EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10665

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10665 – WAVERLY / TPG / ASIA HEALTHCARE HOLDINGS) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 114/06

PUB/2022/196

OJ C 114, 10.3.2022, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10665 – WAVERLY / TPG / ASIA HEALTHCARE HOLDINGS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 114/06)

1.   

Fit-2 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Waverly Pte. Ltd (“Waverly”, Singapore), li tappartjeni għall-GIC Group,

TPG Growth III SF PTE Ltd (“TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Asia Healthcare Holdings Private Limited (“AHH”, Singapor), ikkontrollata minn TPG.

Waverly u TPG se jakkwistaw kontroll bi sħab ta’ AHH kollha kemm hi fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Waverly: veikolu ta’ investiment nominat tal-Grupp GIC, b’investimenti f’varjetà ta’ setturi globalment. GIC Group tiġġestixxi portafoll globali diversifikat ta’ investimenti fl-ekwità privata, kapital ta’ riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll f’investimenti diretti f’kumpaniji privati,

TPG: ditta tal-investiment li tiġġestixxi familja ta’ fondi li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwiżizzjonijiet u ristrutturar korporattiv,

AHH: it-tħaddim ta’ pjattaforma ta’ investiment iffukata fuq kura tas-saħħa bi speċjalità waħda fl-Indja. L-attivitajiet tal-AHH jinkludu żewġ negozji ewlenin: (i) Maternità, katina ta’ sptar ta’ speċjalità li toffri servizzi ta’ kura tas-saħħa primjum tal-maternità, tat-tfal u tal-fertilità madwar l-Indja; u (ii) Nova IVF, fornitur dedikat ta’ IVF u soluzzjonijiet ta’ fertilità fl-Indja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10665 – WAVERLY / TPG / ASIA HEALTHCARE HOLDINGS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permez tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top