Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XG0125(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)2021/55, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE)2021/49, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija 2021/C 27/04

ĠU C 27, 25.1.2021, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)2021/55, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE)2021/49, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

(2021/C 27/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/55 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/49 (4).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li analizza l-lista ta’ persuni identifikati, iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK u r-Regolament (UE) 101/2011.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru. 101/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Settembru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kull osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, tal-lista ta’ persuni identifikati.


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 023, 25.1.2021, p. 22.

(3)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 023, 25.1.2021, p. 5.


Top