EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0027

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Frar 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn (Thunnus thynnus) u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 640/2010 (COM(2020)0670 – C9-0336/2020 – 2020/0302(COD))

OJ C 342, 6.9.2022, p. 320–323 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 342, 6.9.2022, p. 282–285 (GA)

6.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/320


P9_TA(2022)0027

Programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Frar 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn (Thunnus thynnus) u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 640/2010 (COM(2020)0670 – C9-0336/2020 – 2020/0302(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 342/31)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT qed jiġu emendati ta' spiss mill-PKK tal-ICCAT u x'aktarx li se jiġu emendati ulterjorment fil-futur. Għalhekk, sabiex l-emendi futuri għar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jiġu inkorporati malajr fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aspetti li ġejjin: mandatory use of eBCD and BCD, rules of Grouped BCD , validations of the BCD and eBCD , derogation deadline for tagging information in relation to minimum size under the Regulation ( EU ) 20../.. (1); ir-reġistrazzjoni u l-validazzjoni tal-qabdiet u tal-kummerċ sussegwenti fis-sistema eBCD, l-informazzjoni dwar il-validazzjoni u l-punti ta' kuntatt, l-informazzjoni dwar id-dokumenti tal-BCD jew l-eBCD stampat, id-dati tar-rapportar ipprovduti, kif ukoll ir-referenzi għall-Annessi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

(6)

Ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT qed jiġu emendati ta' spiss mill-PKK tal-ICCAT u x'aktarx li se jiġu emendati ulterjorment fil-futur. Għalhekk, sabiex l-emendi futuri għar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jiġu inkorporati malajr fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament rigward l-użu obbligatorju tal-eBCD u l-BCD , ir-regoli tal-BCD Raggruppat , il-validazzjonijiet tal-BCD u l-eBCD, l-iskadenza tad-deroga għat-tikkettar tal-informazzjoni b'rabta mad-daqs minimu skont ir-Regolament ( UE ) 20../.. (1) ; ir-reġistrazzjoni u l-validazzjoni tal-qabdiet u tal-kummerċ sussegwenti fis-sistema eBCD, l-informazzjoni dwar il-validazzjoni u l-punti ta' kuntatt, l-informazzjoni dwar id-dokumenti tal-BCD jew l-eBCD stampat, id-dati tar-rapportar ipprovduti, kif ukoll l-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-annessi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, u b'emendi sussegwenti għal dawk l-annessi .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

“BCD” tfisser dokument dwar il-qbid tat-tonn kif previst fil-format mogħti fl-Anness 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT [18-13] ;

1.

“BCD” tfisser dokument dwar il-qbid tat-tonn kif previst fil-format imsemmi fil-punt 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament ;

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   BCD ivvalidat għandu jinkludi, kif ikun xieraq, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT [18-13] . L-istruzzjonijiet dwar il-ħruġ, in-numerazzjoni, il-mili, u l-validazzjoni tad-dokument tal-qbid huma stabbiliti fl-Anness  3 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT [18-13] .

6.   BCD ivvalidat għandu jinkludi, kif ikun xieraq, l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament . L-istruzzjonijiet dwar il-ħruġ, in-numerazzjoni, il-mili, u l-validazzjoni tad-dokument tal-qbid huma msemmija fil-punt  3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-BFTRC ivvalidat għandu jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi  4 u 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT [18-13] .

3.   Il-BFTRC ivvalidat għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punti  4 u 5 tal-Anness ta' dan ir-Regolament .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

bħala riżerva fil-każ limitat li jinqalgħu diffikultajiet tekniċi fis-sistema li jipprekludu Stat Membru milli juża s-sistema tal-eBCD, skont il-proċeduri kif stabbiliti fl-Anness 3 tar-Rakkomandazzjoni ICCAT [18-12] . Id-dewmien min-naħa tal-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa, bħall-forniment tad-data meħtieġa biex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni tal-utenti fis-sistema tal-eBCD jew sitwazzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu evitati, ma jikkostitwixxux diffikultà teknika aċċettabbli;

(c)

bħala riżerva fil-każ limitat li jinqalgħu diffikultajiet tekniċi fis-sistema li jipprekludu Stat Membru milli juża s-sistema tal-eBCD, skont il-proċeduri msemmija fil-punt 6 tal-Anness ta' dan ir-Regolament . Id-dewmien min-naħa tal-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa, bħall-forniment tad-data meħtieġa biex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni tal-utenti fis-sistema tal-eBCD jew sitwazzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu evitati, ma jikkostitwixxux diffikultà teknika aċċettabbli;

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sal-15 ta' Awwissu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport li jinkludi l-informazzjoni deskritta fl-Anness 6 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT [18-13] , li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti.

1.   Sal-15 ta' Awwissu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport li jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt 7 tal-Anness ta' dan ir-Regolament , li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-rapporti ġġenerati mis-sistema tal-eBCD għandhom jintużaw biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar annwali. Fir-rapport annwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-elementi deskritti fl-Anness 6 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT [18-13] li ma jistgħux jiġu prodotti mis-sistema tal-eBCD.

2.   Ir-rapporti ġġenerati mis-sistema tal-eBCD għandhom jintużaw biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar annwali. Fir-rapport annwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-elementi msemmija fil-punt 7 tal-Anness ta' dan ir-Regolament li ma jistgħux jiġu prodotti mis-sistema tal-eBCD.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.     Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], att delegat f'konformità mal-Artikolu 15 li jissupplementa dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet tal-Annessi tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 biex temenda sussegwentement dak l-att delegat.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

referenzi għall-Annessi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT kif previst fl-Artikolu 2(1), l-Artikolu 4(6); l-Artikolu 8(3); l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 13(1) u (2).

imħassar

Emenda 10

Proposta għal regolament

Anness (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness

 

(1)

Il-format tal-BCD stabbilit fl-Anness 2 tar-Rakkomandazzjoni 18-13 tal-ICCAT, kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 2;

 

(2)

l-informazzjoni stabbilita fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni 18-13 tal-ICCAT, kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(6);

 

(3)

l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness 3 tar-Rakkomandazzjoni 18-13 tal-ICCAT, kif imsemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(6);

 

(4)

l-informazzjoni stabbilita fl-Anness 4 tar-Rakkomandazzjoni 18-13 tal-ICCAT, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3);

 

(5)

l-informazzjoni stabbilita fl-Anness 5 tar-Rakkomandazzjoni 18-13 tal-ICCAT, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3);

 

(6)

Il-proċeduri stabbiliti fl-Anness 3 tar-Rakkomandazzjoni 18-12 tal-ICCAT, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), punt c);

 

(7)

l-informazzjoni stabbilita fl-Anness 6 tar-Rakkomandazzjoni 18-13 tal-ICCAT, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) u (2).

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0172/2021).

(1)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …..20.. li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627.

(1)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …..20.. li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627.


Top