EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10958
Prior notification of a concentration (Case M.10958 – CARLYLE / GARNICA) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 435/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10958 – CARLYLE / GARNICA) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 435/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10958 – CARLYLE / GARNICA) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 435/08
PUB/2022/1440
OJ C 435, 16.11.2022, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 435/25 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10958 – CARLYLE / GARNICA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 435/08)
1.
Fis-7 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
The Carlyle Group Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Grupo Garnica Plywood, S.A.U. (“Garnica”, Spanja). |
Carlyle takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Garnica kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Carlyle hija maniġer tal-assi alternattivi globali, li tiġġestixxi fondi li jinvestu globalment fi tliet dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Globali, (ii) Kreditu Globali, u (iii) Soluzzjonijiet ta’ Investiment. |
— |
Garnica tiżviluppa, tipproduċi u tforni l-aktar soluzzjonijiet tal-plywood fiż-ŻEE li jintużaw f’varjetà ta’ applikazzjonijiet, inklużi l-kostruzzjoni, l-imballaġġ u l-manifattura tal-vetturi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10958 – CARLYLE / GARNICA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).