EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0706(03)

Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-Akkwist ta’ Innovazzjoni

OJ C 267, 6.7.2021, p. 1–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI —

Gwida dwar l-Akkwist ta’ Innovazzjoni

(2021/C 267/01)

DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ:

L-għan ta’ dan l-Avviż huwa li joffri gwida prattika dwar l-akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni. Mhux legalment vinkolanti. Filwaqt li n-Notifika b’mod okkażjonali tagħmel parafrażi tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE, mhix maħsuba sabiex iżżid jew tnaqqas id-drittijiet u l-obbligi stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni. Sa fejn in-Notifika tista’ tinftiehem li qed tinterpreta l-leġiżlazzjoni tal-UE, ta’ min jinnota li hija l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss li hi kompetenti li tagħti interpretazzjoni legalment vinkolanti tal-liġi tal-UE.

Għalkemm l-informazzjoni f’din il-Gwida ġiet ivverifikata bir-reqqa, il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà rigward il-każijiet speċifiċi msemmija fiha.

WERREJ

SOMMARJU EŻEKUTTIV 5

1

NIFFAMILJARIZZAW RUĦNA MAL-AKKWIST TA’ INNOVAZZJONI 6

1.1

X’inhu l-akkwist ta’ innovazzjoni? 6

1.2

Għaliex l-akkwist ta’ innovazzjoni? 7

1.2.1

Spinta lill-irkupru ekonomiku, it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u r-reżiljenza tal-UE 7

1.2.2

It-twassil ta’ servizz pubbliku ta’ kwalità ogħla b’baġit ottimali 8

1.2.3

Indirizzar ta’ ħtieġa li tinqala’ 8

1.2.4

Immodernizzar tas-servizzi pubbliċi 9

1.2.5

Għajnuna lin-negozji ġodda u lill-SMEs innovattivi sabiex jibdew joperaw u jikbru 10

1.2.6

Iċ-ċaqliq tas-swieq lejn l-innovazzjoni 10

1.3

Għaliex hemm bżonn gwida dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni? 11

2

ĦOLQIEN TA’ QAFAS TA’ POLITIKA GĦALL-AKKWIST TA’ INNOVAZZJONI 11

2.1

Mandat ta’ politika ċar 11

2.2

L-innovazzjoni bħala mezz sabiex jintlaħqu diversi għanijiet politiċi 14

2.3

Stabbilment tal-livell ta’ ambizzjoni 15

2.4

Insarrfu l-ambizzjonijiet f’azzjonijiet u impenji 16

2.5

Bini tal-kapaċitajiet 17

2.5.1

Taħriġ u għajnuna lin-nies 17

2.5.2

Konsiderazzjoni tal-akkwist kooperattiv 18

2.6

Tingħeleb l-averżjoni għar-riskju bil-ħolqien ta’ inċentivi għall-innovazzjoni 22

3

NATTIRAW LILL-INNOVATURI 24

3.1

Il-ftuħ ta’ opportunitajiet ta’ akkwist pubbliku anki għall-innovaturi iżgħar 24

3.1.1

Interazzjoni mas-suq 24

3.1.2

Tnaqqis tal-piż amministrattiv 26

3.1.3

Aġġustament tal-kriterji tal-għażla 26

3.1.4

Użu ta’ lottijiet 28

3.1.5

Użu ta’ standards, data miftuħa, interfaċċji miftuħa u software b’sors miftuħ 29

3.1.6

Tfassil ta’ skemi ta’ pagament adattati għall-SMEs 30

3.2

Żvilupp ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-innovazzjoni 30

3.3

Mobilizzazzjoni tas-sensara tal-innovazzjoni 31

4

NATTIRAW L-INNOVAZZJONI 33

4.1

Għodod li jistimolaw l-innovazzjoni għal kull tip ta’ proċedura 33

4.1.1

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet 33

4.1.2

Konsultazzjoni preliminari tas-suq 35

4.1.3

Użu ta’ taqsimiet fakultattivi fil-formoli standard 38

4.1.4

Speċifikazzjonijiet tekniċi 38

4.1.4.1

Rekwiżiti deskrittivi 38

4.1.4.2

Rekwiżiti funzjonali 39

4.1.5

Varjanti 40

4.1.6

Kriterji tal-għoti 41

4.1.6.1

Prezz 41

4.1.6.2

Kost 41

4.1.6.3

Kwalità 42

4.1.7

Il-Ġestjoni tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (DPI) 43

4.1.8

Twettiq tal-kuntratt 46

4.2

Proċeduri speċifiċi ta’ akkwist favorevoli għall-innovazzjoni 47

4.2.1

Aġġustament tal-innovazzjoni lesta għall-użu – proċeduri b’negozjati 47

4.2.1.1

Proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar 48

4.2.1.2

Djalogu kompetittiv 48

4.2.2

Kompetizzjonijiet dwar id-disinn 48

4.2.3

Stimular tal-innovazzjoni bl-akkwist tar-Riċerka u l-Iżvilupp 49

4.2.3.1

Akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp u allokazzjoni tad-drittijiet intellettwali u ta’ proprjetà 49

4.2.3.2

Akkwist prekummerċjali 50

4.2.3.3

L-akkwist ta’ provvisti ta’ riċerka u żvilupp 51

4.2.3.4

Sħubija għall-innovazzjoni 52

5

GĦAJNUNA MILL-ISTAT 56

ANNESS I:

DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI (DPI) 58

Parti I –

Aspetti ġenerali relatati mad-DPI 58

Parti II –

Tip ta’ riżultat tanġibbli akkwistat u d-DPI 60

ANNESS II:

MUDELLI TA’ STEDINA LILL-FORNITURI 65

ANNESS III:

MUDELL TAL-KWESTJONARJU GĦAL-LAQGĦA MAL-FORNITURI 67

SOMMARJU EŻEKUTTIV

L-akkwist ta’ innovazzjoni jista’ jtejjeb l-irkupru ekonomiku tal-UE wara l-kriżi tal-COVID-19 b’investiment pubbliku aħjar. Huwa għodda ewlenija biex jippromwovi t-trasformazzjoni tal-ekonomija tagħna lejn ekonomija ekoloġika u diġitali. Adottata fil-kuntest tal-Komunikazzjoni dwar “Aġenda Ewropea mġedda dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – iċ-ċans tal-Ewropa sabiex tistabbilixxi l-pożizzjoni ta’ tmexxija teknoloġika tagħha” u l-input għall-ikla informali tal-Mexxejja f’Sofija fis-16 ta’ Mejju 2018, din il-gwida hija aġġornata wara l-adozzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-SMEs u l-Istrateġija Industrijali għall-Ewropa (1) u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2). Hija għandha l-għan li tappoġġa lix-xerrejja pubbliċi sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għall-irkupru ekonomiku, għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja u għar-reżiljenza tal-UE.

Dan id-dokument ta’ gwida jippreżenta b’mod konċiż l-aspetti fundamentali tal-akkwist ta’ innovazzjoni: għaliex huwa importanti, min għandu interess fih u kif jista’ jsir dan il-proċess.

Dan id-dokument jirrifletti t-tweġibiet li waslu f’konsultazzjoni pubblika li saret qabel. Il-livell ta’ dettall intgħażel apposta sabiex jilħaq l-usa’ pubbliku professjonali (xerrejja, persuni li jfasslu l-politika u fornituri) u jistimola interess f’dawk li qatt ma ħasbu dwaru, dawk li qatt ma ħassewhom ikkonċernati. Anki l-aktar qarrejja avvanzati se jsibu referenzi utli għall-inizjattivi u eżempji reċenti.

Id-direttivi tal-2014 dwar l-akkwist pubbliku aġġustaw il-qafas tal-akkwist pubbliku għall-bżonnijiet tax-xerrejja pubbliċi u tal-operaturi ekonomiċi li jirriżultaw minn żviluppi teknoloġiċi, xejriet ekonomiċi u fokus soċjali akbar fuq nefqa pubblika sostenibbli.

L-akkwist ta’ innovazzjoni joffri opportunitajiet mhux sfruttati għan-negozji ġodda u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi kif indikat mill-Kummissjoni fl-Istrateġija għall-SMEs u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li ġew adottati reċentement (3).

Ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku ma għadhomx jikkonċernaw biss kwistjonijiet bħal “kif tixtri” – huma jipprovdu lok għal inċentivi dwar “x’tixtri”, mingħajr ma jippreskrivuhom. L-għan li flus il-kontribwenti jintefqu tajjeb qiegħed jikseb dimensjonijiet ġodda, li jmorru lil hinn mis-sempliċi ssodisfar tal-bżonnijiet primarji tal-entitajiet pubbliċi. Ma’ kull akkwist pubbliku, kif xieraq, l-opinjoni pubblika tkun interessata ssir taf mhux biss jekk is-soluzzjoni akkwistata hix formalment konformi, iżda anki jekk iġġibx l-aqwa valur miżjud f’termini ta’ kwalità, kosteffiċjenza u impatt ambjentali u soċjali, u jekk iġġibx opportunitajiet għas-suq tal-fornituri.

L-akkwist ta’ innovazzjoni jindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ hawn fuq. Huwa jiftaħ it-triq għal soluzzjonijiet ta’ kwalità ogħla u aktar effiċjenti li għandhom fil-qalba tagħhom benefiċċji ambjentali u soċjali, kosteffikaċja mtejba; u opportunitajiet ġodda ta’ negozju għall-intrapriżi. Barra minn hekk, jenħtieġ li din il-gwida li tinqara flimkien mal-gwida tal-2019 tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ offerenti u oġġetti ta’ pajjiżi terzi fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE, li tindirizza wkoll l-akkwist strateġiku u ta’ innovazzjoni (4), u tipprovdi lix-xerrejja pubbliċi pariri prattiċi dwar kif jittrattaw il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fl-offerti pubbliċi tagħhom.

Għaldaqstant, din il-Gwida hija maqsuma kif ġej:

 

Il-Kapitolu 1 jiċċara l-kunċett ta’ akkwist ta’ innovazzjoni, id-dimensjoni globali tiegħu u l-valur miżjud.

 

Il-Kapitolu 2 jispjega fil-qosor il-qafas ta’ politika li huwa meħtieġ sabiex l-akkwist ta’ innovazzjoni jiġi użat b’mod strateġiku.

 

Il-Kapitolu 3 juri kif jistgħu jinfetħu l-bibien tal-akkwist pubbliku għall-innovaturi, inklużi negozji ġodda u SMEs innovattivi.

 

Il-Kapitolu 4 jiddeskrivi kif għandhom jiġu implimentati l-proċeduri tal-akkwist pubbliku sabiex is-servizzi pubbliċi jiġu mmodernizzati b’soluzzjonijiet innovattivi u sabiex jiġi stimolat it-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi, jiġifieri fir-rigward tal-ġestjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI).

 

Il-Kapitolu 5 jirreferi għal ċerti kriterji li l-akkwist ta’ innovazzjoni jenħtieġ li jissodisfa sabiex jiġi evitat li tingħata għajnuna mill-Istat lil fornitur

 

Annessi jipprovdu informazzjoni prattika lix-xerrejja dwar id-DPI, u għodod li jgħinu lix-xerrejja jorganizzaw laqgħat mal-fornituri.

Din il-Gwida tista’ tkun sors ta’ ispirazzjoni għall-atturi kollha involuti fl-akkwist pubbliku:

uffiċjali tal-akkwist pubbliku

utenti finali tas-soluzzjonijiet akkwistati

persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet u persuni li jfasslu l-politika li l-kontribut tagħhom għall-ħolqien ta’ kondizzjonijiet favorevoli huwa kruċjali

fornituri li jistgħu jitgħallmu kif jikkompetu aħjar bis-soluzzjonijiet innovattivi tagħhom fl-akkwist pubbliku

1   NIFFAMILJARIZZAW RUĦNA MAL-AKKWIST TA’ INNOVAZZJONI

1.1    X’inhu l-akkwist ta’ innovazzjoni?

L-innovazzjoni jista’ jkollha diversi tifsiriet (5). Din il-Gwida tħaddan perspettiva wiesgħa. L-“akkwist ta’ innovazzjoni” jirreferi għal kull akkwist li għandu wieħed minn dawn l-aspetti jew it-tnejn li huma:

ix-xiri tal-proċess ta’ innovazzjoni – servizzi ta’ riċerka u żvilupp – b’riżultati (parzjali)

ix-xiri tar-riżultati ta’ innovazzjoni

Ix-xerrej pubbliku l-ewwel jiddeskrivi l-bżonn tiegħu, li jistimola lin-negozji u lir-riċerkaturi sabiex jiżviluppaw prodotti, servizzi jew proċessi innovattivi, li jkunu għadhom ma jeżistux fis-suq, sabiex jindirizzaw dak il-bżonn.

Fit-tieni lok, ix-xerrej pubbliku, minflok jixtri prodotti u servizzi lesti, jaġixxi bħala adottant prekoċi u jixtri prodott, servizz jew proċess li jkun ġdid għas-suq u li jkollu karatteristiċi sostanzjalment ġodda (6).

Innovazzjoni bħal din, li twassal għal prestazzjoni aħjar u ġġib valur miżjud għal diversi partijiet ikkonċernati, xi drabi tamalgama fix-xenarju tradizzjonali (innovazzjoni inkrementali), iżda ħafna drabi toħloq taqlib fis-sistema l-antika billi tikkrea atturi, flussi u valuri differenti (innovazzjoni fixkiela) jew saħansitra tirrikjedi trasformazzjoni aktar komprensiva, minħabba li tindirizza bżonnijiet mhux milħuqin u tirrikjedi riformi strutturali u organizzazzjonali (innovazzjoni trasformattiva). Din il-gwida tiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji ta’ diversi forom ta’ innovazzjoni u tispjega kif għandu jkun l-approċċ lejhom fil-proċess tal-akkwist pubbliku.

1.2    Għaliex l-akkwist ta’ innovazzjoni?

1.2.1   Spinta lill-irkupru ekonomiku, it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u r-reżiljenza tal-UE

L-investiment pubbliku u l-innovazzjoni huma żewġ modi essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-irkupru, it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u l-ħolqien ta’ ekonomija aktar reżiljenti fl-UE. Il-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza (7) se tixpruna l-investiment pubbliku wara l-kriżi tal-COVID, u parti kbira minn dan l-investiment se jiġi mgħoddi permezz tal-akkwist pubbliku. Il-valutazzjoni komparattiva tal-UE turi li l-Ewropa qed tisfrutta biss nofs is-saħħa potenzjali tal-akkwist ta’ innovazzjoni biex tixpruna l-irkupru ekonomiku u li hemm nuqqas kbir ta’ investiment b’mod partikolari fl-akkwist ta’ soluzzjonijiet diġitali u fl-akkwist ta’ riċerka u żvilupp, li t-tnejn li huma huma essenzjali għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika u l-kompetittività tal-UE (8). Ix-xerrejja pubbliċi se jkunu meħtieġa jagħtu spinta lill-akkwist ta’ innovazzjoni u jgħinu lin-negozji jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi f’ekosistemi industrijali ewlenin, b’mod partikolari fejn ix-xerrejja pubbliċi jkunu investituri kritiċi. Ix-xerrejja pubbliċi se jollhom irawmu wkoll ir-reżiljenza tal-ekonomija Ewropea billi jiddiversifikaw is-sorsi ta’ provvista tal-komoditajiet essenzjali, bħall-ingredjenti farmaċewtiċi kif muri mill-pandemija tal-COVID-19, u billi jippromwovu soluzzjonijiet ġodda.

L-użu tal-akkwist innovattiv ta’ applikazzjonijiet spazjali tal-UE mill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali jista’ jikkontribwixxi ħafna għall-implimentazzjoni tal-patt ekoloġiku u d-diġitalizzazzjoni tal-interazzjoni bejn il-kumpaniji/iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Huwa għandu wkoll potenzjal konsiderevoli għall-kooperazzjoni transfruntiera. Hemm bosta oqsma ta’ applikazzjoni għad-data u s-servizzi spazjali pprovduti mill-programm spazjali tal-UE fejn l-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi huwa l-aktar approċċ effettiv biex tiġi stimulata t-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika peress li l-forzi tas-suq waħedhom ma jwasslux.

EŻEMPJU

SERVIZZI SPAZJALI

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-awtoritajiet pubbliċi huma utent importanti tat-teknoloġija spazjali, b’mod partikolari f’oqsma bħal:

Is-sikurezza pubblika (servizzi ta’ emerġenza u għajnuna f’każ ta’ diżastru, tfittxija u salvataġġ, tifi tan-nar, ġestjoni tal-fruntieri)

Il-ħarsien ta’ infrastrutturi kritiċi

It-trasport pubbliku (ġestjoni tat-trasport pubbliku, shuttles awtonomi, bliet intelliġenti)

Operazzjonijiet marittimi, tal-avjazzjoni u ferrovjarji mmexxija jew sorveljati minn awtoritajiet pubbliċi

X’sar differenti?

L-akkwist ta’ innovazzjoni għalhekk jista’ jkun strument promettenti biex jippromwovi l-użu ta’ teknoloġija u servizzi spazjali avvanzati – li jipprovdi lill-awtoritajiet pubbliċi inċentivi biex jinvolvu kumpaniji innovattivi bħala “l-ewwel klijenti”. F’Ottubru 2019, il-KE nediet is-sejħa pilota H2020-SPACE-EGNSS-2020 dwar “L-akkwist prekummerċjali tal-applikazzjonijiet tal-EGNSS (EGNOS u Galileo) għall-awtoritajiet pubbliċi”, bil-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi li jużaw it-teknoloġija tal-GNSS tal-UE biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess pubbliku li għalihom hemm nuqqas ta’ provvista fis-suq (falliment tipiku tas-suq, minħabba teknoloġija għolja/perċezzjoni ta’ riskju tas-suq u monopsonija/domanda limitata).

X’kien ir-riżultat?

Il-proġett BROADGNSS magħżul se jisfrutta l-karatteristiċi uniċi u avvanzati tas-sinjali ta’ EGNOS u Galileo f’applikazzjonijiet ta’ sikurezza pubblika downstream, biex itejjeb is-servizzi tal-organizzazzjoni tas-sikurezza pubblika u ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru (PPDR) għaċ-ċittadini tal-Ewropa.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/opportunities/topic-details/space-egnss-5-2020

1.2.2   It-twassil ta’ servizz pubbliku ta’ kwalità ogħla b’baġit ottimali

Soluzzjoni innovattiva rarament tiġi akkwistata biss minħabba l-karatteristiċi innovattivi tagħha. F’ħafna każijiet, soluzzjoni innovattiva tibda tinteressa lix-xerrejja pubbliċi meta tippermetti riżultati simili jew anki aħjar b’kostijiet ottimizzati.

EŻEMPJU

L-INNOVAZZJONI TIPPROVDI ENERĠIJA AKTAR EKOLOĠIKA U ORĦOS LIĊ-ĊITTADINI:

Impjant ta’ sħana u enerġija kkombinati f’Vilnius

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-importazzjonijiet tal-gass irriżultaw fi spejjeż għoljin relatati mas-sħana għaċ-ċittadini ta’ Vilnius. Barra minn hekk, id-dipendenza għolja tal-belt fuq il-konsum tal-gass kienet taffettwa b’mod negattiv l-ambjent b’emissjonijiet għoljin ta’ CO2.

X’sar differenti?

Fl-2018, il-belt iddeċidiet li tinvesti f’faċilità domestika innovattiva għall-produzzjoni ta’ enerġija ekoloġika u tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni tal-gass u l-impronta tal-karbonju. Il-proġett kollu tal-akkwist tlesta fi żmien sena. L-impjant CHP huwa magħmul minn faċilità għall-inċinerazzjoni tal-iskart u żewġ sistemi tal-bijofjuwil. L-akbar parti tal-investiment kienet possibbli permezz tal-għajnuna tal-Fondi Strutturali tal-UE u selfa mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

X’kien ir-riżultat?

Kważi 40 % taċ-ċittadini issa jistgħu jissodisfaw id-domanda tagħhom għall-enerġija b’emissjonijiet imnaqqsa tas-CO2. Meta s-sistema tkun qiegħda topera kapaċità sħiħa f’nofs l-2020, il-prezzijiet għaċ-ċittadini huma stmati li jonqsu b’20 %. L-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti b’madwar 436 000 tunnellata fis-sena. L-innovazzjoni tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari bis-saħħa ta’ konverżjoni mingħajr problemi tal-iskart fl-enerġija.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://renewablesnow.com/news/lietuvos-energija-breaks-ground-on-vilnius-chp-scheme-601749/

https://www.euroheat.org/news/vilnius-chp-project-gets-green-light-ec/

https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/projects/major/lithuania/new-power-plant-boosts-renewable-energy-use-in-vilnius-lithuania

https://www.eib.org/attachments/registers/74370788.pdf

1.2.3   Indirizzar ta’ ħtieġa li tinqala’

F’ċerti każijiet l-akkwist ta’ innovazzjoni jkun neċessarju sabiex jindirizza ħtiġijiet mhux issodisfati jew aspettattivi ġodda, li ma jkunux indirizzati b’mod xieraq permezz tas-soluzzjonijiet eżistenti fis-suq.

EŻEMPJU

L-INNOVAZZJONI TIRRISPONDI GĦALL-BIDLA SOĊJALI:

Nimmotivaw lill-istudenti sabiex jitgħallmu bit-teknoloġija

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Ħafna tfal illum il-ġurnata huma aktar interessati fil-logħob fuq il-kompjuter milli fil-matematika jew ix-xjenza. Hekk kif l-entużjażmu għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti “diffiċli” jonqos, tiżdied ir-rata ta’ studenti li ma jispiċċawx l-iskola u l-università. Dan jaffettwa ċ-ċansijiet tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ Ewropej li jsibu impjiegi tajbin f’ekonomija li qed issir dejjem aktar ibbażata fuq l-għarfien.

X’sar differenti?

Skejjel minn Halmstad fl-Iżvezja, Viladecans fi Spanja, Magdeburg fil-Ġermanja u Konnevesi fil-Finlandja ddeċidew li jakkwistaw flimkien biex jindirizzaw l-isfida. Huma kkummissjonaw eżerċizzju ta’ riċerka u żvilupp minn seba’ fornituri innovattivi u mbagħad ittestjaw u qabblu s-soluzzjonijiet li dawn il-fornituri ġew bihom. Mis-seba’ fornituri, erbgħa waslu sal-istadju tal-ħolqien ta’ prototip u tnejn minnhom komplew billi żviluppaw għodda innovattiva, li ġiet adottata mill-iskejjel. Dawn joffru esperjenza ta’ tagħlim aktar personalizzata u mnebbħa mid-dinja tal-logħob tal-kompjuter lit-tfal fl-iskejjel primarji u sekondarji billi janalizzaw b’mod kontinwu t-tendenzi fl-imġiba bl-għajnuna tal-intelliġenza artifiċjali.

X’kien ir-riżultat?

Il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 600 student u 45 għalliem fl-erba’ pajjiżi wriet li s-soluzzjonijiet il-ġodda jimmotivaw u jgħinu lill-istudenti jirnexxu fit-tagħlim tal-matematika, it-teknoloġija, il-fiżika u l-kimika b’55 % sa 75 % aktar, u jżidu ċ-ċansijiet li dawn it-tfal jimmiraw li jibdew karriera f’dawn l-oqsma. Is-soluzzjonijiet sadanittant inbiegħu lil diversi skejjel. L-iskola Kuulammen koulu fil-Finlandja, pereżempju kkonfermat li s-soluzzjonijiet innovattivi jnaqqsu wkoll il-ħin ta’ tħejjija u assessjar tal-għalliema bi 30-40 %, u jwasslu għal iffrankar fuq il-materjal tat-tagħlim għall-iskejjel. (Liċenzja waħda tiswa 10 darbiet inqas mill-kotba tal-iskola għall-iskola kollha). Il-kumpanija li pprovdiet is-soluzzjoni fil-Finlandja sadanittant attirat ukoll investiment ta’ kapital ta’ riskju u espandiet in-negozju tagħha għal segmenti oħra tas-suq ukoll (għat-taħriġ tal-impjegati fil-kumpaniji).

Dettalji huma disponibbli minn:

www.imaile.eu

(Proġett kofinanzjat mis-Seba’ Programm Qafas tal-UE)

1.2.4   Immodernizzar tas-servizzi pubbliċi

L-akkwist ta’ innovazzjoni jista’ jlaqqa’ l-mod kif jingħataw is-servizzi pubbliċi mal-aspettattivi taċ-ċittadin li dejjem qed isir aktar entużjast dwar it-teknoloġija, ambjentalment responsabbli u b’kuxjenza soċjali u jtejjeb l-esperjenza tas-servizz pubbliku.

EŻEMPJU

L-INNOVAZZJONI TNAQQAS L-UŻU TAL-KAROZZI MILL-AWTORITAJIET PUBBLIĊI:

Il-Pjattaforma ta’ Ġestjoni Kondiviża tal-Flotta ta’ Karozzi tal-Ministeru tas-Saħħa Portugiż

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-Ministeru tas-Saħħa Portugiż fittex li jottimizza l-ġestjoni tar-rotot, inaqqas l-impatt ambjentali u l-kost ġenerali tal-flotta ta’ karozzi użata mis-servizzi kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru u l-istituzzjonijiet tas-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali Portugiżi.

X’sar differenti?

Minflok sempliċement jixtri karozzi ġodda, il-Ministeru tas-Saħħa ġie b’ideat ġodda dwar kif tista’ tintuża l-flotta ta’ karozzi. Huwa ħaseb fi pjattaforma elettronika fejn l-informazzjoni kollha marbuta mal-użu tal-flotta ta’ karozzi tkun ċentralizzata. Fl-2017, il-Pjattaforma ta’ Ġestjoni Kondiviża tal-Flotta ta’ Karozzi tal-Ministeru tas-Saħħa (GPFMS) ġiet ipprovduta minn kuntrattur estern li ntgħażel permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku li fiha r-riżultati mixtieqa ġew espressi f’termini ta’ rekwiżiti funzjonali.

X’kien ir-riżultat?

Il-pjattaforma se tippermetti lill-utenti jaqsmu r-riżorsi disponibbli kollha (vetturi u rotot). Dan se jwassal għal tnaqqis fl-għadd ta’ vetturi, fil-kostijiet assoċjati (bħall-assigurazzjoni, il-kostijiet tal-fjuwil u l-manutenzjoni, eċċ.) u fl-impatt ambjentali. Il-pjattaforma se tipproduċi wkoll rapporti dwar l-użu f’ħin reali tar-riżorsi, li jipprovdu indikaturi li jistimolaw ippjanar, ġestjoni, użu u kontroll effiċjenti, trasparenti u kuxjenzjuż tal-flotta ta’ karozzi. Dan jaqbel mal-objettivi tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika tal-Kummissjoni.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://spms.min-saude.pt/2016/05/spms-desenvolve-gestao-partilhada-frota-do-ministerio-da-saude

EŻEMPJU

L-INNOVAZZJONI TIRRISPONDI GĦAT-TĦASSIB AMBJENTALI:

Protezzjoni tal-provvista tal-ilma

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-ilma residwu li jifdal mill-produzzjoni tal-muniti fl-Awstrija kien fih sustanzi kimiċi li jaqbżu l-limiti legali.

X’sar differenti?

L-Aġenzija tal-Akkwist Federali tal-Awstrija nediet proċedura ta’ akkwist pubbliku bi tliet stadji sabiex issib soluzzjoni innovattiva għaz-Zekka Awstrijaka (l-entità responsabbli għall-produzzjoni tal-muniti). Il-fornituri potenzjali ġew mistiedna jipprovdu informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom fl-innovazzjoni fl-imgħoddi. Fit-termini tal-kuntratt ġew inklużi miri preċiżi għat-trattament tal-ilma.

X’kien ir-riżultat?

Il-mekkaniżmu magħżul u li jista’ jiġi installat faċilment ta’ evaporazzjoni b’vakwu jiffiltra firxa wiesgħa ta’ partikoli, inklużi dawk metalliċi, galvaniċi, il-fotopartikoli, tal-istampar, farmaċewtiċi u tal-ikel, li jagħmluh adattat għall-użu f’diversi industriji. Barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ ilma ħelu taz-Zekka Awstrijaka tnaqqset b’97 %, u b’hekk ġew iffrankati 4 miljun litru ta’ ilma kull sena.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://ec.europa.eu/environment/gpp/pdf/news_alert/Issue58_Case_Study117_BBG_Austria.pdf

1.2.5   Għajnuna lin-negozji ġodda u lill-SMEs innovattivi sabiex jibdew joperaw u jikbru

Fil-livell tal-UE, il-kapaċità tal-akkwist tax-xerrejja pubbliċi tammonta għal madwar 14 % tal-PDG (9). F’ħafna partijiet mill-Ewropa, dan jirrappreżenta sehem kunsiderevoli tal-ekonomiji lokali. Dan ifisser li x-xerrejja pubbliċi jistgħu jinkoraġġixxu l-innovazzjoni fost l-atturi tas-suq stabbiliti, iżda jipprovdu wkoll opportunitajiet vitali lill-SMEs u lil kumpaniji innovattivi ġodda li jista’ jkollhom soluzzjonijiet biex jindirizzaw ħtiġijiet mhux issodisfati iżda li jiffaċċjaw diffikultajiet sabiex iqegħduhom fis-suq.

Billi jaġixxu bħala konsumaturi ewlenin, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jipprovdu lill-kumpaniji innovattivi b’opportunità sabiex jittestjaw is-soluzzjonijiet ġodda tagħhom f’kundizzjonijiet reali. Barra minn hekk, billi jsiru l-konsumaturi tagħhom u b’hekk iżidu l-fatturat tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jinkoraġġixxu investituri oħra – kemm pubbliċi kif ukoll privati – sabiex jinvestu fl-attivitajiet tagħhom. Fl-aħħar nett, bl-użu wiesa’ tal-pjattaformi diġitali, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jagħtu aktar opportunitajiet lill-operaturi ekonomiċi – SMEs, negozji ġodda – biex jiżviluppaw jew jipproponu soluzzjonijiet innovattivi u jiffaċilitaw l-aċċess transfruntier għas-swieq tal-akkwist pubbliku (10).

1.2.6   Iċ-ċaqliq tas-swieq lejn l-innovazzjoni

Meta prodott ma jkunx disponibbli faċilment fis-suq jew meta jkunu disponibbli biss prodotti ta’ kwalità baxxa, il-kapaċità tal-akkwist tax-xerrejja pubbliċi tista’ tixpruna lis-suq lejn l-innovazzjoni.

EŻEMPJU

L-INNOVAZZJONI TIRRISPONDI GĦAT-TĦASSIB PUBBLIKU:

Kura tal-pazjenti aktar sana fl-isptarijiet

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-belt Żvediża ta’ Örebro xtaqet takkwista kateters ħielsa minn sustanzi ta’ PVC li jagħmlu ħsara. Minkejja li s-suq ma kienx joffrihom fuq bażi wiesgħa, il-belt iddeċidiet li tniedi sejħa għall-offerti xorta waħda. F’dak iż-żmien, fornitur wieħed biss seta’ jirrispondi għal din is-sejħa.

X’sar differenti?

Minkejja l-isfidi, il-belt irnexxielha takkwista l-kateters mixtieqa.

X’kien ir-riżultat?

Tmien snin wara, il-fornituri kollha bdew joffru prodott mingħajr PVC.

1.3    Għaliex hemm bżonn gwida dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni?

L-objettiv prinċipali tax-xerrejja pubbliċi huwa li jiżguraw ir-riżultat ta’ akkwist l-aktar stabbli u affidabbli. Normalment dawn għandhom it-tendenza li jnaqqsu r-riskji billi:

i.

ifittxu operaturi ekonomiċi stabbiliti b’reputazzjoni u rekord tat-taxxa perfetti u fatturat sostanzjali u

ii.

jitolbu soluzzjonijiet standard li wrew li huma affidabbli.

F’dan il-kuntest, jista’ jkun diffiċli li jinbena każ għal prodotti u servizzi innovattivi li jinvolvu marġni akbar ta’ riskju minkejja l-fatt li d-deċiżjoni li tinxtara l-innovazzjoni ġġib benefiċċji ċari lix-xerrej pubbliku. Dawn il-benefiċċji – sew jekk ikun iffrankar, soluzzjonijiet għal bżonnijiet ġodda jew soluzzjonijiet aħjar għal bżonnijiet antiki – iridu jiġu identifikati b’mod ċar, deskritti b’mod trasparenti u ddettaljat, stabbiliti bħala miri u mkejlin b’mod oġġettiv. Ir-riskji legali, baġitarji u reputazzjonali jenħtieġ li jiġu antiċipati u mitigati. Din il-Gwida għandha l-għan li tipprovdi l-ewwel imbuttatura u ideat għal dawk li jfasslu l-politika dwar l-akkwist pubbliku sabiex jaċċettaw din l-isfida.

Flimkien ma’ diversi sħab, il-Kummissjoni Ewropea diġà ħarġet diversi materjali ta’ gwida dwar dan is-suġġett u dawn id-dokumenti għadhom referenza valida (11). Abbażi tal-esperjenza preċedenti u bi tweġiba għas-sejħiet ripetuti min-naħa tal-partijiet ikkonċernati, din il-Gwida telabora fuq kunsiderazzjonijiet prattiċi aktar dettaljati; hija tiffoka fuq ċerti aspetti mhux esplorati tal-għodod proposti mir-regoli tal-UE u tintroduċi fihom perspettiva usa’, inkluż fil-kuntest tal-appoġġ madwar l-UE kollha għan-negozji ġodda u l-SMEs innovattivi.

Din il-Gwida għalhekk għandha l-għan li:

tipprovdi argumenti sabiex jinbena każ ta’ negozju għall-akkwist ta’ innovazzjoni,

tissuġġerixxi azzjonijiet li jipprovdu l-appoġġ meħtieġ għal proġetti innovattivi,

tgħin biex jiġu megħluba l-inċertezzi abbażi ta’ spjegazzjoni tal-qafas legali tal-UE għall-akkwist pubbliku kif applikat għal proċeduri innovattivi kif ukoll eżempji mill-ħajja reali.

L-eżempji msemmija f’din il-gwida jagħtu prova li l-ideat avvanzati hawnhekk jenħtieġ li jkunu fattibbli fl-Istati Membri kollha minħabba li r-regoli prinċipali tal-akkwist pubbliku joriġinaw mill-istess Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku..

2   ĦOLQIEN TA’ QAFAS TA’ POLITIKA GĦALL-AKKWIST TA’ INNOVAZZJONI

L-akkwist ta’ innovazzjoni huwa opportunità għax-xerrejja pubbliċi, iċ-ċittadini u n-negozji. Qafas ta’ politika komprensiv li jipprovdi viżjoni, strateġija u mezzi xierqa huwa essenzjali sabiex din l-opportunità tinbidel f’realtà. Il-paragrafi li ġejjin jagħtu ħarsa lejn il-komponenti prinċipali ta’ qafas ta’ politika għall-akkwist ta’ innovazzjoni.

2.1    Mandat ta’ politika ċar

Viżjoni ta’ politika ċara pprovduta fil-livell politiku lill-istituzzjonijiet u lill-professjonisti involuti fl-akkwist strateġiku tagħmel differenza, billi din tagħtihom il-mandat neċessarju sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni. Meta tkun akkumpanjata minn kampanja ta’ komunikazzjoni ċara u appoġġata minn impenn baġitarju fuq terminu twil, ikun hemm ċans akbar li l-viżjoni politika tirnexxi.

EŻEMPJU

IL-KUNSILL NAZZJONALI ŻVEDIŻ TAL-INNOVAZZJONI

Il-Kunsill Nazzjonali Żvediż tal-Innovazzjoni jlaqqa’ flimkien ministri tal-gvern b’portafolji u esperti relatati mal-innovazzjoni. Dan il-Kunsill huwa presedut mill-Prim Ministru. Dan il-forum jippermetti diskussjoni dwar l-innovazzjoni fl-ogħla livell, li jgħin biex jiġi kkonsolidat l-approċċ tal-gvern. Pereżempju, huwa għen sabiex jiġi ċċarat l-użu ta’ kriterji funzjonali fl-akkwist pubbliku.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.government.se/government-policy/national-innovation-council

Il-potenzjal strateġiku tal-akkwist ta’ innovazzjoni huwa enormi, speċjalment fl-appoġġ tal-iżvilupp teknoloġiku fis-settur pubbliku u minnu. L-industriji li jiddependu fuq il-bejgħ lis-settur pubbliku jistgħu jiġu mmotivati sabiex ikunu innovattivi u jadottaw teknoloġiji ġodda permezz tad-domanda pubblika. Is-setturi soċjali bħall-kura tas-saħħa, it-trattament tal-ilma, it-tisħin distrettwali, it-toroq u l-ferroviji jiddependu kważi esklużivament fuq espressjonijiet ta’ domanda pubblika. F’dawn il-każijiet, l-akkwist pubbliku huwa mezz ċar sabiex dik id-domanda tiġi mleħħna u sabiex jiġi xprunat il-progress teknoloġiku.

EŻEMPJU

L-INNOVAZZJONI TGĦIN SABIEX JINTLAĦQU L-MIRI AMBJENTALI FIL-LIVELL MUNIĊIPALI

Il-miri ambjentali ta’ Copenhagen milħuqin permezz ta’ teknoloġiji innovattivi

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Wara li stabbiliet il-mira ambizzjuża li ma tibqax tiġġenera emissjonijiet tal-karbonju sal-2025, bħalissa Copenhagen qed tittrasforma l-mod kif tiġġestixxi l-enerġija. Rekwiżit prinċipali sabiex tkun tista’ tintlaħaq din il-mira huwa tnaqqis sostanzjali fil-konsum tal-enerġija mit-tidwil tat-toroq. Għal dan il-għan, kien hemm bżonn li jinbidlu kważi 20,000 lampa tat-toroq.

L-għanijiet tat-tidwil tal-Belt ta’ Copenhagen kienu:

Is-sostituzzjoni tal-lampi tas-sodju ta’ pressjoni għolja fit-toroq residenzjali, it-toroq akbar u l-awtostradi ta’ Copenhagen b’fanali LED effiċjenti ddisinjat apposta,

Il-kisba ta’ ffrankar sostanzjali fl-enerġija u fis-CO2 sabiex il-belt tkun tista’ tilħaq il-mira tagħha li ma tibqax tiġġenera emissjonijiet tal-karbonju sal-2025,

It-titjib tal-kwalità tat-tidwil tat-toroq sabiex jiżdiedu s-sigurtà u l-kumdità,

L-integrazzjoni tal-kontroll tat-tidwil ma’ data dwar id-densità tat-traffiku sabiex il-livelli tat-tidwil jiġu adattati għall-użu tat-toroq fil-futur,

Il-ħolqien ta’ sistema ta’ ġestjoni ċentrali għall-ġestjoni u l-kontroll effiċjenti tat-tidwil tat-toroq

X’sar differenti?

L-awtorità kontraenti għażlet proċedura ta’ djalogu kompetittiv. Il-kriterji tal-evalwazzjoni kienu bbilanċjati: prezz 25 %, twettiq u organizzazzjoni tal-kompiti 25 %, soluzzjoni ta’ tidwil 20 %, u kwalitajiet ambjentali u tal-enerġija 30 %. Il-proċedura ħadet 16-il xahar sakemm ġie ffirmat il-kuntratt.

X’kien ir-riżultat?

Bil-bidla għall-użu ta’ lampi LED, il-konsum tal-enerġija tnaqqas b’57 % u b’hekk naqset kemm l-impronta tal-karbonju kif ukoll il-kostijiet tal-manutenzjoni (EUR 1,6 miljun kull sena, għal investiment ta’ EUR 26 miljun).

Dettalji huma disponibbli minn:

http://spice-project.eu

http://spice-project.eu/wp-content/uploads/sites/14/2017/08/Copenhagen_Street_Light.pdf

Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li, flimkien mal-ħafna vantaġġi, l-akkwist ta’ innovazzjoni jinvolvi wkoll riskji u kostijiet. Dan jirrikjedi bidla kulturali mhux biss fost ix-xerrejja pubbliċi nfushom, iżda wkoll fl-ekosistema kollha: fost l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet politiċi, l-awdituri, u anke l-akkademja. F’dan il-kuntest, dikjarazzjoni ta’ politika ċara hija essenzjali sabiex jiġu indirizzati l-averżjoni għar-riskju u kostijiet addizzjonali possibbli li jirriżultaw mir-reżistenza għall-innovazzjoni.

EŻEMPJU

INVOLVIMENT TAL-UFFIĊJALI ELETTI:

Il-Bord tal-Akkwist Pubbliku tal-Belt ta’ Pariġi

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-belt ta’ Pariġi xtaqet issaħħaħ l-approċċ strateġiku tagħha lejn l-akkwist pubbliku u timplimentah b’mod aktar effiċjenti kif ukoll li tinvolvi aktar lill-membri (eletti) tal-Kunsill tagħha.

X’sar differenti?

Fl-2016, il-Kunsill ta’ Pariġi stabbilixxa l-Bord tal-Akkwist Pubbliku (Commission d’anticipation des achats). Dan huwa kompost minn 10 membri li jirrappreżentaw il-gruppi politiċi kollha fil-Kunsill ta’ Pariġi.

Il-Bord jiddiskuti proġetti ta’ akkwist pubbliku li jkunu ġejjin u l-mod kif għandu jiġi implimentat l-approċċ strateġiku fi proċeduri speċifiċi. B’dan il-mod ir-rappreżentanti eletti jkunu jistgħu jirċievu l-informazzjoni, jiskambjaw l-opinjonijiet u jikkontribwixxu fi stadju bikri, ħafna qabel ma jitnedew il-proċeduri.

X’kien ir-riżultat?

Bis-saħħa tal-involviment akbar tal-gruppi politiċi kollha fi stadju bikri, l-approċċ strateġiku għall-akkwist pubbliku kiseb leġittimità akbar. Dan jiġi rfinut ukoll b’mod kontinwu fid-dawl tal-iskambji profondi li jseħħu waqt il-laqgħat tal-Bord. Proċeduri ta’ akkwist pubbliku speċifiċi jqisu aktar il-kunsiderazzjonijiet strateġiċi.

Dan l-approċċ inklużiv u l-involviment akbar tal-politiċi wasslu wkoll għal tqassir fiż-żmien li jieħdu l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku (minn xahar sa tliet xhur iqsar minn qabel ma ġie stabbilit il-Bord).

Mod qawwi ta’ kif jiġi espress mandat ta’ politika b’saħħtu huwa permezz tal-miri, jiġifieri permezz tad-definizzjoni ta’ persentaġġ tax-xiri pubbliku li għandu jkun iddedikat għall-akkwist ta’ innovazzjoni. Għalkemm dan l-approċċ jista’ ma jkunx adattat għal kull xenarju u għandu l-isfidi tiegħu, partikolarment fir-rigward tad-definizzjoni, il-kejl u l-affidabbiltà, huwa jista’ joħloq inċentivi istituzzjonali b’saħħithom sabiex tingħeleb l-inerzja amministrattiva u l-averżjoni għar-riskju.

MIRI MADWAR ID-DINJA U FL-EWROPA

L-awtoritajiet madwar id-dinja stabbilew miri sabiex persentaġġ mill-baġits tagħhom għall-akkwist pubbliku jintefaq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Pereżempju, l-Istati Uniti jaħdmu biex jonfqu mill-anqas USD 500 miljun (~2.5 % tal-PDG) fuq akkwisti ta’ riċerka u żvilupp, filwaqt li l-Korea t’Isfel timmira li tonfoq 5 % tar-riżorsi ta’ akkwist pubbliku tagħha fuq l-iżvilupp u 20 % fuq l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Fl-Ewropa, jeżistu miri nazzjonali u reġjonali. Tipikament, bejn 2-5 % tal-akkwist pubbliku jkun iddedikat għall-aġġornament tal-innovazzjoni. Xi awtoritajiet lokali stabbilew miri aktar ambizzjużi. Pereżempju, il-Belt ta’ Ghent irriżervat 10 % tal-baġit tagħha għall-akkwist tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-Manifest ta’ Espansjoni Ewropea jirrakkomanda miri minimi ta’ 3 % għall-akkwist prekummerċjali u ta’ 20 % għall-akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Il-mira ta’ Ghent:

https://www.digipolis.be/sites/default/files/20140929_DO_charter %20pdf.pdf

Miri nazzjonali/reġjonali tal-UE:

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/innovation-procurement-initiatives-around-europe

Scale Up Europe manifesto:

http://scaleupeuropemanifesto.eu

L-Opinjoni tal-KŻER:

http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-1209-2015-INIT/en/pdf

L-istudju dwar il-valutazzjoni komparattiva tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u n-nefqa fuq l-akkwist ta’ innovazzjoni huwa disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/study-benchmarking-strategic-use-public-procurement-stimulating-innovation-digital-economy

FAĊILITÀ GĦALL-INNOVAZZJONI TAL-OQFSA TA’ POLITIKA NAZZJONALI – STUDJU

Ir-riżultati tal-valutazzjoni komparattiva juru kemm l-Ewropa diġà għamlet progress fl-implimentazzjoni ta’ oqfsa ta’ politika nazzjonali għall-akkwist ta’ innovazzjoni. Il-qafas ġenerali tal-politika tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa qed jaħdem biss f’livell ta’ ftit aktar minn kwart tal-qawwa potenzjali tiegħu.

Globalment, jista’ jiġi osservat li l-akkwist ta’ innovazzjoni għadu mhuwiex prijorità strateġika f’ħafna pajjiżi. L-inċentivi u l-istrutturi għall-bini tal-kapaċitajiet huma wkoll insuffiċjenti biex jappoġġaw lix-xerrejja pubbliċi fl-implimentazzjoni tal-akkwist ta’ innovazzjoni.

Madankollu, ġie stabbilit li l-Istati Membri li qegħdin fuq quddiem nett tal-innovazzjoni b’mod ġenerali stabbilew ukoll qafas ta’ politika għall-akkwist ta’ innovazzjoni. Għalhekk, it-tisħiħ tal-investiment fl-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika aktar strateġiku għall-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni fl-Ewropa jista’ jikkontribwixxi biex tiżdied il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.

Grafika 1

Valutazzjoni komparattiva f’livell Ewropew tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni

Image 1

Sors:

L-istudju dwar il-valutazzjoni komparattiva tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u n-nefqa fuq l-akkwist ta’ innovazzjoni msemmi fil-kaxxa ta’ hawn fuq:

2.2    L-innovazzjoni bħala mezz sabiex jintlaħqu diversi għanijiet politiċi

L-innovazzjoni hija kemm xprun ewlieni tat-tkabbir sostenibbli, l-irkupru u r-reżiljenza li għalih tista’ tikkontribwixxi b’mod sostanzjali l-kapaċità tax-xiri pubbliku, kif ukoll mezz importanti sabiex jittejjeb il-valur għall-flus tas-servizzi pubbliċi li l-gvern huwa responsabbli għalihom.

Barra minn hekk, il-viżjoni politika għandha tkun ċara dwar ir-rabtiet bejn għanijiet politiċi oħrajn u l-akkwist ta’ innovazzjoni, pereżempju t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ekonomija, it-tnaqqis tal-impronta ambjentali, iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-kura tas-saħħa sostenibbli għall-popolazzjoni li qed tixjieħ, l-iffaċilitar tal-aċċess tan-negozji ġodda u tal-SMEs għas-suq, it-tnaqqis tal-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-immodernizzar tal-għoti ta’ servizzi pubbliċi, eċċ.

EŻEMPJU

L-INNOVAZZJONI TGĦIN FL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ POLITIKI AMBJENTALI U TAS-SAĦĦA:

Approċċ ġdid għat-tkessiħ ta’ sptar fil-Polonja

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Bit-tibdil fil-klima, il-mewġiet tas-sħana saru aktar komuni fil-Polonja. L-isptar f’Sucha Beskidzka kien wieħed mill-ħafna sptarijiet fil-Polonja fejn l-impatt tat-temperaturi għoljin fil-kmamar fuq il-benesseri tal-pazjenti u tal-persunal, kif ukoll fuq l-apparat mediku, kien qed ikun ta’ tħassib dejjem akbar. Il-Ministeru tas-Saħħa Pubblika rrisponda għal dan billi talab lill-fornituri kollha tal-kura tas-saħħa sabiex jinstallaw “tagħmir li jimblokka x-xemx fil-kmamar tal-pazjenti” li huma esposti għal dawl tax-xemx eċċessiv. Iżda l-arja kkundizzjonata fil-kmamar tal-pazjenti fix-xhur tas-sajf ħolqot pressjoni fuq il-baġit tal-isptar ta’ Sucha Beskidzka.

X’sar differenti?

Minflok xtara aktar soluzzjonijiet simili, l-isptar talab lis-suq għal soluzzjonijiet disponibbli fi ħdan djalogu tekniku. Imbagħad, bl-użu ta’ kriterji funzjonali (tnaqqis fit-temperatura ta’ 2°C) minflok ma ppreskriva soluzzjoni speċifika fi proċedura miftuħa, akkwista soluzzjoni aktar sana u aktar sostenibbli: il-faċċata tal-binja ġiet mgħammra b’pannelli solari, li jipprovdu d-dell mingħajr ma jdallmu l-kmamar. L-użu tal-mudell tal-ikkostjar fuq it-tul taċ-ċiklu tal-ħajja kollu kien kruċjali għal riżultat ta’ akkwist li bbenefikaw minnu l-pazjenti, il-persunal u l-maniġment.

X’kien ir-riżultat?

It-temperatura fl-isptar waqgħet b’10 % anki jekk it-temperaturi ta’ barra żdiedu b’20 %. Il-pannelli solari jipprovdu wkoll 5 % tal-bżonnijiet tal-elettriku tal-isptar, li jikkumpensa għall-investiment inizjali. Dan l-eżempju juri r-rwol sinifikanti li l-akkwist pubbliku u l-innovazzjoni jista’ jkollhom biex jintlaħqu l-isfidi tal-irkupru u t-tranżizzjoni ekoloġika.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.ecoquip.eu/procurement-projects/cost-effective-and-low-carbon-solutions-to-maintain-the-thermal-comfort-of-patients.html

http://eafip.eu/wp-content/uploads/2016/11/2_M.Kautsch.pdf

2.3    Stabbilment tal-livell ta’ ambizzjoni

Il-motto tal-akkwist ta’ innovazzjoni huwa “Bidu umli, espansjoni mħaffa”. L-esperjenza tista’ tkun ta’ sfida u forsi l-aħjar li tiġi introdotta bħala proċess ta’ tagħlim pass, pass. Fi kliem ieħor, il-ħafna tibdil - minn dak kulturali għal dak proċedurali - meħtieġ għall-akkwist ta’ innovazzjoni m’hemmx għalfejn isir f’daqqa. It-tfassil ta’ proġett ta’ suċċess li jinvolvi l-innovazzjoni jista’ anki jiġi organizzat minn isfel għal fuq, billi wieħed jibda b’fokus fuq problemi sempliċi u prattiċi.

Il-punt tat-tluq jista’ jkun l-identifikazzjoni ta’ għadd ta’ temi (pereżempju l-ambjent/it-tibdil fil-klima, is-saħħa, eċċ.) li wieħed għandu jiffoka fuqhom u li jistgħu jibbenefikaw minn approċċ innovattiv. Il-fokus jista’ jkun li wieħed jibda b’dawk is-setturi u l-proġetti li fihom l-innovazzjoni tista’ tiġi implimentata aktar faċilment u fejn tista’ tagħmel l-akbar differenza. Bidu fuq skala żgħira jwassal għat-trawwim ta’ kredibbiltà u fiduċja u eventwalment jattira proġetti akbar.

Ir-regoli tal-UE jipprovdu lix-xerrejja pubbliċi b’sett ta’ għodda li huma adattati tajjeb għad-diversi livelli ta’ ambizzjoni possibbli. Dawn se jiġu ppreżentati fil-Kapitlu 4.

EŻEMPJU

SOLUZZJONIJIET GĦAL-LIVELLI KOLLHA TA’ AMBIZZJONI:

Mudell tal-kriterji ambjentali tal-Aġenzija Żvediża għall-Akkwisti Pubbliċi

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Fl-Iżvezja, il-politiki nazzjonali għall-ambjent, l-enerġija u t-trasport japprovaw l-akkwist ta’ innovazzjoni bħala prijorità strateġika. Madankollu, l-implimentazzjoni prattika ta’ dawk l-ambizzjonijiet politiċi tirrikjedi gwida speċifika, kriterji mudell u dokumenti mudell. Iżda l-istess approċċ mhux dejjem ikun adattat għal kulħadd.

X’sar differenti?

L-Aġenzija Żvediża għall-Akkwisti Pubbliċi organizzat il-kriterji ambjentali relatati mal-innovazzjoni għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku fi tliet livelli: Bażiku, Avvanzat u Pijunier (pereżempju, il-karozzi li jaħdmu bl-idroġenu bħalissa huma kklassifikati bħala soluzzjoni f’livell Pijunier). Il-kriterji u l-livelli jiġu deċiżi f’sett ta’ laqgħat bejn il-partijiet ikkonċernati kollha: xerrejja pubbliċi mil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, manifatturi, negozjanti tal-karozzi, kumpaniji tat-taksi u ta’ servizzi ta’ kurrier, eċċ. Dawn jiġu aġġornati regolarment, skont il-progress teknoloġiku f’kull qasam. Ladarba jkun hemm qbil dwar kriterju, l-Aġenzija tiżviluppa test legali korrispondenti li jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti u li jista’ jiġi kkupjat u jintuża minn kull xerrej pubbliku fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti għall-akkwisti tagħhom. Il-kriterji huma volontarji u jistgħu jintużaw liberament.

X’kien ir-riżultat?

Dan l-approċċ wassal għall-użu u d-diffużjoni fis-suq ta’ soluzzjonijiet innovattivi f’setturi li jużaw ħafna enerġija, bħall-prodotti domestiċi, it-trasport pubbliku jew it-tisħin, u għen biex id-dipendenza tal-Iżvezja fuq l-enerġija nukleari titnaqqas bi 15 %.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.upphandlingsmyndigheten.se/en/sustainable-public-procurement/sustainable-procurement-criteria

Għal studju ta’ każ speċifiku, ara:

http://www.ecomotion.us/results/pdfs/108es.pdf

2.4    Insarrfu l-ambizzjonijiet f’azzjonijiet u impenji

Sabiex jiġi żgurat li l-ambizzjonijiet jissarrfu f’azzjonijiet konkreti, huwa importanti li jinbena qafas ta’ politika strateġika flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni għall-akkwist ta’ innovazzjoni. Il-qafas ta’ politika tipikament jistabbilixxi b’mod ċar l-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ politika, inklużi definizzjonijiet, indikaturi, rwoli u responsabbiltajiet. Pjan ta’ azzjoni jimpenja ruħu għal numru ta’ azzjonijiet, atturi, għodod, riżorsi, baġits, riżultati mistennija u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni definiti b’mod ċar. L-involviment tal-partijiet ikkonċernati huwa aspett ewlieni fit-tfassil tal-pjan ta’ azzjoni sabiex jiġi żgurat l-impenn min-naħa tal-partijiet kollha involuti.

Fl-Ewropa, kif muri mill-istudju ta’ valutazzjoni komparattiva msemmi hawn fuq, erba’ Stati Membri (l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, u n-Netherlands) adottaw pjan ta’ azzjoni ddedikat għall-akkwist ta’ innovazzjoni u ħamsa oħra (id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Franza, u l-Iżvezja) inkludew objettivi speċifiċi u miżuri konkreti dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni fi strateġiji jew programmi nazzjonali aktar wiesgħa, ħafna drabi b’baġit iddedikat u b’impenn ċar tal-atturi ewlenin.

EŻEMPJU

INSARRFU L-VIŻJONI F’AZZJONI:

L-istrateġija federali tal-Awstrija għar-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-“Innovazzjoni li tippromwovi l-akkwist pubbliku” ilha prijorità fi ħdan l-istrateġija federali Awstrijaka għar-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni mill-2011.

X’sar differenti?

Ġie adottat pjan ta’ azzjoni biex l-istrateġija titqiegħed fil-prattika u biex jissaħħu s-sinerġiji ma’ oqsma oħra ta’ politika. L-Aġenzija tal-Akkwisti Federali taġixxi bħala ċ-ċentru ta’ kompetenza Awstrijak għall-akkwist ta’ innovazzjoni ċentrali li joffri taħriġ, dokumentazzjoni, assistenza u għotjiet żgħar lix-xerrejja pubbliċi Awstrijaki biex iħejju l-akkwist prekummerċjali jew l-akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi. L-SMEs jistgħu jiksbu garanzija finanzjarja, li tiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-offerti. Fl-2014, kienet stabbilita sistema ta’ monitoraġġ sabiex titkejjel n-nefqa annwali fuq l-akkwist ta’ innovazzjoni fl-Awstrija.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.ioeb.at

https://era.gv.at/object/document/2177

L-akkwist ta’ innovazzjoni ma jseħħx f’iżolament minn politiki oħra. Dan jista’ jirnexxi aktar meta jkun appoġġat minn politiki settorjali u orizzontali oħra li jippermettu l-innovazzjoni. Azzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-akkwist ta’ innovazzjoni jistgħu jiġu previsti fl-oqfsa ta’ politika u fil-pjanijiet ta’ azzjoni għal setturi speċifiċi (pereżempju, is-sigurtà, is-saħħa, it-tibdil fil-klima, eċċ.) u għal politiki abilitanti orizzontali oħra (pereżempju, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tassazzjoni, eċċ.).

2.5    Bini tal-kapaċitajiet

L-akkwist ta’ innovazzjoni jirrikjedi t-twettiq ta’ għadd ta’ attivitajiet speċifiċi li ma jistgħux jiġu improvizzati. Irrispettivament mil-livell ta’ ambizzjoni, dawn jirrikjedu ammont ta’ ħin, flus u għarfien espert. It-taħriġ speċjalizzat (2.5.1), l-akkwist kooperattiv (2.5.2) u t-trawwim ta’ kultura ġeneralment intraprenditorjali jistgħu jgħinu sabiex tinbena l-kapaċità neċessarja għall-akkwist ta’ innovazzjoni b’kost raġonevoli.

12-il Stat Membru ħolqu ċentri ta’ kompetenza nazzjonali dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni li jipprovdu punt uniku ta’ servizz sabiex joħolqu għarfien, jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet u jassistu lix-xerrejja pubbliċi fl-implimentazzjoni tal-akkwisti ta’ innovazzjoni (12).

ĊENTRI TA’ KOMPETENZA

Il-Kummissjoni Ewropea tiffinanzja l-attivitajiet ta’ netwerking fost iċ-ċentri ta’ kompetenza nazzjonali permezz tan-netwerk Ewropew ta’ ċentri ta’ kompetenza nazzjonali dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni –il-proġett Procure2Innovate.

https://procure2innovate.eu

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/eu-funded-projects

Korpi professjonali u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ jistgħu jipprovdu appoġġ simili f’termini ta’ manwali, materjali ta’ gwida, dokumenti mudell, abbozz ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni jew metodoloġiji tal-kejl. Minħabba l-għarfien dettaljat tagħhom dwar is-suq, it-trażmissjoni tal-għarfien espert tagħhom lix-xerrejja pubbliċi tippermetti lil dawn tal-aħħar li jiddefinixxu l-ħtiġijiet u jfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bl-aktar mod avvanzat (13).

2.5.1   Taħriġ u għajnuna lin-nies

Il-professjonaliżmu (14) huwa wieħed mill-fatturi ewlenin tas-suċċess. Uħud mill-aktar eżempji ta’ suċċess tal-akkwist ta’ innovazzjoni, bħal dawk li nsibu f’Barċellona, fil-Lombardija, fl-Awstrija jew fl-Iżvezja, għaqqdu flimkien mandat ta’ politika b’saħħtu li jqiegħed l-innovazzjoni fil-qalba tal-politiki ekonomiċi lokali ma’ persunal immotivat ħafna u professjonali.

Sabiex jinvolvi ruħu b’suċċess fl-akkwist ta’ innovazzjoni, xerrej pubbliku jenħtieġ li jisfrutta l-għarfien u l-ħiliet f’oqsma, li jinkludu:

Għarfien:

l-involviment tas-suq u tal-partijiet ikkonċernati

il-prodotti jew is-servizzi rilevanti

Ħiliet bażiċi:

il-qafas legali rilevanti

in-negozjar

il-ġestjoni tal-kuntratti

Ħiliet speċifiċi għall-innovazzjoni:

il-valutazzjoni tar-riskji

il-ġestjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI)

l-intraprenditorija politika

Din il-kapaċità tista’ tinbena permezz ta’ taħriġ intern, reklutaġġ immirat, billi wieħed jibbaża fuq esperti u konsulenti esterni jew bl-ippuljar tal-għarfien espert ma’ xerrejja pubbliċi oħra. Anke f’livell aktar baxx ta’ ambizzjoni, l-għarfien tajjeb tas-suq u l-kapaċità li jintużaw l-għodod bażiċi offruti mir-regoli tal-UE, bħall-kriterji tal-Aktar Offerta Ekonomikament Vantaġġuża (MEAT) jew ir-rekwiżiti funzjonali, jgħinu.

Dan il-proċess ta’ tagħlim ma jikkonċernax biss lix-xerrejja pubbliċi. Il-kumpaniji, speċjalment negozji ġodda u SMEs innovattivi, ukoll jeħtieġ li b’mod gradwali jinvolvu ruħhom fil-proċessi tan-negozju ffukati fuq l-innovazzjoni mas-settur pubbliku u jiffamiljarizzaw irwieħhom ma’ prattiki amministrattivi speċifiċi.

EŻEMPJU

PROFESSJONALIZZAZZJONI TAL-AKKWIST PUBBLIKU:

It-taħriġ tal-persunal tal-Kunsill tal-Belt ta’ Barċellona

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-akkwist ta’ innovazzjoni jeħtieġ ħiliet u għarfien.

X’sar differenti?

Il-Kunsill tal-Belt ta’ Barċellona, b’kooperazzjoni mal-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA), jorganizza programm ta’ taħriġ dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni għall-maniġers tal-belt, għall-impjegati taċ-ċivil, għall-konsulenti, għall-intrapriżi u għall-konsulenti legali. Dan il-programm dwar l-Akkwist Pubbliku għall-Innovazzjoni u l-Akkwist Prekummerċjali fl-Ibliet joffri informazzjoni prattika dwar kif issir belt minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tal-innovazzjoni min-naħa tad-domanda.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://seminars.eipa.eu/en/activities09/show/&tid=6141

http://formacio.eapc.gencat.cat/infoactivitats/AppJava/DetalleActividad.do?codi=10251&ambit=1&edicio=1&any=2017

EŻEMPJU

KONDIVIŻJONI TAL-ESPERJENZA FUQ LIVELL INTERNAZZJONALI

Il-Kummissjoni Ewropea kkofinanzjat il-ħolqien ta’ pjattaforma online għall-kondiviżjoni tal-esperjenza dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni. Din il-pjattaforma hija operata mill-ICLEI. Permezz ta’ forum dwar l-akkwist u ċentru ta’ riżorsi, din tgħin lix-xerrejja pubbliċi, lil dawk li jfasslu l-politika, lir-riċerkaturi u lil partijiet ikkonċernati oħra jisfruttaw is-saħħa tal-akkwist ta’ innovazzjoni.

Dettalji huma disponibbli minn:

www.innovation-procurement.org

2.5.2   Konsiderazzjoni tal-akkwist kooperattiv

It-terminu “akkwist kooperattiv” jinkludi diversi modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn ix-xerrejja pubbliċi.

L-istabbiliment jew il-mandat ta’ entitajiet iddedikati, bħal korpi ċentrali għall-akkwisti (CPBs), assoċjazzjonijiet tal-ibliet, Konsorzji għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERICs) (15), Impriżi Konġunti (Jus) (16) jew Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (17), biex iwettqu akkwist kooperattiv fuq bażi regolari huwa l-aktar mod strutturat ta’ kooperazzjoni. Il-korpi ċentrali għall-akkwisti huma istituzzjonijiet li jiġġestixxu l-proċess ta’ akkwist pubbliku għal xerrejja pubbliċi oħra. Il-gvernijiet ċentrali jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu korpi ċentrali għall-akkwisti fil-livell nazzjonali, filwaqt li l-awtoritajiet lokali jistgħu jagħmlu l-istess fil-livell tagħhom. Dawn jistgħu jinħolqu wkoll minn xerrejja pubbliċi fi ħdan settur speċifiku.

KORPI ĊENTRALI GĦALL-AKKWISTI (CPBS)

Is-CPBs qed isiru element ewlieni tal-organizzazzjoni tal-akkwist pubbliku fl-Istati Membri tal-UE. Ħafna CPBs ġew stabbiliti madwar l-Ewropa u joperaw f’livelli differenti (ċentrali (18) reġjonali (19) u settorjali (20)). Jeżistu madwar 50 CPB li jagħtu aktar minn 15-il kuntratt kull sena u sa 200 li jagħtu bejn 5 kuntratti u 15-il kuntratt.

Aktar informazzjoni hija disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/growth/content/public-buyers-save-money-cooperative-procurement-0_en

L-akkwist kooperattiv b’mod ġenerali u bl-użu ta’ strutturi permanenti għal dan b’mod partikolari għandu diversi karatteristiċi li jiffaċilitaw l-akkwist ta’ innovazzjoni:

Dawn jagħmluha aktar faċli li jiġi ingaġġat persunal professjonali li jkollu l-għarfien espert sabiex jartikola ħtiġijiet speċjalizzati u kumplessi, sabiex ikun involut fis-suq b’mod strutturat u jfassal proċeduri li jwasslu għall-innovazzjoni,

Dawn iwasslu għal ekonomiji ta’ skala li huma neċessarji sabiex jinħolqu l-ewwel swieq għal prodotti u servizzi innovattivi,

Dawn jippermettu li s-soluzzjonijiet innovattivi jkollhom impatt akbar minħabba li kull soluzzjoni tkun tista’ tiġi implimentata minn xerrejja pubbliċi differenti.

Madankollu, huwa importanti li jiġi nnutat li l-akkwist kooperattiv jeħtieġ li jiżgura li ma jagħlaqx is-suq tal-akkwist pubbliku għal prodotti individwalizzati jew magħmulin apposta permezz ta’ standardizzazzjoni żejda.

L-akkwist kooperattiv jista’ jsir ukoll f’forom anqas strutturati, bħal networks tax-xerrejja pubbliċi u assoċjazzjonijiet tax-xerrejja pubbliċi li jingħaqdu flimkien fuq bażi ad-hoc sabiex jimplimentaw akkwist ta’ innovazzjoni speċifiku flimkien, jorganizzaw skambji ta’ prattiki tajbin u tagħlim reċiproku.

EŻEMPJU

SFORZI MAGĦQUDA DWAR L-AKKWIST TA’ COMPUTING TA’ PRESTAZZJONI GĦOLJA:

Minn grupp ta’ xerrejja ad hoc għal entità tal-akkwist iddedikata

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC) jintuża f’għadd ta’ oqsma fi ħdan is-settur pubbliku, inklużi ċ-ċibersigurtà, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u s-saħħa, minħabba li jagħmilha possibbli li jiġu żviluppati, ittestjati u implimentati applikazzjonijiet partikolarment kumplessi.

X’sar differenti?

Fl-2017, ċentri tas-supercomputing ewlenin minn Franza, l-Italja, Spanja u l-Ġermanja ffurmaw grupp ta’ xerrejja ad hoc biex jeżegwixxu akkwist pubbliku konġunt ta’ soluzzjonijiet innovattivi. Ix-xerrejja pubbliċi kkoordinaw il-pjanijiet direzzjonali tagħhom sabiex jipprovdu riżorsi ta’ HPC li jużaw l-enerġija b’mod aktar effiċjenti madwar l-Ewropa.

X’inhu r-riżultat mistenni?

Il-baġit totali ppjanat għal dan l-ewwel akkwist konġunt ta’ soluzzjonijiet ta’ HPC innovattivi huwa ta’ EUR 73 miljun. L-ewwel implimentazzjonijiet wasslu għal titjib sinifikanti fl-infrastruttura tal-HPC. Il-kollaborazzjoni tajba wittiet it-triq għal EUR 1 biljun oħra ta’ investimenti konġunti fl-Ewropa permezz tal-Impriża Konġunta EUROHPC, entità ddedikata li ġiet stabbilita bejn l-UE u l-Istati Membri biex twettaq akkwisti ta’ HPC madwar l-Ewropa fil-futur b’mod ikkoordinat, li ġiet iffirmata f’Jannar 2018.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/european-procurement-cooperation-delivers-more-powerful-and-energy-efficient-supercomputers

https://www.ppi4hpc.eu

https://eurohpc-ju.europa.eu/

EŻEMPJU

L-INIZJATTIVA DWAR IX-“XERREJJA L-KBAR”:

Akkwist pubbliku ta’ prodotti u servizzi innovattivi f’oqsma speċifiċi

Issodisfar tal-ħtiġijiet tax-xerrejja l-kbar

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva pilota kien li żżid l-użu tal-akkwist ta’ innovazzjoni fl-Ewropa permezz ta’ sħubijiet ma’ xerrejja pubbliċi. L-ICLEI jmexxi l-inizjattiva pilota flimkien ma’ EUROCITIES f’isem id-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs (DĠ GROW) tal-Kummissjoni Ewropea hekk kif huma mmaniġġjaw is-segretarjat tal-proġett. Fl-inizjattiva pilota, ġew identifikati tliet sottogruppi mix-xerrejja l-kbar (prinċipalment bliet kbar, iżda wkoll utilitajiet jew CPBs) bħala oqsma li għandu jsir fokus fuqhom: siti ta’ kostruzzjoni b’emissjonijiet żero, vetturi elettriċi heavy-duty, u materjal tal-kostruzzjoni “ċirkolari”.

X’sar differenti?

Bħala eżempju, il-parteċipanti fis-sottogrupp tal-vetturi elettriċi heavy-duty (Amsterdam, Budapest, Helsinki, Lisbona, Malmoe, Oslo, Pariġi, Porto, Rotterdam, Belgian Post, u Stavenger): (i) ingħaqdu flimkien biex iħejju b’mod konġunt l-involviment tagħhom mal-fornituri; u (ii) qasmu informazzjoni għat-tħejjija tal-offerti (ippjanar, dokumenti tal-offerti, kriterji tal-għoti, riżultati ta’ inizjattivi pilota rigward vetturi mingħajr emissjonijiet, eċċ.).

X’inhu r-riżultat mistenni?

L-objettiv huwa li titfassal dikjarazzjoni komuni tad-domanda u li jintlaħaq qbil dwar għadd ta’ kwistjonijiet u kriterji tekniċi/legali għas-sejħa għall-akkwist pubbliku. Din is-sejħa se tikkonċerna l-iżvilupp ta’ vetturi elettriċi heavy duty (trakkijiet tal-iskart, tindif tat-toroq, konsenja tqila), li bħalissa mhumiex disponibbli fis-suq. Il-kollaborazzjoni bejn ix-xerrejja l-kbar hija mistennija li tgħin biex tistimula s-suq għal prodotti innovattivi. Approċċ simili huwa segwit fis-sottogruppi l-oħra.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.bigbuyers.eu/

Barra minn hekk, il-benefiċċji ta’ akkwist kooperattiv jistgħu jinkisbu minn xerrejja pubbliċi individwali b’kapaċità tal-akkwist suffiċjenti, bħal bliet prinċipali jew kumpaniji kbar tal-utilitajiet. Dawn ix-xerrejja pubbliċi huma kandidati naturali għall-akkwist ta’ innovazzjoni, minħabba li għandhom il-kapaċità li jidentifikaw u jittestjaw prodotti u servizzi innovattivi qabel jixtru bl-ingrossa bħala prodott mainstream.

EŻEMPJU

EHPPA (EUROPEAN HEALTH PUBLIC PROCUREMENT ALLIANCE - ALLEANZA EWROPEA GĦALL-AKKWISTI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA)

X’inhi l-ehppa?

L-EHPPA hija alleanza ta’ organizzazzjonijiet tal-akkwist mingħajr skop ta’ qligħ. Hija għandha l-għan li tiġbor flimkien l-għarfien espert, ittejjeb il-prestazzjoni, u tipprovdi lill-membri tagħha b’pożizzjoni strateġika fis-suq Ewropew tal-akkwisti fil-qasam tas-saħħa. L-EHPPA, li ġiet stabbilita fl-2012, hija assoċjazzjoni rreġistrata skont il-liġi Franċiża, bil-kwartieri ġenerali f’Pariġi.

X’għamlet l-ehppa biex taċċellera l-akkwist ta’ innovazzjoni?

Fit-28 u d-29 ta’ Settembru 2017, CCI France International u l-EHPPA organizzaw l-ewwel “Jiem tal-EHPPA”, forum Ewropew għall-akkwist ta’ innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa, f’Pariġi.

L-għan ta’ dan l-avveniment kien li jpoġġi lix-xerrejja pubbliċi fil-qasam tal-kura tas-saħħa (eż. korpi ċentrali għall-akkwisti, sptarijiet, eċċ.) f’kuntatt ma’ fornituri innovattivi Franċiżi u Ewropej, kif ukoll li jikseb informazzjoni dwar il-prattiki differenti tal-akkwisti ta’ kull pajjiż Ewropew.

Min attenda?

Attendew negozji ġodda, SMEs, kumpaniji tas-suq medju, u fornituri Franċiżi u Ewropej li joffru soluzzjonijiet innovattivi f’kull fergħa tas-settur tal-kura tas-saħħa. Dawn il-fergħat kienu jinkludu: il-farmaċija, il-patoloġija, l-inġinerija bijomedika, il-ġestjoni tal-pazjenti, it-tagħmir mediku, il-bijoteknoloġija, is-saħħa elettronika u l-appoġġ diġitali, l-akkomodazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi tekniċi, l-enerġija u l-iżvilupp sostenibbli, u t-telekomunikazzjoni u s-servizzi tal-IT.

Ir-rapport għall-jiem tal-EHPPA tal-2017:

http://www.ehppa.com/Ressources/FCK/files/EHPPA%20Days%202017%20-%20Web%20REPORT.pdf

Inizjattivi simili:

https://beneluxa.org/

https://www.euractiv.com/section/health-consumers/news/southern-eu-states-present-unified-front-in-drug-talks/

EŻEMPJU

GĦAQDA FLIMKIEN GĦAL AZZJONI STRUTTURATA ORJENTATA LEJN L-INNOVAZZJONI:

Il-Programm ta’ Żvilupp tal-Fornituri Nazzjonali tan-Norveġja

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Ħafna proċessi ta’ akkwist pubbliku innovattivi li jitwettqu minn xerrejja pubbliċi individwali jipproduċu soluzzjonijiet tajbin, iżda jieqfu wara l-istadju ta’ prova jew ta’ ħolqien ta’ prototip minħabba li xerrej uniku ma jirrappreżentax domanda suffiċjenti.

X’sar differenti?

Il-Programm ta’ Żvilupp tal-Fornituri Nazzjonali tan-Norveġja jaħdem b’mod sistematiku sabiex iħeġġeġ lil xerrejja pubbliċi b’interessi simili (pereżempju, il-kisba ta’ mira politika partikolari għall-klima jew is-saħħa) u bi ħtiġijiet simili sabiex jingħaqdu flimkien mill-bidu u jisfidaw lis-suq flimkien sabiex iwasslu soluzzjoni li tippermettilhom jilħqu l-mira komuni tagħhom. Il-proġetti konġunti joffru lill-fornituri potenzjali prevedibbiltà, ċarezza, u – kritikament – il-volumi meħtieġa għall-kummerċjalizzazzjoni u l-produzzjoni serjali.

X’kien ir-riżultat?

Fi proġett konġunt minnhom, il-Programm ta’ Żvilupp ħadem mal-akbar xerrejja pubbliċi fil-pajjiż li jibdew u jissorveljaw proġetti ta’ kostruzzjoni, inkluż il-bini ta’ skejjel ġodda, kindergartens, universitajiet, sptarijiet u bini tal-gvern. L-isfida komuni tagħhom kienet li jistabbilixxu proċessi ta’ bini aktar sostenibbli u b’hekk jikkontribwixxu għall-impenji tan-Norveġja skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima. Bl-appoġġ tal-Programm ta’ Żvilupp, huma ppreżentaw sfida konġunta lis-suq biex jipprovdu siti ta’ kostruzzjoni li ma jiġġenerawx emissjonijiet tal-karbonju, fir-rigward tal-makkinarju. Huma żvelaw il-baġit tal-bini kkombinat tagħhom għall-ħames snin ta’ wara biex juru lill-fornituri potenzjali d-daqs potenzjali tas-suq. Bħalissa għaddej l-iżvilupp tat-teknoloġija, li ma kienx ikun possibbli mingħajr il-volum tas-suq.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://innovativeanskaffelser.no/about

2.6    Tingħeleb l-averżjoni għar-riskju bil-ħolqien ta’ inċentivi għall-innovazzjoni

Huwa importanti li jiġi rikonoxxut il-fatt li l-akkwist ta’ innovazzjoni jinvolvi element ta’ riskju, pereżempju t-twassil li ma jirnexxix ta’ prodott jew servizz, nuqqas ta’ qbil bejn ir-riżultati mistennija u s-soluzzjoni pprovduta, eċċ. Ix-xerrejja pubbliċi ħafna drabi jkunu xettiċi dwar ir-riskju addizzjonali fil-proċeduri ta’ akkwist tagħhom minħabba li jiġġestixxu fondi pubbliċi. Barra minn hekk, minħabba li ma jkunux suġġetti għall-pressjoni tas-suq bħala operaturi ekonomiċi, ir-riskju li jirriżulta mill-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi huwa aktar diffiċli sabiex jiġi ġġustifikat. Huwa għalhekk li dan it-tħassib jenħtieġ li jingħata attenzjoni fit-tfassil ta’ proġetti ta’ akkwist ta’ innovazzjoni. L-għelib tal-averżjoni għar-riskju huwa kwistjoni ta’ bidla tal-motivazzjoni għax-xerrejja pubbliċi li jużaw inċentivi finanzjarji u mhux finanzjarji.

L-inċentivi mhux finanzjarji u ta’ mġiba jinkludu pereżempju l-ippremjar ta’ prattiki tajbin (pereżempju, permezz ta’ premjijiet nazzjonali tal-akkwist ta’ innovazzjoni), l-istabbiliment tal-akkwist ta’ innovazzjoni bħala għan fl-objettivi annwali tal-karriera tal-uffiċjali jew il-maniġers tal-akkwist (pereżempju, bl-istabbiliment ta’ Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni), l-għoti ta’ opportunitajiet ta’ promozzjoni mtejbin għax-xerrejja pubbliċi li jimplimentaw b’suċċess akkwisti ta’ innovazzjoni li jimmodernizzaw is-servizzi pubbliċi b’aktar ħeffa. Possibbiltà oħra hija li wieħed jiffoka fuq l-impatt li l-akkwist ta’ innovazzjoni jista’ jkollu fuq il-kostitwenti.

PREMJI TAL-AKKWIST TA’ INNOVAZZJONI

Kull sena, iċ-ċentru ta’ kompetenza dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni Ġermaniż KOINNO jonora akkwisti ta’ innovazzjoni eżemplari ta’ xerrejja pubbliċi Ġermaniżi bil-premju “L-innovazzjoni tagħti vantaġġ”, mogħti taħt l-awspiċji tal-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija.

Bl-istess mod, in-Netwerk Ewropew ta’ Akkwisti Sostenibbli Procura+ jagħti premji annwali għall-akkwisti sostenibbli u innovattivi. Deskrizzjoni qasira tal-proġetti kollha rrakkomandati hija disponibbli fuq is-sit web tagħhom, fejn jiġu spjegati l-karatteristiċi l-aktar importanti tal-approċċ innovattiv.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.koinno-bmwi.de/koinno/innovationspreis

http://www.procuraplus.org/awards

Il-finanzjament ħafna drabi jikkostitwixxi fattur importanti għat-teħid ta’ deċiżjoni sabiex jingħata bidu għall-akkwist ta’ innovazzjoni, speċjalment meta l-livell ta’ ambizzjoni jkun għoli fir-rigward tal-innovazzjoni. Sabiex tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni li l-baġits tal-akkwist pubbliku jiġu diretti lejn l-innovazzjoni, huwa importanti li x-xerrejja pubbliċi jagħmlu każ tan-negozju tajjeb li juri b’mod ċar li l-benefiċċji mistennija tas-soluzzjonijiet innovattivi (pereżempju, titjib fil-kwalità/effiċjenza, tnaqqis fil-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja, eċċ.) jisbqu l-kostijiet meħtieġa tal-investiment. L-evidenza tal-benefiċċji potenzjali tat-tekonoloġiji l-ġodda hija għalhekk importanti għax-xerrej pubbliku fil-formulazzjoni tal-każ tan-negozju sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-investiment. Iċ-ċertifikazzjoni tas-soluzzjonijiet innovattivi tgħin sabiex ix-xerrejja pubbliċi jingħataw assigurazzjoni li t-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jagħtu r-riżultati mwiegħda.

Barra minn hekk, jeżistu għadd ta’ sorsi ta’ finanzjament li jipprovdu inċentivi finanzjarji għax-xerrejja pubbliċi sabiex jinvolvu ruħhom fl-akkwist ta’ innovazzjoni. Finanzjament speċifiku jista’ jkopri ħafna mill-kostijiet addizzjonali assoċjati mal-akkwist ta’ innovazzjoni, pereżempju l-kost tat-tħejjija u l-ġestjoni tal-akkwist, il-konsultazzjoni preliminari tas-suq, in-negozjati, ir-riċerka u l-iżvilupp (eż. il-prototipi, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni), il-mobilizzazzjoni ta’ għarfien espert tekniku jew legali speċifiku, l-adattament tal-proċeduri amministrattivi, eċċ. Jista’ jikkumpensa wkoll għall-kostijiet intanġibbli tal-bidla kulturali u l-bidla fid-drawwiet.

SKEMI TA’ APPOĠĠ NAZZJONALI U REĠJONALI GĦALL-AKKWIST TA’ INNOVAZZJONI

14-il Stat Membru tal-UE stabbilew skemi ta’ appoġġ nazzjonali jew reġjonali għall-akkwist ta’ innovazzjoni. Tipikament, dawn jipprovdu xi finanzjament lix-xerrejja pubbliċi għat-tħejjija u/jew l-implimentazzjoni ta’ akkwisti ta’ innovazzjoni sabiex ipattu għal uħud mir-riskji involuti fir-rigward tas-soluzzjonijiet innovattivi. Pereżempju, il-programm ta’ akkwisti innovattivi tal-Finlandja diġà appoġġa ’l fuq minn 70 akkwist ta’ innovazzjoni. Ir-reġjun Taljan tal-Lombardija inkluda l-akkwist prekummerċjali u l-akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi bħala għan politiku fil-liġi reġjonali tiegħu u alloka finanzjament sabiex jiġu organizzati sejħiet regolari sabiex jinġabru l-ħtiġijiet tal-innovazzjoni mingħand ix-xerrejja pubbliċi fir-reġjun li fih imbagħad jinbdew akkwisti ġodda.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/innovation-procurement-initiatives-around-europe

http://www.regione.lombardia.it/wps/portal/istituzionale/HP/DettaglioRedazionale/servizi-e-informazioni/imprese/ricerca-e-innovazione-per-le-imprese/appalti-pre-commerciali

SKEMI TA’ FINANZJAMENT TAL-UE

L-UE tappoġġa l-akkwist ta’ innovazzjoni permezz ta’ diversi programmi ta’ finanzjament.

Il-programm prinċipali tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont 2020, jiffinanzja b’mod regolari sejħiet għal azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ (li jiffinanzjaw attivitajiet ta’ koordinazzjoni u netwerking sabiex jitħejjew akkwisti ta’ innovazzjoni futuri), sejħiet għal azzjonijiet ta’ akkwist prekummerċjali (li jikkofinanzjaw ukoll il-kostijiet sabiex jiġu akkwistati r-riċerka, l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet innovattivi) u sejħet għal azzjonijiet ta’ akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet ta’ innovazzjoni (PPI) (li jikkofinanzjaw ukoll il-kostijiet sabiex jiġu akkwistati u implimentati soluzzjonijiet innovattivi).

Stampa panoramika tal-akkwisti ta’ innovazzjoni kollha li ġew iffinanzjati sa issa tista’ ssibha hawnhekk:

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/eu-funded-projects

Aktar informazzjoni dwar l-appoġġ ta’ Orizzont 2020 għall-akkwist ta’ innovazzjoni:

http://ec.europa.eu/research/participants/docs/h2020-funding-guide/cross-cutting-issues/innovation-procurement_en.htm

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/innovation-procurement

Il-programm tal-UE li jappoġġa intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) – COSME (https://ec.europa.eu/easme/en/cosme) jiffinanzja proġetti innovattivi li jinvolvu lill-SMEs.

L-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħhom jistgħu jikkofinanzjaw ukoll l-akkwisti ta’ innovazzjoni, inklużi akkwisti prekummerċjali, mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) fil-kuntest tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom. Ara l-gwida ddedikata li tispjega kif l-akkwist ta’ innovazzjoni jista’ jintuża fl-FSIE f’sinerġija mal-finanzjament minn Orizzont 2020:

http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/guides/synergy/synergies_en.pdf.

Għal eżempji ta’ proġetti ta’ akkwist ta’ innovazzjoni ffinanzjati mill-FSIE ara: http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/good_practices/GP_fiche_30.pdf.

EŻEMPJU

IL-PROGRAMM TA’ APPOĠĠ GĦALL-AKKWIST TA’ INNOVAZZJONI FFINANZJAT MILL-ESIF TAL-LITWANJA

21 akkwist prekummerċjali (PCPs) diġà bdew u 13 se jibdew fl-2020 fil-Litwanja wara sejħiet regolari tal-programm ta’ appoġġ tal-gvern għall-PCPs mill-2016. Il-programm ta’ appoġġ huwa kofinanzjat mill-FSIE. Is-sejħiet regolari jistiednu lix-xerrejja pubbliċi Litwani jissottomettu ideat ġodda għal proġetti ta’ akkwist prekummerċjali ġodda.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.interregeurope.eu/ecoris3/news/news-article/1607/the-start-of-pre-commercial-procurement-in-lithuania

Jistgħu jiġu esplorati wkoll mekkaniżmi ta’ ġestjoni tar-riskju, bħal skemi ta’ self, assigurazzjoni jew garanzija. Fil-fatt, diġà ġew ittestjati mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni jew ta’ garanzija maħsuba biex jikkumpensaw għar-riskji tal-innovazzjoni għax-xerrejja pubbliċi, speċjalment biex ikopru d-danni potenzjali f’każ ta’ falliment tal-implimentazzjoni tas-soluzzjoni. Din is-sistema tikkontribwixxi biex jitnaqqas ir-riskju mġarrab mix-xerrej, li jkollha l-effett li toħloq klima ta’ fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati.

INGRANAĠĠ TA’ STRUMENTI FINANZJARJI BIEX JITNAQQAS IR-RISKJU

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) jipprovdu, bl-appoġġ tal-programm ta’ ħidma dwar l-Aċċess għall-Finanzjament ta’ Riskju ta’ Orizzont 2020, żewġ tipi ta’ strumenti finanzjarji biex jitnaqqas ir-riskju tal-akkwisti ta’ innovazzjoni kemm għax-xerrejja pubbliċi kif ukoll għall-kumpaniji (b’mod partikolari wkoll għan-negozji ġodda u għall-SMEs).

Taħt “ Proġetti kbar/xjenza ta’ Innovfin ”, il-BEI jipprovdi self lil individwi jew gruppi ta’ xerrejja pubbliċi biex jibdew akkwisti prekummerċjali u akkwisti pubbliċi ta’ soluzzjonijiet innovattivi. Dan jippermetti lix-xerrejja jegħlbu d-diffikultà finanzjarja li jinvestu bil-quddiem f’xi ħaġa innovattiva li tħallas lura ruħha biss aktar tard.

Fil-fatt, il-perjodu ta’ ħlas lura tas-selfa jista’ jiġi stabbilit sabiex ix-xerrej pubbliku jkollu jibda jħallas lura s-selfa biss ladarba l-innovazzjoni tibda tipprovdi titjib reali fil-kwalità u fil-kostijiet għax-xerrej. Is-selfa tista’ ttaffi wkoll id-diffikultajiet tas-sinkronizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji biex jinbeda akkwist kooperattiv, minħabba li selfa tista’ tippermetti lill-membri kollha tal-grupp li jibdew jakkwistaw flimkien immedjatament, filwaqt li tippermetti lil kull wieħed minnhom iħallas lura l-parti tiegħu bi skedi ta’ żmien individwali differenti.

Fid-dawl ta’“ Innovfin għall-innovaturi ”, il-BEI u l-FEI jistgħu jgħinu lill-kumpaniji li jkunu involuti f’akkwisti prekummerċjali u f’akkwisti pubbliċi ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex jiksbu aċċess aktar faċli għal self, garanziji, kontrogaranziji, finanzjament ibridu, intermedju u ta’ ekwità biex ikabbru n-negozju tagħhom matul akkwist ta’ innovazzjoni bil-għan ta’ kummerċjalizzazzjoni aktar wiesgħa ta’ soluzzjonijiet.

Dettalji huma disponibbli minn:

Proġetti kbar/xjenza ta’ Innovfin:

https://www.eib.org/en/products/blending/innovfin/products/science.htm

Innovfin għall-innovaturi: https://www.eib.org/en/products/blending/innovfin/index.htm

3   NATTIRAW LILL-INNOVATURI

Waħda mill-isfidi prinċipali tal-akkwist ta’ innovazzjoni hija li jiġu attirati l-innovaturi, b’mod partikolari negozji ġodda ta’ teknoloġija avvanzata u SMEs innovattivi. F’ċerti setturi, dawn il-kumpaniji jiddependu ħafna fuq ix-xerrejja pubbliċi sabiex jadottaw is-soluzzjonijiet innovattivi tagħhom (21), filwaqt li x-xerrejja pubbliċi jista’ jkun li jkollhom bżonn il-potenzjal ta’ innovazzjoni tagħhom sabiex jipprovdu servizzi pubbliċi avvanzati. Fl-istess waqt, in-negozji ġodda u l-SMEs ħafna drabi ma jkollhomx il-kapaċitajiet robusti u r-rekord ta’ prestazzjoni tajba li ħafna drabi jfittxu x-xerrejja pubbliċi.

Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jikkunsidraw żewġ toroq differenti: l-adattament tal-proċedura tal-akkwist għal dawn l-innovaturi (3.1) u l-mobilizzazzjoni tas-sensara tal-innovazzjoni (3.3).

3.1    Il-ftuħ ta’ opportunitajiet ta’ akkwist pubbliku anki għall-innovaturi iżgħar

Skont il-prinċipji tat-Trattat, l-akkwisti ta’ innovazzjoni kollha, sew jekk ’il fuq u sew jekk ’l isfel mil-livelli limitu tal-akkwist pubbliku, għandhom ikunu miftuħin għall-operaturi ekonomiċi ta’ kull daqs. Madankollu, l-akkwisti ta’ innovazzjoni jattiraw aktar interess min-naħa ta’ kumpaniji innovattivi żgħar aktar mill-akkwisti regolari għal prodotti ġeneriċi. Ir-regoli tal-UE dwar l-akkwisti pubbliċi fl-2014 ippermettew lix-xerrejja pubbliċi li jfasslu proċeduri li huma adattati mhux biss għal kumpaniji kbar iżda wkoll għal fornituri iżgħar innovattivi.

3.1.1   Interazzjoni mas-suq

L-ewwel pass lejn ir-riċeviment ta’ offerta ta’ innovatur huwa sempliċi: interazzjoni magħhom. Dan l-approċċ inkredibbilment sempliċi jindirizza żewġ problemi: in-nuqqas ta’ għarfien fost il-kumpaniji dwar il-kuntratti pubbliċi; u n-nuqqas ta’ fiduċja. Li wieħed jitkellem ma’ operatur ekonomiku direttament jista’ jsolvi dawn iż-żewġ problemi. L-istess bħal fil-każ tal-preżentazzjonijiet tal-bejgħ, li wieħed jitkellem direttament jista’ saħansitra jikkonvinċi kumpanija altrimenti xettika tagħmel negozju ma’ xerrejja pubbliċi.

Il-mezz ta’ komunikazzjoni jista’ jkun posta elettronika jew telefonata lil kumpaniji identifikati minn qabel. Jista’ jkun ukoll permezz ta’ netwerking u l-għoti ta’ informazzjoni f’fieri kummerċjali. Il-komunikazzjoni tista’ tkun minimalista u bi sforz baxx (eż. tintbagħat link web għal avviż ta’ akkwist lil xi kumpaniji jew assoċjazzjonijiet tal-industrija) jew elaborata (eż. preżentazzjoni tad-dokumenti tal-akkwist f’fiera kummerċjali, webinar jew kampanja fuq il-midja soċjali). F’pajjiżi b’livelli baxxi ta’ fiduċja fl-akkwist pubbliku, kuntatti bħal dawn għandhom ukoll rwol importanti li jpoġġu wiċċ uman fuq proċedura u jżidu l-kunfidenza tal-kumpaniji li l-kuntratt se jingħata abbażi ta’ kompetizzjoni ġusta.

Madankollu, sabiex jiġu evitati d-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali, ix-xerrejja pubbliċi huma soġġetti wkoll għal restrizzjonijiet fuq il-mezzi li permezz tagħhom jaqsmu l-informazzjoni mal-fornituri. Biex tiġi żgurata kompetizzjoni miftuħa u effettiva, l-ebda fornitur potenzjali ma jista’ jingħata aċċess esklużiv jew preferenzjali għad-dokumenti jew għall-informazzjoni. Ix-xerrejja pubbliċi jridu jiddokumentaw ukoll b’mod suffiċjenti kwalunkwe komunikazzjoni orali li jkollhom man-negozju (22).

EŻEMPJU

APPROĊĊ PROATTIV LEJN L-AKKWIST:

Telemediċina li ssalva l-ħajja fl-unitajiet tal-kura intensiva tal-isptarijiet Ewropej

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Sptarijiet fin-Netherlands, Spanja, il-Belġju u l-Finlandja fittxew l-iżvilupp ta’ pjattaforma tat-telemediċina interoperabbli ħafna għat-telesejbien u t-telekura ta’ pazjenti fl-Unità tal-Kura Intensiva f’riskju akbar ta’ mewt minħabba sepsis.

X’sar differenti?

L-isptarijiet bdew jippromwovu l-akkwist li jmiss kemm jista’ jkun malajr billi ppubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel (PIN) fit-TED u billi ġabru informazzjoni minn offerenti potenzjali permezz ta’ konsultazzjoni preliminari tas-suq li twettqet bħala sensiela ta’ laqgħat fiżiċi kkumplimentati minn kwestjonarju online. Dan l-approċċ ta lix-xerrejja pubbliċi fehim approfondit wiesa’ tas-sitwazzjoni attwali. Huwa kkonferma li l-baġit previst għall-akkwist kien adegwat u żvela liema informazzjoni addizzjonali għandha tiġi kkontestata.

Il-promozzjoni għall-akkwist bdiet permezz tas-sit web THALEA (23) u permezz ta’ posts fuq siti web, fora u bullettini oħra dwar is-saħħa, l-IT u l-akkwist ta’ innovazzjoni. Ix-xerrejja ppromovew ukoll il-PIN u l-avviż dwar kuntratt f’fieri kummerċjali fis-settur tas-saħħa u tal-IT. Posta mmirata infurmat lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija, lill-kamra tal-kummerċ, lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-programm Orizzont 2020 għas-settur tas-saħħa u tal-IT, u lill-kumpaniji magħrufa li huma attivi fil-qasam. Il-promozzjoni ġiet rinforzata permezz tal-midja soċjali biex jintlaħqu b’mod partikolari wkoll l-SMEs, eż. permezz tal-kontijiet Twitter ta’ Start-up Europe, tal-istrument tal-UE għall-SMEs, tas-Suq Uniku Diġitali tal-UE u tas-saħħa tal-UE.

X’kien ir-riżultat?

L-akkwist prekummerċjali attira offerti mhux biss minn kumpaniji kbar iżda wkoll minn innovaturi iżgħar, inklużi negozji ġodda. Ir-riżultat tal-akkwist huwa li żewġ negozji ġodda u attur kbir ipprovdew b’suċċess algoritmi ġodda u soluzzjonijiet imtejba għad-detezzjoni tar-riskji. Dawn jipprovdu dijanjożi aktar bikrija u jtejbu l-effiċjenza tal-unità tal-kura intensiva b’mod sinifikanti. Dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 25 % fl-imwiet mis-sepsis. Huwa naqqas ukoll it-tul ta’ żmien li wieħed iqatta’ l-isptar b’20-50 %.

L-isptarijiet kabbru l-grupp tax-xerrejja għal akkwist ta’ segwitu biex dawn it-tip ta’ soluzzjonijiet innovattivi jiġu implimentati b’mod aktar wiesa’ madwar l-Ewropa. Huma nedew konsultazzjoni tas-suq miftuħa ġdida għal dan l-akkwist biex jippromwovu s-sejħa ġdida li jmiss għall-offerti lill-innovaturi u biex jibqgħu aġġornati dwar l-aħħar żviluppi fl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.thalea-pcp.eu/market-consultation

http://www.thalea-pcp.eu/thalea-2-ppi-overview

http://ted.europa.eu/TED/notice/udl?uri=TED:NOTICE:69348-2018:TEXT:EN:HTML

3.1.2   Tnaqqis tal-piż amministrattiv

Il-piż burokratiku ħafna drabi jiskoraġġixxi lill-SMEs u lin-negozji ġodda milli jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Skont l-Istat Membru u l-awtorità kontraenti, huma jridu jipprovdu ċertifikati amministrattivi li jixhdu l-pożizzjoni legali, il-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom flimkien mal-offerta tagħhom biex jiġu verifikati l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla.

Ir-regoli aġġornati tal-UE ssimplifikaw dawn ir-rekwiżiti. Issa, l-offerenti jistgħu jipprovdu awtodikjarazzjoni fejn jindikaw jekk jissodisfawx il-prerekwiżiti amministrattivi kollha. Barra minn hekk, huma jipprovdu ċertifikati li jikkonfermaw l-awtodikjarazzjoni tagħhom biss jekk l-offerta tagħhom tiġi evalwata bħala l-aħjar waħda. Jagħmel aktar sens f’termini ta’ negozju li ċ-ċertifikati jinġabru eżatt qabel l-iffirmar tal-kuntratt milli fil-bidu tal-proċedura.

Bil-verżjoni elettronika ta’ din l-awtodikjarazzjoni – id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku (DEAU) (24) – il-proċess huwa saħansitra aktar sempliċi. Id-DEAU jippermetti li d-data terġa’ tintuża biex l-offerenti jkunu jistgħu japplikaw aktar malajr. Din hija simplifikazzjoni sinifikanti kemm għax-xerrejja pubbliċi u kemm għall-offerenti.

Is-servizzi tad-DEAU qed jaħdmu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (25). Id-DEAU huwa lista lesta ta’ elementi possibbli tal-awtodikjarazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa għall-parteċipazzjoni fi proċeduri pubbliċi. Għal kull proċedura, ix-xerrejja pubbliċi jagħżlu r-rekwiżiti rilevanti, li għalihom għandu jwieġeb l-offerent.

F’sistema aktar integrata ta’ akkwist elettroniku u ta’ gvern elettroniku (26), ir-rabtiet elettroniċi bejn id-DEAU u r-reġistri tal-Istat li jiġġeneraw iċ-ċertifikati rilevanti huma inkoraġġiti jimplimentaw il-prinċipju ta’ darba biss. Skont dan il-prinċipju, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jaċċessaw l-evidenza neċessarja b’mod dirett. Dan jeħles lill-offerent mis-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-Istati Membri diġà jkollhom fis-sistemi tagħhom. Flimkien mas-servizz eCertis (27), li huwa servizz ta’ mmappjar tal-evidenza tal-pajjiżi Ewropej kollha, dan huwa possibbli f’kuntest transfruntiera.

IS-SERVIZZI TAD-DOKUMENT EWROPEW TA’ AKKWIST UNIKU (DEAU):

Il-Finlandja turi l-potenzjal ta’ simplifikazzjoni tiegħu

Is-servizzi tad-DEAU bħalissa huma pprovduti mal-Ewropa kollha. Xi wħud joffru funzjonalitajiet bażiċi bħal evidenza tal-issodisfar tal-kriterji ta’ esklużjoni (taxxi u benefiċċji soċjali mħallsin, eċċ.). Madankollu, hemm numru dejjem jiżdied ta’ servizzi li jgħaqqdu d-DEAU ma’ bażijiet tad-data nazzjonali u servizzi oħra ta’ valur miżjud. Dawn jistgħu jinkludu l-ħażna tal-profili tal-kumpaniji sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet u l-fornituri.

Fil-Finlandja, is-servizz ċentrali tal-Offerti elettroniċi kien imqabbad ma’ tmien bażijiet tad-data nazzjonali waqt l-implimentazzjoni tas-servizz tad-DEAU. L-awtoritajiet issa jaċċessaw b’mod dirett l-informazzjoni pprovduta mill-fornituri li tinħażen fi profil tal-kumpanija għal użu mill-ġdid faċli. Barra minn hekk, il-fornitur ewlieni jista’ jistieden lill-membri tal-konsorzju u lis-sottokuntratturi sabiex jimlew id-DEAU direttament mill-pjattaforma tal-Offerti elettroniċi. Dan jirrendi l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti ta’ akkwist pubbliku akbar ħafna aktar faċli.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/tools/espd

www.hanki-palvelu.fi

3.1.3   Aġġustament tal-kriterji tal-għażla

Ix-xerrejja pubbliċi ħafna drabi jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jagħtu prova li għandhom il-kapaċità finanzjarja u/jew ekonomika biex iwettqu kuntratt. Dan normalment ikun parti minn approċċ ta’ diliġenza dovuta sabiex jiġi mitigat kwalunkwe riskju li kuntrattur jidħol f’likwidazzjoni matul terminu ta’ kuntratt u jaffettwa l-provvisti lis-servizz pubbliku. Normalment, ix-xerrejja pubbliċi jfittxu informazzjoni dwar il-kontijiet annwali u l-livelli ta’ fatturat għal dan il-għan.

Xi drabi, intalbu rekwiżiti finanzjarji importanti mill-operaturi ekonomiċi sabiex tintwera din il-kapaċità. Pereżempju, il-livell minimu mitlub ta’ fatturat spiss ikun diversi drabi ogħla mill-valur tal-kuntratt inkwistjoni. Rekwiżit bħal dan mhux neċessarjament jiżgura t-twettiq tajjeb tal-kuntratt. Huwa jeskludi wkoll lill-offerenti potenzjali kollha b’fatturat aktar baxx, li jista’ jkollhom il-kapaċità meħtieġa u – saħansitra aktar importanti minn hekk – soluzzjoni aħjar.

Skont ir-regoli l-ġodda, ix-xerrejja pubbliċi ma għadhomx jistgħu jirrikjedu fatturat ta’ aktar mid-doppju tal-valur stmat tal-kuntratt, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’mod xieraq minn ċirkustanzi speċifiċi (28). Din ir-regola tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ negozji ġodda u SMEs innovattivi li huwa aktar probabbli li jkunu ġew stabbiliti reċentement u li jkollhom fatturat relattivament baxx.

EŻEMPJU

ĦOLQIEN TA’ OPPORTUNITAJIET GĦALL-SMES:

Drones u tagħmir protettiv personali għat-tifi tan-nar fil-foresti fil-Bulgarija u s-Serbja

Għaliex tqieset soluzzjoni innovattiva?

L-ibliet ta’ Kula u Boljevac fil-Bulgarija xtaqu jixtru vetturi speċjalizzati, drones ta’ sorveljanza u tagħmir ta’ protezzjoni personalizzat sabiex jintfew in-nirien fil-foresti. Minħabba li f’dan il-qasam l-SMEs innovattivi jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet ta’ kwalità tajba, ix-xerrejja pubbliċi xtaqu jassiguraw ruħhom li l-akkwist kien se jkun aċċessibbli għalihom.

X’sar differenti?

Iż-żewġt ibliet ħarġu sejħiet simili għall-offerti. Il-fatturat minimu meħtieġ skont il-kriterji tal-kapaċità finanzjarja kien daqs il-valur tal-offerta tagħhom (mhux aktar). Il-fatturat annwali medju tal-offerent matul it-tliet snin preċedenti bil-kontijiet magħluqin kellu jaqbeż il-valur tal-offerta tagħhom.

Minħabba li x-xerrejja qasmu wkoll il-kuntratt f’lottijiet – il-valur totali tal-kuntratt ġie maqsum fuq il-lottijiet differenti – vetturi, drones u tagħmir ta’ protezzjoni – ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja seta’ jiġi ssodisfat mill-SMEs.

X’kien ir-riżultat?

Dan l-approċċ ippermetta lill-SMEs jirbħu l-kuntratti għat-tagħmir innovattiv.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://obshtina-kula.com/bg/?p=1915

http://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:222939-2017:TEXT:MT:HTML&src=0 (għal Kula)

http://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:433112-2017:TEXT:MT:HTML&src=0&ticket=ST-28215527-OcEvhL2HhcgUNWcpu88X7fxW924VOOHEzNzxKwtt9AEmKozNQ9Ffi8e7wyLKl0NjYuXOTNYeuacOZtTzn5lzVzXG-PHslUMVSXYC6iO06UxAkYy-4J10I8LIWSzTszVd8YtfzXCoSHCMGZ8cHeoDwhWfIqLC

http://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:99979-2018:TEXT:MT:HTML&src=0 (għal Boljevoc)

(kofinanzjat mill-Programm Transfruntier Interreg-IPA ta’ bejn il-Bulgarija u s-Serbja)

Sabiex jagħtu prova tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom biex iwettqu l-kuntratt pubbliku inkwistjoni, l-operaturi ekonomiċi spiss ikunu meħtieġa jipprovdu lista ta’ xogħlijiet imwettqa, provvisti mwassla, jew servizzi mwettqa fil-passat. Din il-lista ħafna drabi trid tkun akkumpanjata minn ċertifikati ta’ eżekuzzjoni sodisfaċenti jew dettalji oħra. Dan ir-rekwiżit joħloq sfida għan-negozji ġodda, li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti u li jkun għad ma kellhomx iż-żmien biex jibnu referenzi. Għalhekk, dan l-approċċ jista’ jeskludi lil dawn milli jipparteċipaw f’xi proċeduri ta’ akkwist pubbliku, għalkemm in-negozju ġdid jista’ jkollu l-ħiliet meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt – forsi anki b’soluzzjoni teknika aktar innovattiva.

Ix-xerrejja pubbliċi għandhom l-għażla li jitolbu evidenza oħra mingħand l-operaturi ekonomiċi bħala mezz ta’ prova (29). Skont il-kuntratt, l-operatur ekonomiku jista’ jipprovdi l-kwalifiki edukattivi u professjonali tal-fornitur tas-servizz jew tal-kuntrattur jew dawk tal-persunal maniġerjali tal-impriża jew indikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ traċċar tal-katina tal-provvista li l-operatur ekonomiku se jkun jista’ juża meta jwettaq il-kuntratt. Mezzi ta’ prova li ma jirrikjedux li offerent ikun ilu fin-negozju għal ħafna snin, ukoll jippermettu lin-negozji ġodda jikkompetu għall-kuntratt.

3.1.4   Użu ta’ lottijiet

It-tqassim tal-kuntratti pubbliċi f’lottijiet huwa mod ieħor biex jiġu attirati l-innovaturi. Id-daqs ta’ kull lott jista’ jkun proporzjonat mal-kapaċitajiet operattivi tan-negozji l-ġodda u l-SMEs innovattivi. L-użu tal-lottijiet huwa wkoll mod kif jitnaqqas l-intrappolament tal-fornituri, anki f’każijiet bi predominanza ta’ fornituri kbar. F’dawn il-każijiet, ix-xerrej pubbliku jista’ jistabbilixxi rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u/jew ta’ standards miftuħin sabiex tiġi stabbilita interkonnessjoni bejn il-blokok differenti ta’ sistema li l-bejjiegħa jipprovdu f’lottijiet differenti. F’dan ir-rigward, il-kuntratt li jiġi ffirmat mal-fornitur jenħtieġ li jistabbilixxi r-regoli dwar l-użu futur ta’ kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali ġdid li jirriżulta mill-proġett.

Skont ir-regoli l-ġodda tal-UE, ix-xerrejja pubbliċi huma mistennija li jikkunsidraw il-lottijiet fil-kuntratti pubbliċi kollha (30). Fil-prattika, huma jridu jsibu l-bilanċ korrett bejn iż-żewġ konsiderazzjonijiet: minn naħa, l-użu tal-lottijiet sabiex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni ta’ fornituri innovattivi iżgħar u sabiex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn soluzzjonijiet aktar miftuħin u interoperabbli, u min-naħa l-oħra, il-minimizzazzjoni tal-piż amministrattiv tagħhom stess permezz ta’ kuntratt ma’ kuntrattur uniku li jieħu ħsieb il-kompiti kollha.

EŻEMPJU

OPPORTUNITAJIET GĦALL-SMES FI ĦDAN PROĠETTI AKBAR:

Ċentri ta’ ġestjoni tat-traffiku adattati għall-futur għall-Ingilterra u n-Netherlands

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-awtoritajiet tat-toroq Olandiżi u Ingliżi, Rijkswaterstaat u Highways England, riedu jimxu lejn pjattaforma ta’ software modulari miftuħa għall-ġenerazzjoni li jmiss tagħhom ta’ ċentri ta’ ġestjoni tat-traffiku. L-għan kien li jitneħħa l-intrappolament tal-fornituri u titwitta t-triq għal kumpaniji innovattivi iżgħar sabiex jipprovdu servizzi innovattivi ġodda.

X’sar differenti?

Sabiex jilħqu dan l-għan, ix-xerrejja pubbliċi nedew żewġ proċeduri ta’ akkwist konġunti b’mod parallel ma’ xulxin:

1)

akkwist pubbliku biex jissostitwixxu l-pjattaforma tas-software magħmula apposta tagħhom b’waħda ġdida b’interfaċċji miftuħa

2)

akkwist prekummerċjali biex jiġu żviluppati moduli innovattivi ġodda ta’ ġestjoni tat-traffiku biex jaħdmu fuq il-pjattaforma miftuħa l-ġdida. Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti bejn il-bejjiegħa u l-interoperabbiltà bejn il-moduli differenti, ix-xerrejja pubbliċi qasmu l-akkwist prekummerċjali f’lottijiet għal kull modulu

X’kien ir-riżultat?

L-ewwel akkwist ħoloq kompetizzjoni sana bejn il-bejjiegħa kbar eżistenti sabiex jiftħu l-pjattaforma tas-software sottostanti. Bit-tieni akkwist ta’ riċerka u żvilupp, aktar SMEs daħlu f’dan is-suq, inklużi SMEs li ma kinux attivi f’dan il-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku qabel.

Dan irriżulta f’moduli ġodda eċċellenti għal: i) ġestjoni avvanzata tan-netwerks distribwiti li jnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku u l-emissjonijiet tas-CO2, ii) tbassir u prevenzjoni ta’ aċċidenti fit-toroq li jżidu s-sigurtà fit-toroq u iii) sistemi ta’ trasport kooperattivi u intelliġenti li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ karozzi intelliġenti u innovazzjonijiet teknoloġiċi oħra.

Barra minn hekk, dan l-approċċ ibbażat fuq din l-arkitettura modulari miftuħa ingħata parametru referenzjarju biex joħloq iffrankar ta’ 20 % tal-kostijiet.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://charmprogramme.com

3.1.5   Użu ta’ standards, data miftuħa, interfaċċji miftuħa u software b’sors miftuħ

L-istandards, id-data miftuħa, l-interfaċċji miftuħin u s-softwer b’sors miftuħ huma modi oħrajn ta’ kif jinfetħu s-swieq. Dawn jistgħu joħolqu spazju għall-innovaturi iżgħar biex ikollhom rwol fi proġetti kbar jew biex jippermettu lill-innovaturi iżgħar jirbħu kuntratti waħedhom u jkabbru n-negozju tagħhom. Il-kuntratti jenħtieġ li, madankollu, jistabbilixxu r-regoli dwar l-aċċess għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali diġà eżistenti li jkunu neċessarji sabiex jitlesta l-proċess ta’ innovazzjoni u l-aċċess għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ġodda maħluqin mill-proċess ta’ innovazzjoni.

EŻEMPJU

AKKWIST TA’ PROĊESS TA’ INNOVAZZJONI MIFTUĦA:

Grilja intelliġenti għas-“City of Light” (Belt Imdawla)

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-belt ta’ Eindhoven fin-Netherlands xtaqet li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-belt u ttejjeb ir-reputazzjoni tagħha bħala l-“Belt tad-Dwal”.

X’sar differenti?

Minflok akkwistat prodott jew soluzzjoni speċifika, il-muniċipalità akkwistat proċess ta’ innovazzjoni miftuħa. Dan l-approċċ il-ġdid kien ibbażat fuq Pjan Direzzjonali li stabbilixxa l-ambizzjonijiet tal-Belt sal-2030. Dan kien xprunat minn kooperazzjoni kontinwa bejn il-fornitur tas-servizz, iċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u l-muniċipalità. Fil-qalba tiegħu, l-utenti kienu involuti f’“laboratorju ħaj” sabiex jinnutaw u jirreaġixxu għall-bidliet li x-xerrej ma setax jantiċipa fil-bidu.

Il-proċess ta’ akkwist kien jikkonsisti minn konsultazzjoni tas-suq, djalogu kompetittiv (fi tliet sessjonijiet konsekuttivi, ma’ tliet konsorzji magħżulin minn qabel), fażi ta’ offerti u fażi ta’ qabel l-għoti sabiex tiġi validata l-offerta magħżula. Il-“qawwa innovattiva”, inklużi opinjonijiet, strateġija u esperjenza fl-implimentazzjoni tal-innovazzjoni miftuħa, kienet fost il-kriterji tal-għażla. Il-proċess tal-għażla kien ibbażat fuq metodoloġija tal-“Aħjar Valur”.

X’kien ir-riżultat?

Il-fornitur magħżul żviluppa sistema “miftuħa” kkollegata u ddiżinjata b’mod intelliġenti ta’ sistemi ta’ tidwil fl-ispazji pubbliċi. Din tintuża (jew tista’ tintuża) sabiex jitwettqu diversi servizzi minn diversi fornituri innovattivi oħra, inklużi negozji ġodda u SMEs innovattivi għal innovazzjoni kontinwa.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.jouwlichtop040.nl

EŻEMPJU

L-GĦOTI TAS-SETGĦA LIN-NEGOZJI ĠODDA SABIEX JIKBRU:

Preservazzjoni tal-wirt kulturali f’arkivji diġitali innovattivi bis-sors miftuħ

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Istituzzjonijiet kulturali nazzjonali, arkivji awdjoviżivi, libreriji pubbliċi u istituzzjonijiet tal-wirt lokali mill-Iżvezja, il-Belġju, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Ġermanja, Spanja, l-Estonja u l-Greċja kollha xtaqu jindirizzaw l-istess sfida: it-titjib tal-kwalità tal-fajls diġitali li jippreservaw il-kontenut kulturali għall-futur fit-tul biex tiġi evitata d-deġenerazzjoni tal-kwalità tal-ħżin tad-data maż-żmien.

X’sar differenti?

Flimkien, dawn akkwistaw riċerka u żvilupp mingħand diversi kumpaniji sabiex jibnu għodda b’sors miftuħ ġdida standardizzata li tgħin lill-arkivisti jiżguraw li l-fajls kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti li jagħmluhom adattati għal preservazzjoni fuq terminu twil ta’ żmien.

X’kien ir-riżultat?

Il-bejjiegħa kkuntrattati kienu kumpaniji innovattivi żgħar, ħafna minnhom negozji ġodda. Mis-sitt kumpaniji li pparteċipaw fl-akkwist, tlieta żviluppaw b’suċċess għodod innovattivi li i) inaqqsu l-kostijiet; ii) itejbu l-preċiżjoni u l-kwalità ġenerali tad-diġitalizzazzjoni u l-preservazzjoni fit-tul tal-kontenut kulturali.

Istituzzjonijiet patrimonjali f’partijiet oħra tad-dinja, inklużi l-Istati Uniti tal-Amerika, jużaw uħud mill-aktar soluzzjonijiet avvanzati żviluppati min-negozji ġodda li ntgħażlu.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.preforma-project.eu

3.1.6   Tfassil ta’ skemi ta’ pagament adattati għall-SMEs

In-negozji ġodda u l-SMEs innovattivi jkollhom bżonn ta’ pagamenti bikrija u regolari, minħabba li ma jkollhomx l-ilqugħ finanzjarju li jkollhom kumpaniji akbar. Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jipprevedu diversi skemi ta’ pagament abbażi ta’ jekk SME tkunx kuntrattur dirett jew sottokuntrattur.

Fil-każ ta’ kuntrattur dirett, il-pagamenti bil-quddiem jistgħu jkunu fattur deċiżiv li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-SMEs.

Fil-każ ta’ sottokuntrattur, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li x-xerrejja pubbliċi jagħmlu pagamenti diretti lis-sottokuntratturi. B’katina tal-pagamenti iqsar bħal din, is-sottokuntratturi, pereżempju n-negozji ġodda u l-SMEs innovattivi, jitħallsu aktar malajr. Huma jevitaw ukoll ir-riskju ta’ pagamenti tard minħabba kwalunkwe nuqqas min-naħa tal-kuntrattur ewlieni.

Fejn il-pagamenti diretti ma jkunux l-għażla l-aktar xierqa, is-sottokuntratturi jistgħu jkunu appoġġati b’modi oħra, pereżempju permezz tal-għoti ta’ inċentivi lill-kuntratturi prinċipali sabiex iqassru l-perjodi ta’ pagament.

NAGĦTU SPINTA LIN-NEGOZJI ĠODDA PERMEZZ TA’ PAGAMENTI FIL-ĦIN

L-għoti ta’ pagamenti bil-quddiem

Il-belt ta’ Pariġi nnutat li l-iskemi ta’ pagament tas-soltu b’pagamenti interim żgħar u pagament finali kbir fi tmiem l-akkwist kienu ta’ ostakolu għall-parteċipazzjoni tal-SMEs. Sabiex in-negozji ġodda u l-SMEs innovattivi jkunu jistgħu jipparteċipaw f’offerti pubbliċi, il-belt ta’ Pariġi żiedet il-pagamenti bil-quddiem minn 5 % għal 20 % fl-2017.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.paris.fr/professionnels/l-entreprise-au-quotidien/achats-et-marches-publics-3526#la-politique-fournisseur_1

Skoraġġiment tal-pagamenti tard

Skont il-Kodiċi Spanjol tal-Kuntratti Pubbliċi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jelenkaw, fost il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, il-perjodu medju ta’ pagament lejn is-sottokuntratturi. Fl-2016, il-belt ta’ Madrid inkludiet fil-kuntratt għall-ġbir tal-iskart, penali f’każ li ma jitħallsux is-sottokuntratturi, li tista’ tammonta għal 50 % tal-ammont dovut.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.boe.es/legislacion/codigos/codigo.php?id=031_Codigo_de_Contratos_del_Sector_Publico&modo=1

3.2    Żvilupp ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-innovazzjoni

X’inhi ekosistema fl-innovazzjoni?

L-ekosistema tal-innovazzjoni tikkonsisti minn parteċipanti fin-negozju, negozji ġodda, akkademiċi, servizzi tekniċi u ta’ appoġġ, u l-individwi li jixprunaw l-innovazzjoni. Kull wieħed minn dawn għandu rwol sinifikanti fil-ħolqien tal-valur fl-ekosistema aktar wiesgħa billi jittrasforma l-ideat ġodda f’realtà permezz tal-aċċess għall-investiment finanzjarju. L-ekosistema tal-innovazzjoni toħloq fluss attiv ta’ informazzjoni u riżorsi għall-ideat biex jinbidlu f’realtà. Permezz ta’ dawn l-ekosistemi, l-innovaturi u l-imprendituri jiżviluppaw u jniedu soluzzjonijiet biex isolvu l-problemi tad-dinja reali aktar malajr milli jkun il-każ mingħajr l-ekosistema. Dan il-proċess joħloq għarfien espert f’oqsma ġodda, jgħin biex tiġi diversifikata l-ekonomija, u jippermetti lin-negozji jilħqu lill-klijenti tagħhom fejn ikunu.

X’inhu approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-innovazzjoni?

L-għanijiet ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema huwa li jidentifika u jinteraġixxi mal-innovaturi ewlenin – negozji ġodda, innovaturi u akkademiċi, u jinvolvihom biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ innovazzjoni.

Xi jfisser dan għax-xerrejja pubbliċi?

L-ekosistema tal-innovazzjoni tagħti lix-xerrej pubbliku viżjoni aħjar ta’ diversi kwistjonijiet: minn fejn se tiġi l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ideat u kunċetti? Kemm huma interessanti l-iżviluppi innovattivi? F’liema stadju fl-iżvilupp tal-innovazzjoni huwa rilevanti li wieħed jipparteċipa? X’valur tista’ toħloq is-soluzzjoni innovattiva fuq is-soluzzjonijiet eżistenti? Min huma l-atturi emerġenti fl-ekosistema li wieħed għandu joqgħod attent għalihom fil-kuntest tal-intelliġenza dwar is-suq tal-fornituri.

Ix-xerrej pubbliku jenħtieġ li joħloq rabtiet mal-ekosistemi tal-innovazzjoni: raggruppamenti, inkubaturi, aġenziji tal-innovazzjoni jew laboratorji ħajjin, (fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew saħansitra Ewropew) u jitgħallmu jaħdmu magħhom. Prattika tajba oħra biex wieħed isir jaf l-atturi f’ekosistema speċifika tista’ tkun l-użu ta’ hackathon (31).

Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, ix-xerrej pubbliku jkun jista’ jidentifika aħjar l-innovaturi u jibda kollaborazzjoni siewja ta’ ko-ħolqien, jivvaluta l-livell ta’ tħejjija ta’ prodott ġdid u jidentifika l-kostijiet tal-applikazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi.

EŻEMPJU

WORKSHOP ORGANIZZAT MILL-MINISTERU FRANĊIŻ TAT-TRASPORT MA’ XERREJJA PUBBLIĊI U ATTURI MILL-EKOSISTEMA TAL-INNOVAZZJONI FIS-SETTUR TAL-MOBILITÀ (JANNAR 2020)

Il-Ministeru Franċiż tat-Trasport organizza workshop ta’ taħriġ f’laboratorju ħaj li laqqa’ flimkien diversi awtoritajiet lokali ta’ daqsijiet differenti (minn bliet b’aktar minn 2 miljun abitant għal aktar minn 30 000 abitant), kumpaniji kbar li jimmaniġġjaw l-infrastruttura tal-mobilità (bħat-trasport pubbliku), negozji ġodda u speċjalisti tekniċi fit-trasport. L-organizzazzjoni ta’ dan il-workshop f’laboratorju ħaj ippermettiet li x-xerrejja jkunu konnessi ma’ atturi tal-innovazzjoni fis-settur tal-mobilità.

L-għan tal-avveniment kien li jiġi organizzat sforz kollaborattiv bejn il-parteċipanti kollha biex l-ewwel jiġu riveduti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għax-xiri ta’ applikazzjoni għall-carpool u mbagħad, jinbnew speċifikazzjonijiet tekniċi innovattivi li jippermettu lill-kumpaniji innovattivi jissottomettu offerta.

Dan il-workshop kien istruttiv kemm għall-kumpaniji, li setgħu jifhmu aħjar il-qafas legali tal-akkwist pubbliku, kif ukoll għax-xerrejja pubbliċi, li setgħu jikkunsidraw kif jagħmlu proġett aktar miftuħ għall-innovazzjoni. Pereżempju, ix-xerrejja ħejjew dashboard biex jiddeterminaw ir-riżultati mistennija minn soluzzjoni innovattiva. Ix-xerrejja ssuġġerew ukoll li l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinkludu vidjow sommarju qasir li jippreżenta l-punti ewlenin tat-talba.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.francemobilites.fr/

https://www.liberte.paris/

3.3    Mobilizzazzjoni tas-sensara tal-innovazzjoni

Ir-rabtiet bejn in-negozji ġodda li joffru soluzzjonijiet innovattivi u l-SMEs innovattivi, minn naħa, u x-xerrejja pubbliċi min-naħa l-oħra, ħafna drabi jkunu dgħajfa u ma jiffurmawx b’mod spontanju. Is-sensara tal-innovazzjoni jistgħu jgħinu sabiex dawn jinbnew jew jissaħħu.

Sensar tal-innovazzjoni jista’ jkun kwalunkwe istituzzjoni bil-kapaċità u l-għan li tlaqqa’ innovazzjoni fil-bidu tagħha ma’ bżonn min-naħa tad-domanda. Is-sensar jista’ jkun parti miċ-ċiklu tal-ħajja ġenerali tal-innovazzjoni u forza li tagħti impetu lill-akkwist ta’ innovazzjoni. Huwa jista’ jkun involut b’mod attiv fil-moviment tal-ideat mill-fornituri potenzjali tal-innovazzjoni lejn in-netwerks tax-xerrejja pubbliċi potenzjali tal-innovazzjoni, sew jekk ikunu bliet, sptarijiet, awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili jew kwalunkwe xerrej pubbliku rilevanti ieħor. Bil-maqlub ta’ dan, jista’ jikkomunika lill-industrija rilevanti l-ħtiġijiet tax-xerrejja pubbliċi. Is-sensara tal-innovazzjoni jistgħu jiffaċilitaw ukoll it-tħejjija ta’ ideat innovattivi għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku speċifiċi.

Il-kompiti tagħhom jistgħu jinkludu:

L-għoti ta’ pariri lix-xerrejja pubbliċi dwar kif jiddefinixxu l-bżonnijiet tagħhom li jistgħu potenzjalment jiġu ssodisfati permezz tal-akkwist ta’ innovazzjoni

L-organizzazzjoni ta’ xerrejja pubbliċi interessati fl-akkwist ta’ innovazzjoni f’netwerks biex jaqsmu l-għarfien, jiskambjaw prattika tajba u jikkomunikaw mas-suq (eż. konsultazzjoni tas-suq, impenn konġunt għall-akkwist futur ta’ innovazzjoni)

L-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi b’potenzjal li jkunu adattati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tax-xerrejja pubbliċi. Tipikament, soluzzjonijiet bħal dawn ikollhom il-potenzjal li jiġu kummerċjalizzati u li jespandu l-innovazzjoni fixkiela aktar milli dik inkrementali

Skont kif ikun il-mudell tan-negozju tagħhom, huma jistgħu jiffaċilitaw ukoll l-aċċess għall-finanzjament u jgħinu sabiex jiġu ġestiti d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Jenħtieġ li s-sensara tal-innovazzjoni ma jaġixxux bħala bejjiegħa ta’ proposti mhux mitluba lix-xerrejja pubbliċi, u lanqas għandhom ikunu sostituti għax-xerrejja pubbliċi. Ix-xerrejja pubbliċi jibqgħu responsabbli li l-proċedura kollha – l-involviment mas-suq qabel l-akkwist u l-eżekuzzjoni tal-akkwist innifsu (32) – tkun miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja.

EŻEMPJU

IS-SENSERIJA TAL-INNOVAZZJONI FL-EWROPA:

TekesMatch fil-Finlandja

Innovazzjoni Finlandiża reċenti, TekesMatch, huwa software ta’ “tqabbil semantiku” li jqabbel lill-investituri u lill-innovaturi fi ftit minuti. Dan il-kompitu kien jieħu 3 ġimgħat, qabel ma bdiet tintuża din l-għodda innovattiva. TekesMatch ġiet ivvintata bil-għajnuna ta’ kompetizzjoni tad-disinn u hackathon. L-iffaċilitar tal-investiment b’dan it-tip ta’ software jiftaħ possibbiltajiet kbar biex in-negozji l-ġodda jikbru.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.aalto.fi/en/current/news/2017-03-06/

https://www.twobirds.com/en/news/press-releases/2017/finland/tekesmatch

Pjattaforma ta’ tqabbil Awstrijaka

Il-missjoni taċ-Ċentru ta’ Kompetenza dwar l-Innovazzjoni fl-Akkwisti fl-Awstrija (IÖB-Servicestelle) hija li “jinbena pont bejn ix-xerrejja pubbliċi u l-fornituri”. Biex jiffaċilita din il-missjoni, l-IÖB-Servicestelle nieda b’suċċess pjattaforma diġitali li qed tintuża dejjem aktar mix-xerrejja pubbliċi bħala parti mill-attivitajiet regolari tagħhom ta’ riċerka dwar is-suq.

Din il-pjattaforma toffri informazzjoni, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt, dwar firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi innovattivi differenti, li jiġu evalwati minn esperti indipendenti u jkunu lesti għall-użu fis-settur pubbliku. Il-pjattaforma tagħti wkoll lix-xerrejja pubbliċi l-għażla li jippubbliċizzaw l-aktar sfidi reċenti tagħhom sabiex jikkonsultaw lis-suq dwar ideat u kunċetti ġodda.

Fl-2018, aktar minn 100 soluzzjoni innovattiva f’kategoriji ta’ prodotti bħall-IT, l-enerġija, il-mobbiltà, il-ġestjoni tal-faċilitajiet jew is-saħħa kienu elenkati fuq il-pjattaforma, li ppermetta lill-fornituri jagħmlu kuntatt max-xerrejja pubbliċi. Minn dak iż-żmien ’l hawn, aktar minn 12-il xerrej pubbliku ppubblikaw l-isfidi li jiffaċċjaw f’oqsma li jinkludu l-awtomazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u r-relazzjonijiet mal-istampa, it-teknoloġija bis-sensers u l-ġestjoni tal-faċilitajiet. Dawn ix-xerrejja pubbliċi rċevew aktar minn 230 idea differenti mis-suq permezz tal-pjattaforma.

Dettalji huma disponibbli minn:

www.innovationspartnerschaft.at

Proġett pilota tas-sensara Ewropej tal-innovazzjoni (33)

Il-proġett għandu l-għan li joħloq mudell għal sensar tal-akkwist ta’ innovazzjoni li jlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet kontraenti, il-fornituri ta’ innovazzjoni (b’enfasi speċjali fuq l-SMEs u n-negozji l-ġodda), l-investituri u r-riċerkaturi biex jiffaċilita l-akkwist ta’ prodotti u servizzi innovattivi.

Biex jiġi esplorat il-ħolqien ta’ sensar tal-akkwist ta’ innovazzjoni, fl-2018 tnediet sejħa għal proposti. Ġie ffurmat konsorzju ta’ seba’ entitajiet differenti (żewġ aġenziji tal-innovazzjoni, netwerk, konsulenza speċjalizzata dwar l-akkwist u awtorità kontraenti). B’riżultat ta’ dan, ħames netwerks ta’ IPB huma ttestjati f’ħames Stati Membri differenti (Spanja, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Ġermanja u l-Awstrija). Dan jenħtieġ li jgħin biex jiġi identifikat liema tip ta’ organizzazzjoni u metodu huma l-aħjar biex titwettaq skema ta’ sensara tal-innovazzjoni.

Il-proġett ta’ sentejn intemm f’Awwissu 2020. Ir-riżultati huma l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ mudell ta’ negozju ta’ sensara tal-innovazzjoni, iżda wkoll il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ negozju għall-SMEs ma’ xerrejja pubbliċi fl-Istati Membri kkonċernati. Se jitnedew total ta’ tmien proġetti innovattivi ta’ xiri, prinċipalment dwar l-innovazzjoni sostenibbli.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://innovation-procurement.org/innobrokers/

4   NATTIRAW L-INNOVAZZJONI

Ladarba l-bibien jinfetħu għal kull tip ta’ innovazzjoni, ix-xerrejja pubbliċi jkunu jistgħu jiffukaw fuq l-attirar tal-innovazzjoni fi ħdan kull proċedura ta’ akkwist pubbliku.

Ħafna mill-għodod jistgħu jiġu inkorporati fi kwalunkwe proċedura ta’ akkwist pubbliku, inklużi l-proċeduri miftuħin u ristretti li jintużaw b’mod wiesa’ (4.1). Proċeduri ta’ akkwist pubbliku alternattivi jistgħu jakkomodaw b’mod speċifiku l-innovazzjoni, bħal pereżempju proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogu kompetittiv, kompetizzjoni tad-disinn, sħubija għall-innovazzjoni jew l-approċċ ta’ akkwist prekummerċjali (4.2).

L-għażla tal-proċedura u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma f’idejn ix-xerrejja pubbliċi. Fl-aħħar mill-aħħar, innovazzjoni li tirnexxi tiddependi fuq id-deċiżjonijiet tagħhom. Dan li ġej mhuwiex riċetta li tgħodd għal kulħadd. Huwa pjuttost sett ta’ għodod flessibbli li jispira approċċi ġodda magħmula possibbli skont ir-regoli tal-UE.

4.1    Għodod li jistimolaw l-innovazzjoni għal kull tip ta’ proċedura

Din it-taqsima tiddeskrivi l-għażliet li huma disponibbli għall proġetti kollha ta’ akkwist pubbliku. Investiment relattivament żgħir fit-tħejjija u l-organizzazzjoni tal-proċedura ta’ akkwist b’mod li jistimola l-innovazzjoni huwa biżżejjed sabiex jibdew jinħasdu l-benefiċċji kemm għax-xerrej pubbliku u kemm għas-suq tal-fornituri.

4.1.1   Valutazzjoni tal-ħtiġijiet

Qabel ma jfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ix-xerrejja pubbliċi jenħtieġ li jwettqu valutazzjoni tal-ħtiġijiet b’kopertura wiesgħa sabiex jiddefinixxu l-problema li tirrikjedi soluzzjoni. Dan il-pass jista’ jidher superfluwu, minħabba li l-iskop tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku ħafna drabi jkun ovvju. Fil-fatt, dan huwa l-mument kruċjali li fih tista’ toriġina l-adozzjoni tal-innovazzjoni. Minflok ma sempliċement jinbidel it-tagħmir li jkun għadda żmienu b’aktar tagħmir simili jew jiġu mġedda kuntratti ta’ servizz skaduti, ix-xerrej pubbliku jwettaq analiżi funzjonali tal-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni u s-sħab/utenti tagħha u jidentifika kwalunkwe problema jew oqsma li jistgħu jittejbu. Din l-analiżi tiżvela jekk it-tagħmir u s-servizzi użati sa dak il-punt ikunux (għadhom) dawk l-aktar xierqa.

EŻEMPJU

NISIMGĦU LILL-UTENTI TAS-SERVIZZI PUBBLIĊI:

Il-port intelliġenti ta’ Tallinn

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-ġestjoni tat-traffiku li qed jiżdied, l-Awtorità tal-Port ta’ Tallinn fl-Estonja xtaqet tixtri sistema ta’ check-in elettronika ġdida kemm għall-passiġġieri u kemm għall-vetturi tat-tagħbija.

X’sar differenti?

Biex jidentifika l-ħtiġijiet tiegħu, ix-xerrej pubbliku għamel erbgħin intervista mal-passiġġieri, sitt intervisti mas-sewwieqa, erba’ intervisti ma’ rappreżentanti tal-operaturi tal-vapur, żewġ intervisti ma’ fornituri tas-servizz ta’ burdnar u erba’ intervisti ma’ impjegati tal-Port.

X’kien ir-riżultat?

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti ppermettiet lix-xerrej pubbliku jakkwista soluzzjoni innovattiva li tindirizza l-proċess kollu tal-ivvjaġġjar għall-karozzi u t-trakkijiet, mill-prereġistrazzjoni online saċ-check-in u ġestjoni tat-traffiku kompletament awtomatizzata li tidderieġi l-vetturi għal fuq il-vapur.

Dettalji disponibbli fuq:

http://www.portoftallinn.com/smart-port

EŻEMPJU

VALUTAZZJONI TAL-ĦTIĠIJIET REALI MINFLOK JINXTRAW AKTAR SOLUZZJONIJIET SIMILI:

It-tranżizzjoni ta’ Malta lejn il-cloud computing

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Fi tmiem il-ħajja ta’ apparat li jaħżen id-data, ix-xerrejja pubbliċi tipikament joħorġu offerta għal kuntratt ta’ forniment pubbliku ieħor għal server tad-data simili. Dan jista’ ma jkunx l-aħjar mod biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet attwali, li jistgħu jkunu differenti minn dawk passati.

X’sar differenti?

Il-gvern Malti qed jimxi lejn infrastruttura bbażata fuq il-cloud sabiex jottimizza l-ħażna tad-data tal-gvern. Ix-xerrejja pubbliċi jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ ħażna tad-data tagħhom f’termini ta’ kapaċità, sigurtà, kundizzjonijiet ta’ aċċess għal kategoriji differenti ta’ utenti (pereżempju, mill-uffiċċju vs. Telexogħol), mobbiltà, eċċ. Huma jistgħu jikkunsidraw ukoll soluzzjonijiet alternattivi, bħal ċentru tad-data kondiviż ma’ amministrazzjonijiet oħra jew soluzzjonijiet tal-cloud. Barra mill-iffrankar fil-kostijiet fuq il-hardware u l-kostijiet tal-manutenzjoni, il-ħażna tad-data bbażata fuq il-cloud ittejjeb ukoll il-portabbiltà tad-data u għaldaqstant il-mobbiltà tal-ħaddiema.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://procurement.mita.gov.mt/open-calls/t04717-on-premise-private-cloud-enabling-infrastructure-and-software

(Proġett kofinanzjat mill-Fondi Strutturali Ewropej)

Id-definizzjoni tal-ħtiġijiet tirrikjedi distakk suffiċjenti mis-soluzzjoni attwali sabiex tiġi valutata b’imparzjalità massima. Huwa importanti li wieħed iżomm moħħu miftuħ dwar l-introduzzjoni ta’ modifiki jew li s-soluzzjonijiet eżistenti jiġu sostitwiti kompletament. F’ċerti każijiet, tista’ tkun meħtieġa bidla organizzazzjonali profonda, speċjalment jekk il-flussi tax-xogħol ikunu ġew awtomatizzati. Fil-prattika, il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tista’ twassal għall-kunsiderazzjoni ta’ tip differenti ta’ kuntratt minn dak eżistenti, jiġifieri minflok kuntratt ta’ provvista, kuntratt ta’ servizz jew kuntratt imħallat (provvista u servizz) jista’ jkun aktar xieraq għat-teknoloġiji jew il-proċessi l-ġodda.

Sabiex jippermettu xejriet ġodda jew jisfruttaw vantaġġi teknoloġiċi li x-xerrejja pubbliċi jkunu għadhom mhumiex konxji tagħhom, huma jistgħu wkoll jiskrinjaw is-suq (34). Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jiskopru soluzzjonijiet ġodda u innovattivi biex jipprovdu servizzi pubbliċi, iżidu l-livelli tas-servizz jew iżidu funzjonijiet addizzjonali permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda. Għalhekk, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jfasslu l-ħtiġijiet tagħhom abbażi ta’ fehim profond tas-suq, li jippermettilhom ukoll li jinkorporaw soluzzjonijiet innovattivi fil-proċess tal-akkwist.

Sabiex tiżdied l-oġġettività, il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tista’ titwettaq ukoll abbażi ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku minn entitajiet esterni speċjalizzati jew minn fornituri potenzjali li jkollhom l-għarfien espert neċessarju. Sabiex jiġi evitat trattament preferenzjali, l-informazzjoni kollha skambjata jenħtieġ li tiġi ppubblikata jew ikkomunikata lil offerenti potenzjali oħra (35). Il-kost ottimizzat u ż-żieda fl-effiċjenza tas-servizz pubbliku jenħtieġ li jibbilanċjaw il-kost ta’ servizz bħal dan.

4.1.2   Konsultazzjoni preliminari tas-suq

L-għan ewlieni tal-konsultazzjoni preliminari tas-suq huwa li tivverifika s-sitwazzjoni attwali qabel ma titnieda proċedura ta’ akkwist. L-akkwist ta’ innovazzjoni jeħtieġ preparazzjoni tajba min-naħa tax-xerrej pubbliku. Biex jiksbu fehim approfondit aħjar dwar is-suq rilevanti, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jikkomunikaw ma’ fornituri potenzjali f’konsultazzjonijiet minn qabel tas-suq. Huma jistgħu jużaw dawn biex jiġbru informazzjoni, b’mod partikolari dwar l-istruttura tal-prezzijiet u l-kapaċitajiet tas-suq. Jista’ jkun li diġà jkunu jeżistu soluzzjonijiet innovattivi xierqa, jew dawn jistgħu jirriżultaw mill-adattament jew il-kombinazzjoni ta’ dawk eżistenti. Is-suq jista’ jkun jista’ jiżviluppa wkoll soluzzjoni innovattiva fil-ħin, bil-kundizzjoni li jkollu l-opportunità li jagħmel dan.

Konsultazzjoni preliminari xierqa tas-suq tista’ tgħin biex tingħeleb problema rikorrenti osservata fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, jiġifieri n-nuqqas, jew il-ftit riċerka minn qabel dwar is-suq, li tirriżulta fi speċifikazzjonijiet mhux realistiċi jew skaduti.

Konsultazzjoni preliminari tas-suq tista’ tieħu diversi forom. F’xi każijiet, ix-xerrejja pubbliċi jista’ jkollhom diġà fehim u ħarsa ġenerali tajba tas-suq, u għalhekk ikunu jeħtieġu biss xi kjarifiki jew aġġornamenti żgħar, filwaqt li f’każijiet oħra, tista’ tkun meħtieġa riċerka estensiva biex jinkiseb l-għarfien meħtieġ biex titnieda proċedura ta’ akkwist. Għalhekk, ma hemmx approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd għall-konsultazzjonijiet preliminari tas-suq.

L-Artikolu 40 tad-Direttiva 2014/24/UE jgħid li wieħed jista’ jfittex parir mingħand esperti indipendenti, awtoritajiet jew parteċipanti fis-suq, bil-kundizzjoni li dan ma jkollux l-effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tat-trasparenza.

Huwa kruċjali li jiġi żgurat li kwalunkwe informazzjoni pprovduta matul il-konsultazzjoni tas-suq issir disponibbli wkoll għal operaturi oħra u li jitħalla żmien adegwat għas-sottomissjoni tal-offerti. Ix-xerrejja pubbliċi għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-offerenti kollha jiġu ttrattati b’mod ugwali fil-proċeduri tal-akkwist, u għalhekk jenħtieġ li l-konsultazzjoni tas-suq ma tirriżultax f’vantaġġ jew fi żvantaġġ inġust għal offerent.

Il-konsultazzjoni preliminari tas-suq tippermetti lix-xerrej pubbliku:

isib ideat kreattivi mis-suq

jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għas-soluzzjoni tal-problema

joħloq opportunitajiet biex il-partijiet tas-suq jaħdmu ma’ xulxin u max-xerrejja pubbliċi

ikejjel il-kapaċità tal-organizzazzjoni tiegħu li tieħu r-riskju ta’ innovazzjoni.

Meta jsir tajjeb, il-proċess ta’ konsultazzjoni tas-suq jippermetti lil xerrej pubbliku li jikseb feedback mis-suq dwar proġett propost, inkluż l-eżami tal-opportunitajiet, ir-riskji u s-soluzzjonijiet potenzjali assoċjati miegħu. Dan finalment jenħtieġ li jwassal għad-definizzjoni tal-aħjar termini u kundizzjonijiet kuntrattwali.

Biex proċess ta’ konsultazzjoni tas-suq jitwettaq b’mod korrett, huwa neċessarju li jitwettqu ftit passi:

Pass 1: Titwettaq riċerka għal nota ta’ inkwadrazzjoni tal-konsultazzjoni, li għandha tinkludi:

l-objettivi segwiti mill-proċess ta’ konsultazzjoni tas-suq;

il-karatteristiċi mistennija tal-proċess, bħall-kategorija ta’ prodotti/servizzi, jekk ikunx miftuħ għal soluzzjoni innovattiva, il-potenzjal ta’ akkwist konġunt transfruntiera, eċċ.;

informazzjoni dwar is-suq attwali disponibbli, inklużi mexxejja tas-suq, parteċipanti ġodda, alternattivi, eċċ.:

informazzjoni dwar kif xerrejja oħra joperaw f’dan is-suq – kemm ix-xerrejja tas-settur pubbliku kif ukoll ta’ dak privat

id-diversi restrizzjonijiet fuq il-proġett ta’ akkwist (skeda ta’ żmien, tagħmir eżistenti, proċessi interni u kostijiet, restrizzjonijiet baġitarji, eċċ.)

min huma l-partijiet ikkonċernati interni ewlenin għall-proġett ta’ akkwist (akkwirenti pubbliċi, esperti tekniċi, utenti finali, eċċ.).

In-nota ta’ inkwadrazzjoni tippermetti lix-xerrej pubbliku jidentifika l-aħjar tip ta’ konsultazzjoni minn qabel tas-suq li għandha titwettaq, u f’termini ġenerali s-suġġetti ewlenin li għandhom jiġu diskussi matul intervisti/laqgħat futuri. Ix-xerrej jiddeċiedi liema tip ta’ konsultazzjoni tas-suq tkun utli, eż. kwestjonarju online, avvenimenti ta’ “laqgħat max-xerrej” (laqgħa ta’ parteċipazzjoni fi grupp jew individwali), laqgħat online/fiżiċi, hackathons, sfidi, eċċ.

Pass 2: Tħejjija tal-konsultazzjoni tas-suq

Ix-xerrej jista’ jistieden input mill-fornituri billi jippubblika talba għall-informazzjoni fuq pjattaformi tal-akkwist elettroniku, il-paġna web tax-xerrejja, siti web speċjalizzati jew billi jikkuntattja fornituri potenzjali permezz ta’ fora ddedikati. Dawn l-inizjattivi kollha jistgħu jgħinu biex jitwessa’ l-grupp ta’ atturi li se jkollhom iċ-ċans li jagħmlu l-ideat u/jew is-soluzzjonijiet innovattivi tagħhom magħrufa qabel ma jitfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

L-Avviż ta’ Informazzjoni minn Qabel (PIN) huwa għodda utli li tista’ tintuża għal dan il-għan, biex tiġi reklamata formalment konsultazzjoni.

Pass 3: Tħejjija u twettiq tal-intervisti/laqgħat

It-tħejjija għall-intervista/laqgħa hija pass kruċjali fil-proċess u waħda miċ-ċwievet għas-suċċess tiegħu: ix-xerrej irid jiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni biex jiddefinixxi l-ħtieġa u jistabbilixxi l-proġett. It-tħejjija tista’ tieħu l-forma ta’ grilja tal-intervista, li tagħmilha possibbli li jiġu sorveljati l-iskambji u jitqabblu t-tweġibiet ipprovduti mill-fornituri (ara l-Anness III għall-kwestjonarju mudell). Il-grilja tal-intervista tista’ tintbagħat lill-fornituri qabel il-laqgħa.

Il-fornituri jistgħu jiġu mistiedna jwieġbu l-mistoqsijiet permezz tal-posta elettronika, permezz ta’ kwestjonarju online, bit-telefown jew f’laqgħa wiċċ imb wiċċ (ara l-Anness II għall-mudell tal-istedina lill-fornituri). Ix-xerrej għandu jiżgura li jingħata l-istess livell ta’ informazzjoni lill-fornituri kollha.

Għal kwalunkwe laqgħa wiċċ imb wiċċ, ix-xerrej jenħtieġ li jiżgura li jkun hemm preżenti mill-anqas żewġ persuni, u jieħu minuti dettaljati.

Pass 4: Użu tar-riżultati

Huwa rakkomandabbli li jinżamm rekord tajjeb tal-konsultazzjoni tas-suq. Matul il-laqgħa, ix-xerrej jenħtieġ li jieħu noti dwar il-punti importanti kollha, is-soluzzjonijiet u - fuq kollox - l-informazzjoni li x-xerrej jipprovdi lill-fornitur. Wara l-laqgħa, it-tfassil ta’ rapport dwar kull diskussjoni individwali jippermetti lix-xerrej li jittraċċa l-iskambji bl-aktar mod effiċjenti possibbli.

Fi tmiem il-konsultazzjoni tas-suq, huwa importanti li jiġi prodott rapport ta’ sinteżi li jiċċara l-aktar informazzjoni utli u jgħin biex tiġi fformalizzata l-istrateġija finali tal-akkwist (l-għażla tal-proċedura tal-akkwist, l-għażla tal-kriterji tal-għażla, aspetti tal-prestazzjoni tas-soluzzjoni mfittxija, eċċ.).

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, meta titnieda s-sejħa għall-offerti, ix-xerrej irid jieħu l-miżuri xierqa kollha neċessarji biex jiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix imfixkla mill-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li kienu involuti fil-konsultazzjonijiet preliminari tas-suq.

EŻEMPJU

KOLLABORAZZJONI BEJN IL-BELT U S-SUQ GĦAL SITI TA’ KOSTRUZZJONI B’EMISSJONIJIET ŻERO:

Approċċ innovattiv għall-akkwist ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq f’Copenhagen

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

F’konformità mal-miri klimatiċi ambizzjużi tal-Belt ta’ Copenhagen, il-belt riedet tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju marbuta mas-settur tal-kostruzzjoni. Is-siti tal-kostruzzjoni huma notorjament ta’ tfixkil fiċ-ċentri urbani minħabba l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet tal-gass marbuta mal-makkinarju tqil fuq il-post.

X’sar differenti?

Copenhagen organizzat djalogi esploratorji biex tittestja d-disponibbiltà tas-suq għal magni ħielsa mill-fjuwils fossili u b’emissjonijiet żero. Il-feedback mis-suq sawwar l-akkwist strateġiku u l-pjanijiet pilota tal-belt għat-tranżizzjoni lejn makkinarju tal-kostruzzjoni aktar sostenibbli. Copenhagen iffurmat forum kollaborattiv dwar siti ta’ kostruzzjoni b’emissjonijiet żero ma’ partijiet ikkonċernati mill-katina tal-valur kollha, u ppilotat l-użu ta’ diversi magni elettriċi żgħar permezz ta’ rekwiżiti minimi fl-offerti.

X’kien ir-riżultat?

Copenhagen miexja progressivament lejn siti ta’ kostruzzjoni b’emissjonijiet żero permezz tal-pilotaġġ u l-irfinar tal-approċċ tagħha għall-akkwisti. Il-belt stabbiliet “sħubijiet fiduċjarji” fit-tul mal-fornituri biex tibbilanċja l-investiment inizjali tagħhom f’magni innovattivi. Copenhagen qed tikkollabora wkoll ma’ bliet ambizzjużi oħra dwar is-suġġett tal-akkwist ta’ siti ta’ kostruzzjoni b’emissjonijiet żero fi grupp ta’ ħidma dwar l-“Inizjattiva għax-Xerrejja l-Kbar” iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.

EŻEMPJU

KOLLABORAZZJONI BEJN IL-BELT U S-SUQ GĦAT-TWASSIL TA’ PRODOTTI U SERVIZZI B’EMISSJONIJIET ŻERO:

Tibdil fil-mod kif jitwasslu l-prodotti u s-servizzi f’Oslo

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-Belt ta’ Oslo għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 b’95 % sal-2030. L-istudji wrew li proporzjon sinifikanti tat-traffiku tal-belt u tal-emissjonijiet tal-egżost kienu joriġinaw minn vetturi li jwasslu prodotti jew servizzi (bħal plumbing, tindif tat-twieqi, manutenzjoni u r-rimi tal-iskart) lill-amministrazzjoni tal-belt.

X’sar differenti?

L-amministrazzjoni tal-belt wettqet programm ta’ attivitajiet ta’ involviment tas-suq matul l-2018 u l-2019 ma’ fornituri ta’ servizzi fil-belt. Dan kien jinkludi intervisti individwali ma’ fornituri eżistenti, kwestjonarju għall-fornituri u avveniment ta’ djalogu konġunt, bil-għan li jiġu mifhuma l-perkorsi potenzjali biex jinkisbu opzjonijiet ta’ konsenja b’emissjonijiet żero fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju. Ir-rispons kien pożittiv ħafna, b’indikazzjoni ċara mis-suq li kienu interessati u kapaċi jimxu lejn konsenja b’emissjonijiet żero, bil-kundizzjoni li dan jiġi mitlub b’mod ċar u konsistenti mill-klijenti bħall-amministrazzjoni tal-belt.

Abbażi tat-tweġibiet li waslu, twettqu sensiela ta’ attivitajiet ta’ akkwist pilota, li fil-fażi ta’ evalwazzjoni taw preferenza lill-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero fit-twassil tas-servizz. Ir-riżultati kienu saħansitra aħjar milli mistenni.

X’kien ir-riżultat?

Oslo issa ppubblikat linji gwida dwar l-akkwisti għal konsenja b’emissjonijiet żero, li għandhom jintużaw fil-kuntratti kollha li l-belt takkwista. Il-linji gwida jinkludu rekwiżiti minimi dwar il-vetturi li jintużaw, kif ukoll kriterji tal-għoti dwar l-użu ta’ vetturi mingħajr emissjonijiet, bl-opzjoni li dawn jiġu introdotti fil-forniment tas-servizz matul il-kuntratt. Dawn il-linji gwida se jiġu aġġornati b’mod regolari.

Fl-2020, siti ta’ kostruzzjoni kompletament ħielsa mill-fossili ddebuttaw f’Copenhagen, Helsinki u Trondheim. Amsterdam, Brussell, Budapest u Vjenna jinsabu fil-proċess li jidentifikaw siti pilota xierqa biex ikollhom l-ewwel siti ta’ kostruzzjoni tagħhom ħielsa mill-fjuwils fossili u/jew ħielsa mill-emissjonijiet. Billi tinfirex għal dawn l-ibliet kollha, din l-inizjattiva għandha l-potenzjal li tgħin lill-atturi ekonomiċi jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi f’ekosistema industrijali ewlenija (il-kostruzzjoni) li fiha x-xerrejja pubbliċi huma investituri kritiċi.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.buyzet.eu/wp-content/uploads/2019/05/POLIS_BUYZET-Handbook_EN_web.pdf

EŻEMPJU

BUILDING A SUSTAINABLE PRE-SCHOOL:

Ħidma mas-suq biex tiġi pprovduta l-konformità mal-ekotikketta

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-muniċipalità Finlandiża ta’ Hyvinkää xtaqet tgħaqqad l-għanijiet ambjentali deskritti fl-istrateġija muniċipali tagħha, mal-enfasi fuq il-forniment ta’ ambjent ta’ tagħlim san u sigur għat-tfal skont l-Att nazzjonali dwar l-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal. F’dan il-kuntest, il-muniċipalità ddeċidiet li timmira li skola preprimarja ġdida tkun l-ewwel waħda li tingħata ekotikketta

X’sar differenti?

Filwaqt li rrikonoxxiet in-natura innovattiva tar-rekwiżiti li kienu qed jiġu stabbiliti, il-muniċipalità ddeċidiet li tinteraġixxi mas-suq kmieni biex tifhem x’kienu l-opzjonijiet. Tpoġġiet Talba għall-Informazzjoni fuq il-portal nazzjonali Finlandiż dwar l-akkwisti, u din kienet segwita minn kwestjonarju aktar dettaljat u intervisti individwali mal-fornituri li wieġbu għall-kwestjonarju.

X’kien ir-riżultat?

L-interazzjoni mas-suq uriet il-kapaċità tas-suq li jipprovdi skola preprimarja mogħtija l-ekotikketta. Hija tat ukoll żmien suffiċjenti lis-suq biex iħejji offerti ta’ kwalità. Ir-rekwiżiti tal-ekotikketta ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta. Finalment waslu ħames offerti konformi, u li kienu offruti b’kost li kien ferm aktar baxx milli antiċipat. B’riżultat ta’ dan, il-muniċipalità rebħet il-premju għall-Akkwist Sostenibbli Procura+ tal-2017.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/environment/gpp/pdf/news_alert/Issue75_Case_Study_150_Hyvinkaa.pdf

https://procuraplus.org/dev/awards/awards-2017/

EŻEMPJU

EIC ePITCHING WITH PROCURERS ON COVID-19:

Sejbien ta’ soluzzjonijiet komuni flimkien (Akkwist fl-ekosistema Ewropea tal-innovazzjoni)

F’avveniment kompletament online, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) laqqa’ flimkien aktar minn 50 xerrej pubbliku u privat, ħames kumpaniji Ewropej u aktar minn 20 SME appoġġati mill-EIC fl-ewwel “Pitching elettroniku mal-Akkwirenti”, sessjoni ddedikata għas-soluzzjonijiet għall-COVID-19.

Kemm l-akkwirenti tas-settur pubbliku kif ukoll dawk tas-settur privat, u l-SMEs kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-ħtiġijiet u s-soluzzjonijiet u s-segwitu rispettivi tagħhom permezz ta’ sessjonijiet individwali ddedikati waranofsinhar.

Ġew organizzati żewġ sessjonijiet differenti, li fihom l-SMEs ippreżentaw is-soluzzjonijiet tagħhom dwar l-apparat mediku u dwar applikazzjonijiet bijoteknoloġiċi innovattivi ġodda. Fl-aħħar ta’ kull sessjoni l-parteċipanti kellhom l-opportunità li jagħżlu l-aqwa preżentazzjoni.

Dan l-avveniment enfasizza l-importanza li jinħolqu sinerġiji bejn l-SMEs u l-akkwirenti.

https://ec.europa.eu/easme/en/news/eic-epitching-procurers-covid19-finding-common-solutions-together

4.1.3   Użu ta’ taqsimiet fakultattivi fil-formoli standard

Mill-25 ta’ Ottubru 2023, ix-xerrejja pubbliċi se jkollhom jimlew formoli standard ġodda u aġġornati (36), li jippermettulhom li jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tal-akkwist ta’ innovazzjoni. Il-formoli standard aġġornati se jinkludu taqsima fakultattiva fejn ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jindikaw li qed jixtru oġġetti, xogħlijiet jew servizzi innovattivi permezz tal-proċedura ta’ akkwist. Billi jużaw din l-opzjoni, ix-xerrejja pubbliċi jikkontribwixxu għal ġbir ta’ data u analiżi aktar preċiżi tal-użu tal-akkwist ta’ innovazzjoni f’pajjiżhom u madwar l-UE.

L-implimentazzjoni tajba tal-Formoli elettroniċi hija investiment. Din tirrikjedi ħin u riżorsi suffiċjenti, iżda se jkollha benefiċċji konsiderevoli fil-ħin iffrankat għall-implimentaturi u għall-utenti kollha. B’mod partikolari, b’differenza mill-formoli standard preċedenti, il-Formoli elettroniċi huma maħsuba biex jimtlew fil-biċċa l-kbira b’mod awtomatiku mis-sistemi tal-Akkwist elettroniku, u mhux mill-utenti, u b’hekk inaqqsu b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv.

Il-Formoli elettroniċi jistgħu jitfasslu skont il-ħtiġijiet nazzjonali. Biex tifhem aħjar il-proċess u l-opzjonijiet, jekk jogħġbok ara l-Manwal għall-Implimentazzjoni tal-Politika dwar il-Formoli Elettroniċi (37).

4.1.4   Speċifikazzjonijiet tekniċi

Permezz ta’ konsultazzjoni xierqa tas-suq, ix-xerrejja pubbliċi jiksbu għarfien aħjar tas-soluzzjonijiet eżistenti – il-parametri, il-karatteristiċi speċjali u l-indikaturi miżurabbli tagħhom. Dan jista’ jgħinhom ifasslu speċifikazzjonijiet tekniċi aħjar, li jippermettu li l-aktar soluzzjonijiet effiċjenti u innovattivi, inklużi dawk ġodda, jikkompetu u jipprovdu lix-xerrej pubbliku bl-aħjar benefiċċju. F’termini konkreti, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b’mod deskrittiv jew funzjonali. Kull wieħed minn dawn il-metodi għandu l-vantaġġi tiegħu; madankollu, ir-rekwiżiti funzjonali jistimulaw l-innovazzjoni ħafna aktar.

4.1.4.1   Rekwiżiti deskrittivi

Jeżisti ċans relattivament żgħir li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi deskrittivi jistimolaw lis-suq biex jippreżenta soluzzjoni innovattiva. L-aktar l-aktar huma jirriflettu l-kapaċitajiet attwali tas-suq. Fil-każ ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi deskrittivi li jmorru lil hinn minn dak li jkun offrut preżentement, ix-xerrej pubbliku jkollu r-riskju li ma jirċievi l-ebda rispons.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi deskrittivi jista’ jkun li ma jkunux wesgħin biżżejjed biex jippermettu kompetizzjoni ġusta bejn soluzzjonijiet ibbażati fuq tipi differenti ta’ teknoloġiji, proċessi jew applikazzjonijiet. Jeżisti riskju għoli li tiġi ffavorita waħda speċifika. Dan jista’ jipperikola l-proċedura tal-akkwist pubbliku permezz ta’ talbiet għal rieżami. Ix-xerrejja pubbliċi għalhekk għandhom interess addizzjonali li jiċċekkjaw l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku qabel ifasslu l-ispeċifikazzjonijiet b’konsultazzjoni preliminari xierqa tas-suq.

Bi speċifikazzjonijiet tekniċi deskrittivi, ix-xerrej pubbliku jippreskrivi s-soluzzjoni dettaljata u jieħu r-responsabbiltà sħiħa għal-livelli ta’ kwalità u prestazzjoni tagħha. Ċerti operaturi ekonomiċi jistgħu joffru soluzzjoni li taqbeż b’mod sostanzjali r-rekwiżiti minimi stabbiliti bi speċifikazzjonijiet tekniċi deskrittivi. Madankollu, dan mhuwiex probabbli li jseħħ: soluzzjoni aktar irħisa u anqas innovattiva, iżda li tkun fi ħdan ir-rekwiżiti minimi, jista’ jkollha ċans akbar li tirnexxi. Dan iħalli biss marġini żgħir ta’ manuvra għall-innovazzjoni f’kompetizzjoni bbażata fuq il-proporzjon tal-kwalità meta mqabbla mal-prezz.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi deskrittivi, għalhekk, l-aħjar li jintużaw f’każijiet fejn l-awtorità kontraenti tkun taf perfettament il-potenzjal tas-suq. Anki f’każijiet bħal dawn, it-tħollija ta’ parti mill-prestazzjoni miftuħa għall-proċess ta’ innovazzjoni tista’ tgħin sabiex jinkiseb ir-riżultat mitlub.

EŻEMPJU

UŻU B’SUĊĊESS TAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET DESKRITTIVI:

Il-kostruzzjoni tal-Mużew Guggenheim f’Bilbao

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-Mużew Guggenheim f’Bilbao jikklassifika mal-aktar binjiet ikoniċi fl-Ewropa. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tal-arkitett Frank Ghery ippreskrivew il-forma, id-daqs u l-materjali preċiżi li kellhom jintużaw. L-aktar parti diffiċli tal-kostruzzjoni kienet is-saqaf immewweġ tat-titanju, il-forma u l-kulur, li kellhom ikunu reżistenti għax-xemx u r-riħ.

X’sar differenti?

Sabiex dan il-kapulavur arkitettoniku seta’ jinbena u fl-istess ħin jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet kif ukoll l-iskadenzi u r-restrizzjonijiet, il-kuntratturi użaw l-innovazzjoni fil-produzzjoni u l-proċess tal-bini. Huma użaw software avvanzat konċeput għall-industrija ajruspazjali sabiex jikkalkulaw id-daqs u jaqtgħu u jitwu l-pannelli tat-titanju.

X’kien ir-riżultat?

Id-diġitalizzazzjoni tad-disinn, il-produzjoni u l-proċessi tal-bini u l-użu ta’ pannelli tat-titanju rqaq ħafna rrivoluzzjonaw id-dinja tal-kostruzzjoni. Dan għen lill-kumpanija li qatgħet u pprovdiet is-saqaf tat-titanju sabiex tikseb rikonoxximent u suċċess fuq livell globali.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://www.guggenheim-bilbao.eus/en/the-building/the-construction

http://www.gastdoz.arch.ethz.ch/pmeyer/Infos/Pollalis/case_Guggenheim.pdf

4.1.4.2   Rekwiżiti funzjonali

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f’forma ta’ rekwiżiti funzjonali jaqilbu r-responsabbiltà għall-kisba ta’ riżultati aħjar fuq is-suq. Ix-xerrej pubbliku jistabbilixxi rekwiżiti minimi sabiex tiġi evitata offerta bi prestazzjoni baxxa abbużiva, iżda ma jkunx preskrittiv iżżejjed fir-rigward tal-mezzi biex jinkiseb riżultat mixtieq. L-operaturi ekonomiċi jgawdu minn ftuħ u flessibbiltà sabiex jilħqu l-prestazzjoni ottimali.

Il-formulazzjoni tar-rekwiżiti funzjonali korretti u l-kriterji għall-evalwazzjoni tagħhom tibqa’, madankollu, sfida li għarfien tajjeb tal-potenzjal tas-suq u l-aktar teknoloġiji xierqa flimkien jistgħu jegħlbu. Għarfien bħal dan huwa kruċjali sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti ambizzjużi iżda realistiċi, u jista’ jinġabar permezz ta’ konsultazzjoni preliminari tas-suq.

Tista’ tiġi stabbilita pjattaforma fejn ix-xerrejja pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi jistgħu jaqsmu, jikkummentaw u jevalwaw l-esperjenza tagħhom bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi funzjonali u l-kriterji tal-għoti (38). Għalkemm il-bażi tad-data ma tipprovdix informazzjoni legalment robusta, ħafna utenti wrew interess f’dan is-sors ta’ ispirazzjoni.

EŻEMPJU

BDIL TAL-FOKUS TAL-AKKWIST:

L-approċċ funzjonali tal-Korp tal-Akkwisti nazzjonali tal-Italja

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-għan huwa li jiżdied iċ-ċans ta’ suċċess bi speċifikazzjonijiet tal-akkwist ibbażati fuq il-għan ta’ kisba minflok fuq il-mezz għall-kisba.

X’sar differenti?

Il-Korp Ċentrali Nazzjonali għall-Akkwisti tal-Italja, CONSIP, jieħu approċċ lejn l-innovazzjoni minn angolu funzjonali. Minflok jixtri sistemi ta’ tkessiħ jew ta’ tisħin, jixtri t-“temperatura” għall-klijenti tiegħu. L-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jirrikjedu li l-fornituri jiggarantixxu sitwazzjoni komda predeterminata, iffrankar tal-enerġija u tnaqqis fid-diossidu tal-karbonju. L-ispeċifikazzjonijiet jinkludu temperatura li għandha tinkiseb fil-bini; l-installazzjoni ta’ miters elettroniċi għall-monitoraġġ kostanti tat-temperatura ta’ ġewwa; valutazzjoni tal-livell ta’ konsum ottimali għas-servizzi tat-tisħin u tal-enerġija; u awditi tal-enerġija għal kull binja. Il-kuntratt jinkludi klawżola dwar il-prestazzjoni li tirrikjedi ammont minimu ta’ enerġija ffrankata.

X’kien ir-riżultat?

L-enerġija ffrankata skont il-kuntratt qafas hija sittax-il darba ogħla mill-minimu meħtieġ.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://www.sppregions.eu/fileadmin/user_upload/Resources/POBS_Best_Practice_Report.pdf

http://www.consip.it/media/news-e-comunicati/consip-vince-il-premio-european-energy-service-award

4.1.5   Varjanti

Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jippermettu offerti b’“varjanti”: soluzzjoni alternattiva waħda jew aktar li ġeneralment ikunu bbażati fuq teknoloġiji jew proċessi alternattivi, jistgħu jakkumpanjaw l-offerta li taqbel l-aktar mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Il-fornituri jistgħu jipproponu, flimkien ma’ soluzzjoni “sigura” tradizzjonali, soluzzjoni aktar innovattiva. Din tista’ tattira l-attenzjoni tax-xerrejja pubbliċi minħabba l-potenzjal ta’ riżultati aħjar milli mistennija f’termini ta’ kostijiet, kwalità jew flessibbiltà. Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu anki jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ varjanti biss (li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi).

Dan jista’ jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ negozji ġodda u SMEs innovattivi li jipprovdu biss soluzzjoni innovattiva waħda.

F’każ li x-xerrejja pubbliċi jawtorizzaw jew jippreskrivu varjanti, id-dokumenti tal-akkwist iridu jindikaw ir-rekwiżiti minimi li l-varjanti għandhom jissodisfaw, inkluża l-preżentazzjoni tagħhom. Huwa importanti li jiġi ċċarat jekk offerent ikunx jista’ jissottometti varjanti biss, jew sabiex jikkumplementaw biss l-offerta (li ma tkunx varjant).

L-użu tal-varjanti huwa wieħed mill-aktar modi siguri u sempliċi ta’ kif tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwist pubbliku. Ix-xerrejja pubbliċi jridu jawtorizzaw biss l-użu tal-varjanti. Jekk il-varjanti aktar innovattivi ma jagħtux riżultati, operatur ekonomiku xorta jkollu ċans xieraq li jirbaħ il-kuntratt bl-offerta aktar konservattiva.

L-użu tal-varjanti huwa l-aktar effiċjenti meta jiġi kkombinat ma’ rekwiżiti funzjonali u kriterji tal-għoti li jippermettu lix-xerrej iqabbel diversi soluzzjonijiet f’termini tal-prestazzjoni, l-effiċjenza, il-kosteffettività, il-versatilità jew id-durabbiltà tagħhom. Mingħajr dawn il-parametri, huwa diffiċli li jitqabblu l-varjanti.

EŻEMPJU

TNAQQIS TAR-RISKJU PERMEZZ TAL-VARJANTI:

It-tranżizzjoni gradwali tal-lokalitajiet Franċiżi lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Bit-tfittxija tagħhom għal fornitur tal-enerġija ġdid, l-awtoritajiet lokali ta’ Bourg-en-Bresse xtaqu jippermettu l-innovazzjoni mingħajr ma jġarrbu kostijiet żejda jew jieħdu riskji kbar.

X’sar differenti?

L-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta ppermettew lill-fornituri jipproponu varjanti għall-offerta tradizzjonali bbażata fuq il-fjuwils fossili. Il-fornituri xorta setgħu joffru fjuwils fossili.

X’kien ir-riżultat?

Bis-saħħa tal-varjanti, fornitur għamel offerta li kienet tinkludi 3 % bijogass b’garanziji tal-oriġini u prattikament l-ebda kost addizzjonali.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://primes-eu.net/media/12194495/1-case-study-bba-natural-gaz-1_vulc-4.pdf

4.1.6   Kriterji tal-għoti

L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT) hija l-uniku kriterju tal-għoti msemmi fid-direttiva. L-istabbiliment intelliġenti ta’ kriterji tal-għoti tal-MEAT, li jippremjaw kemm il-kwalità kif ukoll il-prezz, jirrappreżenta potenzjal importanti għall-akkwist ta’ innovazzjoni.

Il-kriterji tal-MEAT jikkonsistu minn dan li ġej:

4.1.6.1   Prezz

Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jużaw biss il-kriterju tal-prezz, jekk dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom (l-Istati Membri għandhom l-għażla li jagħmlu kriterji oħra obbligatorji fit-traspożizzjoni tagħhom) (39). F’dan il-każ, il-prezz jirreferi biss għall-valur tax-xiri tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet (irrispettivament mill-modalitajiet ta’ pagament) Ma jkoprix kostijiet oħrajn marbutin mal-użu, il-manutenzjoni, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi. L-użu biss tal-prezz bħala l-kriterju tal-għoti ftit għandu ċans li jistimula l-innovazzjoni, sakemm il-kriterju tal-għoti tal-prezz ma jiġix applikat flimkien ma’ rekwiżiti funzjonali u/jew varjanti.

4.1.6.2   Kost

Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jikkunsidraw ukoll il-kost. Dan ġeneralment jirreferi għall-valur monetarju tal-produzzjoni, l-akkwiżizzjoni, l-użu, il-konsum, il-manutenzjoni, l-interkonnessjoni, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex jiġi kkalkolat, ix-xerrej pubbliku jenħtieġ li juża metodoloġiji ta’ kkostjar tul iċ-ċiklu tal-ħajja li jkunu aċċessibbli u oġġettivi.

Metodoloġija ta’ kkostjar xierqa tattribwixxi valuri numeriċi sinifikattivi għall-interessi ġġustifikati tax-xerrej pubbliku, pereżempju l-kost tal-konsum u l-manutenzjoni għal flotta ta’ karozzi. Il-valur attribwit lil kull komponent ta’ kost ivarja skont in-natura tax-xerrej pubbliku u l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu, pereżempju vetturi postali li joperaw f’ambjent urban jirrikjedu valwazzjoni differenti tal-kriterji mill-vetturi ta’ twassil li jsuqu għal distanzi twal u jużaw l-awtostradi u t-toroq fil-kampanja b’inqas opportunitajiet ta’ mili tal-fjuwil u l-għoti ta’ service.

L-użu tal-kost bħala kriterju tal-għoti jista’ jistimula l-innovazzjoni. Vettura innovattiva tista’ toffri riżultati aħjar f’termini ta’ konsum, enerġija ekoloġika jew intervalli ta’ manutenzjoni, anki jekk il-prezz tax-xiri inizjali jkun ogħla mill-offerta standard. Dan jottimizza l-kost tul iċ-ċiklu tal-ħajja għax-xerrej pubbliku - mhux talli din in-nefqa inizjali tiġi rkuprata, talli l-ispiża totali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tista’ tkun anqas bis-soluzzjoni innovattiva. Sadanittant, l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jbigħu prodotti innovattivi li altrimenti jistgħu ma jsibux posthom fis-suq, bis-saħħa tar-rikonoxximent tal-prestazzjoni aħjar tagħhom skont il-kriterji tal-kostijiet.

EŻEMPJU

NIŻGURAW RIŻULTATI AĦJAR PERMEZZ TAL-METODOLOĠIJA TAL-IKKOSTJAR TUL IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

Vetturi aktar ekoloġiċi għas-servizzi pubbliċi tas-Slovenja

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

L-aġenzija tal-akkwist pubbliku fis-Slovenja tixtri vetturi għal 130 awtorità pubblika. Hija marbuta li “tekoloġizza” l-akkwisti tagħha skont il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali għal akkwist pubbliku ekoloġiku.

X’sar differenti?

Meta tixtri l-vetturi, l-aġenzija tikkalkula l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi billi tuża l-metodoloġija komuni obbligatorja għall-kalkolu tal-kostijiet tal-emissjonijiet tas-CO2 tul il-ħajja kif definiti fid-Direttiva tal-UE dwar il-Vetturi Nodfa.

Eż.: Il-kost tul il-ħajja operazzjonali tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ karozza tal-passiġġieri għal karozza b’emissjonijiet ta’ CO2 ta’ 155 g/km: 200 000 km × 0,155 k g/km × 0,04 EUR/kg = EUR 31 000,04 kost imputat tul il-ħajja operazzjonali għas-CO2.

Dan il-valur imbagħad jista’ jingħadd mal-prezz tax-xiri u kwalunkwe kost operazzjonali ieħor. Il-vettura offruta għall-aħjar valur aggregat li jikkombina l-parametri kollha (il-prezz, il-kost u l-valur soċjetali tal-emissjonijiet tas-CO2) tirbaħ il-kuntratti.

X’kien ir-riżultat?

Bl-applikazzjoni tal-ikkostjar tul iċ-ċiklu tal-ħajja bħala parti mill-kriterji tal-għoti u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għal-livelli massimi ta’ CO2, l-aġenzija tal-akkwisti pubbliċi tas-Slovenja tikseb offerti għal vetturi b’emissjonijiet aktar baxxi ta’ CO2. Dan irriżulta fi tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ bejn 3 g/km u 45 g/km għal kull vettura.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/transport/themes/urban/vehicles/directive_en

http://ec.europa.eu/environment/gpp/pdf/news_alert/Issue17_Case_Study40_Slovenia_vehicles.pdf

4.1.6.3   Kwalità

L-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità (BPQR) huwa t-terminu użat fir-regoli tal-UE sabiex tiġi definita r-relazzjoni bejn il-prezz tas-suġġett ta’ kuntratt pubbliku u kwalunkwe kriterju li jkun ta’ importanza partikolari għal xerrej pubbliku. Il-kriterji ta’ kwalità jistgħu jinkludu aspetti kwalitattivi, ambjentali, soċjali jew innovattivi ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet. Ix-xerrejja pubbliċi jgawdu minn marġini wiesa’ ta’ libertà fil-formulazzjoni ta’ dawn il-kriterji u fl-attribuzzjoni tal-piż skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

EŻEMPJU

NINSISTU FUQ IL-KWALITÀ FIL-PROĊESS TAL-GĦAŻLA:

Printers aktar ekoloġiċi u faċli sabiex jintużaw għall-Kummissjoni Ewropea

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-Kummissjoni Ewropea tfittex li tnaqqas l-impatt tal-amministrazzjoni tagħha fuq l-ambjent naturali u li tagħmel l-ambjent tax-xogħol tagħha aħjar għall-persunal, inklużi l-impjegati bi bżonnijiet speċjali.

X’sar differenti?

Il-printers tal-uffiċċju jiġu kkunsidrati biss jekk jissodisfaw b’mod sħiħ ir-rekwiżiti tal-Programm Energy Star 2.0 u d-Direttiva RoHS (Restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti Sustanzi Perikolużi). Huma jridu jippermettu wkoll l-użu ta’ karta li tkun 100 % riċiklata.

L-ikkostjar tul iċ-ċiklu tal-ħajja jintuża sabiex jitqiesu kunsiderazzjonijiet ambjentali u jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija permezz taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ta’ printer sakemm finalment jintrema bħala skart.

L-offerti jistgħu wkoll jirbħu punti żejda fl-evalwazzjoni jekk jinkludu karatteristiċi addizzjonali, bħal livelli mnaqqsa ta’ storbju, kartriġis li jintużaw mill-ġdid, jew ergonomija favorevoli għall-utenti tas-siġġijiet tar-roti.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://ted.europa.eu/TED/notice/udl?uri=TED:NOTICE:287253-2016:TEXT:MT:HTML

Ir-rekwiżiti magħżulin bir-reqqa ta’ BPQR jistgħu jiġġustifikaw b’mod oġġettiv l-għoti ta’ preferenza lil prodotti, servizzi jew proċessi li bis-saħħa tal-karatteristiċi innovattivi tagħhom ikunu soluzzjoni aħjar għall-ethos u l-ħtiġijiet tax-xerrej pubbliku.

EŻEMPJU

IMPLIMENTAZZJONI TA’ PERSPETTIVA OLISTIKA FIL-PROĊESS TAL-AKKWIST:

Ix-xiri ta’ ħrieqi tal-inkontinenza fid-Danimarka

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Ix-xerrej pubbliku ddeċieda li joħroġ sejħa għall-offerti billi juża viżjoni olistika minħabba li kien ċar li l-kostijiet prinċipali fil-kura tal-inkontinenza ma kinux ġejjin mill-ħarqa – il-prezz tal-prodott – iżda mill-kostijiet żejda kollha fil-kura bil-ħrieqi. Pereżempju, il-ħin użat mill-infermieri biex ibiddlu ħarqa u l-ispejjeż kollha li jinħolqu, jekk jużaw il-ħarqa l-ħażina għall-pazjenti, eċċ.

X’sar differenti?

Intużaw il-kriterji tal-għoti li ġejjin:

Ekonomija 40 %

Prezz tal-prodott 30 %

Kostijiet totali 70 %

Kwalità 25 %

Edukazzjoni/konsulenza 20 %

Segwitu ekonomiku: 15 %

Dettalji huma disponibbli minn:

http://ted.europa.eu/TED/notice/udl?uri=TED:NOTICE:069650-2015:TEXT:MT:HTML

4.1.7   Il-Ġestjoni tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (DPI)

L-Istati Membri u x-xerrejja pubbliċi huma mħeġġa jieħdu approċċ strateġiku għad-DPI meta jittrattaw l-akkwist pubbliku.

L-akkwist pubbliku ta’ prodotti jew servizzi innovattivi, b’mod partikolari meta jkunu qed jiġu akkwistati servizzi ta’ riċerka u żvilupp, studji, jew software, jista’ jwassal għall-ġenerazzjoni ta’ drittijiet ġodda ta’ proprjetà intellettwali (eż. privattivi jew drittijiet tal-awtur, drittijiet ta’ disinn, trademarks). F’kompetizzjonijiet ta’ akkwist li ma jkollhomx l-għan speċifiku li jixtru prodotti jew servizzi innovattivi, kuntrattur jista’ jipproponi wkoll innovazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt. Id-definizzjoni ta’ klawżoli ċari dwar l-IPR fid-dokumenti tal-offerti hija għalhekk importanti għall-akkwisti pubbliċi kollha (40).

Ix-xerrejja pubbliċi jridu jiżguraw li l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fl-akkwist tagħhom tqis il-qafas legali applikabbli tad-DPI fl-Ewropa (41) u fil-livell nazzjonali (42), bħal pereżempju d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet minimi ta’ użu tal-utenti legali ta’ software, bażijiet tad-data, eċċ. Mingħajr preġudizzju għal dan il-qafas legali tad-DPI, id-direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat iħallu miftuħa l-għażla li fid-dokumenti tal-offerta jiġi mitlub it-trasferiment tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mill-operatur ekonomiku parteċipanti lix-xerrej pubbliku (43). Hemm żewġ għażliet bażiċi disponibbli għax-xerrejja pubbliċi għall-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw minn proġett, b’ħafna varjazzjonijiet bejniethom:

ix-xerrej pubbliku jirrikjedi t-trasferiment tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali l-ġodda; jew

ix-xerrej pubbliku ma jirrikjedix tali trasferiment u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jibqgħu f’idejn il-kuntrattur.

Billi dawn id-drittijiet huma assi ta’ valur u jista’ jkollhom impatt fuq l-attraenza tal-akkwist pubbliku għall-innovaturi, huwa importanti li x-xerrejja pubbliċi jiddefinixxu b’mod ċar minn qabel, fid-dokumenti tal-offerti, l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali marbuta mal-kuntratt pubbliku, waqt li jitqiesu l-interessi varji involuti, jiġifieri l-interess pubbliku u l-objettivi ta’ politika (44).

Peress li l-entità akkwirenti tħallas 100 % tal-kostijiet, ħafna drabi hija tqis li hija intitolata għar-riżultati kollha. Madankollu, it-trasferiment tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jkunu marbuta ma’ dawk ir-riżultati lix-xerrejja pubbliċi jista’ jxekkel l-innovazzjoni. Il-kuntratturi jistgħu jiġu prevenuti milli jerġgħu jużaw jew saħansitra jadattaw/itejbu l-innovazzjoni f’kuntest differenti jew għal klijent differenti, li jista’ jirriżulta wkoll fi kwalità aktar baxxa u kostijiet ogħla għax-xerrej pubbliku. F’ħafna każijiet, il-fornituri jkunu f’pożizzjoni aħjar mix-xerrejja pubbliċi biex jikkumerċjalizzaw l-innovazzjonijiet li jirriżultaw minn akkwist pubbliku, biex jiżguraw il-protezzjoni xierqa tal-proprjetà intellettwali, u jiddefendu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fil-qrati. Għalhekk, il-kumpaniji jilmentaw li, meta mqabbla ma’ partijiet oħrajn tad-dinja, ix-xerrejja pubbliċi fl-Ewropa joħonqu l-innovazzjoni billi jżommu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għalihom infushom, mingħajr raġuni valida (45).

ĠESTJONI TAD-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI FL-AKKWIST PUBBLIKU F’PAJJIŻI DIFFERENTI

Is-sħab kummerċjali ewlenin tal-Ewropa jassenjaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali marbuta mal-akkwisti pubbliċi, b’mod awtomatiku, lill-operaturi ekonomiċi parteċipanti, sakemm ma jkunx hemm involuti interessi pubbliċi prevalenti eċċezzjonali. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, il-qafas legali għall-akkwist pubbliku ma jgħid xejn dwar l-allokazzjoni tad-DPI u jħalli f’idejn ix-xerrej pubbliku biex jiddefinixxi l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fid-dokumenti tal-offerti tiegħu. Billi dan mhux dejjem huwa kompitu faċli għal xerrejja individwali, 11-il pajjiż fl-Ewropa adottaw politika nazzjonali dwar l-allokazzjoni tad-DPI fl-akkwist pubbliku, li tħalli s-sjieda tad-DPI fil-prinċipju f’idejn il-kuntratturi: b’mod partikolari l-Belġju u Spanja (permezz tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwisti pubbliċi), il-Finlandja, Franza u l-Iżvizzera (permezz tat-termini ġenerali għall-kuntratti pubbliċi), u l-Estonja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Ungerija u s-Slovenja (permezz ta’ linji gwida uffiċjali).

Dettalji huma disponibbli minn:

It-tħollija tas-sjieda tad-DPI f’idejn il-kumpaniji fl-akkwist pubbliku – prattiki madwar id-dinja:

http://ec.europa.eu/newsroom/dae/redirection.cfm?item_id=56812

Aktar dettall dwar l-allokazzjoni tad-DPI fl-akkwist pubbliku f’pajjiżi differenti madwar l-Ewropa:

ara l-indikatur 10 fil-profili tal-pajjiżi tal-istudju SMART 2016/0040

Ix-xerrejja pubbliċi għalhekk jenħtieġ li jikkunsidraw li jħallu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’idejn il-fornituri, sakemm mam jkunux involuti interessi pubbliċi prevalenti. Dan jista’ jkun il-każ meta l-fornitur ma jenħtiġx li jitħalla juża r-riżultati tal-kuntratt pubbliku (eż. għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ta’ kunfidenzjalità), meta l-fornitur ma jkunx jista’ juża r-riżultati tal-kuntratt pubbliku (eż. it-tfassil ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni jew logos speċifikament għax-xerrejja pubbliċi), jew meta x-xerrej pubbliku jkollu jagħmel ir-riżultati kollha disponibbli għall-pubbliku (eż. ċerti rapporti/studji ta’ politika, objettivi ta’ data miftuħa). L-approċċ li d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jitħallew f’idejn il-fornituri kull meta jkun xieraq jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-attraenza tal-akkwist pubbliku għall-innovaturi.

F’każijiet fejn id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jitħallew f’idejn il-fornituri, ix-xerrejja pubbliċi xorta jistgħu u jenħtieġ li jipproteġu l-interessi raġonevoli tagħhom, kif ukoll l-interess pubbliku. Konsegwentement, jista’ jkun meħtieġ li x-xerrejja pubbliċi jżommu dawn li ġej, li jenħtieġ li jiġu riflessi fil-kuntratt (46):

Drittijiet suffiċjenti ta’ użu u adattament: drittijiet mingħajr royalties għall-użu u l-adattament tas-soluzzjonijiet innovattivi. Sabiex ikun jista’ jsir użu u adattament, ix-xerrejja pubbliċi jrid ikollhom aċċess għad-dokumentazzjoni u jista’ jkollhom bżonn ukoll id-dritt li jikkondividuha ma’ (numru limitat ta’) pari (eż. amministrazzjonijiet oħra li jkun jeħtieġ li jiġu interkonnessi mas-soluzzjoni tax-xerrej).

Dritt kondizzjonali għal-liċenzjar: ix-xerrejja pubbliċi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jitolbu lill-fornituri jagħtu liċenzji lil ċerti partijiet terzi biex joperaw/jimmodifikaw is-soluzzjoni għax-xerrej taħt kundizzjonijiet tas-suq ġusti u raġonevoli. Jekk il-fornitur jirrifjuta li jagħmel dan, ix-xerrej pubbliku jenħtieġ li jkollu d-dritt li jagħti dawn il-liċenzji huwa stess lil partijiet terzi biex jipproteġi l-interessi pubbliċi.

Drittijiet xierqa ta’ pubblikazzjoni: filwaqt li huwa rakkomandabbli li d-DPI jitħallew f’idejn ix-xerrej pubbliku jekk ir-riżultati kollha jkun meħtieġ li jsiru disponibbli għall-pubbliku (eż. id-drittijiet tal-awtur għal ċerti rapporti/studji ta’ politika), f’każijiet oħra fejn is-sjieda tad-DPI titħalla f’idejn il-fornitur, id-drittijiet ta’ aċċess u ta’ pubblikazzjoni għad-data derivata jenħtieġ li jkunu garantiti (eż. ċerta data pubblika li tkun ta’ interess għall-popolazzjoni ġenerali, jew li x-xerrej pubbliku jista’ jkun jixtieq jippubblika b’mod volontarju biex jippermetti l-użu mill-ġdid minn partijiet terzi, eż. biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi oħra).

Bħala konklużjoni, it-tħollija tas-sjieda tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’idejn il-fornituri tista’ tistimola l-kummerċjalizzazzjoni industrijali ta’ soluzzjonijiet innovattivi filwaqt li tipproteġi b’mod sħiħ l-interessi raġonevoli tax-xerrejja pubbliċi u tnaqqas il-kost tal-akkwist għas-settur pubbliku. L-Istati Membri għalhekk jistgħu jikkunsidraw li jħallu s-sjieda tal-proprjetà intellettwali lill-fornituri skont il-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq u jiżguraw li l-inċentivi għall-intrapriżi sabiex ikunu innovattivi ma jiġux distorti u li l-aċċess għas-swieq ma jkunx prekluż.

Għal aktar informazzjoni dwar id-DPI, inklużi l-aspetti ġenerali u t-tip ta’ riżultati tanġibbli taħt l-akkwist, ara l-Anness I. Għal informazzjoni dwar l-interazzjoni bejn id-DPI u l-għajnuna mill-Istat, ara l-Kapitolu 5.

EŻEMPJU

PROĠETT TA’ AKKWIST PREKUMMERĊJALI TAL-KUNSILL TAL-BELT TA’ DUBLIN:

Ġestjoni tal-għargħar permezz ta’ monitoraġġ tal-gandotti

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

F’dawn l-aħħar snin, ix-xita f’Dublin spiss għelbet is-sistema ta’ drenaġġ eżistenti, ikkawżata minn avvenimenti tat-temp aktar estremi, u aggravata mill-imblukkar tal-katusi u tal-gandotti. Dan wassal għall-għargħar ta’ toroq u proprjetajiet fiż-żona tal-Belt ta’ Dublin. Is-sistema attwali għall-ġestjoni tal-għargħar kienet tistrieħ fuq l-għarfien lokali u l-informazzjoni storika, iżda l-Kunsill ra l-benefiċċju potenzjali li jkun hemm informazzjoni f’ħin reali disponibbli biex tgħin fil-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet hekk kif jiżviluppaw. Tali informazzjoni tista’ tgħin ukoll fl-ippjanar fit-tul tal-ġestjoni tal-għargħar għaż-żona.

L-analiżi tas-suq uriet li filwaqt li kien hemm għadd żgħir ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi possibbli disponibbli, dawn ma kinux irħas jew skalabbli – żewġ objettivi ewlenin għal dak li kien meħtieġ mill-Kunsill tal-Belt ta’ Dublin.

X’sar differenti?

Enterprise Ireland hija l-organizzazzjoni tal-gvern responsabbli għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-intrapriżi Irlandiżi fis-swieq dinjija. L-organizzazzjoni ngħatat il-kompitu li tippromwovi l-Akkwist Prekummerċjali permezz tal-programm tagħha ta’ Riċerka dwar l-Innovazzjoni għan-Negozji ż-Żgħar (47). Il-Kunsill tal-Belt ta’ Dublin wettaq kompetizzjoni ta’ akkwist ta’ innovazzjoni għal soluzzjoni ta’ monitoraġġ tal-gandotti permezz ta’ dan il-programm, li joffri finanzjament lil numru ta’ kumpaniji tul il-perkors għall-iżvilupp ta’ riżultat b’kost baxx, skalabbli u vijabbli. Biex il-kumpaniji jiġu megħjuna jiżviluppaw aktar lil hinn mill-proċess ta’ akkwist, id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (DPI) ġew mogħtija lilhom, iżda b’ċerti drittijiet ta’ użu miżmuma mill-Kunsill tal-Belt ta’ Dublin (DCC), u klawżola addizzjonali li d-drittijiet jerġgħu lura għand id-DCC fuq talba jekk dawn ma jintużawx mill-kumpaniji għal sfruttament kummerċjali fi żmien tliet snin.

X’kien ir-riżultat?

Matul il-kompetizzjoni tal-akkwist, il-Kunsill iffinanzja studji ta’ fattibbiltà, il-bini ta’ prototipi, u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet f’ambjent reali. Id-DCC beda jaħdem ma’ 6 kumpaniji biex jipprova u jittestja soluzzjonijiet u b’eliminazzjoni permezz ta’ proċess kompetittiv issa qed jaħdem ma’ żewġ kumpaniji biex jiddisinjaw flimkien tagħmir b’kost baxx u b’konsum baxx ta’ enerġija li jista’ jibgħat twissijiet fl-ambjent aħrax ta’ gandott.

Il-Kunsill bħalissa qed jivvalida r-riżultati minn 50 sit attiv, u jittama li jakkwista soluzzjoni skalabbli u b’kost baxx sa tmiem il-proċess. Waħda mill-kumpaniji issa qed tbigħ is-soluzzjoni tagħha, u varjazzjonijiet tagħha, lil bliet oħra.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:158589-2017:TEXT:MT:HTML (avviż dwar kuntratt)

https://smartcitiesireland.org/projects/gully-monitoring/

EŻEMPJU

AKKWIST PREKUMMERĊJALI TAL-BLOCKCHAIN TAL-UE:

Servizzi transfruntiera ġodda għaċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja u l-Liechtenstein qed joħolqu flimkien l-Infrastruttura Ewropea tas-Servizz tal-Blockchain (EBSI). Hemm bżonn ta’ innovazzjonijiet ġodda fil-blockchain biex jiġu pprovduti servizzi pubbliċi transfruntiera fl-UE kollha bl-ogħla standards ta’ sigurtà u privatezza filwaqt li jitnaqqas l-impatt ambjentali.

X’sar differenti?

Il-Kummissjoni Ewropea nediet l-akkwist prekummerċjali tal-blockchain tal-UE biex jiġu żviluppati u ttestjati soluzzjonijiet innovattivi ġodda. Billi l-EBSI għandha l-objettiv ukoll li tgħin biex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju u biex jiġu stabbiliti oqsma ġodda ta’ tmexxija għall-kumpaniji Ewropej, inħolqu klawżoli speċifiċi għall-akkwist li jsaħħu l-opportunitajiet għan-negozji biex jipproteġu d-DPI tagħhom u jikkummerċjalizzaw is-soluzzjonijiet tagħhom fl-Ewropa u li jsaħħu wkoll l-awtonomija strateġika, ir-reżiljenza u l-interessi tas-sigurtà tal-UE.

X’kien ir-riżultat?

Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn fuq minn din il-gwida tpoġġew fil-prattika: il-kuntratturi huma permessi jiksbu s-sjieda tad-DPI, filwaqt li l-KE u l-pajjiżi tal-EBSI huma żgurati drittijiet suffiċjenti ta’ użu u adattament, id-dritt kondizzjonali għal-liċenzjar u drittijiet xierqa ta’ pubblikazzjoni. L-awtorità kontraenti tħeġġeġ lill-kuntratturi biex jikkontribwixxu għall-istandardizzazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-riżultati. L-UE għandha d-dritt li toġġezzjona kontra t-trasferiment jew il-liċenzjar tad-DPI lil pajjiżi terzi għal raġunijiet ta’ awtonomija strateġika u sigurtà tal-UE. Il-parteċipazzjoni fl-akkwist hija limitata għal operaturi ekonomiċi li huma stabbiliti u kkontrollati minn pajjiżi taż-ŻEE. Il-kundizzjonijiet tal-post tat-twettiq jintużaw biex jiġi żgurat li 70 % tax-xogħol għall-kuntratt u 100 % tax-xogħol fuq il-komponenti tas-sigurtà jsir fl-Ewropa. L-UE għandha d-dritt li titlob it-trasferiment tas-sjieda tad-DPI ġġenerati mill-kuntrattur matul l-akkwist lix-xerrej f’każ li l-kuntratturi ma jikkummerċjalizzawx ir-riżultati fi żmien 4 snin wara l-akkwist fil-biċċa l-kbira fl-Ewropa, f’konformità mal-awtonomija strateġika u l-interessi tas-sigurtà tal-UE, jew jekk il-kuntrattur ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-post tat-twettiq u tal-kontroll, jew jekk it-teħid jew il-fużjoni tal-kuntrattur ikollhom impatt negattiv fuq l-aċċess għal jew il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati f’konformità mal-awtonomija strateġika u l-interessi tas-sigurtà tal-UE. Sabiex jiżdiedu r-reżiljenza u l-kompetittività fil-katina tal-provvista, l-akkwist juża diversi sorsi: huwa alloka baġit għax-xiri tar-riċerka u l-iżvilupp mingħand 7 fornituri b’mod parallel fl-ewwel fażi tad-disinn, 4 fornituri fil-fażi tal-ħolqien tal-prototipi u 3 fornituri fil-fażi tal-iżvilupp u tal-ittestjar tal-prodott.

Is-suq wera interess kbir fl-approċċ meħud mill-akkwist. Aktar minn 500 persuna pparteċipaw fl-istadji differenti tal-konsultazzjoni preliminari tas-suq u 268 parteċipant ħallew id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fl-ispazju ta’ netwerking online għall-PCP tal-blockchain tal-UE biex jindikaw l-interess tagħhom li jissieħbu ma’ partijiet ikkonċernati oħra għall-PCP tal-blockchain tal-UE.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/european-blockchain-pre-commercial-procurement

4.1.8   Twettiq tal-kuntratt

L-ebda wieħed mill-istrumenti deskritti qabel mhu se jaħdem, sakemm it-termini kuntrattwali ma jirriflettux l-aspetti rilevanti – favorevoli għall-innovazzjoni. Jekk il-kuntratt pubbliku jingħata abbażi ta’ kriterji ta’ kwalità jew ta’ prestazzjoni iżda ma jkunx jista’ jiġi infurzat permezz ta’ penali kuntrattwali, bħall-indiċjar tal-prezz jew it-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, ix-xerrej pubbliku jista’ jitlef opportunità li jikseb soluzzjoni innovattiva. Dan jista’ jwassal ukoll għal diversi forom ta’ rimedju.

Il-klawżoli ta’ prestazzjoni tal-kuntratt jenħtieġ li jkollhom tal-anqas l-aspetti li ġejjin:

Kriterji tal-prestazzjoni tal-kuntratt, indikaturi li jistgħu jitkejlu tal-miri tal-kwalità u tal-prestazzjoni (48)

Klawżoli ta’ ħruġ f’każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti jew f’każ li s-suq iġib soluzzjoni aktar xierqa minn dik li tkun qed tiġi żviluppata (b’kundizzjonijiet ta’ ħruġ ġusti għall-fornitur)

Klawżoli ta’ modifika tal-kuntratt, minħabba l-volatilità u l-potenzjal għoli ta’ aktar innovazzjoni aċċertata matul it-twettiq tal-kuntratt (49).

Il-klawżoli ta’ prestazzjoni tal-kuntratt jistgħu jinkludu wkoll l-hekk imsejħa klawżoli ta’ inġinerija tal-valur (50). Dawn tal-aħħar jinkoraġġixxu lill-fornituri mhux biss biex jipprovdu soluzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni, iżda wkoll biex ikomplu jtejbu l-kwalità u l-kost tas-soluzzjonijiet ipprovduti matul il-fażi ta’ implimentazzjoni. Dawn il-klawżoli jistgħu jipprevedu l-pagament ta’ bonusijiet lill-fornituri jekk itejbu l-kwalità tas-soluzzjonijiet; huma jistgħu jaqsmu mal-fornituri l-iffrankar żejjed fil-kostijiet li jirrealizzaw għax-xerrej pubbliku matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt. Għal aktar informazzjoni dwar l-inġinerija tal-valur, ara l-modulu 3 tas-sett ta’ għodod tal-Għajnuna Ewropea għall-Akkwist ta’ Innovazzjoni (http://eafip.eu/toolkit).

EŻEMPJU

INSISTENZA FUQ IL-KWALITÀ MATUL IT-TWETTIQ TAL-KUNTRATT:

Titjib kontinwu tal-kwalità tal-ilma fil-Provinċja ta’ Limburg

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Il-kumpanija tal-ilma ta’ Limburg xtaqet tikseb sistema tal-IT aktar irħisa u aktar affidabbli sabiex tiġġestixxi d-distribuzzjoni tal-ilma fin-netwerk tagħha.

X’sar differenti?

Billi s-software huwa qasam li jevolvi kontinwament, anki wara li jiġi ffirmat il-kuntratt, ix-xerrej pubbliku inkluda klawżoli ta’ inġinerija tal-valur sabiex jinkoraġġixxi lill-bejjiegħa jtejbu l-kwalità u jbaxxu l-kost tas-soluzzjonijiet ipprovduti matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt.

X’kien ir-riżultat?

Dan l-approċċ irriżulta fi kwalità ogħla u f’sistema b’kost aktar baxx: l-ammont ta’ servers u l-kost korrispondenti tal-manutenzjoni tnaqqsu minn 50 għal 4 u l-perjodu ta’ qtugħ tnaqqas għal 0,005 %.

Dettalji huma disponibbli minn:

http://eafip.eu/wp-content/uploads/2015/06/ParijsLV7.pdf

https://www.croonwolterendros.nl/nl/industrie/actueel/revolutie-procesautomatisering-waterketen-helder-proces-voor-schoon-water

4.2    Proċeduri speċifiċi ta’ akkwist favorevoli għall-innovazzjoni

4.2.1   Aġġustament tal-innovazzjoni lesta għall-użu – proċeduri b’negozjati

Wieħed mill-aspetti l-ġodda tar-regoli tal-UE hija l-possibbiltà li tintuża proċedura negozjata għall-kuntratti pubbliċi li jirrikjedu l-adattament ta’ soluzzjonijiet faċilment disponibbli (inklużi disinji jew soluzzjonijiet innovattivi) li jkunu ta’ natura partikolarment kumplessa, jew fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti (51). F’dawn iċ-ċirkostanzi, ir-regoli tal-UE jagħtu lix-xerrejja pubbliċi għażla bejn żewġ proċeduri: proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar (52) u djalogu kompetittiv (53).

Id-differenza prinċipali bejn sitwazzjoni li fiha tintuża l-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar u sitwazzjoni li fiha jintuża d-djalogu kompetittiv tinsab fil-livell taċ-ċarezza li x-xerrej pubbliku jkollu dwar il-proġett. F’tal-ewwel, ix-xerrej pubbliku jkollu idea aktar preċiża tan-natura u s-suġġett tal-kuntratt tal-akkwist pubbliku, filwaqt li f’tal-aħħar ikun għad iridu jsiru aktar għażliet upstream.

PROĊEDURA KOMPETITTIVA PERMEZZ TAN-NEGOZJAR JEW DJALOGU KOMPETITTIV

Il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar tkun aktar adattata meta x-xerrej pubbliku jkun jaf li mina f’żewġ direzzjonijiet tkun trid tinbena taħt qiegħ ix-xmara bħala kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi ffinanzjati mill-baġit tiegħu stess. In-negozjar jiffoka biss fuq l-aspetti tekniċi tax-xogħlijiet, inklużi kunsiderazzjonijiet tal-prezz u l-kwalità.

B’kuntrast, ix-xerrej pubbliku jista’ juża djalogu kompetittiv biex jiddetermina jekk jenħtiġx li jinbena pont jew mina (f’direzzjoni waħda jew tnejn) (fuq jew taħt qiegħ ix-xmara) bħala kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi jew konċessjoni ta’ xogħlijiet u jekk jenħtiġux li jiġu ffinanzjati bil-fondi tiegħu stess jew b’sorsi esterni ta’ finanzjament.

4.2.1.1   Proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar

Il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar toffri lix-xerrejja pubbliċi aktar flessibbiltà fl-għoti tal-kuntratti, meta ma jkunux disponibbli soluzzjonijiet lesti fis-suq. Din tista’ tintuża wkoll fejn negozjar relattivament sempliċi, trasparenti u dokumentat jista’ jippermetti lix-xerrejja pubbliċi jinnegozjaw l-adattamenti ta’ elementi jew kundizzjonijiet eżistenti għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li tissodisfa l-ħtiġijiet deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Din il-proċedura jenħtieġ li tqarreb lix-xerrejja pubbliċi lejn l-industrija. Hija tiftaħ djalogu dirett dwar karatteristiċi speċifiċi tas-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati.

Ir-rekwiżiti funzjonali jew ta’ prestazzjoni, kriterji tal-għoti xierqa f’termini ta’ kwalità jew indikaturi oħra li jistgħu jitkejlu, inkluża eventwalment fażi ta’ prototipi, jistgħu jkunu l-elementi neċessarji għal innovazzjoni b’suċċess skont din il-proċedura.

4.2.1.2   Djalogu kompetittiv

Id-djalogu kompetittiv huwa proċedura b’żewġ stadji, fejn ix-xerrej pubbliku jiddeskrivi l-ħtiġijiet tiegħu f’dokument deskrittiv jew avviż dwar kuntratt, jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-kandidati u jiddefinixxi l-kriterji tal-għoti tal-kuntratt abbażi tal-Aħjar Proporzjon ta’ Kwalità meta Mqabbla mal-Prezz (BPQR).

Wara verifika tal-kriterji tal-għażla tal-kandidati, ix-xerrej jibda djalogu kompetittiv mal-parteċipanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi. In-negozjati jsiru b’mod individwali ma’ kull kandidat, sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta’ kull soluzzjoni. Dawn jirrikjedu livell għoli ta’ għarfien espert min-naħa tal-persunal tax-xerrej pubbliku, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ ħin suffiċjenti. L-istabbiliment ta’ stadji importanti jgħin sabiex jiġi evalwat il-progress tan-negozjar u eventwalment toħroġ lista qasira ta’ kandidati.

Il-potenzjal ta’ innovazzjoni ta’ din il-proċedura jikkonsisti fil-firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet li l-parteċipanti jistgħu jipproponu. F’dan il-kuntest ta’ negozjar mill-qrib u bir-reqqa, il-kandidati jenħtieġ li jkollhom biżżejjed ħin sabiex jirċievu l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex jipprovdu soluzzjoni innovattiva mfassla apposta. Il-karattru innovattiv jista’ jikkonsisti minn aspetti tekniċi, finanzjarji jew amministrattivi jew fit-taqlib komplet tal-proċess operazzjonali tax-xerrej pubbliku.

Ladarba x-xerrej pubbliku jqis li d-djalogu kompetittiv ikun laħaq stadju ottimali, il-parteċipanti li jifdal jintalbu jissottomettu l-offerti finali. Il-kuntratt jingħata abbażi tal-Aħjar Proporzjon ta’ Kwalità meta Mqabbla mal-Prezz. Is-sejħa inizjali għall-offerti għandha tinkludi kriterji ta’ kwalità stabbiliti bir-reqqa sabiex ikunu jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv u komparabbli.

Għal eżempji ta’ djalogi kompetittivi, jekk jogħġbok irreferi għal:

L-eżempju ta’ Copenhagen taħt it-Taqsima 2.1.

L-eżempju ta’ Eindhoven taħt it-Taqsima 3.1.5

4.2.2   Kompetizzjonijiet dwar id-disinn

Il-kompetizzjoni dwar id-disinn tradizzjonalment tintuża għad-disinn ta’ xogħlijiet fl-oqsma tal-ippjanar tal-ibliet, l-arkitettura, l-inġinerija u l-ipproċessar tad-data. Madankollu, skont ir-regoli tal-UE din il-proċedura hija xierqa wkoll għal tipi oħra ta’ proġetti, bħall-inġinerija finanzjarja. Il-kompetizzjonijiet dwar id-disinn jistgħu jiġu organizzati bil-għan li jingħataw premjijiet (bi ħlasijiet) jew kuntratti ta’ servizz permezz ta’ proċedura nnegozjata ta’ segwitu mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt.

Bil-kompetizzjonijiet dwar id-disinn, ix-xerrej pubbliku jipprovdi lill-parteċipanti spazju kbir ta’ manuvra biex jipproponu l-aħjar soluzzjoni għall-ħtiġijiet deskritti fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Hawnhekk huwa fejn jinsab il-potenzjal ta’ innovazzjoni. Ġurija awtonoma magħmula minn membri li jkunu indipendenti mill-parteċipanti twettaq l-evalwazzjoni tal-proposti tad-disinn. Mill-anqas terz tal-membri tal-ġurija jenħtieġ li jkollhom il-kwalifika li tkun meħtieġa mill-parteċipanti. Il-ġurija tista’ tistaqsi lill-parteċipanti mistoqsijiet ta’ kjarifika u tiddeċiedi abbażi tal-kriterji stabbiliti fin-notifika tad-disinn.

Il-kompetizzjoni dwar id-disinn għandha wkoll vantaġġ speċifiku wieħed. F’dan il-kuntest, il-ġurija tista’ tipprovdi evalwazzjoni professjonali u awtonoma ta’ kriterji bħall-faċilità tal-użu mill-utent, l-adegwatezza, l-ergonomika u l-karattru artistiku, reputazzjonali jew innovattiv tal-proposta. Dawn l-aspetti kollha jistgħu jkunu aktar diffiċli biex jitkejlu, jitqabblu u jiġu evalwati f’tipi oħra ta’ proċeduri fejn jista’ jkun diffiċli biex jiġu stabbiliti u klassifikati indikaturi oġġettivi u li jistgħu jitkejlu.

L-isfida għal din il-proċedura hija li jiġi żgurat l-aktar mod oġġettiv u trasparenti ta’ evalwazzjoni. Għal dan il-għan, jista’ jkun prudenti li tintuża kombinazzjoni ta’ kriterji, bħall-kost tal-akkwiżizzjoni u tal-prestazzjoni li jista’ jitkejjel b’mod oġġettiv, l-effiċjenza, kriterji ta’ kwalità f’relazzjoni proporzjonata u ġustifikabbli.

Għal eżempju ta’ kompetizzjoni dwar id-disinn użata sabiex jiġu akkwistati ideat innovattivi, jekk jogħġbok irreferi għall-eżempju ta’ TekesMatch taħt 3.2 Sensara tal-Innovazzjoni.

4.2.3   Stimular tal-innovazzjoni bl-akkwist tar-Riċerka u l-Iżvilupp

Xerrej pubbliku jista’ jkollu bżonn jakkwista servizzi ta’ riċerka u żvilupp sabiex jiżviluppa soluzzjoni innovattiva mfassla apposta. Dan jista’ jkun il-każ meta s-suq ma joffrix soluzzjoni sodisfaċenti jew meta l-adattament ta’ soluzzjonijiet eżistenti ma jkunx probabbli li jissodisfa l-ħtiġijiet. Skont il-proċedura, ir-riżultat tal-proċess ta’ riċerka u żvilupp jgħin biex jitfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-pass li jmiss, li huwa l-akkwist tal-użu prattiku tas-soluzzjoni innovattiva.

L-akkwist ta’ provvisti jew servizzi fundamentali ta’ riċerka u żvilupp huwa kompitu speċifiku li jwettqu l-istituzzjonijiet b’għarfien espert. Huwa wkoll opzjoni għax-xerrejja pubbliċi b’mod ġenerali. Jista’ jgħinhom iġibu soluzzjoni rivoluzzjonarja fis-suq jew jadottaw soluzzjoni innovattiva minn qasam differenti għall-iskopijiet proprji tagħhom. L-akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp ovvjament jirrikjedi ċertu grad ta’ kapaċità professjonali u finanzjarja, esperjenza u reżistenza għar-riskju implikat minn tali proġetti innovattivi.

Madankollu, jekk jitħejja bil-għaqal u jirnexxi, huwa possibbli li dawn id-diffikultajiet u l-kostijiet addizzjonali kollha tal-iżvilupp jiġu bbilanċjati permezz ta’ kost imtejjeb, żieda fil-kwalità jew fil-benefiċċju soċjetali tas-soluzzjoni innovattiva għax-xerrejja pubbliċi. Dan jista’ jkun il-każ ta’ miżuri li jiżguraw l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà (li, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, huma obbligatorji għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati ma’ akkwisti maħsuba għall-użu minn persuni fiżiċi). Is-suq jibbenefika wkoll minn konsumatur fil-bidu fil-każ tal-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq ir-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp. Dan jista’ joħloq potenzjal għal aktar implimentazzjoni u joħloq opportunitajiet ta’ negozju.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ix-xerrejja pubbliċi jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lit-Taqsima 5 ta’ dan id-dokument ta’ gwida, li tiddeskrivi, fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tqis li l-akkwist pubbliku ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp ma jinvolvix għajnuna mill-Istat.

It-taqsimiet li ġejjin se jiddeskrivu l-karatteristiċi prinċipali tal-proċeduri speċifiċi ta’ akkwist pubbliku li jinvolvu l-akkwist ta’ riċerka u żvilupp. F’ħafna każijiet, il-finanzjament magħżul tal-fażi tar-riċerka u l-iżvilupp jista’ jkun disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-UE. Dan mhuwiex ikkontemplat f’dan id-dokument.

4.2.3.1   Akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp u allokazzjoni tad-drittijiet intellettwali u ta’ proprjetà

Skont ir-regoli tal-UE (54), fejn ix-xerrej pubbliku jirriżerva għalih innifsu l-benefiċċji kollha tar-riċerka u l-iżvilupp (inklużi d-drittijiet kollha intellettwali u tal-proprjetà), ix-xiri ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp jaqa’ taħt l-ambitu tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku. Fejn ix-xerrej pubbliku ma jirriżervax il-benefiċċji kollha tas-servizzi ta’ riċerka u żvilupp għalih innifsu, dan ix-xiri jiġi eżentat mid-direttivi dwar l-akkwist pubbliku (55). Parti importanti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kuntratt sussegwenti għalhekk jenħtieġ li jkunu ddedikati għall-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw mis-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp.

Jekk ix-xerrej pubbliku jżomm id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, huwa jista’ jiddeċiedi li jimplimenta s-soluzzjoni innovattiva li tirriżulta mir-riċerka. F’dan il-każ, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kwalunkwe proċedura ta’ akkwist pubbliku ta’ segwitu jistgħu jibnu fuq ir-riżultat ta’ tali kuntratt ta’ riċerka u żvilupp. Huwa possibbli wkoll li x-xerrej pubbliku jilliċenzja d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali l-ġodda lill-partijiet ikkonċernati kollha mingħajr ħlas bil-għan li jistimola aktar innovazzjoni. It-termini tal-liċenzja jistgħu jistipulaw li kwalunkwe innovazzjoni ulterjuri li tkun ibbażata fuq dawk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jenħtieġ li ssir disponibbli għal partijiet ikkonċernati oħrajn mingħajr ħlas.

Jekk ix-xerrej pubbliku jiddeċiedi li jħalli d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali l-ġodda li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ riċerka u żvilupp f’idejn il-fornitur, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li jirriflettu tali distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, b’mod partikolari l-valur tas-suq tad-drittijiet imħollija f’idejn il-fornitur sabiex tiġi evitata distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni. Pereżempju, ix-xerrej pubbliku jista’ jipprevedi li juża dawk id-drittijiet biex jimplimenta s-soluzzjoni u/jew jirrikjedi lill-fornitur li jilliċenzja dawk id-drittijiet lil partijiet terzi f’ċerti sitwazzjonijiet b’kundizzjonijiet tas-suq ġusti (miftuħin, trasparenti u nondiskriminatorji) u raġonevoli.

4.2.3.2   Akkwist prekummerċjali

L-akkwist prekummerċjali jikkonsisti fl-akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp b’kundizzjonijiet vantaġġjużi mingħand diversi operaturi ekonomiċi.

L-akkwist prekummerċjali huwa approċċ li ilu disponibbli mill-2007. Huwa jqiegħed fil-prattika l-eżenzjoni mid-direttivi dwar l-akkwist pubbliku għas-servizzi ta’ riċerka u żvilupp f’każ speċifiku wieħed (56) fejn ix-xerrej pubbliku ma jirriżervax il-benefiċċji kollha mill-kuntratt ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp esklussivament għalih innifsu, iżda jaqsamhom mal-operaturi ekonomiċi skont il-kundizzjonijiet tas-suq (57).

B’dan l-approċċ, ix-xerrej pubbliku jħalli d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali l-ġodda li jirriżultaw mill-kuntratt f’idejn l-operaturi ekonomiċi parteċipanti, iżda jżomm id-dritt:

i)

li juża għall-ħtiġijiet proprji tiegħu r-riżultati tar-riċerka u żvilupp u

ii)

li (jirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi) jilliċenzjaw lil partijiet terzi b’termini tas-suq ġusti u raġonevoli.

Din tista’ tkun soluzzjoni ta’ benefiċċju reċiproku. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jikkummerċjalizzaw is-soluzzjonijiet lil xerrejja pubbliċi oħra jew fi swieq oħrajn. Fir-rigward tax-xerrejja pubbliċi, apparti mid-dritt li jużaw u jilliċenzjaw is-soluzzjoni f’akkwist pubbliku ta’ segwitu sabiex jiġu implimentati s-soluzzjonijiet, huma jistgħu jiffrankaw ir-reġistrazzjoni u/jew il-proċess ta’ manutenzjoni li jqumu l-flus li jirriżultaw mis-sjieda tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. L-evidenza mill-akkwisti prekummerċjali turi li l-prezz kien bħala medja 50 % anqas u waslu sa 4 darbiet aktar offerti u ta’ kwalità ogħla (58).

L-oġġett tal-kuntratt ta’ akkwist prekummerċjali jaqa’ fi ħdan kategorija waħda jew diversi kategoriji ta’ riċerka u żvilupp (riċerka fundamentali, riċerka industrijali, żvilupp sperimentali). Il-kuntratt irid ikun ta’ tul ta’ żmien limitat u jista’ jinkludi l-iżvilupp ta’ prototipi jew volumi limitati tal-ewwel prodotti jew servizzi f’forma ta’ serje tat-test. Ix-xiri ta’ volumi kummerċjali ta’ prodotti jew servizzi ma jistax ikun għan tal-istess kuntratt. Madankollu, il-kuntratt jista’ jinkludi x-xiri tal-prototipi u/jew il-volumi limitati tal-prodotti jew servizzi finali żviluppati matul l-akkwist prekummerċjali, sakemm il-valur tas-servizzi jaqbeż dak tal-prodotti koperti mill-kuntratt (59).

Mid-definizzjoni jirriżulta li l-kuntratti ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp jintużaw f’dawk l-oqsma fejn is-soluzzjonijiet eżistenti fis-suq ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tax-xerrej pubbliku.

Għax-xerrej pubbliku, hemm diversi vantaġġi. Huwa possibbli li jinkiseb input għal akkwist pubbliku futur; huwa jpoġġi f’kompetizzjoni aktar operaturi ekonomiċi, magħżula progressivament abbażi tal-prestazzjoni tagħhom miksuba għal stadji importanti predefiniti u l-offerti tagħhom għall-fażi li jmiss. Fl-aħħar nett, ix-xerrej pubbliku jkollu l-possibbiltà li jittermina l-proġett fi kwalunkwe mument jekk ir-riżultati ma jilħqux l-għanijiet mistennija.

Għall-operaturi ekonomiċi, din il-proċedura tista’ tkun ukoll attraenti. Huwa possibbli li ġġib soluzzjoni għal ħtieġa li s-suq attwali ma jkunx jista’ jindirizza b’mod sodisfaċenti. Fil-każ ta’ suċċess, tista’ tiftaħ suq interessanti fost xerrejja pubbliċi simili li jkunu qed jesperjenzaw l-istess nuqqas ta’ soluzzjonijiet faċilment disponibbli fis-suq.

Ix-xerrej pubbliku jista’ juża t-tagħlimiet miksuba mill-akkwist prekummerċjali fid-dokumenti tal-offerta ta’ akkwist ta’ segwitu. Dan dejjem għandu jkun nondiskriminatorju biex kwalunkwe operatur ekonomiku jkun jista’ jitfa’ offerta. Ix-xerrej pubbliku madankollu ma jistax jiżvela dettalji li i) ixekklu l-applikazzjoni tal-liġi, ii) imorru kontra l-interess pubbliku, iii) jagħmlu ħsara lill-interessi kummerċjali leġittimi tal-fornituri involuti fl-akkwist prekummerċjali (60) jew iv) jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri tas-servizzi ta’ riċerka u żvilupp parteċipanti jew ta’ oħrajn fis-suq.

Bl-akkwist prekummerċjali, huwa possibbli wkoll li jitqassar iż-żmien għas-suq. Fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-proċedura ta’ akkwist, l-operaturi ekonomiċi jkollhom il-possibbiltà li jiżviluppaw u jittestjaw soluzzjonijiet innovattivi tul ċertu perjodu. Din l-esperjenza għandha benefiċċju doppju, għax-xerrejja u għall-fornituri: ix-xerrejja jkollhom kuntatt aktar mill-qrib mal-atturi tas-suq u l-fornituri jiksbu feedback qabel mill-klijenti dwar il-potenzjal innovattiv tagħhom f’ċirkostanzi reali.

Dan huwa ta’ interess partikolari għal negozji ġodda innovattivi, negozji li qed jespandu jew SMEs li jkunu lesti li jirċievu l-ewwel referenzi potenzjali ta’ klijenti.

L-aċċess għal din il-proċedura huwa wkoll simplifikat. Peress li ma tkoprix l-akkwist ta’ volumi kummerċjali ta’ soluzzjonijiet innovattivi, l-offerenti jeħtieġ biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalifiki professjonali u tal-kapaċità finanzjarja għar-riċerka u l-iżvilupp, mhux għall-implimentazzjoni ta’ volumi kummerċjali tas-soluzzjonijiet.

L-impenji internazzjonali tal-UE f’livell bilaterali jew multilaterali ġeneralment ma jkoprux dawn is-servizzi. Meta s-servizzi ta’ R&Ż jiġu akkwistati b’mod separat u s-sjieda tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li tirriżulta mir-R&Ż titħalla f’idejn il-fornituri – kif inhu l-każ fl-akkwisti prekummerċjali - l-operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi ma jkollhomx aċċess iggarantit. Dawn is-servizzi jistgħu jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-post tat-twettiq (61).

RIŻULTATI MILL-ISTĦARRIĠ TA’ AKKWISTI PREKUMMERĊJALI FFINANZJATI MILL-UE

L-ISTAMPA USA’

Nofs is-soluzzjonijiet li ġew żviluppati bħala parti minn akkwisti prekummerċjali ffinanzjati mill-UE ġew implimentati fi żmien sena:

il-ftuħ ta’ mogħdija għas-suq għan-negozji ġodda u l-SMEs innovattivi (73,5 % tal-kuntratti jingħataw lil SMEs/negozji ġodda)

l-istimular tal-espansjoni transfruntiera (33,1 % tal-kuntratti jingħataw fuq bażi transfruntiera);

it-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea (99,5 % tal-kuntratturi jwettqu 100 % tar-riċerka u l-iżvilupp tagħhom fl-Ewropa)

ir-rata ta’ suċċess tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kumpaniji parteċipanti rduppjat (fi żmien sena: 50 % iġġeneraw dħul, 24 % attiraw investiment ta’ ekwità, 18 % issieħbu ma’ kumpaniji kbar, 12 % għaddew minn fużjoni jew akkwiżizzjoni, 3 % diġà għamlu IPO).

Dettalji huma disponibbli minn:

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/results-eu-funded-pre-commercial-procurements

ESPERJENZA INDIVIDWALI

In-negozji ġodda identifikaw diversi benefiċċji mill-parteċipazzjoni f’akkwisti prekummerċjali: it-tqassir taż-żmien għas-suq, aċċess aktar mgħaġġel għall-ewwel klijenti li jaġixxu bħala ambaxxaturi għas-soluzzjonijiet innovattivi tagħhom lejn swieq usa’, opportunitajiet ta’ tkabbir internazzjonali, tkabbir tan-negozju sa 4 darbiet aktar mgħaġġel.

Ara x’għandhom xi jgħidu l-kumpaniji (u x-xerrejja pubbliċi) dwar l-esperjenza tagħhom fuq:

http://eafip.eu/resources/videos

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/pre-commercial-procurement-showcases

Għal eżempji ta’ proġetti ta’ akkwist prekummerċjali ffinanzjati mill-UE, jekk jogħġbok irreferi għal:

Opportunitajiet għall-SMEs fi ħdan proġetti akbar taħt 3.1.4.

Imaile, Thalea u proġetti ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja taħt 2.5.2 u 3.1.1.

4.2.3.3   L-akkwist ta’ provvisti ta’ riċerka u żvilupp

L-akkwist ta’ provvisti ta’ riċerka u żvilupp jinkludi x-xiri ta’ prototipi jew l-ewwel prodotti jew servizzi kompluti żviluppati wara r-riċerka u l-iżvilupp, l-ittestjar u l-evalwazzjoni tagħhom sabiex tintgħażel l-aħjar opzjoni qabel ix-xiri finali fuq skala kbira. Dan jista’ jsir permezz ta’ kwalunkwe proċedura ta’ akkwist pubbliku.

Eċċezzjoni speċifika (62) tippermetti l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni għall-akkwist ta’ provvisti ta’ riċerka u żvilupp. Il-prodotti jew is-servizzi akkwistati jridu jiġu fornuti purament għall-iskop ta’ riċerka, sperimentazzjoni, studju jew żvilupp u l-kuntratt ma jistax jinkludi produzzjoni ta’ kwantità biex tiġi stabbilita l-vijabilità kummerċjali jew biex jiġu rkuprati l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp. Din il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni tista’ tintuża sabiex jinxtara volum limitat ta’ provvisti li kienu żviluppati matul akkwist prekummerċjali.

EŻEMPJU

AKKWIST FUQ QUDDIEM NETT TAT-TEKNOLOĠIJA :

Relazzjonijiet bejn il-fornituri u l-kuntratturi fi proġetti xjentifiċi kbar fis-CERN

Għaliex ġiet ikkunsidrata soluzzjoni innovattiva?

Is-suċċess fi proġetti kbar maġġuri tax-xjenza jiddependi fuq il-kompetenza tal-fornituri u tal-kuntratturi. L-esperjenza tal-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari (CERN) f’dan ir-rigward hija sinifikattiva.

X’sar differenti?

Fattur ewlieni fl-akkwist organizzat mis-CERN huwa li f’kull aġġornament ġdid fl-aċċelleraturi tagħha ġġib rekwiżiti u prestazzjonijiet aktar ta’ sfida, u b’hekk timbotta lill-fornituri sal-limiti tagħhom. Barra minn hekk, f’xi każijiet is-suq huwa żgħir wisq biex jinvesti fil-produzzjoni ta’ volumi żgħar ta’ provvisti sofistikati ħafna u minn ta’ quddiem nett. Dan iwassal lis-CERN biex tfassal il-prototipi proprji tagħha u tikkollabora mill-qrib mal-fornituri tagħha.

X’kien ir-riżultat?

L-eżitu ta’ kollaborazzjoni ta’ dan it-tip għandu wkoll gwadann kummerċjali importanti għall-fornituri. Studju relatat mal-akkwist għal-Large Hadron Collider (LHC) u l-ikkuntrattar wera l-benefiċċji ċari għall-fornituri tas-CERN: madwar 38 % minnhom kienu żviluppaw prodotti ġodda, 44 % kienu tejbu t-tagħlim teknoloġiku, u 60 % kisbu klijenti ġodda bis-saħħa tal-kuntratti mas-CERN.

Studju ieħor li jipprovdi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-LHC u t-titjib tiegħu qed jitwettaq mill-Università ta’ Milan. Ir-riżultati preliminari diġà juru relazzjoni pożittiva sinifikanti bejn l-akkwist tal-LHC u t-titjib fl-isforz ta’ R&Ż tal-fornituri, fil-kapaċità ta’ innovazzjoni u fil-prestazzjoni ekonomika.

Dettalji huma disponibbli minn:

https://home.cern/fr/resources

4.2.3.4   Sħubija għall-innovazzjoni

Is-sħubija għall-innovazzjoni (63) hija tip relattivament ġdid ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku prevista fid-Direttiva 2014/24/UE (64). Din tista’ tintuża biss f’każijiet fejn ma tkun disponibbli l-ebda soluzzjoni għall-ħtiġijiet ta’ xerrej pubbliku fis-suq.

Il-karatteristika prinċipali tas-sħubija innovattiva hija li l-innovazzjoni sseħħ matul it-twettiq tal-kuntratt. F’ħafna mill-proċeduri l-oħra (65), ix-xerrej pubbliku diġà jkun jaf x’tip ta’ soluzzjoni jkun qed jixtri: l-innovazzjoni sseħħ fil-fażi ta’ qabel il-kuntratt u ġeneralment tintemm mal-konklużjoni tal-kuntratt, meta jiġu maqbula l-karatteristiċi eżatti tas-soluzzjoni (66).

Fi sħubija għall-innovazzjoni, ix-xerrej pubbliku jidħol f’kuntratt mal-aqwa fornitur(i) potenzjali ta’ innovazzjoni. Il-fornitur(i) huwa/huma mistenni(ja) li joħloq/joħolqu s-soluzzjoni innovattiva u jiżgura(w) l-implimentazzjoni fuq skala reali tagħha għax-xerrej pubbliku. Il-ħtiġijiet tax-xerrej pubbliku jenħtieġ li jiġu deskritti bi preċiżjoni suffiċjenti biex l-offerenti potenzjali jkunu jistgħu jifhmu n-natura u l-ambitu tal-isfida u jkollhom biżżejjed informazzjoni biex jiddeċiedu jekk jipparteċipawx jew le.

Il-proċess ta’ sħubija għall-innovazzjoni jseħħ fi tliet fażijiet:

Il-fażi tal-għażla sseħħ fil-bidu nett tal-proċedura. Wara sejħa għall-kompetizzjoni, wieħed jew aktar mis-sħab l-aktar adatti jintgħażlu abbażi tal-ħiliet u l-abbiltajiet tagħhom. Il-kuntratt(i) li jistabbilixxu s-sħubija għall-innovazzjoni jiġu sussegwentement mogħtija abbażi tal-aħjar proporzjon propost bejn il-prezz u l-kwalità. Din il-fażi hija simili għal proċedura ristretta b’sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni.

Fil-fażi li jmiss, is-sieħeb/sħab jiżviluppa/jiżviluppaw is-soluzzjoni l-ġdida f’kollaborazzjoni mix-xerrej pubbliku. Din il-fażi ta’ riċerka u żvilupp tista’ tinqasam ulterjorment f’diversi stadji indikati għall-evalwazzjoni ta’ kunċetti, l-iżvilupp ta’ prototipi u/jew it-twettiq tal-ittestjar. Matul kull stadju, l-għadd ta’ sħab jista’ jitnaqqas abbażi ta’ kriterji determinati minn qabel.

Fil-fażi kummerċjali, is-sieħeb/sħab jipprovdi/jipprovdu r-riżultati finali, iżda biss jekk dawn jikkorrispondi għal-livelli ta’ prestazzjoni u l-kostijiet massimi maqbula bejn ix-xerrej pubbliku u s-sieħeb/sħab.

Għalkemm il-proċedura hija msejħa “sħubija” u l-parteċipanti huma msejħa “sħab”, din xorta waħda hija proċedura ta’ akkwist pubbliku, soġġetta għar-regoli rilevanti tal-UE u tad-WTO, b’mod partikolari l-prinċipji bażiċi tal-akkwist tal-kompetizzjoni, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni.

Is-sħubija għall-innovazzjoni ġiet imfassla b’mod speċifiku biex tippermetti lix-xerrejja pubbliċi jistabbilixxu sħubija biex jiżviluppaw u sussegwentement jixtru soluzzjoni ġdida u innovattiva. Għalhekk, huwa importanti li s-sħubija għall-innovazzjoni tkun strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi l-“attrazzjoni tas-suq” neċessarja, jiġifieri tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma tipprekludi lis-suq (67).

F’dan ir-rigward, in-nuqqas ta’ proċedura ta’ akkwist separata għax-xiri ta’ volumi kummerċjali ta’ prodotti jew servizzi finali jirrikjedi wkoll attenzjoni partikolari għall-prinċipji tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat (ara t-Taqsima 5 hawn taħt dwar l-għajnuna mill-Istat). Biex jiġi żgurat li x-xerrejja pubbliċi ma jużawx is-sħubijiet għall-innovazzjoni b’mod li jipprevjeni, jillimita jew ifixkel il-kompetizzjoni (67), id-Direttiva 2014/24/UE, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 dwar is-sħubija għall-innovazzjoni, tistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li sħubija għall-innovazzjoni tkun miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u kompetittiva.

Għalhekk, meta titwettaq sħubija għall-innovazzjoni, huwa importanti li tingħata attenzjoni lill-aspetti li ġejjin:

Fehim approfondit dwar is-suq rilevanti: Ix-xerrejja pubbliċi jeħtieġ li:

jistabbilixxu bħala l-prerekwiżit għal sħubija għall-innovazzjoni l-ħtieġa għal soluzzjoni innovattiva li ma tkunx diġà disponibbli fis-suq; u

jifhmu li hemm indikazzjonijiet serji li l-ħtiġijiet tagħhom ikunu fattibbli, mingħajr ma jkunu limitati fix-xewqa tagħhom li jfittxu wkoll soluzzjonijiet innovattivi.

Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jiksbu informazzjoni utli u rilevanti minn riċerka tas-suq miġbura minn konsultazzjonijiet preċedenti tas-suq, esperjenzi minn kompetizzjonijiet preċedenti ta’ akkwist li ma kellhomx suċċess, u informazzjoni minn konferenzi u fieri jew analiżijiet tal-istandards tan-negozju.

Avviż dwar kuntratt: l-avviż obbligatorju dwar kuntratt għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-innovazzjoni li tkun qed tintalab. Dan jiżgura li l-operaturi ekonomiċi kollha li jistgħu kemm jiżviluppaw kif ukoll sussegwentement ifornu s-soluzzjoni jkunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw fis-sħubija għall-innovazzjoni.

Il-kriterji użati għall-għażla tas-sieħeb/sħab li jippreżenta(w) l-aħjar kapaċità li jwettaq/iwettqu r-riċerka u żvilupp u li jforni/ifornu l-implimentazzjoni fuq skala reali tas-soluzzjonijiet innovattivi (pereżempju, fuq prestazzjonijiet preċedenti, referenzi, kompożizzjoni tat-tim, faċilitajiet, sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, eċċ.).

L-għadd ta’ sħab: l-istabbiliment ta’ sħubijiet għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab jista’ jiffaċilita l-kompetizzjoni u jippermetti l-esplorazzjoni ta’ soluzzjonijiet differenti (67).

L-innovazzjoni li tirriżulta għandha tikkorrispondi mal-livelli ta’ prestazzjoni u l-kostijiet massimi maqbula bejn ix-xerrejja pubbliċi u s-sħab minn qabel.

Bilanċ bejn il-valur tal-provvisti u l-investiment meħtieġ biex dawn jiġu żviluppati; dan jipprevjeni l-użu abbużiv ta’ din il-proċedura. It-tul ta’ kwalunkwe perjodu ta’ provvista sussegwenti tas-soluzzjoni ma jridx ikun sproporzjonat għaliha.

Klawżoli ta’ prestazzjoni: il-klawżoli ta’ prestazzjoni tal-kuntratt jippermettu lix-xerrej li:

jimmonitorja l-kwalità tal-prestazzjoni permezz ta’ indikaturi li jagħmluha possibbli li jitkejlu l-livelli ta’ konformità;

jittermina l-kuntratt jekk il-miri ta’ prestazzjoni teknika, operattiva jew ekonomika ma jintlaħqux;

jittermina l-kuntratt jekk is-suq jipprovdi soluzzjoni alternattiva u s-sħubija għall-innovazzjoni ssir żejda;

jiżgura li d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jkunu proporzjonati għall-interess tax-xerrej pubbliku li jkollu s-sjieda tagħhom, b’kont meħud ta’ kwalunkwe ħtieġa futura li l-operat tas-soluzzjoni innovattiva jiġi adattat, emendat jew trasferit lil xerrej pubbliku differenti (ara t-Taqsima 4.1.7 u l-Anness I):

Jiżgura li l-istruttura tas-sħubija għall-innovazzjoni (b’mod partikolari t-tul u l-valur tagħha) tirrifletti l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta.

IS-SĦUBIJA GĦALL-INNOVAZZJONI FIL-PRATTIKA

Mill-introduzzjoni tas-sħubija għall-innovazzjoni skont id-Direttiva 2014/24/UE, ġew reklamati għexieren ta’ proġetti madwar l-UE. Tipi differenti ta’ entitajiet pubbliċi użaw din il-proċedura, minn ministeri u aġenziji pubbliċi sa awtoritajiet lokali. Il-ħtiġijiet koperti huma diversi u jinvolvu tipi differenti ta’ setturi u industriji. Fil-każijiet kollha, ir-riċerka tas-suq imwettqa mix-xerrejja kienet uriet li l-ebda soluzzjoni eżistenti ma setgħet tissodisfa l-ħtieġa.

EŻEMPJI

1.   IL-POSTIJIET BILQIEGĦDA FL-ISTADJU OLIMPIKU TA’ HELSINKI

https://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:98072-2018:TEXT:MT:HTML

L-għan tal-proġett

L-istadju Olimpiku u l-istrutturi ta’ madwaru huma protetti skont l-Att dwar il-Patrimonju tal-Finlandja. Il-Bord Nazzjonali tal-Antikitajiet kien spjega li l-bankijiet antiki tal-injam kienu parti importanti mill-arkitettura tal-istadju u li d-disinji l-ġodda kellhom jissodisfaw ir-rekwiżiti estetiċi tal-protezzjoni tal-bini.

L-istudju tas-suq wera li ma kien hemm l-ebda soluzzjoni disponibbli biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-proġett ta’ rinnovazzjoni tal-istadju Olimpiku, li kienu:

is-sedili jeħtieġ li jkunu parti integrali mill-arkitettura tal-istadju u jenħtieġ li jiġu mibnija mill-ġdid b’attenzjoni fil-każ ta’ rinnovazzjoni biex ikunu jixbhu l-forma l-antika;

abbażi tad-disinn funzjonali, xi sedili jenħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-materjal għall-protezzjoni min-nirien;

il-proġett jeħtieġ li ma jidħolx fi spejjeż għaljin ta’ manutenzjoni għaż-żebgħa, il-protezzjoni min-nirien, jew it-tiswijiet tal-ponti tal-injam;

jeħtieġ li jkun possibbli li jintuża twaħħil għall-bankijiet il-qodma tal-injam (disinn innovattiv).

Il-proċess

Il-proċedura nbdiet b’żewġ rekwiżiti minimi obbligatorji:

sedili b’mekkaniżmu li jdur;

sedili u serħan tad-dahar bil-possibbiltà li jitneħħew separatament.

F’Ġunju 2017 inħareġ avviż dwar kuntratt, flimkien ma’ stedina preliminari bbażata fuq il-pjanijiet tal-perit. Dan kien segwit mill-fażi ta’ parteċipazzjoni, li ntemmet bl-għażla tal-offerenti. Imbagħad intbagħtet stedina għan-negozjar lill-kandidati magħżula. Din il-fażi ntemmet bl-attribuzzjoni tas-sħubija lil tliet kumpaniji magħżula abbażi tal-kriterji li ġejjin: il-prototip tas-sedil, il-pjan ta’ żvilupp u l-istima tal-kostijiet. Is-Sħubija għall-Innovazzjoni bdiet fil-bidu ta’ Diċembru 2017 u kienet tinkludi żewġ stadji ta’ żvilupp u mira interim. Il-kriterji ta’ valutazzjoni għal kull fażi tal-iżvilupp kienu: l-evalwazzjoni tas-sedili, il-materjali/iċ-ċiklu tal-ħajja/il-manutenzjoni, u l-prezz. Il-kuntratt ġie ffirmat f’Diċembru 2018.

2.   AKKWIŻIZZJONI TA’ TRAINSETS INNOVATTIVI TA’ VELOĊITÀ GĦOLJA ĦAFNA U L-ELEMENTI TA’ APPOĠĠ ASSOĊJATI

https://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:234086-2015:TEXT:MT:HTML

L-għan tal-proġett

L-għan tat-tnedija tal-proġett mill-kumpanija ferrovjarja Franċiża SNCF kien it-tfassil, il-produzzjoni u l-kunsinna ta’ trainsets li setgħu jiċċirkolaw prinċipalment fi Franza u f’pajjiżi Ewropej oħra b’veloċità ta’ 320 km/siegħa jew aktar bl-aħjar kundizzjonijiet ambjentali u ta’ kostijiet.

Dan il-proġett jikkonsisti minn tliet fażijiet:

i.

il-fażi ta’ riċerka u żvilupp biex titħejja speċifikazzjoni dettaljata ta’ trainsets innovattivi ta’ veloċità għolja ħafna bi prezz stabbilit ta’ akkwist;

ii.

il-fażi tad-disinn u l-industrijalizzazzjoni għal trainsets innovattivi ta’ veloċità għolja ħafna;

iii.

il-fażi tal-produzzjoni u l-konsenja ta’ kwantità prevista tal-ferroviji (bejn 50 u 200), kif ukoll l-elementi ta’ appoġġ assoċjati għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-ferroviji.

Il-proċess

Sar studju tas-suq biex jintwera li l-ħtieġa ma setgħetx tiġi ssodisfata b’soluzzjoni eżistenti fis-suq. Din il-valutazzjoni komparattiva globali tar-rolling stock ta’ veloċità għolja disponibbli għamlitha possibbli li jiġi determinat li l-ferrovija prevista ma kinitx diġà disponibbli fis-suq, u li kien hemm ħtieġa ġenwina għal ferrovija innovattiva.

Imbagħad, ġew stabbiliti l-livelli ta’ prestazzjoni u tal-kostijiet massimi. Il-fażi tal-akkwiżizzjoni setgħet tiġi implimentata biss jekk ir-riżultat tal-fażi tar-riċerka u l-iżvilupp kien jikkorrispondi għal-livell ta’ prestazzjoni u l-kost massimu maqbul bejn l-SNCF u s-sieħeb. Dawn l-objettivi tal-kostijiet u tal-prestazzjoni ġew deskritti fl-offerta.

Biex jintgħażel ir-rebbieħ tas-sħubija, saru negozjati mal-kandidati magħżula. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-aġġustamenti għall-offerta fid-dawl tal-ħtiġijiet tat-tfassil, l-iżvilupp u l-produzzjoni, u fuq id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali assoċjati ma’ kull fażi tal-proġett.

3.   ERHVERVSSTYRELSEN, ALBERTSLUND KOMMUNE, ESBJERG KOMMUNE, FREDERIKSSUND KOMMUNE (AKKWIST KONĠUNT - AWTORITAJIET LOKALI TAD-DANIMARKA)

https://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:209875-2016:TEXT:MT:HTML&src=0

L-għan tal-proġett

Is-sħubija għall-innovazzjoni kellha l-għan li tiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi ġodda biex tipprevjeni jew timmitiga d-deidratazzjoni ta’ persuni ta’ aktar minn 65 sena. L-għan kien li jitnaqqsu l-ammissjonijiet fl-isptar li jistgħu jiġu evitati għal persuni ta’ aktar minn 65 sena li ħafna drabi huma kkawżati mid-deidratazzjoni.

Il-proċess

Bħala introduzzjoni għall-proċess tas-sħubija għall-innovazzjoni, l-Awtorità tan-Negozju Daniża wettqet djalogu profond mas-suq fil-forma ta’ żewġ workshops ma’ kumpaniji, esperti u utenti fil-muniċipalitajiet parteċipanti.

Il-fażi ta’ tħejjija, li saret qabel it-tnedija tas-sħubija għall-innovazzjoni, iffukat fuq il-kalkolu tal-potenzjal ta’ akkwist u tal-potenzjal tas-suq sabiex jiġu attirati kumpaniji innovattivi. Kienet meħtieġa l-assistenza tal-esperti.

Il-fażi tan-negozjati għamlitha possibbli li jiġu valutati mudelli differenti għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-IT kif ukoll li jiġu diskussi punti ewlenin għas-sħubija għall-innovazzjoni: kodiċijiet tas-sors, data personali, eċċ.

Ingħataw żewġ sħubijiet għall-innovazzjoni. Matul il-fażi tal-iżvilupp (wara l-għoti), wieħed miż-żewġt isħab ma setax jipprovdi prototip li jissodisfa l-livelli ta’ prestazzjoni stabbiliti fil-kuntratt. Għalhekk ġie deċiż li tintemm is-sħubija ma’ dak il-konsorzju.

Bħala konklużjoni, il-fatturi ewlenin ta’ suċċess għal sħubija għall-innovazzjoni huma:

fażi ta’ valutazzjoni mwettqa sewwa biex jiġi determinat jekk tkunx verament meħtieġa fażi ta’ R&Ż, flimkien ma’ approċċ strateġiku għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

antiċipazzjoni tal-ippjanar ġenerali u tal-fażijiet differenti tal-kuntratt;

l-istabbiliment ta’ tim multidixxiplinari tal-proġett b’esperti fil-qasam ikkonċernat u l-istabbiliment ta’ tmexxija/monitoraġġ reali tal-kuntratt fit-tul. Dan jippermetti lix-xerrej pubbliku jevalwa r-riżultati intermedji tas-sħab;

l-implimentazzjoni ta’ metodu ta’ ħidma kollaborattiv u aġli għall-iskambju u l-bini flimkien mas-sħab; u

ir-rispett għat-trattament ugwali tas-sħab u s-segretezza tan-negozju matul il-fażi ta’ implimentazzjoni tas-sħubija.

5   GĦAJNUNA MILL-ISTAT

Meta jingħataw kuntratti pubbliċi, jintużaw riżorsi pubbliċi biex l-operaturi ekonomiċi jiġu mħallsa għax-xiri ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet. L-awtoritajiet pubbliċi għalhekk iridu jiżguraw li, meta jwettqu dawn it-tranżazzjonijiet (irrispettivament mill-proċedura ta’ akkwist pubbliku li jużaw), huma ma jagħtux għajnuna mill-Istat b’modi li jmorru kontra r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, huwa kruċjali li jiġi vverifikat jekk kumpanija li tingħata kuntratt b’riżultat ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku tirċevix pagament li jaqbeż dak li kieku tirċievi skont it-termini tas-suq. Għalhekk, din il-gwida tirreferi għal ċerti kriterji li l-akkwist ta’ innovazzjoni jenħtieġ li jissodisfa sabiex jiġi evitat li tingħata għajnuna mill-Istat lil fornitur.

Bħala regola ġenerali, dawn it-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn korpi pubbliċi ma jagħtux vantaġġ lill-kontropartijiet tagħhom, u għalhekk ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat, jekk jitwettqu b’mod konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq (68). Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (69), dan normalment ikun il-każ jekk il-proċedura tal-offerti tkun kompetittiva, trasparenti, nondiskriminatorja u mhux kundizzjonali, f’konformità mad-direttivi rilevanti tal-UE dwar l-akkwist pubbliku. L-offerta jenħtieġ li tippermetti li l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża taqbel mal-valur tas-suq.

Madankollu, l-Avviż tal-Kummissjoni jirreferi għal xi ċirkostanzi speċifiċi fejn il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku ma jippermettux li jiġi stabbilit prezz tas-suq, pereżempju:

proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, fejn iċ-ċirkostanzi speċifiċi ma jippermettux li jiġi stabbilit il-prezz tas-suq;

f’każijiet speċifiċi fejn tiġi ppreżentata offerta waħda biss, l-awtorità kontraenti jenħtieġ li tkun lesta li tiġġustifika li l-eżitu tal-proċedura tal-offerti jirrifletti l-prezz tas-suq billi (70):

Jew turi l-karattru oġġettiv tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta li ma jiffavorixxu l-ebda operatur ekonomiku partikolari;

Jew billi tivverifika permezz ta’ mezzi addizzjonali li l-eżitu tal-proċedura jikkorrispondi għall-prezz tas-suq.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp (inkluż l-akkwist prekummerċjali), il-Qafas tal-Kummissjoni għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet kumulattivi speċifiċi li ġejjin li l-awtoritajiet pubbliċi jridu josservaw sabiex jevitaw il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat (71):

il-proċedura tal-għażla tkun miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u tkun ibbażata fuq għażla oġġettiva u kriterji tal-għoti speċifikati qabel il-proċedura tal-offerti;

l-arranġamenti kuntrattwali previsti li jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet, inkluż fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, ikunu disponibbli għall-offerenti interessati kollha qabel il-proċedura tal-offerti;

l-akkwist pubbliku ma jagħti l-ebda trattament preferenzjali lil ebda fornitur parteċipant fil-provvista ta’ volumi kummerċjali tal-prodotti jew is-servizzi finali (72);

u, tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

ir-riżultati kollha li ma jwasslux għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jistgħu jiġu disseminati b’mod wiesa’ (pereżempju permezz ta’ pubblikazzjoni, tagħlim jew kontribuzzjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni b’mod li jippermetti lil impriżi oħra li jirriproduċuhom);

u kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali jiġi allokat b’mod sħiħ lix-xerrej pubbliku,

jew kull fornitur tas-servizzi li jingħatawlu riżultati li joħolqu drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jkun meħtieġ jagħti lix-xerrej pubbliku aċċess bla limitu għal dawn ir-riżultati mingħajr ħlas, u li jagħti aċċess lil partijiet terzi, pereżempju permezz ta’ liċenzji mhux esklużivi, skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

Meta l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jibbażaw fuq valutazzjoni individwali tat-termini tal-kuntratt bejn ix-xerrej pubbliku u l-impriża, jew, f’dubju, jinnotifikaw il-miżura lill-Kummissjoni.

Għal sitwazzjonijiet li jinvolvu għajnuna mill-Istat, japplikaw ir-regoli normali dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mat-Trattat jekk tissodisfa ċerti kundizzjonijiet (73).


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa, COM(2020) 102 final, 10.3.2020. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0102&qid=1606228336869&from=EN. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali, COM(2020) 103 final, 10.3.2020. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0103&from=EN.

(2)  https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/recovery-coronavirus/recovery-and-resilience-facility_mt

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. Nagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal innovattiv tal-UE – Pjan ta’ azzjoni għall-proprjetà intellettwali b’appoġġ għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE. COM (2020)760 final, 25.11.2020. https://ec.europa.eu/docsroom/documents/43845.

(4)  C(2019)5494, aċċessibbli fl-indirizz li ġej: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/36601.

(5)  Eżempji ta’ definizzjonijiet:

Għall-finijiet tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65), l-Artikolu 2(22) tagħha jiddefinixxi l-innovazzjoni bħala “l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz jew proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitata għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew metodu organizzazzjonali ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni fosthom bil-għan li tgħin jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”;

il-Manwal ta’ Oslo tal-2018 tal-OECD jiddefinixxi l-innovazzjoni bħala “prodott jew proċess ġdid jew imtejjeb (jew kombinazzjoni tagħhom) li jvarja b’mod sinifikanti mill-prodotti jew mill-proċessi preċedenti tal-unità u li sar disponibbli għall-utenti potenzjali (prodott) jew li ġie użat mill-unità (proċess).”.

(6)  Adottanti prekoċi tirreferi għall-ewwel 20 % tal-konsumaturi fis-suq li jkunu qed jixtru prodott, servizz jew proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti. Dan jinkludi l-akkwisti ta’ prodotti, servizzi jew proċessi li diġà jkunu ntużaw fuq skala żgħira, u li jistgħu jkunu kważi jew diġà disponibbli fis-suq fi kwantità żgħira, iżda li jkun għadhom ma ġewx adottati b’mod wiesa’ mis-suq. Dan jinkludi wkoll soluzzjonijiet eżistenti li jkunu se jintużaw b’mod ġdid u innovattiv.

Ir-rwol tal-konsumaturi adottanti prekoċi fid-diffużjoni tal-innovazzjonijiet huwa rikonoxxut b’mod wiesa’, anki fis-settur pubbliku: Rogers Everett (2003), ‘Diffusion of Innovations’, 5th Edition. Simon & Schuster. ISBN 978-0-7432-5823-4. OECD (2014), “Intelligent Demand: Policy Rationale, Design and Potential Benefits’

(7)  Il-Kummissjoni pproponiet il-Faċilità fit-27 ta’ Mejju 2020 bħala l-qofol ta’ NextGenerationEU, strument temporanju għall-irkupru li jippermetti lill-Kummissjoni tiġbor fondi biex tgħin fit-tiswija tal-ħsara ekonomika u soċjali immedjata kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus. Ara https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/recovery-coronavirus/recovery-and-resilience-facility_en

(8)  ‘Benchmarking of R&D procurement and innovation procurement investments across Europe’, Il-Kummissjoni Ewropea, Ottubru 2020: https://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=69920

(9)  http://ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement_mt

Studju annwali dwar l-indikaturi tal-akkwist pubbliku disponibbli minn:

http://ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement/studies-networks_mt.

(10)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0103&from=EN.

(11)  Is-sorsi prinċipali tal-gwida fil-livell tal-UE dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni jinkludu:

Is-sett ta’ għodda tal-Assistenza Ewropea għall-Akkwist fil-Qasam tal-Innovazzjoni (EAFIP) (2018),

http://eafip.eu/toolkit

Public procurement as a driver of innovation in SMEs and public services (L-akkwist pubbliku bħala fattur li jixpruna l-innovazzjoni fl-SMEs u s-servizzi pubbliċi) (2015), https://publications.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/f5fd4d90-a7ac-11e5-b528-01aa75ed71a1

https://ec.europa.eu/growth/industry/innovation/policy/public-procurement_mt

http://ec.europa.eu/research/participants/docs/h2020-funding-guide/cross-cutting-issues/innovation-procurement_en.htm

Minħabba li l-promozzjoni tal-innovazzjoni hija wkoll karatteristika ċentrali tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, il-gwida dwar l-Akkwist Pubbliku għall-prattikanti dwar l-evitar tal-aktar żbalji komuni fi proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, tirreferi għal modi ta’ kif l-għanijiet ta’ politika ambjentali, soċjali u ta’ innovazzjoni jiġu riflessi fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku: http://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/how/improving-investment/public-procurement/guide/

(12)  Eżempji ta’ ċentri ta’ kompetenza madwar l-Ewropa (għal aktar informazzjoni ara https://procure2innovate.eu):

https://www.pianoo.nl/pianoo-in-english

http://www.procurementcompetence.fi/

https://www.koinno-bmwi.de/en/

https://www.vinnova.se/en/

http://www.ioeb.at/

(13)  Eżempji ta’ materjali ta’ gwida speċifiċi għas-settur

Catering: http://www.contract-catering-guide.org

Servizzi tas-sigurtà: http://www.securebestvalue.org

Kura tas-Saħħa (Qafas ta’ Kunċett):

http://www.medtecheurope.org/sites/default/files/resource_items/files/ECONOMIC%20VALUE%20AS%20A%20GUIDE%20FOR%20INVESTING%20IN%20HEALTH%20AND%20CARE%20Concept%20Framework_3.pdf

Kura tas-Saħħa (Qafas ta’ Politika):

http://www.medtecheurope.org/sites/default/files/resource_items/files/ECONOMIC%20VALUE%20AS%20A%20GUIDE%20FOR%20INVESTING%20IN%20HEALTH%20AND%20CARE%20Policy%20Framework_3.pdf

Akkwist ibbażat fuq il-valur fis-settur tas-saħħa fil-Kanada:

http://www.conferenceboard.ca/e-library/abstract.aspx?did=7480

(14)  F’dan il-qasam, il-Kummissjoni dan l-aħħar adottat Rakkomandazzjoni (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2017/1805 tat-3 ta’ Ottubru 2017 dwar il-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku — Il-bini ta' struttura għall-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku (ĠU L 259, 7.10.2017)), disponibbli minn https://eur-lex.europa.eu/legalcontent/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32017H1805&rid=8.

(15)  L-ERICs huma entitajiet legali stabbiliti taħt il-qafas legali komunitarju biex jistabbilixxu u joperaw infrastrutturi ġodda jew eżistenti ta’ riċerka u innovazzjoni b’interess Ewropew. Fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu tali ERICs jew bi ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali, l-ERICs huma eżentati mill-VAT u jistgħu jadottaw il-proċeduri ta’ akkwist proprji tagħhom filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tat-Trattat. Jeżistu pereżempju ERICs li joperaw infrastruttura fl-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa, tat-tixjiħ, tal-qbid tal-karbonju, tal-big data, tal-baħar u t-tibdil fil-klima, eċċ. Għal aktar informazzjoni: https://ec.europa.eu/research/infrastructures/index.cfm?pg=eric

(16)  L-impriżi konġunti huma impriżi stabbiliti b’mod konġunt mill-UE u sħab oħra skont l-Artikolu 187 tat-Trattat: https://eur-lex.europa.eu/summary/glossary/joint_undertaking.html

(17)  Ir-REKT huma strument legali fil-Politika Reġjonali Ewropea biex tiġi faċilitata u promossa l-kooperazzjoni interreġjonali transfruntiera. REKT jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ diversi Stati Membri li jingħaqdu flimkien u jwasslu servizzi konġunti, mingħajr il-ħtieġa ta’ ftehim internazzjonali minn qabel li jiġi ffirmat u ratifikat mill-parlamenti nazzjonali. Għal aktar informazzjoni: Ara l-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku.

http://ec.europa.eu/regional_policy/mt/policy/cooperation/european-territorial/egtc/

(18)  L-eżempji jinkludu http://ogp.gov.ie/; http://www.consip.it/; https://www.bbg.gv.at/english/about-the-fpa/; https://www.ugap.fr/; https://www.espap.pt/Paginas/home.aspx; https://www.avropa.se/topplankar/In-English/; https://contratacioncentralizada.gob.es/en/quehacemos.

(19)  L-eżempji jinkludu https://bric.brussels/en/our-solutions/purchasing-group; https://www.estar.toscana.it.

(20)  L-eżempji jinkludu http://www.resah.fr/; http://www.amgros.dk/en; https://www.gdekk.de.

(21)  Id-domanda privata hija baxxa ħafna f’ċerti setturi (toroq, ġestjoni tat-traffiku, immaniġġjar tal-iskart, eċċ.). Is-swieq tal-akkwist pubbliku ħafna drabi huma l-uniċi postijiet jew il-postijiet prinċipali għal soluzzjonijiet f’dawn is-setturi.

(22)  Għal aktar dettalji ara t-Taqsima 4.1.2 dwar il-Konsultazzjoni preliminari tas-suq.

(23)  THALEA tfisser sistema ta’ Telemediċina biex tissodisfa l-esiġenzi ta’; Sptarijiet fir-rigward ta’ twissija bikrija; Megħjuna minn ICT innovattiva; Biex tiġi salvata l-ħajja ta’ pazjenti komorbużi fl-Ewropa; Bħala parti minn programm ta’ kura personalizzata għall-pazjent. Thalea ġiet iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea bħala parti mis-Seba’ programm kwadru (FP7-ICT-611855).

(24)  https://ec.europa.eu/tools/espd

(25)  Lista ta’ fornituri tad-DEAU hija disponibbli minn https://ec.europa.eu/docsroom/documents/38181.

(26)  Skont id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku, is-sottomissjoni elettronika tal-offerta saret obbligatorja minn Ottubru 2018.

(27)  https://ec.europa.eu/growth/tools-databases/ecertis

(28)  L-Artikolu 58(3) it-tieni inċiż tad-Direttiva 2014/24/UE.

(29)  Ara l-Anness XII, il-Parti II tad-Direttiva 2014/24/UE.

(30)  L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2014/24/UE.

(31)  Il-kelma hackathon hija kombinazzjoni tal-kliem “hack” u “marathon” fejn hack tfisser soluzzjoni sperimentali u kreattiva tal-problemi b’approċċ pjaċevoli u marathon tfisser it-tul tal-avveniment. Il-hackathon għandha l-oriġini tagħha fl-inġinerija tas-software u tal-hardware, iżda l-kunċett issa huwa applikat b’suċċess ukoll f’industriji oħra għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi. Hackathon iddum bejn 24 u 48 siegħa u tkun iddedikata għal suġġett jew sfida speċifiċi. Il-parteċipanti jaħdmu fi gruppi żgħar f’ambjent uniku li jinkoraġġixxi l-ħsieb kreattiv u jwassal għal kunċetti, ideat u prototipi ġodda u innovattivi b’mod sorprendenti. Ir-riżultat tal-hackathon ikun prototip lest għal prodott, servizz jew mudell ta’ negozju innovattiv.

(32)  Anki jekk parti minn dan kollu tiġi implimentata mis-sensar tal-innovazzjoni f’isimhom.

(33)  Lista ta’ sensara eżistenti:

https://www.agid.gov.it/

https://www.gate21.dk/

http://procurementtransformationinstitute.com/

(34)  Ara t-Taqsima 4.1.2 dwar il-Konsultazzjoni preliminari tas-suq.

(35)  L-Artikolu 41 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(36)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (“Formuli Elettroniċi”).

(37)  Ara https://ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement/digital/eforms_en.

(38)  Diġà jeżisti sit web simili bi kriterji ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku: http://ec.europa.eu/environment/gpp/eu_gpp_criteria_en.htm.

(39)  L-Artikoli 67 u 68 tad-Direttiva 2014/24/UE jispjegaw kif għandhom jintużaw il-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT) fil-prattika. L-Artikolu 67(2), l-aħħar inċiż: “L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-prezz biss jew l-ispiża biss bħala l-kriterju uniku għall-għoti jew jillimitaw l-użu tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti jew ċerti tipi ta’ kuntratti.

(40)  Gwida utli dwar id-DPI għall-akkwist ta’ innovazzjoni bbażata fuq l-ICT kif ukoll mudelli għad-dispożizzjonijiet dwar id-DPI tista’ tinstab fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Guide for the procurement of standards-based ICT — Elements of Good Practice” (Gwida għall-akkwist ta’ ICT ibbażata fuq l-istandards — Elementi ta’ Prattika Tajba) SWD(2013) 224 final.

(41)  Ara b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur. Din tikkonsisti f’sett ta’ 13-il Direttiva u 2 Regolamenti, li jarmonizzaw id-drittijiet essenzjali għall-awturi, l-artisti, il-produtturi u x-xandara https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/eu-copyright-legislation.

(42)  Ara l-indikatur 10, is-subindikatur “Reġim tad-DPI”, l-Istudju SMART 2016/0040 “Benchmarking of national innovation procurement policy frameworks across Europe” (Valutazzjoni komparattiva tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni madwar l-Ewropa) https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/benchmarking-national-innovation-procurement-policy-frameworks-across-europe.

(43)  L-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/25/UE jsostnu li “L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jispeċifikaw ukoll jekk hux ser ikun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali”.

(44)  Il-punt 33(b), COM (2014) 3282, “Framework for state aid for research and development and innovation” (Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni), http://ec.europa.eu/competition/state_aid/modernisation/rdi_framework_en.pdf.

(45)  Il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rispett tad-DPI u s-sigrieti tal-mestier fl-akkwist pubbliku fl-Ewropa, 2016, http://ec.europa.eu/growth/content/consultation-respect-intellectual-property-public-procurement-procedures_en.

(46)  Għal gwida aktar dettaljata, ara l-Anness I dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (DPI).

(47)  Minkejja l-isem, il-programm Irlandiż ta’ akkwist prekummerċjali SBIR mhuwiex limitat għan-negozji żgħar biss. Jistgħu jipparteċipaw negozji ta’ kull daqs.

(48)  Għal eżempju ta’ viżjoni olistika fit-tħejjija tad-dokumentazzjoni tal-offerta bl-użu tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPI) fil-fażi ta’ prestazzjoni tal-kuntratt ibbażata fuq ir-riżultati, jekk jogħġbok ara l-Mudell Ewropew tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-proġett Stop and Go:

http://stopandgoproject.eu/wp-content/uploads/2017/04/WP2_STOPandGO_D2.2_Updata_European_Specification_Template_v1.2.pdf

(49)  L-Artikolu 72(1)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 89(1)(a) tad-Direttiva 2014/25/UE.

(50)  Informazzjoni addizzjonali dwar skemi ta’ pagament/inġinerija tal-valur xprunati mir-riżultati tista’ tinstab fl-eżempju li ġej b’diversi referenzi:

www.senat.fr/rap/r16-668/r16-6685.html

http://www.hbs.edu/faculty/Pages/item.aspx?num=47450

https://innovation.cms.gov/initiatives/cjr

(51)  L-Artikolu 26(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE.

(52)  Qabel, il-proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt kienet permessa biss f’sitwazzjonijiet speċifikament delimitati, b’mod partikolari wara riżultati mhux tajbin ta’ proċeduri oħrajn.

(53)  Id-djalogu kompetittiv ġie ssimplifikat sostanzjalment skont id-direttivi.

(54)  L-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(55)  Ara t-Taqsima 4.2.3.2 hawn taħt dwar l-akkwist prekummerċjali, COM (2007)799 final u SEC(2007)1668.

(56)  L-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/24/UE, l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/25/UE u l-Artikolu 13(f)(j) tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

(57)  L-Akkwist Prekummerċjali huwa approċċ speċifiku għall-akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp (żvilupp kompetittiv f’fażijiet) fejn ix-xerrej pubbliku ma jirriżervax ir-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp esklussivament għall-użu proprju tiegħu iżda jaqsam ir-riskji u l-benefiċċji tar-riċerka u l-iżvilupp mal-fornituri tas-servizzi. L-organizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-benefiċċji u r-riskji u l-proċess kollu tal-akkwist b’mod li jiżgura kompetizzjoni massima, trattament ugwali u trasparenza, tippermettu lix-xerrej pubbliku jidentifika l-aħjar soluzzjonijiet possibbli li s-suq jista’ joffri u jevita l-għajnuna mill-Istat taħt ċerti kundizzjonijiet. Ara t-taqsima 2.3 tal-“Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni”, COM (2014) 3282, (Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni) http://ec.europa.eu/competition/state_aid/modernization/rdi_framework_en.pdf.

(58)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/impacts-eu-funded-pre-commercial-procurements

(59)  Din il-possibbiltà ntużat pereżempju mill-proġett THALEA fit-Taqsima 3.1.1 li bħala parti mill-akkwist prekummerċjali xtara l-użu tas-soluzzjonijiet żviluppati għal 4 snin wara l-proġett.

(60)  Eż. rigward l-ispeċifiċitajiet tal-approċċi tas-soluzzjoni individwali tagħhom li jkunu kummerċjalment kunfidenzjali jew protetti mid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(61)  L-Avviż ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar l-aċċess ta’ offerenti ta’ pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist tal-UE: https://ec.europa.eu/growth/content/new-guidance-participation-third-country-bidders-eu-procurement-market_en

(62)  L-Artikolu 32(3)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE.

(63)  L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/24/UE.

(64)  Ara wkoll l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(65)  Apparti mill-proċeduri għall-akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp, inkluż l-akkwist prekummerċjali.

(66)  Kif deskritt hawn fuq fit-Taqsima 4.1.7, dawn il-karatteristiċi jistgħu jiġu estiżi ulterjorment abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt għall-inġinerija tal-valur, iżda ġeneralment ma jikkonċernawx il-parti essenzjali tas-soluzzjoni innovattiva.

(67)  Ara l-Premesssa 49 tad-Direttiva 2014/24/UE.

(68)  L-Artikolu 107 (1) tat-TFUE jistipula li kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(69)  Ara l-paragrafi 89 et seq. tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea C/2016/2946, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2016.262.01.0001.01.MLT&toc=OJ:C:2016:262:TOC

(70)  Dawn il-kundizzjonijiet mhumiex kumulattivi (ara l-paragrafu 93 tal-Avviż imsemmi hawn fuq dwar il-Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat).

(71)  Dawn il-kriterji huma speċifikati fil-punt 2.3 tal-Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2014:198:TOC

(72)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jkopru kemm l-iżvilupp kif ukoll l-akkwist sussegwenti ta’ prodotti jew servizzi uniċi jew speċjalizzati.

(73)  Il-kundizzjonijiet li bihom l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni tista’ titqies bħala kompatibbli mat-Trattat huma stabbiliti fil-Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, kif ukoll fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1) kif emendat mir-Regolament (UE) 2017/1084 (ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1), ara https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02014R0651-20170710.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de menimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-għajnuna tista’ tikkwalifika bħala de minimis u tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32013R1407&qid=1624268849918.


ANNESS I

Drittijiet Ta’ Proprjetà Intellettwali (DPI)

Dan l-anness jelabora dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (PI) li jistgħu jinqalgħu fil-prattika tal-akkwist pubbliku, meta jkun qed jiġi kkunsidrat li s-sjieda tal-PI titħalla f’idejn il-kuntrattur minħabba li l-akkwist inkwistjoni jikkwalifika bħala “akkwist ta’ innovazzjoni” u/jew minħabba li jkun maħsub li tali kostruzzjoni legali tkun xierqa biex tappoġġa l-innovazzjoni.

Hija mogħtija xi gwida addizzjonali dwar:

meta jista’ jkun xieraq li l-awtorità kontraenti tħalli s-sjieda tad-drittijiet tal-PI tar-riżultati tanġibbli maħluqa bħala riżultat tal-akkwist pubbliku lill-kuntrattur u

f’każijiet bħal dawn, kif dan jenħtieġ li jissarraf f’mekkaniżmi kuntrattwali xierqa.

Il-Parti I tipprovdi dettalji dwar l-aspetti ġenerali relatati mad-DPI, filwaqt li l-Parti II tesplora tipi differenti ta’ riżultati tanġibbli, u kif dawn huma relatati mad-DPI.

Parti I – Aspetti ġenerali relatati mad-DPI

Meta tkun qiegħda tfassal jew tiddiskuti l-klawżoli tad-DPI tal-kuntratt, l-amministrazzjoni pubblika jenħtieġ li żżomm f’moħħha l-objettivi ta’ politika u l-interessi tagħha, li normalment ikunu: li tikseb id-drittijiet meħtieġa għall-ħtiġijiet tagħha, bil-prezz korrett, filwaqt li tevita intrappolament futur (mal-kuntrattur) jew pretensjonijiet legali (minn partijiet terzi jew mill-kuntrattur).

Il-prinċipju ta’ gwida jenħtieġ li jkun “Akkwista dak kollu li għandek bżonn, iżda biss dak kollu li għandek bżonn – inkluż fil-futur”.

Xerrej pubbliku għandu jkun proprjetarju tad-DPI?

Id-deċiżjoni li ma tinkisibx is-sjieda tad-DPI xorta tippermetti lix-xerrej pubbliku jikseb id-drittijiet kollha meħtieġa biex jissalvagwardja l-libertà tiegħu li jopera, filwaqt li jħalli r-responsabbiltà u l-kostijiet biex jipproteġi u jżomm id-DPI u biex jittratta l-pretensjonijiet legali potenzjali f’idejn il-kuntrattur. Madankollu, dan jista’ ma jkunx l-aktar approċċ xieraq jekk l-għan ikun li r-riżultati tal-kuntratt ikunu disponibbli mingħajr ħlas għal pubbliku aktar wiesa’ (sakemm ix-xerrej pubbliku ma jiksibx liċenzja miftuħa).

F’każ li x-xerrej pubbliku ma jiksibx is-sjieda tad-DPI, id-dokumenti tal-offerta jenħtieġ li dejjem jiddeskrivu b’mod ċar liema drittijiet ix-xerrej xorta jrid ikollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, u għal liema territorju, tul ta’ żmien u benefiċjarju(i):

fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex jinkisbu drittijiet suffiċjentement wiesgħa (għall-użu, modifika, eċċ.), inkluż għall-ħtiġijiet futuri prevedibbli; skont il-liġi kuntrattwali f’ħafna ġurisdizzjonijiet, f’każ ta’ dubju dwar il-kamp ta’ applikazzjoni eżatt, il-liċenzja probabbilment tiġi interpretata favur il-konċedent tal-liċenzja pjuttost milli favur id-detentur tal-liċenzja.

fir-rigward tat-territorju, huwa possibbli li jiġi previst, jekk dan jagħmel sens, li l-kuntrattur jagħti lix-xerrej pubbliku dawn id-drittijiet madwar id-dinja kollha;

fir-rigward tat-tul ta’ żmien, ix-xerrej pubbliku jenħtieġ li jikkunsidra jekk tul ta’ żmien limitat ikunx biżżejjed jew jekk it-tul ta’ żmien għandux ikun ekwivalenti għat-tul ta’ żmien tad-drittijiet ta’ PI kkonċernati; fil-prattika, dan tal-aħħar ifisser li l-liċenzja hija irrevokabbli (sakemm l-amministrazzjoni tirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha);

fir-rigward tal-benefiċjarji, il-liċenzja jista’ jkun meħtieġ li tinkludi l-possibbiltà li r-riżultati jkunu disponibbli għal lista ta’ istituzzjonijiet jew korpi oħra definiti minn qabel, eż. amministrazzjonijiet oħra li jkollhom bżonn jikkonnettjaw max-xerrej (għalkemm fil-prattika dan jammonta għal “konċessjoni” ta’ parti mis-suq futur tal-prodott jew is-servizz il-ġdid);

Id-deċiżjonijiet dwar is-sjieda tad-DPI għandhom impatt fuq il-prezz?

It-tħollija tas-sjieda tal-PI f’idejn il-kuntrattur normalment twassal għal prezz aktar baxx x’jitħallas u tista’ tattira aktar offerenti biex jagħmlu offerta.

Mhux dejjem jista’ jkun faċli jiġi vverifikat li dan ikun il-każ. Possibbiltà tista’ tkun li l-offerenti jintalbu jikkwotaw żewġ prezzijiet (wieħed – “prezz reali” - għal liċenzja, u wieħed – “prezz virtwali” - għat-trasferiment tas-sjieda). Inkella, il-kuntratt jista’ jistipula li jridu jitħallsu royalties lill-amministrazzjoni pubblika fir-rigward tal-isfruttament kummerċjali tal-prodott jew tas-servizz fis-suq. Huma possibbli diversi metodi ta’ pagament (somma f’daqqa, proporzjonata, ta’ darba, rikorrenti, eċċ.); jekk ikunu previsti tali royalties, il-mekkaniżmi tal-awditjar jenħtieġ li jkunu wkoll parti mill-kuntratt.

Kif jista’ jiġi protett ix-xerrej pubbliku, jekk ma jkunx is-sid tad-DPI?

Jista’ jkun għaqli li jiġu inklużi drittijiet addizzjonali għax-xerrej pubbliku li jipprevjenu l-intrappolament tal-klijentela u jissalvagwardjaw l-aċċess futur għal katina ta’ provvista suffiċjentement kompetittiva (1). Lista ta’ dawn id-drittijiet hija ppreżentata hawn taħt.

ix-xerrej pubbliku jista’ jżomm id-dritt li jitlob lill-kuntrattur jagħti (jew, f’każ li l-kuntrattur jonqos milli jagħmel dan, jagħti huwa stess) liċenzji lil partijiet terzi biex jisfruttaw ir-riżultati għax-xerrej (jiġifieri biex jipprattikaw is-servizz innovattiv jew biex jimmanifatturaw il-prodott innovattiv għax-xerrej) b’termini ġusti, trasparenti, raġonevoli, proporzjonati u/jew nondiskriminatorji;

jekk il-kuntrattur jabbuża mir-riżultati kontra l-interess pubbliku jew jonqos milli jisfrutta kummerċjalment ir-riżultati fi żmien perjodu raġonevoli maqbul minn qabel wara l-kuntratt, ix-xerrej jista’ jżomm id-dritt - wara li jikkonsulta lill-kuntrattur dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ sfruttament - li jitlob lill-kuntrattur jittrasferixxi lix-xerrej is-sjieda tar-riżultati (inklużi d-DPI) li jirriżultaw mill-kuntratt (l-hekk imsejħa klawżola ta’ sejħa lura);

f’każ li jkun mixtieq użu aktar wiesa’ tar-riżultati lil hinn mill-benefiċjarji definiti fil-kuntratt jew jekk l-interoperabbiltà jew l-interkonnettività ma’ sistemi oħra fis-suq tkun importanti, il-kuntratt jista’ jipprevedi d-dritt għax-xerrej pubbliku u/jew l-obbligu għall-kuntrattur li jikkontribwixxi għall-istandardizzazzjoni (matul u/jew wara l-kuntratt) u/jew li jippubblika sommarji tar-riżultati (dejjem f’konsultazzjoni mal-kuntrattur, sabiex tiġi salvagwardjata l-protezzjoni xierqa tad-DPI).

Kif jenħtieġ li jiġu ġestiti d-DPI diġà eżistenti?

Il-kuntratt irid jiddistingwi b’mod ċar id-dispożizzjonijiet dwar il-PI li se japplikaw għal materjali diġà eżistenti (xi drabi msejħa “PI eżistenti”), mid-dispożizzjonijiet dwar il-PI li se japplikaw għall-materjali li jinħolqu fil-kuntratt (“PI miksuba”). It-tħollija tas-sjieda kemm tad-DPI eżistenti kif ukoll ta’ dawk miksuba f’idejn il-kuntrattur tista’ tippermetti lill-kuntrattur li jimmaniġġja bl-aħjar mod is-sett sħiħ ta’ drittijiet eżistenti u miksuba u li joffri lix-xerrej pubbliku pakkett aħjar għad-drittijiet tal-użu għat-tnejn li huma. Sabiex jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela, jista’ jkun importanti wkoll li x-xerrej pubbliku jitlob lill-offerenti jiddikjaraw id-DPI diġà eżistenti qabel jingħata l-kuntratt u jipprovdu informazzjoni aktar estensiva dwaru fuq talba.

X’jiġri dwar it-trasferiment tal-kuntratt?

Jekk l-identità tal-kuntrattur tkun importanti (kuntratt intuitu personae) jew jekk ikun hemm tħassib dwar is-sigurtà jew l-awtonomija strateġika, il-kuntratt jista’ jimponi xi restrizzjonijiet fuq il-possibbiltà li l-kuntrattur jittrasferixxi ulterjorment jew jilliċenzja b’mod esklussiv is-sjieda tal-PI lil parti terza (bħal parti terza barra mill-UE); huwa jista’ jinkludi l-obbligu li l-ewwel tiġi nnotifikata l-intenzjoni ta’ trasferiment jew ta’ liċenzja esklużiva, ta’ dritt tal-veto mix-xerrej pubbliku, jew mekkaniżmi bħall-klawżoli ta’ “bidla fil-kontroll”.

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jitqiesu r-regoli dwar id-dritt tal-kompetizzjoni (b’mod partikolari dwar l-għajnuna mill-Istat, ara l-Kapitolu 5) biex tiġi valutata l-validità legali tal-mekkaniżmi tal-PI previsti.

Parti II – Tip ta’ riżultat tanġibbli akkwistat u d-DPI

Hemm diversi tipi differenti ta’ riżultati tanġibbli li xerrej pubbliku jista’ jakkwista u t-tip ta’ riżultat tanġibbli jista’ jkollu impatt fuq l-approċċ għad-DPI.

Invenzjonijiet tekniċi

L-invenzjonijiet tekniċi jistgħu jiġu protetti minn tipi differenti ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali: drittijiet ta’ proprjetà intellettwali rreġistrati bħal privattivi u mudelli ta’ utilità, u drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mhux reġistrati, bħas-sigrieti kummerċjali.

Meta r-riżultat tanġibbli ta’ sejħa għall-offerti jista’ jirriżulta f’invenzjoni teknika, tqum ukoll il-mistoqsija dwar jekk ikunx aħjar li x-xerrej pubbliku jikseb is-sjieda tal-PI (u jipproteġi, jiddefendi u jsegwi l-isfruttament tal-invenzjoni) jew jekk ikunx preferibbli li s-sjieda (u l-protezzjoni possibbli, il-kwistjonijiet ta’ litigazzjoni u l-isfruttament/l-għarfien tekniku) titħalla f’idejn il-kuntrattur.

It-tweġiba se tiddependi fost affarijiet oħra fuq kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku u ta’ interessi tas-sigurtà. Din se tiddependi wkoll fuq jekk ix-xerrej pubbliku jkunx beħsiebu biss li jkun utent tat-teknoloġija futura jew jekk ikunx beħsiebu jsegwi attivament l-isfruttament tagħha fis-suq permezz ta’ ftehimiet ta’ trasferiment tat-teknoloġija (pereżempju, bħala standard tekniku futur). Fl-ewwel każ, jista’ ma jkunx meħtieġ li jkun is-sid tal-invenzjoni. Konsiderazzjoni importanti oħra hija jekk ix-xerrej pubbliku jkollux il-missjoni, l-għarfien, ir-riżorsi finanzjarji u legali biex jipproteġi u jiddefendi d-DPI relatati mal-invenzjonijiet tekniċi. F’ħafna każijiet, il-fornituri jkunu f’pożizzjoni aħjar mix-xerrejja pubbliċi biex jikkumerċjalizzaw l-invenzjonijiet li jirriżultaw minn akkwist pubbliku, biex jiżguraw il-protezzjoni xierqa tad-dritt ta’ proprjetà industrijali, u jiddefendu d-drittijiet ta’ PI fil-qrati.

Jekk tittieħed id-deċiżjoni li s-sjieda tal-PI titħalla f’idejn il-kuntrattur, l-elementi li ġejjin jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b’mod xieraq fil-kuntratt, flimkien mal-kwistjonijiet imsemmija fil-Parti I:

Jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn id-drittijiet ta’ PI rreġistrati, eż. privattivi u mudelli ta’ utilità, u l-PI mhux irreġistrata, bħas-sigrieti kummerċjali; għall-invenzjonijiet tekniċi, il-kuntratt jenħtieġ li jirrikjedi li l-kuntrattur jinnotifika lix-xerrej pubbliku meta sseħħ invenzjoni, jekk il-kuntrattur jiddeċiedi li jipproteġiha b’DPI rreġistrat, u, jekk iva, f’liema ġurisdizzjonijiet. B’dan il-mod, ix-xerrej pubbliku jkun dejjem konxju mill-kopertura tad-DPI li tiġi żgurata mill-kuntrattur, u jekk din ma tkunx biżżejjed, ix-xerrej pubbliku xorta jista’ jfittex protezzjoni addizzjonali tal-PI għall-invenzjonijiet li l-kuntrattur jagħżel li ma jipproteġix.

Il-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni pubblika li tiżvela informazzjoni dwar il-prodott jew is-servizz il-ġdid iridu jsiru kompatibbli mal-interessi tal-kuntrattur li jżomm xi informazzjoni kunfidenzjali (għarfien tekniku, sigrieti kummerċjali), b’mod partikolari qabel ma jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għal privattivi, jekk ikun hemm.

Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tiġi pprovduta assistenza teknika mill-kuntrattur, tal-anqas inizjalment.

Il-kuntratt jenħtieġ li jiċċara jekk l-amministrazzjoni pubblika hijiex intitolata għal titjib futur fl-invenzjoni, u jekk iva taħt liema kondizzjonijiet.

Fir-rigward tal-assi l-oħra tal-PI, il-liċenzja lill-amministrazzjoni pubblika jenħtieġ li tkun wiesgħa biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet attwali u futuri tal-amministrazzjoni, eż. id-dritt li tiġi mmodifikata l-invenzjoni, id-dritt li jiġu awtorizzati xi amministrazzjonijiet pubbliċi oħra biex jużaw l-invenzjoni u d-dritt li tinkiseb informazzjoni teknika.

Software

Meta r-riżultat tanġibbli ta’ sejħa għall-offerti jkun software li jkun se jiġi żviluppat speċifikament għall-awtorità kontraenti (għalhekk wieħed jassumi li tali software jkun għadu mhuwiex disponibbli fis-suq), jenħtieġ li tiġi eżaminata l-mistoqsija ta’ jekk l-awtorità kontraenti tkunx teħtieġ is-sjieda tal-PI fuqu, jew biss liċenzja. Ta’ min ifakkar f’dan ir-rigward li d-Direttiva tal-UE dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (2) tagħti għadd ta’ drittijiet minimi lill-utenti legali, li ma jistgħux jiġu rrinunzjati b’kuntratt; ix-xerrej pubbliku għalhekk se jibbenefika minn dawn id-drittijiet iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan mhux se jkun suffiċjenti biex ikopri l-ħtiġijiet tiegħu.

Id-Direttiva dwar id-Data Miftuħa (3) ma tapplikax għas-software; dan ifisser li l-Istati Membri mhumiex obbligati, anki meta jkunu proprjetarji tad-drittijiet tal-IP fuq is-software, li jagħmluh disponibbli bħala sors miftuħ. Madankollu, id-Direttiva dwar id-Data Miftuħa tippermetti lill-Istati Membri jiddeċiedu li jinkludu s-software fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom (4).

Il-ħtieġa tas-sjieda tal-PI tista’ tiġi ġġustifikata għal diversi raġunijiet, bħal:

Jekk l-għan ikun li s-software jkun disponibbli bħala “sors miftuħ”, disponibbli għal kulħadd (inkluż bil-kodiċijiet tas-sors), fil-prattika se jkun meħtieġ li jiġi stipulat li l-kuntrattur jittrasferixxi s-sjieda tal-PI tas-software li nħoloq ġdid lill-awtorità kontraenti; dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, jekk l-awtorità kontraenti tkun tixtieq tiżgura t-trasparenza fuq is-software jew tinkoraġġixxi kontribuzzjonijiet mill-komunità; fil-prinċipju, alternattiva tista’ tkun li l-PI titħalla f’idejn il-kuntrattur iżda jiġi obbligat jilliċenzja s-software bħala sors miftuħ (iżda dan iċaħħdu mill-possibbiltà li jikseb dħul mil-liċenzjar);

Jekk raġunijiet ta’ sigurtà jew raġunijiet oħra jagħmluha neċessarja li s-software ma jsirx disponibbli għal utenti potenzjali oħra iżda pjuttost jibqa’ kunfidenzjali, huwa meħtieġ ukoll li tinkiseb is-sjieda tal-PI fuqu; alternattiva tista’ tkun li l-kuntrattur jiġi obbligat kuntrattwalment li jżomm is-software kunfidenzjali, madankollu dan jista’ jkun aktar diffiċli biex jiġi infurzat.

Konsegwenza loġika tal-akkwiżizzjoni tas-sjieda tal-PI tas-software hija li l-awtorità kontraenti trid tirċievi l-kodiċijiet tas-sors (u d-dokumentazzjoni teknika utli kollha), sabiex tkun tista’ teżerċita b’mod effettiv id-drittijiet ta’ sjieda tagħha.

Madankollu, f’ħafna każijiet oħra, jista’ jkun aktar interessanti li s-sjieda tal-PI titħalla f’idejn l-iżviluppatur tas-software, u b’hekk il-kuntrattur titħallielu wkoll il-possibbiltà li jilliċenzja s-software l-ġdid lil klijenti oħra:

Loġikament, l-offerta finanzjarja mill-offerent jenħtieġ li normalment tkun aktar vantaġġuża għall-awtorità kontraenti;

Jekk il-kuntrattur imbagħad ikun jista’ jilliċenzja s-software lil klijenti oħra, huwa probabbli li l-kuntrattur ikompli jtejjeb is-software u jagħmel l-aġġornamenti u t-titjib disponibbli, inkluż lill-awtorità kontraenti li għalhekk tibbenefika minnu (possibbilment bil-kundizzjoni li jiġi konkluż ftehim ta’ manutenzjoni).

F’każ li x-xerrej pubbliku jħalli s-sjieda tal-PI f’idejn il-kuntrattur, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali fil-kuntratt għall-kwistjonijiet li ġejjin:

Il-liċenzja, li se telenka d-drittijiet tal-amministrazzjoni li tuża s-software, jenħtieġ li tinkludi d-dritt:

li tagħmel il-kopji neċessarji għad-distribuzzjoni interna, l-arkivjar, il-back-up, l-ittestjar, eċċ.;

li tadatta s-software fil-futur (anke għall-manutenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbalji), u l-possibbiltà li testernalizza dan l-adattament u l-manutenzjoni lil parti terza;

li tikseb id-dokumentazzjoni teknika kollha u l-kodiċijiet tas-sors, sabiex tkun tista’ tadatta b’mod effettiv is-software (u ma tkunx dipendenti fuq l-eżistenza kontinwa fin-negozju tal-kuntrattur);

li tagħmel is-software disponibbli għall-kuntratturi u għas-sottokuntratturi tagħha (eż. fil-każ ta’ esternalizzazzjoni) għall-ħtiġijiet tal-missjoni tagħhom għall-awtorità kontraenti;

skont il-każ, id-dritt tal-awtorità kontraenti li tagħmel is-software disponibbli għal xi istituzzjonijiet pubbliċi oħra.

Madankollu, jenħtieġ li l-liċenzja ma tippermettix l-użu tas-software għal skopijiet kummerċjali u lanqas id-dritt li s-software jsir disponibbli għal utenti għajr l-utenti awtorizzati; barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ipprojbit li l-amministrazzjoni pubblika tagħmel is-software disponibbli taħt liċenzja ta’ sors miftuħ.

Il-kuntratt irid isemmi t-tul ta’ żmien tal-liċenzja (pereżempju, it-tul ta’ żmien kollu tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur) u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku (pereżempju, id-dinja kollha); loġikament, il-liċenzja ma tkunx esklużiva (għax inkella l-kuntrattur ma jkunx jista’ jikkummerċjalizza s-software u jilliċenzjah lil klijenti oħra).

Jista’ jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti mekkaniżmi addizzjonali biex jiġi evitat l-“intrappolament tal-klijentela” u biex l-awtorità kontraenti, fi tmiem il-proġett ta’ żvilupp, tkun kompletament indipendenti mill-iżviluppatur u jkollha l-possibbiltà li tieħu l-proġett kompletament internament jew li tkompli ma’ kuntrattur ieħor (l-hekk imsejħa “kwistjoni ta’ riversibbiltà”). Dan jista’ jinkludi li tirċievi d-dokumentazzjoni teknika kollha dwar is-software, it-taħriġ tal-persunal intern, li jkollha informazzjoni estensiva dwar materjali diġà eżistenti ta’ partijiet terzi, eċċ.;

Minbarra l-liċenzja, jista’ jkun utli kuntratt ta’ manutenzjoni mal-fornitur; bħala minimu, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat id-dritt li wieħed jibbenefika minn titjib fis-software mill-kuntrattur.

L-użu ta’ software diġà eżistenti fi, jew flimkien ma’, ir-riżultat tanġibbli finali jenħtieġ li jiġi ttrattat b’mod ċar fil-kuntratt, sabiex ikun hemm ċarezza dwar id-drittijiet ta’ użu (inklużi t-termini finanzjarji) tal-awtorità kontraenti fuq tali elementi ta’ software diġà eżistenti (li jistgħu jappartjenu lill-kuntrattur jew lil partijiet terzi).

Data u bażijiet tad-data

Meta r-riżultati tanġibbli ta’ sejħa għall-offerti jkunu data, settijiet ta’ data jew bażijiet tad-data, il-korp pubbliku jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari dwar kif għandhom jiġu ttrattati d-dispożizzjonijiet dwar il-PI fis-sejħa għall-offerti.

F’ħafna każijiet, is-settijiet tad-data jkunu diġà disponibbli għand fornitur tad-data eżistenti (jew pubblikatur tad-data) F’każijiet bħal dawn, il-mudell normali jkun ftehim dwar il-liċenzja mal-fornitur tad-data u d-Direttiva dwar id-Data Miftuħa ma tapplikax għal dawn is-settijiet ta’ data. Il-korp pubbliku xorta jeħtieġ li jipprova, fil-limiti li r-regoli dwar l-akkwist pubbliku jimponu, jinnegozja u jiżgura li l-limitazzjonijiet normalment imposti mil-liċenzja jkunu kompatibbli mal-objettivi tiegħu (b’mod partikolari f’termini tal-kondiviżjoni tad-data ma’ xi entitajiet pubbliċi oħra li magħhom ix-xerrej pubbliku jkun jeħtieġ li jikkoopera jew ma’ kuntratturi oħra li jaħdmu għax-xerrej pubbliku f’kuntratti ta’ akkwist li jkunu għaddejjin jew futuri).

Meta d-data ma tkunx disponibbli bħala tali fis-suq, ir-riżultati tanġibbli tal-kuntratt ikunu d-data li l-ewwel ikun meħtieġ li tinġabar u/jew bażi tad-data ġdida li jkun meħtieġ li tinħoloq. Imbagħad tqum il-mistoqsija dwar jekk il-korp pubbliku jenħtiġx li jikseb is-sjieda tal-PI fuq is-settijiet tad-data jew iħallihiex f’idejn il-kuntrattur.

Dan id-dokument ta’ gwida jirrakkomanda li, kull meta jkun iġġustifikat, is-sjieda tal-PI titħalla f’idejn il-kuntrattur. Madankollu, dan l-argument li “il-PI titħalla f’idejn il-kuntrattur” imsemmi fit-Taqsima 4.1.7 jeħtieġ li jintuża b’attenzjoni partikolari meta r-riżultati tanġibbli jkunu data; filwaqt li s-software normalment ikun għodod għal “skop uniku”, id-data tista’ titqies bħala informazzjoni għal “diversi skopijiet”, u l-konsiderazzjonijiet dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà kif ukoll il-prinċipji u l-loġika tad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa (inkluż dwar l-hekk imsejħa “settijiet ta’ data ta’ valur għoli”, ara l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa) jeħtieġ li jkollhom ukoll rwol fid-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-PI u jistgħu jwasslu biex ikun meħtieġ li s-sjieda tad-data (sjieda tal-PI jew mekkaniżmi oħra ta’ kontroll) tingħata lill-awtorità kontraenti (5).

Kwalunkwe xerrej pubbliku jrid jikkunsidra bir-reqqa l-kwistjoni ta’ jekk iridx jagħmel id-data disponibbli bħala “data miftuħa”, u jista’ jkun hemm raġunijiet differenti għaliex il-korp pubbliku jista’ jkun jixtieq jagħmel dan. Ftit eżempji huma:

il-ġbir tad-data jsir fil-kuntest ta’ inizjattiva ta’ politika u din id-data trid tkun “miftuħa” għal raġunijiet ta’ trasparenza u responsabbiltà;

ix-xerrej pubbliku jkun irid joħroġ id-data għall-użu liberu minn kumpaniji privati, bħal negozji ġodda, sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda.

Għalhekk jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kwistjoni ta’ jekk ix-xerrej ikunx jeħtieġ is-sjieda tal-PI jew le. Ta’ min ifakkar f’dan ir-rigward li d-Direttiva tal-UE dwar il-Bażijiet tad-Data (6) tagħti ċertu numru ta’ drittijiet minimi lill-utenti legali ta’ bażijiet tad-data u li kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali li tmur kontra dawn id-drittijiet minimi għandha tkun nulla u bla effett (7); ix-xerrej pubbliku għalhekk se jibbenefika minn dawn id-drittijiet iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan mhux se jkun suffiċjenti biex jipproteġi l-ħtiġijiet futuri tiegħu.

Jekk id-deċiżjoni tax-xerrejja pubbliċi tkun li d-dritt ta’ proprjetà intellettwali jitħalla f’idejn il-kuntrattur, jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-punti li ġejjin:

F’xi każijiet, dan jista’ jispiċċa jagħti lil kuntrattur privat forma ta’ monopolju fuq is-settijiet tad-data, u jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn dan ma jkunx mixtieq. Anki jekk il-konsegwenza jenħtieġ li tkun li l-prezz tal-offerta tal-kuntrattur jenħtieġ li jkun aktar baxx (milli għal trasferiment tas-sjieda lill-amministrazzjoni), l-amministrazzjoni jeħtieġ li tikkunsidra jekk, fis-sitwazzjoni partikolari, dan il-vantaġġ finanzjarju jkunx raġuni suffiċjenti biex il-PI titħalla f’idejn il-kuntrattur;

F’ċerti każijiet, id-data tinġabar permezz ta’ sensuri permessi li jitqiegħdu fi spazji pubbliċi jew fuq infrastrutturi pubbliċi (toroq, linji ferrovjarji, eċċ.) jew tista’ tinġabar biss abbażi ta’ permess mogħti minn amministrazzjoni (eż. sħubijiet pubbliċi-privati, impriżi pubbliċi, jew konċessjonijiet fis-settur tal-utilitajiet). F’dawn il-każijiet kollha, ħafna drabi jkun preferibbli li jiġi żgurat li d-data tkun disponibbli bħala data miftuħa; dan jista’ jseħħ jew fuq l-inizjattiva tal-amministrazzjoni pubblika jew bħala obbligu impost fuq il-kuntrattur;

Xi drabi d-data tista’ titqies bħala ta’ interess pubbliku. F’każijiet bħal dawn, anki jekk il-kisba tal-kontroll sħiħ tad-data tirrikjedi mill-amministrazzjoni li tħallas prezz ogħla mill-kuntrattur, jista’ jkun prezz ta’ min jitħallas, b’mod partikolari sabiex jiġu inkoraġġiti applikazzjonijiet u servizzi ġodda u innovattivi. Inkella, l-amministrazzjoni tista’ tispiċċa jkollha tinnegozja mill-ġdid aktar tard id-dritt ta’ aċċess għad-data miżmuma mill-kumpanija privata filwaqt li dan seta’ jiġi evitat mill-bidu nett billi tiżgura l-akkwist tas-sjieda tad-data.

Se jkun hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn is-sejħa għall-offerti ma tkunx prinċipalment dwar id-data iżda pjuttost dwar tagħmir ġdid jew servizzi ġodda, u fejn id-data tiġi prodotta/derivata bħala riżultat jew bħala prodott sekondarju tal-użu tas-servizz il-ġdid jew l-użu tat-tagħmir il-ġdid. Hemmhekk ukoll, il-kwistjoni tas-sjieda vs. il-liċenzja trid tiġi kkunsidrata bir-reqqa, u jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-kunsiderazzjonijiet elenkati hawn fuq.

Studji u dokumenti

Meta r-riżultat tanġibbli ta’ sejħa għall-offerti jkun studju li jkun maħsub biex jintuża fil-kuntest ta’ inizjattiva jew programm ta’ politika futuri, jew ikun maħsub biex jivvaluta l-effett ta’ politika jew programm eżistenti, il-PI tipika li japplika għal tali studju tkun id-drittijiet tal-awtur. It-tħollija tad-drittijiet tal-awtur f’idejn il-kuntrattur tkun tfisser li l-imsemmi kuntrattur ikun intitolat li jiddeċiedi meta l-istudju jista’ jiġi ppubblikat, kif, b’liema kundizzjonijiet, eċċ.

Għalhekk mhuwiex rakkomandat li s-sjieda tal-PI titħalla f’idejn il-kuntrattur f’dawn il-każijiet. Ir-raġunijiet għal dan huma diversi:

Dan jagħti lix-xerrej pubbliku l-libertà sħiħa li jippubblika d-dokument u li jippermetti l-użu mill-ġdid tiegħu, għal skopijiet ta’ trasparenza u responsabbiltà, filwaqt li jirrispetta wkoll l-interess u d-drittijiet tal-kuntrattur li jissemma bħala l-awtur fuq id-dokument (għar-reputazzjoni u l-prestiġju);

Il-kuntrattur tipiku ħafna drabi jkun università, ditta ta’ konsulenza, ditta legali, jew ċentru ta’ riċerka: l-interess prinċipali tagħhom normalment ikun li jissemmew bħala l-awturi tal-istudju (għal raġunijiet ta’ reputazzjoni u prestiġju); kuntrattur bħal dan xi drabi ma jkunx attrezzat biex jorganizza l-pubblikazzjoni tal-istudju, u ħafna drabi ma jkunx qiegħed jistenna li jikseb dħul finanzjarju dirett kbir mill-pubblikazzjoni tal-istudju – dan id-dħul normalment ma jkunx sinifikanti ħafna xorta waħda;

Dawn id-dokumenti spiss ikollhom ċertu grad ta’ “ġeneralità”, li jfisser li, bħala tali, ma jinkludux informazzjoni teknoloġika dettaljata u ġdida li tista’, minnha nnifisha, twassal għall-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi ġodda (pereżempju, dokumenti prodotti fil-kuntest ta’ kuntratti għat-twettiq ta’ studji ekonomiċi, legali jew ta’ politika).

Filwaqt li l-awtorità kontraenti għalhekk jenħtieġ li tiżgura li tikseb is-sjieda tal-PI fuq l-istudju, il-kuntratt ma jenħtiġx li jillimita bla bżonn il-possibbiltà li l-kuntrattur juża l-esperjenza, l-għarfien jew in-know-how miksuba fit-twettiq tal-istudju (sakemm dan ma jinvolvix l-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali tal-awtorità kontraenti), billi dan huwa fejn jistgħu jkunu mistennija benefiċċji f’termini ta’ “innovazzjoni”, jekk ikun hemm.

Ir-raġunament deskritt hawn fuq jista’ jkun differenti għal dokumenti li jirriżultaw minn kompiti kuntrattwali li jkunu ta’ natura aktar teknika, pereżempju rapport dwar ir-riżultati ta’ studju tal-fattibbiltà għal proġett tekniku ġdid, jew l-ispeċifikazzjoni teknika għall-iżvilupp ta’ prototip. Hawnhekk, b’differenza mid-dokumenti ta’ karattru ġenerali/orjentat lejn il-politika, jistgħu jkunu involuti mhux biss drittijiet tal-awtur iżda wkoll u b’mod aktar importanti drittijiet ta’ proprjetà industrijali (eż. privattivi, drittijiet ta’ disinn, sigrieti kummerċjali, eċċ.). F’dan il-każ, ix-xerrej pubbliku jenħtieġ li jqis il-konsiderazzjonijiet fit-taqsimiet ta’ hawn fuq dwar it-tħollija f’idejn il-kuntrattur tas-sjieda tal-PI fuq l-innovazzjonijiet potenzjali deskritti fid-dokument (eż. privattivi fuq invenzjonijiet u drittijiet tal-awtur fuq software jew bażijiet tad-data deskritti fid-dokument). Jekk l-għan ikun il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati deskritti fid-dokument, f’dak il-każ huwa rakkomandat li x-xerrej pubbliku jenħtieġ li jħalli lill-kuntrattur il-possibbiltà li, skont il-każ, jipproteġi d-DPI (eż. jippreżenta applikazzjoni għal privattiva), u x-xerrej pubbliku jenħtieġ li jirrifletti dwar jekk il-parti tad-dokument li mhijiex DPI/kummerċjalment sensittiva, tistax tiġi ppubblikata.

L-awtorità kontraenti jenħtieġ li tirrifletti dwar jekk ikollhiex bżonn tirċievi wkoll, minbarra l-istudju, id-data mhux ipproċessata sottostanti li setgħet inġabret jew ġiet prodotta bħala riżultat tal-istudju, u jekk ikollhiex bżonn tikseb is-sjieda tal-PI fuq tali data jew settijiet ta’ data jew tistax tħalliha f’idejn il-kuntrattur (filwaqt li sempliċement tikseb id-dritt li tużahom għal skopijiet interni).

Disinn, logos, assenjazzjonijiet kreattivi, materjali ta’ komunikazzjoni

Ir-riżultati tanġibbli ta’ kuntratt li jikkostitwixxu disinji, logos, trademarks jew sinjali distintivi simili u materjali ta’ komunikazzjoni bħal materjal awdjo/vidjow/tal-midja soċjali, u li jkunu r-riżultat tax-xogħol kreattiv tal-fornituri, huma protetti wkoll bid-drittijiet tal-awtur.

Meta r-riżultati tanġibbli ta’ sejħa għall-offerti jkunu logos, trademarks jew sinjali distintivi simili, jew materjali ta’ komunikazzjoni, ma hemm l-ebda argument b’saħħtu li jissuġġerixxi li l-kuntrattur jenħtieġ li jkun intitolat li jżomm is-sjieda tal-PI:

L-amministrazzjoni pubblika normalment trid tkun tista’ tikkontrolla l-użu ta’ dawn il-logos, trademarks, eċċ. (din hija preċiżament l-essenza tar-reġistrazzjoni ta’ trademark), u dan jirrikjedi li ssir is-sid tagħhom;

Aktar importanti minn hekk, dawn ir-riżultati jistgħu jkunu kreattivi ħafna iżda normalment ma jitqisux bħala li jikkontribwixxu għall-“innovazzjoni”, u għalhekk it-tħollija tas-sjieda tal-PI f’idejn il-kuntrattur ma ġġibx il-benefiċċji normalment mistennija mill-innovazzjoni f’termini ta’ impatt soċjetali, ħolqien tal-impjiegi, eċċ.


(1)  Dawn id-drittijiet addizzjonali huma inklużi bħala standard fl-akkwisti prekummerċjali ffinanzjati mill-UE. Għal aktar informazzjoni: http://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/other/gm/h2020-guide-pcp-procurement-docs_en.docx

(2)  Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

(4)  Pereżempju, Franza qed tapplika l-loġika tad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa għas-software. https://www.data.gouv.fr/fr/.

(5)  Ir-referenzi f’dan id-dokument għal “sjieda tad-data” jeħtieġ li ma jinftehmux fis-sens strett ta’ “sjieda legali” iżda pjuttost bħala s-sett ta’ prerogattivi li jippermettu l-kontroll tal-isfruttament u l-użu tad-data.

(6)  Id-Direttiva 96/9/KE dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20) (magħrufa wkoll bħala d-Direttiva tal-UE dwar id-databases).

(7)  Ara d-Direttiva tal-UE dwar id-Databases: l-Artikolu 15 (in-natura vinkolanti ta’ ċerti dispożizzjonijiet).


ANNESS II

Mudelli ta’ stedina lill-fornituri

Dawn il-kampjuni ta’ testi ta’ stedina jistgħu jintbagħtu lill-fornituri sabiex jinfurmawhom li awtorità kontraenti tixtieq tistedinhom għal laqgħa ta’ parteċipazzjoni tas-suq. Hemm mudelli pprovduti għal:

A.

Laqgħa ta’ parteċipazzjoni ta’ grupp – fejn diversi fornituri jiġu mistiedna għal laqgħa waħda flimkien

B.

Laqgħa ta’ parteċipazzjoni individwali – fejn awtorità kontraenti tiltaqa’ mal-fornituri individwalment

Huwa importanti li l-istedina jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-proċess, u kif tidħol fil-proċedura ġenerali tal-akkwist pubbliku.

A.   Laqgħa ta’ parteċipazzjoni ta’ grupp - eżempju ta’ test ta’ stedina

Għażiż…

L-[isem tal-awtorità kontraenti]… qed tipprepara biex tniedi kompetizzjoni ta’ akkwist għal… [oġġett ġeneriku tas-suq/ambitu ġeografiku, pereżempju: kuntratt għax-xiri ta’ karozzi tal-linja għall-muniċipalità ta’ Bucharest].

F’dan il-kuntest, nixtiequ niltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-fornituri fil-qasam sabiex niddefinixxu d-dettalji tal-proċedura li se tiġi segwita, u biex nifhmu t-tħassib u l-potenzjal ta’ dan is-suq partikolari.

Beħsiebna nagħmlu laqgħa ta’ grupp ma’ diversi fornituri, u nixtiequ nistednuk tipparteċipa fi [daħħal id-data u l-ħin] fi [daħħal l-indirizz].

Qabel il-laqgħa, napprezzaw jekk tista’ jekk jogħġbok tipprovdi: (i) id-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentanti li se jattendu (massimu ta’ żewġ persuni), u (ii) kopja mimlija tal-kwestjonarju mehmuż ma’ din il-posta; sa [daħħal id-data u l-ħin għall-wasla tal-informazzjoni].

Il-kwestjonarji mimlija u kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta minnek minn qabel se jinżammu fl-amministrazzjoni u se jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Se jittieħdu noti mill-awtorità kontraenti matul il-laqgħa kollha, u kwalunkwe kumment jew feedback mhux se jiġi attribwit lil xi individwu partikolari, fl-interess tal-kunfidenzjalità u sakemm ma jintalabx mod ieħor.

Nirringrazzjawk bil-quddiem għall-parteċipazzjoni tiegħek f’dan l-eżerċizzju ta’ riċerka tas-suq.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet, tiddejjaqx tikkuntattjana fi [daħħal id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti].

Tislijiet,

A.   Laqgħa ta’ parteċipazzjoni individwali - eżempju ta’ test ta’ stedina

Għażiż…

L-[isem tal-awtorità kontraenti]… qed tipprepara biex tniedi kompetizzjoni ta’ akkwist għal… [oġġett ġeneriku tas-suq/ambitu ġeografiku, pereżempju: kuntratt għax-xiri ta’ karozzi tal-linja għall-muniċipalità ta’ Bucharest].

F’dan il-kuntest, nixtiequ niltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-fornituri fil-qasam sabiex niddefinixxu d-dettalji tal-proċedura li se tiġi segwita, u biex nifhmu t-tħassib u l-potenzjal ta’ dan is-suq partikolari.

Nixtiequ nistednuk għal laqgħa biex niddiskutu l-opinjonijiet, l-esperjenzi u l-għarfien tiegħek f’aktar dettall fi [daħħal id-data u l-ħin] fi [daħħal l-indirizz].

Qabel il-laqgħa, napprezzaw jekk tista’ jekk jogħġbok tipprovdi: (i) id-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentanti li se jattendu (massimu ta’ żewġ persuni), u (ii) kopja mimlija tal-kwestjonarju mehmuż ma’ din il-posta sa [daħħal id-data u l-ħin għall-wasla tal-informazzjoni].

Il-kwestjonarji mimlija u kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta minnek minn qabel jew matul il-laqgħa se jinżammu fl-amministrazzjoni u se jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.

Nirringrazzjawk bil-quddiem għall-parteċipazzjoni tiegħek f’dan l-eżerċizzju ta’ riċerka tas-suq.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet, tiddejjaqx tikkuntattjana fi [daħħal id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti].

Tislijiet,


ANNESS III

Mudell tal-kwestjonarju għal-laqgħa mal-fornituri (1)

L-għan ta’ dan il-mudell ta’ kwestjonarju huwa li jgħin lix-xerrejja jiksbu xi għarfien dwar fornitur innovattiv, possibbilment qabel laqgħa, inkluż pereżempju negozji ġodda jew SMEs innovattivi.

Matul l-intervista, l-iskambji jistgħu jinqasmu fi tliet temi:

Tema 1: Identifikazzjoni tal-kategorija fil-mira: SMEs jew kumpaniji ta’ daqs medju, negozji kbar, eċċ.

Din it-taqsima għandha l-għan li tiddeskrivi b’mod xieraq id-data ewlenija tal-operatur(i) ekonomiku(ċi).

Tema 2: Valutazzjoni tal-integrazzjoni tal-fornitur fl-ekosistema tal-innovazzjoni

Din it-taqsima għandha l-għan li tivvaluta l-livell ta’ integrazzjoni tal-fornitur fl-ekosistema tal-innovazzjoni.

Tema 3: Definizzjoni tal-maturità tas-soluzzjoni innovattiva proposta

Din it-taqsima għandha l-għan li tidentifika l-karatteristiċi ewlenin tas-soluzzjoni innovattiva proposta mill-fornitur.

Tema 4: Deskrizzjoni tas-soluzzjoni innovattiva

Din it-taqsima tippermetti lix-xerrej jidentifika s-settur tal-innovazzjoni kkonċernat.

Isem il-kumpanija:

 

Sit web tal-kumpanija:

 

Tip ta’ innovazzjoni:

 

Intervista mal-fornitur

Data tal-intervista:

L-isem tax-xerrej:

L-isem tal-persuna ta’ kuntatt fil-kumpanija:

 


I - Kategorija tal-kumpanija

Data ewlenija

Kummenti

Is-sena meta nħolqot

It-total ta’ impjegati

Li minnhom inġiniera u riċerka u żvilupp

Li minnhom kummerċjali

 

 

Fatturat annwali

N-3

N-2

N-1

It-tip ta’ negozju

Negozju ġdid

Mikrointrapriża

SME

Intrapriża medja

Negozju Kbir

 

 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija

 

 

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali

 

 

Kuntatt (isem u posta)

Maniġer

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Kummerċjali, fejn applikabbli

 

 

Kwalunkwe referenza eżistenti

Settur privat

Settur pubbliku

 

 

Uffiċċju ċentrali għall-akkwisti (fejn applikabbli)

 

 

Bħalissa tesporta lejn:

L-Ewropa

L-Afrika

L-Asja

l-Amerika ta’ Fuq

L-Amerika t’Isfel

L-Oċeanja

 

 


II - Ekosistema tal-innovazzjoni

Data ewlenija

Osservazzjonijiet

Integrazzjoni tan-network (jistgħu jingħataw aktar minn tweġiba waħda)

Inti membru ta’ (speċifika l-isem):

raggruppament kompetittiv

inkubatur

raggruppament

fab lab/ laboratorju ħaj

spazju ta’ koħidma

spin-off ta’ università

organizzazzjoni professjonali jew trade union

programm ta’ innovazzjoni multidixxiplinari

oħrajn

banek privati

Inti tibbenefika minn:

kreditu ta’ taxxa - innovazzjoni

għotjiet (dipartimenti, reġjuni)

investiment privat

finanzjament kollettiv

 

 

Sħubija fir-riċerka

Jekk iva, speċifika l-isem

laboratorju

università

oħrajn

 

 

Sforz ta’ riċerka u żvilupp meta mqabbel man-nefqa globali

(medja tal-aħħar 3 snin fiskali)

 

 

L-eżistenza ta’ uffiċċju/dipartiment intern tar-riċerka

Iva, speċifika l-għadd ta’ persunal

Le

 

 

Tikketti, premjijiet miksuba

Iva, speċifika l-għadd ta’ persunal

Le

Privattivi ppreżentati (nazzjonali, internazzjonali)

Iva, speċifika l-għadd ta’ persunal

Drittijiet ta’ esklużività (pożizzjoni dominanti fir-rigward tal-kompetizzjoni)

 

 


III - Karatteristiċi tal-innovazzjoni

Data ewlenija

Osservazzjonijiet

Tip ta’ innovazzjoni  (2)

Minuri

Inkrementali

Fixkiela

Teknoloġija

Prodott

Servizzi

Abitwali

Proċess jew organizzazzjoni

Kummerċjalizzazzjoni

Ta’ mudell ta’ negozju

Innovazzjoni soċjetali

 

 

Maturità tal-innovazzjoni

Żviluppata internament

Prototip ta’ suċċess

Industrijalizzazzjoni

Kummerċjalizzazzjoni għal mill-inqas sentejn

Distribuzzjoni

Servizz ta’ wara l-bejgħ

Żviluppat fil-qafas ta’ sħubija esterna

Prototip ta’ suċċess

Industrijalizzazzjoni

Kummerċjalizzazzjoni għal mill-inqas sentejn

Distribuzzjoni

Servizz ta’ Wara l-Bejgħ

 

 

Metodi ta’ industrijalizzazzjoni

Sħubija mal-industrija

Iva, speċifika l-għadd ta’ persunal

Le

Żvilupp ippjanat

l-ewwel serje

skadenzi

kwantità

 

 


IV - Deskrizzjoni tas-soluzzjoni innovattiva

Informazzjoni pprovduta mill-kumpanija

 


V - Analiżi u sinteżi (parti riżervata għax-xerrej)

Osservazzjonijiet

Potenzjal tal-entità

Integrazzjoni fl-ekosistema tal-innovazzjoni?

Image 2 iva Image 3 le

Intensità tar-Riċerka u l-Iżvilupp (aktar minn 15 %)

L-ewwel referenza

Potenzjal tal-prodott u/jew tas-servizz propost

Natura innovattiva tas-soluzzjoni?

Possibbiltajiet ta’ sfruttament?

Kompetittività

Użu rilevanti

 

Dokumenti jew informazzjoni pprovduti mill-kumpanija

 

Referenzi

Fuljett, deskrizzjoni tal-prodott

Kuntatti

 


Skedi mhux eżawrjenti taċ-ċensiment tal-oqsma u x-xiri ta’ innovazzjoni

IT u telekomunikazzjoni

Big data

Diġitali

Teknoloġiji ġodda

Cloud Computing

Sigurtà tal-IT

Sigurtà tal-komponenti elettroniċi

RFID u żvilupp sostenibbli

Teknoloġija mingħajr fili

Internet tal-oġġetti

 

Servizzi intellettwali, taħriġ u komunikazzjoni

Logħob serju

Għodod kollaborattivi

Ġestjoni dematerjalizzata tad-dokumenti

Ġestjoni tal-għarfien

Ġestjoni tal-kontenut

Distribuzzjoni ta’ kontenut diġitali

Midja tas-servizzi online

Media 2.0

Vidjo

 

Teknoloġija u tagħmir

Tidwil u teknoloġiji relatati

Immaġni infra-aħmar u terahertz

Bojler li jiffranka l-enerġija

Tagħmir tax-xogħol industrijali ta’ ġenerazzjoni ġdida

Riżorsi tessili u agrikoli

Fibra ottika

Inertjar tal-asbestos

Waqfien mhux kooperattiv tal-vettura

Teknoloġiji ta’ assistenza

 

Bini u infrastruttura

Aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà

HEQ

Materjali li jiffrankaw l-enerġija

Mudell diġitali

Robotika

 

Enerġija u ambjent

Agronomija, agroteknoloġija

Ekoteknoloġija

Teknoloġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

 

Saħħa u nutrizzjoni

Mediċini u farmaċewtiċi

Tagħmir mediku għall-isptarijiet, il-hospices, eċċ.

Kura tal-pazjenti fl-isptar

Kura għall-pazjenti fid-dar

Servizzi ta’ konsulenza dwar in-nutrizzjoni

 

Metroloġija ambjentali

Ġestjoni tal-enerġija fil-bini u fit-tagħmir Purifikazzjoni tal-arja

Kwalità tal-ilma għall-konsum

Kontroll tal-konsum tal-enerġija u tal-fluwidi

Rimi tal-iskart

 

Trasport u loġistika

Ġestjoni tal-kjuwijiet

Għamara tal-uffiċini

Apparat tad-dawl li jiffranka l-enerġija

Prodotti tal-manutenzjoni

Posta

Sigurtà

 

Proċessi, prodotti u servizzi soċjalment innovattivi

Xogħol ta’ matul il-jum għas-servizzi tat-tindif

Servizzi ta’ rabta soċjali f’organizzazzjonijiet kbar

Proċessi, prodotti u servizzi għall-anzjani u għall-persuni b’diżabbiltà

Proċessi, prodotti u servizzi li jtejbu s-servizz għall-utenti

Proċessi, prodotti u servizzi ta’ komunikazzjoni għall-ħolqien ta’ networking

Proċessi, prodotti u servizzi li joħolqu benesseri fuq il-post tax-xogħol

Proċessi, prodotti u servizzi tal-ekonomija soċjali u ta’ solidarjetà

 

Adattament tal-istazzjonijiet tax-xogħol

Tagħmir u stazzjonijiet tax-xogħol

Tagħmir għall-istazzjonijiet tax-xogħol għall-persunal b’diżabbiltà

Tagħmir tat-telexogħol

Tagħmir għal stazzjonijiet tax-xogħol nomadiċi

 


(1)  Dan il-mudell ġie bbażat fuq il-mudell żviluppat mid-Direction des Achats de l’Etat (DAE) Franċiża u inkluż fil-Gwida dwar l-akkwisti operattivi ta’ Marzu 2019. https://www.economie.gouv.fr/files/files/directions_services/dae/doc/Guide_sourcing.pdf

(2)  Għad-definizzjonijiet ara l-paġna 4 ta’ din il-gwida.


Top