EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC1203(05)

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2021/C 486/10

PUB/2021/814

ĠU C 486, 3.12.2021, p. 39–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 486/39


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 486/10)

Din il-komunikazzjoni ġiet ippubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

Côtes de Duras

PDO-FR-A0165-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 1 ta’ Ottubru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali

Il-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata ġew aġġornati skont il-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali.

Il-konfini taż-żona ma nbidlux.

Fid-Dokument Uniku, ġew emendati l-punti 6 u 9.

2.   Inbejjed rożè

Żdiedu l-varjetajiet tal-għeneb Sémillon B, Sauvignon B, Sauvignon Gris G u Muscadelle B mal-lista ta’ varjetajiet sekondarji li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè.

Il-proporzjon ta’ varjetajiet ta’ għeneb sekondarji ma għandux jaqbeż l-20 % tad-dwieli tal-azjenda.

Flimkien, il-varjetajiet sekondarji ma għandhomx jammontaw għal aktar minn 20 % tal-varjetajiet użati fit-taħlita; il-proporzjon magħqud tal-varjetajiet Sauvignon B u Sauvignon Gris G ma għandux jaqbeż l-10 %, u l-proporzjon tal-varjetà Muscadelle B ma għandux jaqbeż l-10 %.

Iż-żieda ta’ varjetajiet ta’ għeneb abjad mal-inbejjed rożè tiżgura l-freskezza u l-profil organolettiku tal-inbejjed, li jistgħu jkunu mhedda minn ċerti flutwazzjonijiet fil-klima (b’mod partikolari, b’temperaturi għoljin wara l-bidu tas-sajran).

Dan ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott.

Din l-emenda ma teħtieġ l-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

3.   Medja tat-tagħbija massima tal-uċuħ tar-raba’ għal kull roqgħa

Il-medja tat-tagħbija massima tal-uċuħ tar-raba’ għal kull roqgħa għall-inbejjed bojod xotti ġiet riveduta ’l isfel biex tiġi taqbel ma’ dik tal-inbejjed ħomor u rożè sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki.

Din l-emenda ma teħtieġ l-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

4.   Faħam għall-użu enoloġiku

L-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku qabel ma kienx permess, iżda issa huwa permess użu limitat u rregolat: “L-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku huwa permess għall-most fil-produzzjoni tal-inbejjed rożè, fi proporzjon li ma jaqbiżx l-20 % tal-volum tal-inbid rożè prodott mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni.” L-għan huwa li jiġi żgurat li kwalunkwe użu bħal dan ikun immirat lejn lottijiet ta’ kwalità organolettika jew analitika aktar baxxa (b’mod partikolari lottijiet li l-aroma tagħhom tkun inbidlet bħala riżultat tal-ossidazzjoni), iżda ma jibdilx il-karatteristiċi tipiċi tal-prodott.

Il-punt 5.1 tad-Dokument Uniku ġie emendat skont dan.

5.   Referenza għall-korp ta’ spezzjoni

Ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi speċifikazzjonijiet oħra tal-prodott. Hija emenda purament formali.

Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Côtes de Duras

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed ħomor u rożè

DESKRIZZJONI QASIRA BIL-MIKTUB

L-inbejjed ħomor u rożè huma nbejjed xotti mhux frizzanti. Fl-istadju tal-ippakkjar, l-inbejjed ħomor għandhom kontenut ta’ aċidu maliku li ma jaqbiżx iż-0,4 grammi għal kull litru. L-inbejjed ħomor u rożè għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mhux aktar minn 3 grammi għal kull litru.

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed ħomor u rożè skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 13 %. L-aċidità volatili totali u l-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit tagħhom huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-inbejjed ħomor u rożè għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %. L-inbejjed ħomor huma ġeneralment ikkaratterizzati mis-suppletezza u t-togħma mimlija tal-varjetà Merlot N u mill-varjetà sekondarja Cot N, flimkien mal-qawwa tannika tal-varjetajiet Cabernet Franc N u Cabernet Sauvignon N. Sabiex tiġi limitata l-aċidità naturali tagħhom, il-fermentazzjoni malolattika trid issir qabel l-ippakkjar.

L-inbejjed rożè, ġeneralment magħmula minn taħlitiet, huma xotti u għandhom togħma ta’ frott pjaċevoli u freskezza attraenti. L-użu ta’ ċerti materjali huwa pprojbit sabiex jiġi ppreżervat l-għeneb qabel ma jsir l-inbid jew biex tiġi evitata l-estrazzjoni ta’ tannini astrinġenti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI ĠENERALI

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbejjed bojod

DESKRIZZJONI QASIRA BIL-MIKTUB

L-inbejjed bojod mhux frizzanti jistgħu jkunu xotti, ħelwin mezzan jew ħelwin.

L-inbejjed bojod xotti għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mhux aktar minn 3 grammi għal kull litru. L-inbejjed bojod l-oħra għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ aktar minn 12-il gramma għal kull litru u qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ mhux inqas minn 10,5 %. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum għall-inbejjed bojod xotti ma għandhiex taqbeż it-13 %, filwaqt li għall-inbejjed bojod l-oħra ma għandhiex taqbeż l-14 %.

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 10,5 % għall-inbejjed bojod xotti u 11,5 % għall-inbejjed bojod l-oħra.

L-aċidità volatili totali u l-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit tagħhom huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Għall-inbejjed bojod xotti, il-firxa ta’ varjetajiet u r-regoli dwar it-taħlit jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ żewġ stili ta’ nbid: inbid abjad xott b’ħafna togħma ta’ frott u frisk b’aromi dominanti ta’ buks jew blanzuni tar-ribes iswed, normalment prodotti minn Sauvignon B, u nbid abjad xott aktar kumpless, li fih varjetajiet bħal Muscadelle B u Sémillon B jagħtu togħma ftit mimlija u palat. Għaż-żewġ tipi ta’ nbid, it-terminu “xott” irid jidher fuq it-tikketta.

Il-maġġoranza vasta tal-inbejjed bojod ħelwin huma prodotti minn Semillon B, u b’mod sekondarju minn Muscadelle B. Ġeneralment huma xaħmin u kkonċentrati, għalkemm mhux eċċessivament, b’aromi ta’ frott misjur u kultant ta’ frott fil-konfettura. Il-varjetajiet l-oħra tal-għeneb jipprovdu freskezza fil-ħalq u b’hekk jitqaddmu aħjar.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI ĠENERALI

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

It-tekniki tal-arrikkiment sottrattiv huma permessi għall-inbejjed ħomor sa rata ta’ konċentrazzjoni massima ta’ 10 %. Għal-lott li jsirlu l-proċess, iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum hija ta’ 1 % tal-volum jew inqas. L-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku huwa permess għall-most fil-produzzjoni tal-inbejjed rożè, fi proporzjon li ma jaqbiżx l-20 % tal-volum tal-inbid rożè prodott mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma taqbiżx it-13 % għall-inbejjed ħomor u rożè u għal dawk bojod xotti, u ma taqbiżx l-14 % għall-inbejjed bojod l-oħra. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid segwiti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi tas-Sajd Rurali u Marittimu.

2.   Metodu tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Il-wisa’ bejn il-flanni huwa ta’ 2,50 metri jew inqas. L-erja disponibbli għal kull pjanta hija ta’ mhux aktar minn 2,50 m2. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn il-flanni u l-wisa’ bejn il-pjanti f’kull flann. Din id-densità tat-tħawwil tista’ titnaqqas għal 3 300 pjanta għal kull ettaru għal pjantaġġuni ta’ dwieli li se jintużaw biex jiġi prodott inbid abjad xott. F’dan il-każ, il-wisa’ bejn il-flanni ma għandux jaqbeż it-3 m u l-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann għandu jkun aktar minn 0,85 m.

Id-dwieli jinżabru bit-tekniki li ġejjin:

il-Guyot sempliċi jew doppju;

iż-żbir li jħalli rimjiet qosra (iż-żbir bil-Cordon de Royat jew f’forma ta’ mrewħa);

iż-żbir taz-zkuk twal tad-dwieli (żbir twil).

Wara li jinqatgħu l-blanzuni, kull pjanta għandha massimu ta’ 15-il blanzun għall-varjetajiet Sauvignon B u Sauvignon G u ta’ 13-il blanzun għall-varjetajiet l-oħra.

Għad-dwieli b’densità ta’ inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru, wara li jinqatgħu l-blanzuni, kull pjanta għandha massimu ta’ 18-il blanzun għall-varjetajiet Sauvignon B u Sauvignon G u ta’ 15-il blanzun għall-varjetajiet l-oħra.

It-tisqija mhijiex permessa.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Inbejjed ħomor u rożè

66 ettolitru għal kull ettaru

2.   Inbejjed bojod xotti

72 ettolitru għal kull ettaru

3.   Inbejjed bojod li mhumiex xotti

66 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb jinħasad u l-inbejjed jiġu prodotti u żviluppati fil-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Lot-et-Garonne (abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2020): Auriac-sur-Dropt, Baleyssagues, Duras, Esclottes, Loubès-Bernac, Moustier, Pardaillan, Saint-Astier, Saint-Jean-de-Duras, Saint-Sernin, Sainte-Colombe-de-Duras, La Sauvetat-du-Dropt, Savignac-de-Duras, Soumensac u Villeneuve-de-Duras.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

Cabernet Franc N

 

Cabernet Sauvignon N

 

Chenin B

 

Colombard B

 

Mauzac B

 

Merlot N

 

Muscadelle B

 

Ondenc B

 

Sémillon B

 

Ugni Blanc B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Bil-wied ta’ Dropt imiss magħha fin-Nofsinhar, iż-żona ġeografika hija estensjoni tal-qortin “Entre-Deux-Mers” 70 km fil-Lvant ta’ Bordeaux u nofs triq bejn il-widien tal-Garonne u d-Dordogne. It-Tramuntana taż-żona ġeografika hija mmarkata mill-baċir tal-iskular bejn il-baċiri tad-Dordogne u l-Garonne. Il-qortin, li huwa espost fin-Nofsinhar, kien influwenzat ħafna min-network idrografiku ta’ nixxigħat li jikkonsisti fid-Dousset fil-Punent, id-Dourdèze fin-nofs u l-Escourrou fil-Lvant. Iż-żona ġeografika tinkludi l-15-il muniċipalità tal-canton ta’ Duras.

Il-pajsaġġ huwa kkaratterizzat minn sensiela ta’ għoljiet u widien b’inklinazzjoni li tvarja. It-terren irregolari huwa marbut man-natura fraġli tal-blat mikxuf tal-molasse u l-karstifikazzjoni tal-ġebla tal-ġir sottostanti. Fil-parti tan-nofs u ta’ fuq tal-għoljiet, il-ġebel tal-ġir iebes mikxuf jifforma irdumijiet żgħar li huma viżibbli b’mod ċar fil-pajsaġġ.

L-aktar formazzjonijiet ġeoloġiċi fraġli huma magħmula mill-molasse “Fronsadais” fil-parti t’isfel tal-għoljiet u l-molasse “Agenais” fil-quċċati tal-għoljiet. Il-parti tan-nofs tal-għoljiet fiha l-ġebla tal-ġir “Castillon”, li hija bajda, qisha ġibs u fiha xquq ta’ daqsijiet differenti. Fuq il-molasse “Agenais” kultant hemm ġebel tal-ġir abjad “Agenais” mikxuf, għalkemm mhuwiex frekwenti ħafna. Din il-ġebla tal-ġir, li hija bajda, iebsa u mimlija kavitajiet, tilħaq l-ogħla livell tagħha f’forma ta’ qortin fil-muniċipalitajiet ta’ Loubès-Bernac u Soumensac u għandha tafal li jirriżulta mid-dekalċifikazzjoni. Il-molasse “Fronsadais” ipproduċa ħamrija taflija kannella, kultant ħamrija bit-tafal u ż-żrar, li tintuża għat-tkabbir tad-dwieli fil-partijiet tal-wied ta’ Dropt li mhumiex suxxettibbli għall-ġlata biss. Il-ġebel tal-ġir mikxuf “Castillon” għandu rendzinas fqar ħafna li huma diffiċli li jinħadmu. Dan il-blat mikxuf huwa ddominat mix-xagħri tal-ġnibru. Fejn il-ħamrija ssir kemxejn eħxen, id-dwieli jistgħu jibbenefikaw minn ħamrija rqiqa u skulata perfettament. Il-molasse “Agenais” għandu ħamrija dekarbonizzata u ħafna drabi lixxivjata ħafna. Ix-xaħx li jtajjar ir-riħ jgħatti l-art biex jifforma ħamrija fina u mimlija siliċju magħrufa lokalment bħala “boulbènes”. Iż-żona demarkata tal-irqajja’, b’erja ta’ 9 871 ettaru, tkopri biss nofs iż-żona ġeografika.

Minħabba l-klima tal-oċean, ix-xita tinżel tul is-sena kollha, l-iżjed fix-xitwa u f’Mejju. It-temperaturi huma moderati fir-rebbiegħa u jinkoraġġixxu lid-dwieli biex jibdew jikbru kmieni. Il-perjodi tat-tmiem tal-istaġuni huma xemxin, kultant wara perjodu ta’ xita madwar l-ekwinozju. Il-varjetajiet li huma tradizzjonali għall-Aquitaine żviluppaw b’mod naturali f’dan il-qasam peress li huma adattati sew għall-ambjent.

8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

Matul il-perjodu tal-ħakma Ingliża f’Guyenne, mis-seklu ħdax sas-seklu erbatax, l-ekonomija tal-inbid f’Duras iffjorixxiet, peress li l-inbejjed mill-“Haut-Pays”, denominazzjoni li tkopri l-vinji kollha li jinsabu ’l fuq minn Bordeaux u li jwettqu l-kummerċ permezz tad-Dordogne u l-Garonne, kienu jiġu esportati lejn l-Ingilterra. Taħt l-Ancien Régime, ġie llaxkat il-protezzjoniżmu li kien introdott minn Bordeaux. Għalhekk l-inbejjed mill-“Haut-Pays” kienu jħallsu dazju ta’ “double marque” [“marka doppja”], filwaqt li dawk mir-reġjun ta’ Duras kienu jħallsu biss dazju ta’ “demi-marque” [“nofs marka”]. Fis-seklu sbatax, id-Duka ta’ Duras saħansitra ngħata awtorizzazzjoni biex jara li jitpoġġew 1 000 bettija ta’ nbid ta’ Duras fis-sena fi btieti ta’ Bordeaux.

Fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-produzzjoni tal-Côtes de Duras kienet iffukata l-aktar fuq inbejjed bojod ħelwin, bħal dak prodott f’Bergerac, li kien popolari f’Pariġi. Iżda wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-konsumaturi ma baqgħux interessati f’dan it-tip ta’ prodott, u dawn wassal biex il-komunità lokali bidlet il-produzzjoni tagħha.

Fl-1924, twaqqfet l-assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-inbejjed mill-canton ta’ Duras bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini Vin du canton de Duras. Meta d-denominazzjoni ġiet ikkontestata minn sensar, il-kawża ġiet deċiża mill-Qorti Ċivili ta’ Agen fit-28 ta’ Ġunju 1927. Is-sentenza tgħid hekk: “Filwaqt li t-terren tal-għoljiet tal-canton ta’ Duras ma jagħtix lill-inbejjed tiegħu il-fwejjaħ karatteristiċi tal-grands crus, jagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed tal-ogħla livell, li huma apprezzati b’mod universali mill-konsumaturi.” Il-Qorti ddefiniet l-inbejjed Duras bħala “inbejjed b’togħma ta’ frott u qawwija, li għandhom siġill li jindika l-oriġini tagħhom”. Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Côtes de Duras ġiet rikonoxxuta fis-16 ta’ Frar 1937 għall-inbejjed bojod u ħomor. Sal-bidu tas-snin sittin, il-konverżjoni għall-varjetajiet ħomor u l-varjetajiet ta’ Sauvignon B kienet għaddejja ġmielha f’Bordeaux, u, minħabba l-prospetti ekonomiċi dejjem jikbru, l-ekonomija ta’ Duras għamlet l-istess. Mill-1970, l-inbejjed bojod xotti magħmula mill-varjetà Sauvignon B saru l-prodotti ewlenin tar-reġjun. L-avvanzi li saru fil-kontroll tat-temperatura waqt il-produzzjoni tal-inbid, b’mod partikolari permezz ta’ investimenti kooperattivi, għamluha possibbli li jiġu prodotti inbejjed mill-varjetà Sauvignon B, bl-aromi karatteristiċi tagħhom li jistgħu jiġu identifikati faċilment mill-konsumaturi.

Il-kantina tal-inbid kooperattiva ta’ Duras inħolqot f’dak iż-żmien, filwaqt li kantina fil-qrib f’Gironde kienet diġà qed tipproduċi 20 % tal-inbejjed taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. Fl-1985, l-Unjoni Interprofessjonali bdiet tippromwovi l-inbejjed, u fl-1998 iż-żewġ kantini ngħaqdu. Fl-istess żmien, il-ħakma tal-produzzjoni tal-inbid aħmar mill-produtturi tal-inbid ta’ Bordeaux kienet ta’ benefiċċju għall-operaturi fir-reġjun ġar ta’ Duras, u l-produzzjoni tal-inbejjed rożè żviluppat b’mod naturali.

Fl-2009, ġiet prodotta medja ta’ 65 000 ettolitru ta’ nbid aħmar, filwaqt li għall-inbid rożè ċ-ċifra kienet ta’ 5 000 ettolitru. Il-produzzjoni tal-inbid abjad xott laħqet l-40 000 ettolitru, filwaqt li l-produzzjoni tal-inbejjed bojod ħelwin kienet limitata għal inqas minn 2 000 ettolitru, ikkummerċjalizzati direttament fi fliexken. Għall-inbejjed bojod xotti, il-firxa ta’ varjetajiet, ir-regoli dwar il-proporzjon ta’ varjetajiet fil-vinja u r-regoli dwar it-taħlit iffavorixxew l-iżvilupp ta’ żewġ stili ta’ nbid: inbid abjad xott b’ħafna togħma ta’ frott u frisk b’aromi dominanti ta’ buks jew blanzuni tar-ribes iswed, normalment prodotti minn Sauvignon B bħala l-unika varjetà, u nbid abjad xott aktar kumpless, li fih il-varjetajiet bħall-Muscadelle B u s-Sémillon B jagħtu togħma ftit mimlija u palat. Għaż-żewġ tipi ta’ nbid, it-terminu “xott” irid jidher fuq it-tikketta.

Il-maġġoranza vasta tal-inbejjed bojod ħelwin mezzan huma prodotti mill-varjetà Semillon B, u sekondarjament mill-varjetà Muscadelle B. Ġeneralment huma rotob u qawwijin u kkonċentrati, għalkemm mhux eċċessivament, b’aromi ta’ frott misjur u kultant ta’ frott fil-konfettura. Il-varjetajiet l-oħra tal-għeneb fit-taħlita jipprovdu freskezza fil-ħalq u b’hekk jitqaddmu aħjar.

L-inbejjed ħomor huma ġeneralment ikkaratterizzati mis-suppletezza u t-togħma mimlija tal-varjetà Merlot N u mill-varjetà sekondarja Cot N, flimkien mal-qawwa tannika tal-varjetajiet Cabernet Franc N u Cabernet Sauvignon N. Sabiex tiġi limitata l-aċidità naturali tagħhom, il-fermentazzjoni malolattika trid issir qabel l-ippakkjar.

8.3.   Fattur

L-inbejjed rożè, ġeneralment magħmula minn taħlitiet, huma xotti u għandhom togħma ta’ frott pjaċevoli u freskezza attraenti. L-użu ta’ ċerti materjali huwa pprojbit sabiex jiġi ppreżervat l-għeneb qabel ma jsir l-inbid jew biex tiġi evitata l-estrazzjoni ta’ tannini astrinġenti. Id-Dropt u l-widien tributarji tiegħu ffurmaw għoljiet b’quċċati fit-tond, li jikkumplimentaw l-għoljiet orjentati tajjeb. Iż-żona demarkata tal-irqajja’ għalhekk tqis il-kriterji topografiċi, u l-aħjar irqajja’ spiss ikunu f’kompetizzjoni mal-għelejjel tas-siġar żviluppati tajjeb. Il-produzzjoni tal-inbid abjad ħelu hija ġġustifikata mill-fatt li l-varjetà Semillon B qed titkabbar fi klima tal-oċean, fejn l-umdità ta’ filgħodu kmieni fil-ħarifa u l-waranofsinharijiet xemxin jippromwovu s-sajran żejjed u l-iżvilupp possibbli tat-taħsir nobbli kkawżat minn Botrytis cinerea.

Id-diversi livelli molassiċi, li huma lixxivjati fi gradi differenti, u l-livelli li jvarjaw tal-kontenut tat-tafal preżenti fil-boulbènes jappoġġjaw il-kultivazzjoni tal-varjetà Sauvignon B, u jgħinuha tiżviluppa l-potenzjal aromatiku tagħha li huwa essenzjali għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod xotti espressivi.

It-tafal li jirriżulta mid-dekalċifikazzjoni u l-kundizzjonijiet favorevoli maħluqa mill-istaġun xemxi tardiv jgħinu lill-varjetajiet ta’ għeneb aħmar isiru, u b’hekk jipprovdu lill-inbejjed ħomor b’bażi tannika tajba.

Il-produtturi kienu kapaċi jisfruttaw il-potenzjal tal-art tagħhom billi jagħżlu l-irqajja’ l-aktar adattati għat-tkabbir tad-dwieli u billi jiżviluppaw tekniki għall-kontroll tat-temperaturi tal-fermentazzjoni għall-inbejjed bojod u tekniki tal-estrazzjoni tat-tannini għall-inbejjed ħomor.

Fil-bidu tas-seklu sittax, l-inbejjed imsejħa “Bordeaux” kienu jinkludu dawk minn “Graves”, “Médoc”, “Blayais”, eċċ., kif ukoll dawk mir-reġjun magħruf bħala “Pays de la nouvelle conquête” [L-art tal-konkwista l-ġdida]. Din il-“konkwista” kienet tikkonċerna l-konverżjoni tal-poplu magħkus, u kienet ibbażata fuq diversi parroċċi u ġuriżdizzjonijiet influwenti, bħal Montravel, Sainte-Foy u anke d-Dukat ta’ Duras. Franġisku I ħeġġeġ it-tħawwil tad-dwieli fuq l-għoljiet tar-reġjun ta’ Duras, u n-nobbli ta’ Valois faħħruh bħala “nektar”.

Minn dak iż-żmien ’l hawn, ir-reġjun ta’ Duras intlaqat minn sensiela ta’ kriżijiet (gwerer, restrizzjonijiet fuq il-kummerċ u phylloxera, ħlief għall-“Haut-Pays”), iżda l-vitikultura rreżistiet u adattat. Il-produzzjoni hija maqsuma kważi indaqs bejn il-kantini kooperattivi u dawk indipendenti. L-iżvilupp tal-agroturiżmu għamilha possibbli li l-bejgħ dirett isir il-mezz ta’ kummerċjalizzazzjoni predominanti, li jammonta għal 60 % tal-volum mibjugħ. Bi 15 % tal-bejgħ iddestinat lejn it-Tramuntana tal-Ewropa, ir-reputazzjoni tal-inbejjed tmur ferm lil hinn mill-Aquitaine jew l-Île-de-France, li huwa fejn żviluppat ir-reputazzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Duras.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kondizzjoni:

Il-kelma “sec” [xott] trid tidher fuq it-tikkettar tal-inbejjed bojod b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 3 grammi għal kull litru jew inqas.

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Côtes de Duras jistgħu jispeċifikaw l-unità ġeografika usa’ “Sud-Ouest” [“Lbiċ”] fuq it-tikketti tagħhom. Din l-unità ġeografika usa’ tista’ tidher ukoll fuq il-fuljetti jew il-kontenituri. Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kondizzjoni:

Iż-żona fil-prossimità immedjata, iddefinita bid-deroga għall-vinifikazzjoni u l-preparazzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin (abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2020):

Id-département ta’ Dordogne:

Muniċipalitajiet sħaħ: Sadillac, Thénac.

Muniċipalità parzjalment inkluża: Saint-Julien-Innocence-Eulalie biss għat-territorju tal-eks muniċipalità Sainte-Eulalie-d’Eymet, li saret muniċipalità delegata fi ħdan Saint-Julien-Innocence-Eulalie fl-1 ta’ Jannar 2019.

Id-département ta’ Gironde: Dieulivol, Landerrouat, Les Lèves-et-Thoumeyragues, Margueron, Monségur, Pellegrue, Riocaud, Saint-Avit-Saint-Nazaire.

Id-département ta’ Lot-et-Garonne: Lévignac-de-Guyenne, Mauvezin-sur-Gupie, Monteton, Roumagne.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-918e1e36-8c05-4755-8ea3-a2acdf360f18


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


Top