE ma jieħu l-ebda riskju marbut mar-rata tal-imgħax jew tal-kambju. Il-mira li jinkisbu fondi bl-aħjar rati disponibbli għal attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self inkisbet minħabba li dawk ir-rati huma konformi ma’ istituzzjonijiet pari (BEI, EFSM, u MES).

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY

   Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2022 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn YYYY sa YYYY,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod/Modi ta’ ġestjoni ppjanat/ppjanati

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati minn liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati minn liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblikaprivata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati b'din id-Deċiżjoni jiġu implimentati b'ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali.

Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni jsir fuq il-bażi tal-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet Ukreni f’Memorandum ta’ Qbil.

2.2.Sistema/Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod/modi ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati b'din id-Deċiżjoni jiġu implimentati b'ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali.

L-iżborżi tal-AMF huma dipendenti fuq rieżamijiet b’suċċess, u marbuta mat-twettiq tal-prekundizzjonijiet politiċi marbuta mal-operazzjoni. Ir-rispett ta’ dawn il-kundizzjonijiet huwa mmonitorjat mill-qrib mill-Kummissjoni.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/sistemi ta’ kontroll intern stabbilita/stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Riskji identifikati

Hemm riskji politiċi, fiduċjarji u ta’ politika marbutin mal-operazzjoni proposta tal-AMF.

Riskju ewlieni għall-operazzjoni jirriżulta mill-kontinwazzjoni tal-gwerra kkawżata mill-invażjoni Russa mhux ġustifikata u mhux ipprovokata tal-Ukrajna, li jista’ jkollha impatt negattiv ulterjuri fuq l-istabbiltà makroekonomika tal-Ukrajna, li jaffettwa l-iżborż u/jew il-ħlas lura tal-AMF proposta.

Hemm ir-riskju li l-AMF tista’ tintuża b’mod qarrieqi. Billi l-AMF ma hijiex imfassla għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna u fil-Ministeru tal-Finanzi, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni.

It-tielet riskju ġej mill-possibbiltà li l-Ukrajna tonqos milli tħallas l-obbligazzjonijiet finanzjarji lejn l-UE li jirriżultaw mis-self tal-AMF propost (riskju ta’ inadempjenza jew kreditu) li jista’ jkun ikkawżat, pereżempju, minn deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u mal-pożizzjoni fiskali tas-sieħeb.

Sistemi ta’ kontroll intern

L-assistenza makrofinanzjarja se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.

Matul l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tivverifika perjodikament id-dikjarazzjonijiet tas-sieħeb. Il-pagament huwa soġġett għal (1) monitoraġġ mill-persunal tad-DĠ ECFIN u (2) il-proċedura ta’ kontroll normali prevista miċ-ċirkwit finanzjarju (mudell 2) użata fid-DĠ ECFIN. L-iżborż relatat ma’ operazzjonijiet tal-AMF jista’ jkun soġġett għal verifiki ex post addizzjonali u indipendenti (dokumentarji u/jew fil-post) minn uffiċjali tat-tim ta’ kontroll ex post tad-DĠ. Dawn il-verifiki jistgħu jinbdew ukoll fuq talba tal-AOSD responsabbli. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti, korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni) u rkupri jistgħu jitwettqu fejn meħtieġ (dan għadu ma seħħ qatt sa issa), u huma previsti b’mod espliċitu fil-ftehimiet ta’ finanzjament mas-sħab.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ żguraw rata ta’ errur effettiva ta’ 0 % għall-pagamenti tal-AMF sa issa. Ma hemm l-ebda każ magħruf ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali. L-operazzjonijiet tal-AMF għandhom loġika ċara ta’ intervent, waħda li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tagħhom. Il-kontrolli jippermettu l-konferma tal-assigurazzjoni u tal-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Sabiex jimmitigaw ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri:

L-ewwel nett, il-Ftehim ta’ Self se jinkludi għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni. Huwa previst ukoll li għadd ta’ rekwiżiti ta’ rapportar se jkunu marbuta mal-assistenza, bil-ħsieb li jissaħħu t-trasparenza u l-akkontabilità dwar l-użu tal-fondi. Ukoll, l-assistenza titħallas f’kont speċifiku fil-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni jagħmlu Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Ukrajna biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-assistenza tal-programm, inkluża l-AMF, jipprovdu garanziji adegwati. Il-valutazzjoni preċedenti saret f’Ġunju tal-2020 u tkopri oqsma bħalma huma t-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-kontroll finanzjarju pubbliku intern, l-awditjar intern u estern, l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-flus u d-dejn pubbliċi, kif ukoll l-indipendenza tal-bank ċentrali. Il-Kummissjoni tagħmel it-tieni Valutazzjoni Operazzjonali matul l-implimentazzjoni tal-operazzjoni eċċezzjonali proposta tal-AMF.

Fl-aħħar, l-assistenza tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja/linji baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff 29 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 30

mill-pajjiżi kandidati 31

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

6

14 02 01 11 “Viċinat tal-Lvant”

Diff.

LE

LE

LE

LE

6

14 02 01 70 “NDICI – Ewropa Globali – Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni”

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba - Mhux applikabbli

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

6

Intestatura 6 - “Il-Viċinat u d-Dinja” 

DĠ: Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

Sena

2021

Sena

2022

Sena

2023

Sena

2024

Sena

2025

Sena

2026

Sena

2027

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali AMF I 32

Linja baġitarja 33  

14 02 01 11 “Viċinat tal-Lvant”  34

Impenji

(a)

20,0

20,0

20,0

20,0

20,0

100,0

Pagamenti

(b)

20,0

20,0

20,0

20,0

20,0

100,0

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali (AMF II)

Linja baġitarja

14 02 01 11 “Viċinat tal-Lvant”  35

Impenji

(a)

150,0

150,0

150,0

150,0

150,0

750,0

Pagamenti

(b)

150,0

150,0

150,0

150,0

150,0

750,0

□ Proviżjonament ta’ EUR 1,586 biljun ta’ żborżi ta’ self tal-BEI taħt il-Mandat ta’ Self Estiż

Linja baġitarja

14 02 01 70 . 05 “NDICI – Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni” (proviżjonament ta’ 9 %)

Impenji

(a)

47,58

47,58

47,58

142,74

Pagamenti

(b)

47,58

47,58

47,58

142,74

Linja baġitarja

14 02 01 70 . 05 “NDICI – Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni” 36 (proviżjonament ta’ 61 %)

Impenji

(a)

322,48

322,48

322,48

967,46

Pagamenti

(b)

322,48

322,48

322,48

967,46

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ NEAR

Impenji

Total (a)

170,0

170,0

540,06

540,06

540,06

1 960.2

Pagamenti

Total (b)

170,0

170,0

540,06

540,06

540,06

1 960.2

DĠ: ECFIN

Sena

2021

Sena

2022

Sena

2023

Sena

2024

Sena

2025

Sena

2026

Sena

2027

TOTAL

□ AMF I8

Linja baġitarja

14 02 01 70 . 06 “NDICI – Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni”  37

Impenji

(c)

27,3

62,7

90,0

Pagamenti

(d)

81,2

8,8

 

 

90,0

□ AMF II

Linja baġitarja

14 02 01 70 . 06 “NDICI - Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni”  38

Impenji

(c)

62,4

162,6

32,5

143,4

49,1

450,0

Pagamenti

(d)

91,2

300,0

58,8

450,0

□ Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 39  

Linja baġitarja

14 20 03 . 01 Għotjiet tal-AMF

Impenji

(c)

0,15

0,15

0,3

Pagamenti

(d)

0,15

0,15

0,3

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ ECFIN

Impenji

Total (c)

27,3

125,2

162,6

32,5

143,55

49,1

540,3

Pagamenti

Total (d)

0,15

81,2

100,15

300,0

58,8

540,3

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 6 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

= a+c

27,3

125,2

332,6

202,5

683,6

589,19

540,06

2 500,5

Pagamenti

= b+d

0,15

170,0

251,2

640,22

840,06

598,87

2 500,5



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl-Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena

2022

Sena

2023

Sena

2024

Sena

2025

Sena

2026

Sena

2027

TOTAL

DĠ: ECFIN

□ Riżorsi umani

0,848

0,424

0,424

0,072

0,072

0,072

1,912

□ Nefqa amministrattiva oħra

-

0,06

-

-

-

-

0,06

TOTAL DĠ ECFIN

Approprjazzjonijiet

0,848

0,484

0,424

0,072

0,072

0,072

1,972

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

skont l-INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,848

0,484

0,424

0,072

0,072

0,072

1,972

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena

2021

Sena

2022

Sena

2023

Sena

2024

Sena

2025

Sena

2026

Sena

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI minn 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

27,3

126,098

333,084

202,924

683,672

589,262

540,132

2502,472

Pagamenti

0,998

170,484

251,624

640,292

840,132

598,942

2502,472

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 40

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 41

- Output

Żborżi tal-għotja

170,0

170,0

170,0

170,0

170,0

850

- Output

Proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna

27,3

125,2

162,6

32,5

513,46

419,16

370,06

1 650,2

- Output

Valutazzjoni operazzjonali

1

0,15

1

0,15

- Output

Evalwazzjoni ex post

1

0,15

1

0,15

TOTAL

27,3

1

125,2

332,6

1

202,65

683,46

589,16

540,06

2 500,5

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

X Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL

INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,848

0,424

0,424

0,072

0,072

0,072

1,912

Nefqa amministrattiva oħra

-

0,06

-

-

-

-

0,06

Subtotal tal-INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,848

0,484

0,424

0,072

0,072

0,072

1,972

Barra mill-INTESTATURA 7 42  

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,848

0,484

0,424

0,072

0,072

0,072

1,972

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

5,4

2,7

2,7

0,45

0,45

0,45

12,15

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

□ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 43

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   44

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

5,4

2,7

2,7

0,45

0,45

0,45

12,15

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Direttur Dir. D: Iwettaq superviżjoni u jimmaniġġja l-operazzjoni, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil (MtQ), jinnegozja l-MtQ mal-awtoritajiet tal-Ukrajna, janalizza r-rapporti, imexxi missjonijiet u jivvaluta l-progress fil-konformità mal-kundizzjonalità.

Kap tal-Unità/DKap tal-Unità Dir. D: Jassisti lid-Direttur fil-ġestjoni tal-operazzjoni, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni ta’ MtQ, jinnegozja l-MtQ u l-Ftehim għall-Faċilità ta’ Self (flimkien mad-DĠ BAĠIT) mal-awtoritajiet tal-Ukrajna, janalizza r-rapporti u jivvaluta l-progress fil-konformità mal-kundizzjonalità.

Ekonomisti, is-settur AMF (Dir. D): Iħejju d-Deċiżjoni u l-MtQ, jikkoordinaw mal-awtoritajiet u mal-IFIs, iwettqu missjonijiet ta’ analiżi, jippreparaw rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-ġestjoni tal-assistenza, jikkoordinaw ma’ esperti esterni għall-valutazzjoni operazzjonali u l-evalwazzjoni ex post.

DĠ BAĠIT (Unitajiet E1, E3 taħt is-superviżjoni tad-Direttur): Jipprepara l-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (LFA), jinnegozjah mal-awtoritajiet tal-Ukrajna u jieħu ħsieb li jiġi approvat mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni u ffirmat miż-żewġ partijiet. Isegwi d-dħul fis-seħħ tal-LFA. Iħejji d-deċiżjoni/deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tranżazzjoni/tranżazzjonijiet ta’ self, isegwi l-preżentazzjoni tat-Talba/Talbiet għal Fondi, jagħżel il-banek, iħejji u jeżegwixxi t-tranżazzjoni/tranżizzjonijiet ta’ finanzjament u jiżborża l-fondi lill-Ukrajna. Iwettaq attivitajiet ta’ back-office biex isegwi r-rimborż tas-self. Iħejji r-rapporti korrispondenti dwar dawn l-attivitajiet.

Persunal estern

-

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn terzi persuni.

Il-proposta tinkludi kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri fil-forma ta’ garanziji li ġew identifikati bħala għodda xierqa biex tiġi pprovduta l-protezzjoni lil hinn mill-proviżjonament tal-baġit tal-UE ta’ 9 %. Il-kontribuzzjonijiet f'dawn il-garanziji jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ammont ta’ obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-ammonti ta’ talbiet għal ħlas ta’ garanzija jintużaw biex jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tal-Unjoni mit-teħid tas-self u biex jimlew mill-ġdid il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju

(1)    L-Ukrajna applikat uffiċjalment għas-sħubija fl-UE fit-28 ta’ Frar 2022, erbat ijiem wara l-invażjoni Russa, u ngħatat status ta’ pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta’ Ġunju 2022.
(2)    Kif ikkonfermat mill-FMI lill-Kummissjoni Ewropea f’ittra ta’ valutazzjoni li waslet fit-3 ta’ Ġunju 2022.
(3)    L-ewwel nett, l-NBU ppermettiet lill-banek ibigħu munita barranija mingħajr flus kontanti bil-għan li jiddepożitaw l-ammont għal mill-inqas tliet xhur mingħajr id-dritt ta’ terminazzjoni bikrija. It-tieni, ġew imposti limiti aktar stretti għall-ġbid ta’ flus permezz ta’ kard ta’ munita barranija kif ukoll għal trasferimenti u pagamenti barra mill-pajjiż. It-tielet, l-algoritmu għall-kalkolu tal-pożizzjonijiet miftuħa tal-FX tal-banek ġie adattat u se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2022.
(4)    Il-Grupp ta’ Kredituri tal-Ukrajna jinkludi l-Kanada, Franza, il-Ġermanja, il-Ġappun, ir-Renju Unit, u l-Istati Uniti tal-Amerka. Osservaturi għall-Grupp jinkludu l-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Brażil, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda, Iżrael, l-Italja, il-Korea, in-Netherlands, in-Norveġja, Spanja, l-Iżvezja, u l-Iżvizzera.
(5)    Il-pagament uniku tal-AMF eċċezzjonali sa EUR 1 biljun ġie ffinalizzat f’żewġ porzjonijiet fuq jumejn konsekuttivi sabiex tiġi ottimizzata r-rata medja tal-imgħax fuq il-fondi mislufa.
(6)    Il-Ministeru tal-Finanzi tal-Ukrajna, f’kollaborazzjoni mal-FMI, jistenna li l-appoġġ baġitarju fir-raba’ trimestru ġie żgurat biżżejjed minn impenji sodi ta’ donaturi se jkun kemxejn ogħla minn 2 biljun dollaru.
(7)    Is-sit web https://eu-solidarity-ukraine.ec.europa.eu/eu-assistance-ukraine_en jagħti ħarsa ġenerali lejn l-isforzi intensifikati mill-UE.
(8)    Filwaqt li t-twettiq tal-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta mal-AMF ta’ emerġenza ġie mfixkel miċ-ċirkostanzi tal-gwerra, sadanittant l-awtoritajiet Ukreni xorta għamlu progress fl-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta mal-AMF ta’ emerġenza, bħall-ħatra reċenti ta’ kap ġdid tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni (Specialised Anti-corruption Prosecutor’s Office, SAPO) fit-28 ta’ Lulju.
(9)     Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201
(10)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19.
(11)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ĠU L 186, 13.7.2022, p. 1).
(12)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ĠU L 186, 13.7.2022, p. 1).
(13)    Kif ikkonfermat mill-FMI lill-Kummissjoni Ewropea f’ittra ta’ valutazzjoni li waslet f’Ġunju 2022.
(14)    Il-garanzija għall-azzjoni esterna tkopri l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti minn garanziji baġitarji f’konformità, l-assistenza makrofinanzjarja u s-self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (Euratom) 2021/948. L-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-NDICI-GE jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ operazzjonijiet taħt il-garanzija għal azzjoni esterna għal EUR 53 448 800 000 u l-ammont massimu ta’ proviżjonament għal EUR 10 000 000.
(15)    Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2022.
(16)    Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra ( ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3 ).
(17)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Marzu 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukraina ( ĠU L 55, 28.2.2022, p. 4 ).
(18)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ĠU L 186, 13.7.2022, p. 1).
(19)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(20)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/Union tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433, I, 22.12.2020, p. 11).
(22)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).
(23)    Id-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 1).
(24)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009, ir-Regulation 2021/947 (ĠU L 209, 14.06.2021, p. 1).
(25)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(26)    ABM (activity-based management): immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB (activity-based budgeting): ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(27)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(28)    Kif ippreżentat fil-Komunikazzjoni tat-18 ta’ Mejju mill-Kummissjoni, https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/ukraine-relief-reconstruction_en.pdf .
(29)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(30)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(31)    Il-pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(32)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201
(33)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(34)    Għandha tissaħħaħ mill-riżerva tal-Isfidi u l-prijoritajiet emerġenti tal-NDICI, linja baġitarja 14 02 04.
(35)    Għandha tissaħħaħ mill-riżerva tal-Isfidi u l-prijoritajiet emerġenti tal-NDICI, linja baġitarja 14 02 04.
(36)    Għandha tissaħħaħ mill-riżerva tal-Isfidi u l-prijoritajiet emerġenti tal-NDICI, linja baġitarja 14 02 04.
(37)    L-ammont tal-proviżjonament għas-self tal-AMF (9 %) li se jiġi impenjat u mħallas fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni fil-perjodu 2021-2027, soġġett għall-adozzjoni tal-baġits annwali.
(38)    L-ammont tal-proviżjonament għas-self tal-AMF (9 %) li se jiġi impenjat u mħallas fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni fil-perjodu 2021-2027, soġġett għall-adozzjoni tal-baġits annwali.
(39)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(40)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(41)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(42)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(43)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(44)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
Top