EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0409(01)

Avviż tal-Kummissjoni Gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess u l-ġestjoni tagħhom skont ir-Regolament Finanzjarju 2021/C 121/01

C/2021/2119

OJ C 121, 9.4.2021, p. 1–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess u l-ġestjoni tagħhom skont ir-Regolament Finanzjarju

(2021/C 121/01)

DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ: “Fuq il-bażi tad-dritt applikabbli tal-UE, dan id-dokument jipprovdi gwida teknika għall-persunal u għall-korpi involuti fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-baġit tal-UE dwar kif għandhom jiġu interpretati u applikati r-regoli tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u tiġi/jiġu mħeġġa prattika/i tajba. L-eżempji pprovduti fid-dokument sempliċiment għandhom l-għan li juru l-kunċetti speċifiċi ppreżentati f’kull kapitolu. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti biex tinterpreta b’mod awtorevoli d-dritt tal-Unjoni.”

WERREJ

1.

Referenzi regolatorji 3

2.

Introduzzjoni u skop tan-nota ta’ gwida 3

3.

Il-kunċett u l-obbligi rigward l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess 4

3.1

Differenzi ewlenin bejn ir-Regolament Finanzjarju preċedenti u dak attwali fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess 4

3.2

Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kunflitti ta’ interess fir-RF 2018 6

3.2.1

Definizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess 7

3.2.2

Min hu kkonċernat 7

3.2.3

“Sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti oġġettivament bħala kunflitt ta’ interess” 10

3.2.4

Obbligi f’każ ta’ kunflitt ta’ interess 12

4.

Elementi speċifiċi għall-ġestjoni diretta/indiretta 15

4.1

Kunflitti ta’ interess fil-proċeduri tal-għoti 16

4.2

Aktar referenzi fir-RF 2018 għall-kunflitti ta’ interess 17

4.3

Kwistjonijiet etiċi f’kuntesti mhux finanzjarji 18

5.

Elementi speċifiċi għall-Ġestjoni Kondiviża 22

5.1

Min jagħmel xiex fil-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża? 23

5.2

Regoli dwar il-kunflitti ta’ interess skont id-Direttivi dwar l-Akkwist 25

5.3

Elementi speċifiċi għal strumenti finanzjarji ta’ ġestjoni kondiviża 29

6.

Miżuri possibbli biex jiġu evitati u ġestiti l-kunflitti ta’ interess 30

6.1

Sensibilizzazzjoni 31

6.2

Politiki, regoli u proċeduri 31

6.3

Dikjarazzjonijiet ta’ interess, dikjarazzjoni tal-assi u funzjonijiet esklużivi 33

6.4

Miżuri oħrajn 35
Anness I — Eżempji illustrattivi oħra ta’ Kunflitti ta’ Interess 39
Anness II — Dispożizzjonijiet legali tal-UE dwar il-Kunflitti ta’ Interess fil-qasam tal-Ġestjoni kondiviża 39

1.   REFERENZI REGOLATORJI

Att leġiżlattiv

Artikoli

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1)

Ir-Regolament Finanzjarju (minn hawn ’il quddiem “RF 2018”)

L-Artikoli 2, 26, 33, 36, 61, 62, 63, 69, 70, 71, 73, 76, 77, 78, 89, 136, 137, 141, 150, 154, 155, 167, 205, 209, 216, 225, 237 u l-Anness, il-punti 20.6, 28.2 u 29.1

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2)

Ir-Regolament Finanzjarju (minn hawn ’il quddiem “RF 2012”)

L-Artikoli 32, 57 u 59

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (3)  (4)

Id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva AP”)

L-Artikoli 2, 24, 41, 57, 58 u 83

2.   INTRODUZZJONI U SKOP TAN-NOTA TA’ GWIDA

Ir-RF 2018,, li daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2018, saħħaħ il-miżuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Eżempju ewlieni huwa t-tisħiħ tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, li, minbarra l-ġestjoni diretta u indiretta, issa huma espliċitament estiżi għall-awtoritajiet tal-Istati Membri (irrispettivament mill-arranġamenti ta’ governanza interna tal-Istati Membri) u għal kwalunkwe persuna li timplimenta kwalunkwe fond tal-UE taħt ġestjoni kondiviża.

Sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitti ta’ interess jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin. Huwa ta’ importanza kbira li jew jiġu evitati jew jiġu ġestiti kif xieraq meta jseħħu. Dak ir-rekwiżit huwa kruċjali biex jinżammu t-trasparenza, ir-reputazzjoni u l-imparzjalità tas-settur pubbliku u l-kredibbiltà tal-prinċipji tal-istat tad-dritt bħala valur fundamentali tal-UE. Dan huwa essenzjali biex tinżamm il-fiduċja pubblika fl-integrità u fl-imparzjalità tal-korpi u tal-uffiċjali pubbliċi kif ukoll fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaqdu l-interessi ġenerali. Min-naħa l-oħra, jekk il-kunflitti ta’ interess ma jiġux evitati jew ġestiti kif xieraq meta jinqalgħu, dawn jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-korpi pubbliċi, iwasslu għal użu mhux b’saħħtu tal-flus pubbliċi u jikkawżaw ħsara għar-reputazzjoni. Dawn jistgħu jwasslu wkoll għal telf ta’ fiduċja fil-kapaċità tas-settur pubbliku li jopera b’mod imparzjali u fl-interessi ġenerali tas-soċjetà.

Il-kunflitti ta’ interess iridu jiġu evitati u indirizzati u l-prinċipji li jirregolaw il-baġit tal-UE (5) jridu jiġu osservati kif xieraq. Il-fatt li jkun hemm fis-seħħ politiki u regoli dettaljati dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess huwa parti essenzjali minn governanza tajba.

Minħabba l-importanza fundamentali tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, il-ksur tad-dritt tal-UE f’dan ir-rigward huwa kwistjoni ta’ tħassib serju u normalment jirriżulta f’xi forma ta’ rimedju, finanzjarju jew ieħor, eż. dixxiplinari (6). .

L-għan ta’ din in-nota ta’ gwida huwa li:

1)

tippromwovi interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess (7) għall-atturi finanzjarji (8) u l-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE involuti fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni diretta/indiretta/kondiviża;

2)

tqajjem kuxjenza fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri, id-detenturi ta’ uffiċċju pubbliku (inklużi membri tal-gvern) u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni kondiviża (9) dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fir-RF 2018 u d-Direttiva AP fir-rigward tal-evitar ta’ kunflitti ta’ interess; u

3)

tqajjem kuxjenza fost is-sħab esterni (10) (inkluż il-persunal tagħhom u kwalunkwe entità li magħha, is-sieħeb estern għandu relazzjoni kuntrattwali għall-implimentazzjoni tal-baġit) involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni indiretta dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fir-RF 2018 fir-rigward tal-evitar ta’ kunflitti ta’ interess.

Il-Kapitoli minn 1 sa 3 ta’ din in-nota ta’ gwida huma rilevanti għall-modi kollha ta’ ġestjoni, filwaqt li l-Kapitoli 4 u 5 jippreżentaw elementi speċifiċi li huma rilevanti għall-ġestjoni diretta/indiretta u l-ġestjoni kondiviża, rispettivament. Il-Kapitolu 6 jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet għal miżuri li jistgħu jiġu implimentati biex jiġu evitati u ġestiti sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. Dawn is-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri bi gwida u b’għodod biex jgħinuhom jevitaw kunflitti ta’ interess.

3.   IL-KUNĊETT U L-OBBLIGI RIGWARD L-EVITAR TA’ KUNFLITTI TA’ INTERESS

3.1   Differenzi ewlenin bejn ir-Regolament Finanzjarju preċedenti u dak attwali fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess

RF 2012

RF 2018

Artikolu 57

Kunflitt ta’ interess

“1.

L-atturi finanzjarji u persuni oħra involuti fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji tagħhom, l-awditu jew il-kontroll ma għandhom jieħdu ebda azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni.

Fejn jeżisti tali riskju, il-persuna inkwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u għandha tirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjali awtorizzanti b’delega li għandu jikkonferma bil-miktub jekk jeżistix kunflitt ta’ interess. Il-persuna inkwistjoni għandha tinforma wkoll lis-superjur ġerarkiku tagħha. Meta jinstab li jeżisti kunflitt ta’ interess, il-persuna inkwistjoni għandha twaqqaf l-attivitajiet kollha tagħha fil-kwistjoni. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu personalment jieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri li tkun xierqa.

2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ikun jeżisti kunflitt ta’ interess fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż mal-benefiċjarju.

3.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 li jistabbilixxi dak li x’aktarx jikkostitwixxu kunflitt ta’ interess flimkien mal-proċedura li għandha tiġi segwita f’tali każijiet.”

L-Artikolu 32 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-RF 2012 (11)

Atti li x’aktarx jikkostitwixxu kunflitt ta’ interess u proċedura

(l-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju)

“1.

Atti li x’aktarx ikunu affettwati minn kunflitt ta’ interess fis-sens tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu, fost l-oħrajn, jieħdu waħda mill-forom li ġejjin bla ħsara għall-kwalifikazzjoni tagħhom bħala attivitajiet illegali skont il-punt (d) tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

l-għoti lilek innifsek jew lil persuni oħrajn ta’ vantaġġi diretti jew indiretti mhux ġustifikati;

(b)

ir-rifjut li l-benefiċjarju jingħata drittijiet jew vantaġġi li huwa intitolat għalihom;

(c)

l-għemil ta’ atti li ma għandhomx isiru jew atti ħżiena jew in-nuqqas ta’ għemil ta’ atti li huma obbligatorji.

Atti oħra li x’aktarx jiġu affettwati minn kunflitt ta’ interess huma dawk li jistgħu jxekklu l-prestazzjoni imparzjali u objettiva tad-dmirijiet ta’ persuna bħal, fost l-oħrajn, il-parteċipazzjoni f’kumitat ta’ evalwazzjoni għal akkwist pubbliku jew proċedura ta’ għotja meta l-persuna tista’, b’mod dirett jew indirett, tibbenefika finanzjarjament mill-eżitu ta’ dawn il-proċeduri.

2.

Irid jitqies li jeżisti kunflitt ta’ interess jekk applikant, kandidat jew offerent ikun membru tal-persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, sakemm il-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-proċedura ma tkunx ġiet awtorizzata minn qabel mis-superjur tiegħu.

3.

Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interess, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jieħu l-miżuri xierqa biex jevita kwalunkwe influwenza eċċessiva tal-persuna kkonċernata fuq il-proċess jew il-proċedura inkwistjoni.”

Artikolu 61 (l-enfasi tagħna)

Kunflitt ta’ interess

“1.

L-atturi finanzjarji fis-sens tal- Kapitolu 4 ta’ dan it-Titolu u persuni oħrajn, inkluż awtoritajiet nazzjonali fi kwalunkwe livell, involuti fil-ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża, inkluż l-atti preparatorji tagħhom, l-awditu jew il-kontroll, ma għandhom jieħdu ebda azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex jipprevjenu li jqum kunflitt ta’ interess fil-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess.

2.

Fejn ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess li jinvolvi membru tal-persunal ta’ awtorità nazzjonali, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-każ lis-superjur ġerarkiku tagħha. Fejn ikun jeżisti tali riskju għal persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega rilevanti. Is-superjur ġerarkiku rilevanti jew l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jikkonferma bil-miktub, jekk ġiex ikkonstatat li jeżisti kunflitt ta’ interess. Fejn jiġi kkonstatat li jeżisti kunflitt ta’ interess, l-awtorità tal-ħatra jew l-awtorità nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw li l-persuna inkwistjoni twaqqaf kull attività fil-kwistjoni. L-uffiċjal awtorizzanti rilevanti b’delega jew l-awtorità nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw li tittieħed kwalunkwe azzjoni xierqa ulterjuri skont il-liġi applikabbli.

3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta’ interess ikun jeżisti fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirettinteress personali dirett jew indirett ieħor.”

Ir-RF 2018 estenda b’mod espliċitu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess għall-modi ta’ ġestjoni kollha (12) u għall-atturi kollha, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali fil-livelli kollha, involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inkluż it-twettiq ta’ atti preparatorji u awditi, kif ukoll l-eżerċitar tal-kontroll.

Dawn li ġejjin huma l-bidliet ewlenin li ġab miegħu ir-RF 2018 fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess.

Kamp ta’ applikazzjoni usa’: applikabbli b’mod espliċitu għall-ġestjoni kondiviża (minbarra ġestjoni diretta u indiretta) u għall-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali fi kwalunkwe livell, inklużi membri tal-gvern.

Definizzjoni miktuba mill-ġdid ta’ kunflitt ta’ interess: issa tkopri “kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor”, li huwa usa’ minn “kwalunkwe interess ieħor kondiviż mal-benefiċjarju” fl-Artikolu 57 tar-RF 2012.

Aktar sitwazzjonijiet koperti: dan jirrikjedi b’mod espliċitu mhux biss li jiġu evitati sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitt ta’ interess iżda wkoll li dawn is-sitwazzjonijiet jiġu indirizzati, inklużi dawk li "jistgħu jiġu perċepiti b’mod oġġettiv" bħala kunflitt ta’ interess”. Din id-dispożizzjoni ssaħħaħ il-funzjoni preventiva għal sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess.

Ġestjoni kondiviża

Qabel ir-RF 2018, ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess kif stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-RF 2012 ma kinux applikabbli direttament fl-Istati Membri meta jimplimentaw il-baġit tal-UE f’ġestjoni kondiviża. Meta wieħed iqis b’mod partikolari li l-miżuri speċifiċi li kellhom jiġu adottati, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-RF 2012, kienu sempliċiment jiffukaw fuq id-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega, tali dispożizzjoni kienet tapplika biss għall-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-korpi tal-UE.

Madankollu, l-Artikolu 59(1) tar-RF 2012 ippreveda li “Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni (13) (14)[…] meta jamministraw fondi tal-Unjoni” u “il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar.” Skont l-Artikolu 59(4) tar-RF 2012, il-korpi maħtura mill-Istati Membri biex jimmaniġġjaw u jikkontrollaw il-fondi tal-UE f’ġestjoni kondiviża kienu diġà obbligati jistabbilixxu u jiżguraw l-operat ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti.

Barra minn hekk, l-Artikolu 32(1) tar-RF 2012 ippreveda li l-baġit irid jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti (għall-modi kollha ta’ ġestjoni) u f’konformità mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur. L-Artikolu 32(3)(c) tar-RF 2012 kien jeħtieġ li dawn is-sistemi ta’ kontroll intern ikunu kapaċi jevitaw kunflitt ta’ interess milli jirriżulta fil-metodi kollha tal-implimentazzjoni tal-baġit.

Għalhekk, l-evitar ta’ kunflitt ta’ interess kien wieħed mill-prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża stabbiliti fl-Artikolu 59(1) tar-RF 2012. Għalhekk, anki qabel ma daħal fis-seħħ ir-RF 2018, skont ir-RF 2012, l-Istati Membri kienu obbligati, huma u jimplimentaw il-baġit tal-UE f’ġestjoni kondiviża, li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw kunflitti ta’ interess; pereżempju, dan l-obbligu ġie stabbilit b’mod ċar fil-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-Aġenziji tal-Pagamenti skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK) (15).

3.2   Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kunflitti ta’ interess fir-RF 2018

Dispożizzjoni legali importanti (16) għall-evitar ta’ kunflitti ta’ interess hija l-Artikolu 61 tar-RF 2018, li fih regoli riveduti dwar il-kunflitti ta’ interess. Mit-2 ta’ Awwissu 2018, dan japplika għall-fondi kollha li jirriżultaw mill-baġit tal-UE u għall-modi kollha ta’ ġestjoni.

L-Artikolu 61 tar-RF 2018 huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri sal-punt li jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Konsegwentement, l-obbligu tagħhom li jipprevjenu u li jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, ma jiddependix fuq l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali. Madankollu, l-Artikolu 61 tar-RF 2018 ma jirregolax b’mod komprensiv il-kunflitti ta’ interess u l-mod kif dawn jenħtieġ li jiġu indirizzati peress li jagħmel referenza għat-teħid ta’ miżuri xierqa biex jiġu evitati u indirizzati sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu kompetenti għall-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali supplimentari u possibbilment saħansitra aktar dettaljati u/jew aktar stretti kif evidenti mir-referenza għal “li tittieħed kwalunkwe azzjoni xierqa ulterjuri skont il-liġi applikabbli” fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 61 tar-RF 2018.

Fil-kuntest ta’ hawn fuq, l-applikazzjoni ta’ tali regoli nazzjonali ma tibqax esklużivament kwistjoni nazzjonali u tista’ tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli u l-awditi mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni kif ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 61 tar-RF 2018. Filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex japplikaw ir-regoli nazzjonali supplimentari u/jew aktar dettaljati tagħhom stess (anki jekk l-Artikolu 61 tar-RF 2018 huwa direttament applikabbli), dawn jenħtieġ li jikkunsidraw li jallinjaw jew li jissupplimentaw kwalunkwe regola nazzjonali aktar klementi jew mhux kompluta sabiex itejbu ċ-ċertezza legali tar-regoli applikabbli fejn huwa kkonċernat il-baġit tal-UE.

Eżempji ta’ regoli dwar l-etika u l-kunflitti ta’ interess fil-livell tal-Istati Membri:

1)

Fi Stat Membru wieħed huwa pprojbit għal persuni li jokkupaw pożizzjonijiet maniġerjali fl-amministrazzjoni tal-gvern (eż. ministru, segretarju tal-Istat, kap tal-uffiċċju ċentrali) li jkollhom aktar minn 10 % tal-ishma f’kumpaniji privati.

2)

F’tieni Stat Membru, il-Kap tal-Istat, il-ministri u l-membri tal-Parlament ma jistgħux jaċċettaw rigali, ikollhom ishma f’kumpaniji privati jew pubbliċi jew ikollhom kuntratti tal-gvern.

3)

F’tielet Stat Membru, kull min ikollu pożizzjoni fis-settur pubbliku ma jridx iwettaq xi attività kummerċjali jekk ikollu aktar minn 10 % tal-ishma ta’ kumpanija.

4)

F’raba’ Stat Membru, il-ministri u l-membri tal-Parlament ma jridux ikunu parti minn korpi superviżorji jew maniġerjali ta’ kumpaniji privati u jekk ikollhom ishma f’kumpanija privata ta’ 0,5 % jew aktar, dawn iridu jittrasferixxu d-drittijiet ta’ ġestjoni konsegwenzjali tagħhom lil persuna oħra matul il-mandat tagħhom.

5)

F’ħames Stat Membru, uffiċjali li għandhom responsabbiltajiet finanzjarji u li l-livell ġerarkiku jew in-natura tad-dmirijiet tagħhom jitolbu dan, iridu, fi żmien xahrejn mill-ħatra tagħhom, jieħdu l-passi kollha biex jiżguraw li l-assi finanzjarji tagħhom jiġu ġestiti, matul id-durata tad-dmirijiet tagħhom, taħt kundizzjonijiet li jeskludu kwalunkwe dritt ta’ skrutinju min-naħa tagħhom.

3.2.1   Definizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess

Skont l-Artikolu 61 tar-RF 2018, jeżisti kunflitt ta’ interess meta l-“eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra” involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit “ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor.”

Kunflitt ta’ interess jista’ jinħoloq anki jekk il-persuna fil-fatt ma tibbenefikax mis-sitwazzjoni, peress li huwa biżżejjed li ċ-ċirkostanzi jikkompromettu l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha b’mod oġġettiv u imparzjali. Madankollu, tali ċirkostanzi jrid ikollhom ċerta rabta identifikabbli u individwali ma’ (jew impatt fuq) aspetti konkreti tal-kondotta, l-imġiba jew ir-relazzjonijiet tal-persuna.

Sempliċi rabta ma’ twemmin, fehmiet, opinjonijiet jew preferenzi tal-persuna normalment jew awtomatikament ma tikkostitwixxix interess personali (iżda kull każ jista’ jkun differenti mill-ieħor). Madankollu, il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit jenħtieġ li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ espressjoni, ta’ opinjoni u ta’ parteċipazzjoni politika u ċivika tagħhom billi jqisu u jimmaniġġjaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw għall-imparzjalità tagħhom fl-eżerċitar tal-funzjonijiet u għall-immaġni u r-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet jew tal-awtoritajiet fejn jaħdmu (17).

Barra minn hekk, kunflitt ta’ interess normalment ma jkunx jeżisti meta l-interessi tal-persuna kkonċernata jkunu affettwati biss bħala membru tal-pubbliku ġenerali jew parti minn klassi wiesgħa ta’ persuni, sakemm il-persuna (jew il-persuna relatata, eż. membru tal-familja) tkun f’sitwazzjoni speċifika u differenti meta mqabbla ma’ membri oħra tal-pubbliku ġenerali jew mal-klassi wiesgħa ta’ persuni.

Bl-istess mod, il-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess normalment ma jkoprix sitwazzjonijiet fejn il-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-UE mill-persuna kkonċernata jkunu relatati mad-deċiżjonijiet 1) li huma ta’ natura ġenerali u bbażati fuq kriterji oġġettivi li japplikaw għal settur sħiħ tal-ekonomija jew għal grupp wiesa’ ħafna ta’ benefiċjarji potenzjali u 2) li għalhekk la jkunu kompromessi mill-ħajja emozzjonali, mill-affinità politika jew nazzjonali u mill-interess ekonomiku, lanqas mill-fatt li l-persuna kkonċernata jew membru tal-familja tagħha huma fost il-benefiċjarji.

L-affinità nazzjonali, l-affinità politika, il-ħajja emozzjonali jew oħrajn kif elenkati fl-Artikolu 61(3) tar-RF 2018 huma fatturi li jistgħu jikkompromettu l-imparzjalità u l-oġġettività ta’ persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit. F’termini prattiċi, biex jiġi evitat tali kompromess, il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit jenħtieġ li jżommu lura minn involviment, influwenzi jew pressjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità u l-oġġettività tagħhom (jew il-perċezzjoni tal-imparzjalità jew l-oġġettività tagħhom) fil-prestazzjoni professjonali tagħhom. Dan jista’ b’mod partikolari jirriżulta minn ħbiberiji jew mibegħda, relazzjonijiet tal-familja, affiljazzjoni tal-partit, assoċjazzjonijiet jew twemmin reliġjuż. Il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit jenħtieġ li jibbażaw il-prestazzjoni u l-ġudizzju professjonali tagħhom biss fuq kriterji legali u oġġettivi u fuq evidenza suffiċjenti u xierqa (18).

L-inklużjoni ta’ referenza għal “kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor” hija usa’ mill-formulazzjoni ta’ kliem tar-RF 2012, li kien jirreferi għal “kwalunkwe interess kondiviż ieħor ma’ riċevitur”. Interess indirett imur lil hinn mir-rabta diretta bejn il-persuna inkwistjoni u l-benefiċjarju tal-fondi tal-UE.

L-interess dirett u indirett jista’ jinkludi wkoll rigali jew ospitalità, interessi mhux ekonomiċi, jew jirriżulta mill-involviment ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi jew politiċi (anki jekk mhux remunerati), dmirijiet ta’ lealtà li jikkompetu bejn entità waħda li l-persuna għandha dmir lejha u persuna jew entità oħra li l-persuna għandha dmir lejha.

Eżempju ta’ interess personali:

Kap ta’ awtorità maniġerjali/aġenzija tal-pagamenti:

1)

jista’ jkollu interess personali (tal-familja) dirett fl-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE għal proġett tal-kumpanija tal-konjuġi/sieħeb tagħhom (u għalhekk ikun meħtieġ li jiġi ddikjarat kunflitt ta’ interess u li jastjeni milli jkun involut fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ dak il-proġett, sabiex is-sitwazzjoni tkun tista’ tiġi ġestita);

2)

jista’ jkollu interess personali (tal-familja) indirett, fl-allokazzjoni ta’ Fondi tal-UE lil kumpanija li wegħdet li toħloq fabbrika ġdida li għaliha l-kumpanija tal-konjuġi/sieħeb x’aktarx tkun l-aktar sottokuntrattur sinifikanti (u għalhekk ikunu jeħtieġu li jastjenu minn deċiżjonijiet relatati mal-proċedura tal-għoti) jew li jkunu s-sidien tal-art li l-kumpanija jkollha tixtri biex tibni l-fabbrika.

Ir-relazzjonijiet li jikkostitwixxu s-sħubija tal-familja jistgħu jvarjaw bejn il-pajjiżi u jridu jiġu analizzati fil-kuntest legali u kulturali (pereżempju, skont il-grad ta’ parentela). Madankollu, it-test u l-iskop tal-Artikolu 61 tar-RF 2018 kif stabbilit fil-Kapitolu 2, jiġifieri li jiġu protetti l-integrità u l-imparzjalità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u l-fiduċja tal-pubbliku fih, jiffurmaw il-bażi għal xi gwida ġenerali.

L-ewwel nett, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-Artikolu 61(3) tar-RF 2018 jirreferi għal “familja” u għal “ħajja emozzjonali” separatament. Għalhekk, rabta emozzjonali bejn il-membri tal-familja mhijiex meħtieġa biex l-imparzjalità ta’ persuna tiġi kompromessa minħabba raġunijiet li jinvolvu lill-familja.

It-tieni, l-Artikolu 61(3) tar-RF 2018 ma jistipulax kunflitt ta’ interess bħala konsegwenza awtomatika ta’ relazzjoni tal-familja, iżda l-imparzjalità tal-persuna kkonċernata jeħtieġ li tiġi kompromessa (f’każijiet eċċezzjonali, dan jista’ ma jkunx il-każ).

It-tielet, mill-għan tal-Artikolu 61 tar-RF 2018 biex tiġi protetta l-integrità tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-fiduċja tal-pubbliku, jista’ jiġi konkluż li l-kunċett ta’ familja jenħtieġ li jkopri relazzjonijiet bejn il-persuna kkonċernata u parti involuta li tipikament iqajmu suspetti raġonevoli dwar influwenza potenzjali mhux dovuta relatata mal-familja fuq l-eżerċitar ta’ funzjonijiet uffiċjali.

F’dan l-isfond, l-Artikolu 61 tar-RF 2018 jenħtieġ li jirreferi, tal-inqas, għall-familja immedjata. Il-kunċett ta’ familja immedjata jmur ferm lil hinn minn dak tal-familja nukleari, iżda l-profili preċiżi tiegħu la huma rikonoxxuti b’mod universali u lanqas definiti fil-leġiżlazzjoni tal-UE, ħlief f’oqsma ta’ politika speċifiċi, b’mod partikolari l-migrazzjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni huma tal-fehma li, fil-kuntest tal-Artikolu 61 tar-RF 2018 u abbażi tal-iskop tiegħu, “familja immedjata” jenħtieġ li tinkludi, tal-inqas, ir-relazzjonijiet li ġejjin, inkluż jekk ifformati permezz tal-adozzjoni: Il-konjuġi (inkluż sieħeb li miegħu l-individwu għandu sħubija mhux ta’ żwieġ (mhux) rreġistrata), tfal u ġenituri, (buż) nanniet u neputijiet, aħwa mill-missier jew mill-omm (inkluż minn familji mħallta), zijiet, neputijiet, primi kuġini, ġenituri tar-rispett, tfal tar-rispett, aħwa tar-rispett, żewġ jew mart il-ġenitur u rbieb (ulied ir-raġel jew il-mara).

L-eżistenza ta’ waħda minn dawn ir-relazzjonijiet familjari bejn il-persuna kkonċernata u parti involuta jenħtieġ li, tal-inqas, titqies bħala sitwazzjoni oġġettivament perċepita bħala kunflitt ta’ interess (ara l-Kapitolu 3.2.3), ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u oġġettivament plawżibbli.

Minbarra l-kunċett ta’ “familja immedjata”, il-kunċett usa’ ta’ “familja estiża” xorta jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interess, b’mod partikolari skont ir-regoli u r-regolamenti jew il-perċezzjoni soċjali fil-pajjiż ikkonċernat jew b’kunsiderazzjoni ta’ ċirkostanzi oħra bħal rabtiet emozzjonali jew ekonomiċi.

Fl-aħħar nett, il-fiduċja pubblika f’implimentazzjoni soda tal-baġit tal-UE kif protett mill-Artikolu 61 tar-RF 2018 hija, fil-prinċipju, indiviżibbli. Iċ-ċittadini fil-pajjiż A jridu jkunu jistgħu jafdaw l-integrità tal-implimentazzjoni tal-baġit fil-pajjiż B. Għalhekk, hemm biss lok limitat ħafna għal varjazzjonijiet minn pajjiż għal ieħor fl-applikazzjoni tal-istandards derivati mill-Artikolu 61 tar-RF 2018.

Bl-istess mod, ħbiberija personali (jew relazzjonijiet bejn parrini u filjozzi), li tista’ timplika prossimità aktar mill-qrib minn familja immedjata tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn il-persuna kkonċernata, billi jkollha relazzjoni partikolari ma’ dak il-ħabib, tikkomprometti l-imparzjalità u l-oġġettività tagħha.

Kull persuna li tgħix b’mod permanenti fil-familja tal-persuna kkonċernata tkun tal-inqas f’sitwazzjoni li tista’ titqies b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess (19), sakemm tali konklużjoni ma tiġix miċħuda minn kontroargument oġġettivament plawżibbli.

Eżempju ta’ regoli dwar l-etika u l-kunflitti ta’ interess fil-livell tal-Istati Membri:

Fi Stat Membru wieħed, il-membri tal-Parlament, il-membri tal-Gvern jew l-eżekuttivi lokali huma pprojbiti milli jimpjegaw bħala assistent parlamentari jew membru tal-kabinett tagħhom persuna mill-“ewwel ċirku tal-familja” tagħhom (konjuġi, tfal u ġenituri). Għall-impjieg ta’ persuna mit-“tieni ċirku tal-familja” (aħwa, aħwa, aħwa tar-rispett, aħwa fil-liġi, neputijiet, ex konjuġi, eċċ.), il-liġi tobbliga li jiġi ddikjarat l-impjieg.

3.2.2   Min hu kkonċernat

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, f’konformità mar-regoli finanzjarji għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (l-Artikolu 317 tat-TFUE (20) u l-Artikolu 63(1) tar-RF).

L-atturi finanzjarji kif ukoll persuni oħra (fil-livell tal-UE jew nazzjonali), inklużi l-awtoritajiet nazzjonali huma kkonċernati mill-Artikolu 61 tar-RF 2018, sakemm ikunu involuti fl-implimentazzjoni, fi kwalunkwe livell, tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża (inkluż atti preparatorji, awditi jew kontrolli). Dan ifisser li l-Artikolu 61 tar-RF 2018 japplika għal kulħadd u għal kwalunkwe entità taħt il-ġurisdizzjonijiet (21) tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE (22).

L-Artikolu 61 tar-RF 2018 jikkonċerna: i) atturi finanzjarji (23) (skont it-tifsira tal-Kapitolu 4 — l-Artikoli 73, 76, 77 u 89 — tat-Titolu IV tar-RF 2018) li huma l-uffiċjali awtorizzanti (kull istituzzjoni tal-UE twettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti u tiddelega — u tissottodelega ulterjorment — id-dmirijiet tagħha ta’ uffiċjal awtorizzanti lil persunal f’livell xieraq), l-uffiċjali tal-kontabbiltà (maħtura minn kull istituzzjoni tal-UE minn uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal (24)) u l-amministraturi tal-imprest (maħtura b’deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-UE, abbażi ta’ proposta debitament sostanzjata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli); u ii) persunal (inklużi membri ta’ kumitati tal-ftuħ u tal-evalwazzjoni u l-esperti esterni magħżula biex jgħinuhom (25)) involut fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

Is-sħab esterni fdati bil-ġestjoni (indiretta) tal-fondi tal-UE elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-RF 2018, inkluż kwalunkwe entità li magħha s-sieħeb estern għandu relazzjoni kuntrattwali għall-implimentazzjoni tal-baġit (eż. intermedjarji finanzjarji) jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 61 tar-RF 2018 kif ukoll il-persunal u l-membri tagħhom, sakemm ikunu taħt il-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri u jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE (ara aktar dettalji u rakkomandazzjonijiet fil-Kapitolu 4).

F’dak li għandu x’jaqsam mal-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 69 tar-RF 2018, l-Artikolu 61 tar-RF 2018 huwa direttament applikabbli għalihom.

Fir-rigward tal-aġenziji deċentralizzati msemmija fl-Artikolu 70 tar-RF 2018, ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess huma stabbiliti fl-Artikolu 42 tar-Regolament Finanzjarju Qafas (26). Għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-RF 2018, ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess huma stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju Mudell (27). Dawn iż-żewġ Artikoli jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 tar-RF 2018, b’mod espliċitu jsemmu membri tal-bordijiet ta’ ġestjoni jew tal-bordijiet ta’ tmexxija rispettivi tagħhom u, barra minn hekk, ġew inkorporati fir-regoli finanzjarji tal-aġenziji deċentralizzati kollha u tal-korpi ta’ sħubija pubblika-privata kkonċernati. Sal-punt li dawn l-entitajiet jimplimentaw il-baġit tal-UE taħt ġestjoni indiretta, japplika l-Artikolu 61 tar-RF 2018.

Fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali li jistabbilixxu sistemi ta’ kontroll intern b’responsabbiltajiet/kompiti li jiġu assenjati b’mod ċar peress li dan huwa rilevanti għad-determinazzjoni tal-“involviment fl-implimentazzjoni tal-baġit” ta’ persuna f’kull każ partikolari.

Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li, skont l-Artikolu 61(1) tar-RF 2018, l-“involviment” jinkludi atti preparatorji, u kwalunkwe pass tal-proċess tal-ippjanar, id-deċiżjoni dwar, il-ġestjoni, l-awditu u l-kontroll tal-użu tal-fondi tal-UE. Għalhekk, dan il-kunċett jinkludi lil kull min jista’ jinfluwenza l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet inkluż l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-persunal jew il-membri ta’ dawn l-awtoritajiet u l-membri tal-gvern, sal-punt li dawn jittrattaw kwalunkwe wieħed mill-passi msemmija hawn fuq fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

Għalhekk, l-Artikolu 61 tar-RF 2018 japplika għal kwalunkwe pass li (għandu) jittieħed minn kull min huwa responsabbli għal, u/jew li għandu l-kapaċità li jidderieġi u/jew jinfluwenza, il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet marbut mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Madankollu, l-involviment tagħhom irid ikun raġonevolment sinifikanti: il-persuna għandha tkun intitolata teżerċita ċertu grad ta’ diskrezzjoni jew kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit (jiġifieri s-setgħa li taġixxi jew li tagħti struzzjonijiet lil dawk li jaġixxu; rwol li jagħti pariri jew li jipprovdi opinjonijiet lil dawk li jaġixxu).

Eżempju ta’ persuna li taħdem għal awtorità maniġerjali/servizz tal-Kummissjoni iżda li mhijiex involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u għalhekk taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 61 tar-RF 2018:

Membru tal-persunal li jaħdem għad-dipartiment tal-Komunikazzjoni li huwa responsabbli biss għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti f’sit web iżda ma jintervjenix fit-tħejjija tiegħu mhuwiex involut fl-implimentazzjoni tal-baġit (anki jekk jaħdem għal awtorità maniġerjali/servizz tal-Kummissjoni).

Minbarra l-livell ta’ prossimità għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati aspetti importanti oħra, bħan-natura u l-importanza tar-responsabbiltajiet eżerċitati (inkluż jekk humiex politiċi, amministrattivi, leġiżlattivi jew eżekuttivi), ir-rabtiet funzjonali jew ġerarkiċi eżistenti, in-natura tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u t-trasparenza u l-ftuħ tiegħu għall-iskrutinju pubbliku. Dawn l-aspetti kollha għandhom ukoll influwenza fuq il-perċezzjoni oġġettiva tal-kunflitti ta’ interess (ara l-Kapitolu 3.2.4).

Eżempji ta’ persuni fi kwalunkwe livell involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE inklużi atti preparatorji, u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 61 tar-RF 2018:

1)

Membru tal-gvern jew Kummissarju li għandu s-setgħa diretta jew indiretta li jagħti struzzjonijiet jew li jinfluwenza awtorità jew servizz li jimmaniġġja l-fondi tal-UE (dan huwa rilevanti f’każ li jkun hemm riskju li l-pożizzjoni twassal għal sitwazzjonijiet konkreti, li jistgħu jammontaw għal, jew jitqiesu bħala li jammontaw għal kunflitt ta’ interess).

2)

Kap ta’ awtorità nazzjonali jew reġjonali/servizz tal-Kummissjoni/korp, uffiċċju jew aġenzija tal-UE li jimmaniġġjaw fondi tal-UE li għandhom is-setgħa li jagħtu struzzjonijiet lil persuna responsabbli għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal fondi tal-UE (l-istess bħal hawn fuq).

3)

Membru tal-persunal ta’ awtorità nazzjonali jew reġjonali/servizz tal-Kummissjoni/korp, uffiċċju jew aġenzija tal-UE li jimmaniġġjaw fondi tal-UE li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuntratti jew għotjiet ta’ akkwist (l-istess bħal hawn fuq).

4)

Membru tal-persunal ta’ aġenzija tal-pagamenti/awtorità ta’ ċertifikazzjoni/awtorità tal-awditjar/servizz tal-Kummissjoni (jew persuna/entità li lilha tkun ġiet esternalizzata attività) responsabbli għall-awditjar tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE.

Kompożizzjoni ta’ gruppi konsultattivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit

L-interessi privati jistgħu jinfluwenzaw l-implimentazzjoni tal-baġit pubbliku permezz ta’ gruppi konsultattivi stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi. Grupp konsultattiv jew ta’ esperti jirreferi għal kwalunkwe kumitat, bord, panel, task force, jew grupp simili, jew għal kwalunkwe sottokumitat jew sottogrupp ieħor tiegħu li jipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali b’pariri, b’għarfien espert, jew b’rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. Normalment dawn jikkonsistu minn rappreżentanti mill-awtoritajiet pubbliċi, mis-settur privat, u/jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jistgħu jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali.

Jista’ jkun hemm riskju għall-integrità tal-implimentazzjoni tal-baġit jekk, pereżempju, l-interessi privati jmexxu jew jinfluwenzaw b’mod qawwi l-ħidma tal-gruppi konsultattivi. Meta, pereżempju, eżekuttivi korporattivi jew rappreżentanti ta’ interess jagħtu pariri lill-gvernijiet bħala membri ta’ grupp konsultattiv, dawn jaġixxu bħala parti mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’influwenza diretta fuq dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet filwaqt li jkun għad għandhom l-interessi privati tagħhom stess. F’dan ir-rigward, filwaqt li l-għarfien espert tal-gruppi konsultattivi huwa tabilħaqq importanti għall-kwalità tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, huwa daqstant ieħor importanti li dawn il-gruppi jkollhom kompożizzjoni bbilanċjata li tirrappreżenta l-oqsma differenti rilevanti ta’ għarfien espert u interess meħtieġa għall-kompiti speċifiċi u/jew għad-deċiżjoni tal-korp ikkonċernat.

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 61 tar-RF 2018 għall-membri ta’ tali gruppi konsultattivi, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn interessi settorjali jew soċjetali li jirrappreżentaw uffiċjalment fil-grupp konsultattiv minn naħa u l-interessi personali tal-membru (eż. minħabba li proġett ippreżentat lill-grupp konsultattiv jitmexxa mill-konjuġi/mis-sieħeb tal-membru) min-naħa l-oħra. Fil-każ tal-aħħar, il-membru huwa obbligat jiżvela s-sitwazzjoni u jrid jiġi eskluż mid-deliberazzjonijiet dwar dak il-proġett.

3.2.3   “Sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti oġġettivament bħala kunflitt ta’ interess”

Kwalunkwe attività jew interess, li tista’ tinterferixxi mal-eżerċitar imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, u b’hekk taffettwa l-fiduċja pubblika fil-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE, hija sitwazzjoni li tista’ titqies bħala kunflitt ta’ interess.

Kunflitt ta’ interess perċepit jista’ jseħħ b’mod partikolari meta persuna, irrispettivament mill-intenzjonijiet tagħha, tkun tista’ raġonevolment tara lilha nnifisha jew titqies li għandha interessi personali u pubbliċi f’kompetizzjoni peress li dan ir-riskju jdgħajjef l-abbiltà tal-persuna li tissodisfa l-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha b’mod imparzjali u oġġettiv (eż. riskju jew possibbiltà ta’ favoritiżmu jew ostilità għal raġunijiet ta’ interess tal-familja u affinità nazzjonali jew politika jistgħu oġġettivament jitqiesu bħala kunflitt ta’ interess). Kunflitt ta’ interess perċepit ikopri ċirkostanzi oġġettivi li jaffettwaw il-fiduċja u l-kunfidenza fl-indipendenza u fl-imparzjalità ta’ persuna jew ta’ entità, anki jekk il-kunflitt ta’ interess ma jimmaterjalizzax (28) jew anki jekk il-persuna fil-fatt ma tibbenefikax mis-sitwazzjoni. F’dan il-kuntest, huwa importanti ħafna li tiġi ssalvagwardjata kemm l-osservanza effettiva tar-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess kif ukoll li jiġi evitat kwalunkwe dubju li persuna raġonevoli, infurmata, oġġettiva u f’bona fide jista’ jkollha dwar il-konformità tal-imġiba ta’ persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit.

L-inklużjoni tal-kliem “sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interessi” fl-Artikolu 61 tar-RF 2018 tiżgura allinjament parzjali mad-definizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess stabbilita fid-Direttiva AP. Madankollu, meta mqabbel mad-Direttiva AP, l-Artikolu 61 tar-RF 2018 fih it-terminu “b’mod oġġettiv: dan ġie miżjud mar-RF 2018 biex tiġi enfasizzata l-importanza li r-riskju ta’ kunflitti ta’ interess perċepit jiġi bbażat fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi u raġonevoli. Dan jinkludi b’mod partikolari indikazzjonijiet fattwali verifikabbli li hemm rabtiet (29) bejn il-funzjonijiet u l-interess inkwistjoni, pereżempju, setgħa ta’ aġir jew ta’ għoti ta’ struzzjonijiet, rabta permezz ta’ persuna terza, rabta kontinwa ma’ pożizzjonijiet preċedenti, rabta ma’ pożizzjonijiet futuri jew rabta ġerarkika u/jew funzjonali.

L-interess għandu jkun sinifikanti biżżejjed biex jiġi pperċepit li jista’ “jikkomprometti” l-“eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet”. Bħala regola, jista’ jiġi argumentat li aktar ma jkun kbir id-dover ta’ rendikont u aktar ma tkun kbira r-responsabbiltà jew aktar ma jkun kbir l-interess jew aktar ma jkun qrib l-involviment fl-implimentazzjoni tal-baġit, aktar tkun għolja l-probabbiltà ta’ kunflitt ta’ interess perċepit.

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 61 tar-RF 2018 ma jistabbilixxix limitu kwantitattiv preċiż għall-interessi li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess, u lanqas ma jidher possibbli li jiġi stabbilit wieħed. Sehem ta’ 10 % f’kumpanija (jew tabilħaqq sehem perċentwali saħansitra iżgħar) jista’ ma jidhirx kbir, iżda xorta waħda jista’ jkun l-akbar parteċipazzjoni unika fil-kumpanija kkonċernata, jista’ jkun akkumpanjat mid-dritt ta’ veto għal deċiżjonijiet importanti tal-kumpanija jew jirrappreżenta assi imdaqqas minħabba d-daqs tal-kumpanija. F’sitwazzjonijiet bħal dawn tkun meħtieġa analiżi bir-reqqa ta’ kull każ.

Eżempji ta’ meta persuna li taħdem għal awtorità maniġerjali/aġenzija tal-pagamenti (jew awtorità kontraenti nazzjonali) jew għal servizz tal-Kummissjoni, u hija inkarigata mill-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-UE, tista’ tkun f’sitwazzjoni li tista’ tikkostitwixxi jew tiġi perċepita b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess:

1)

Il-persuna (jew is-sieħeb/sieħba tagħha) simultanjament twettaq xogħol ta’ konsulenza, jew għal konsulenza jew għal parti terza li tipprovdi servizzi lill-konsulenza, dwar il-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal finanzjament mill-UE.

2)

Il-persuna (jew membru tal-familja immedjata tal-persuna) direttament jew indirettament għandha kumpanija li tapplika għal finanzjament mill-UE.

3)

Il-persuna għandha ħbiberija personali mal-maniġers/is-sidien ta’ kumpanija li tapplika għall-finanzjament tal-UE.

4)

Il-persuna hija kandidat (bħala membru ta’ partit politiku) għal inkarigu pubbliku u l-partit politiku tagħha għandu relazzjoni kummerċjali vis-à-vis applikant speċifiku għall-finanzjament mill-UE.

5)

Qabel ma tħalli l-pożizzjoni tagħha fis-servizz pubbliku, persuna tinnegozja l-impjieg futur tagħha f’kumpanija li tapplika għal finanzjament mill-UE (30) (jew kumpanija affiljata jew sieħba, jew kumpanija oħra bi sjieda li jikkoinċidu meta mqabbla ma’ dik li tapplika għal finanzjament mill-UE).

6)

Il-persuna reċentement ħadmet f’pożizzjoni maniġerjali f’kumpanija li tapplika għal finanzjament mill-UE, u kienet responsabbli għas-settur partikolari tal-kumpanija li issa qed jitlob il-finanzjament.

7)

Jekk il-persuna tgħix f’muniċipalità li qed tapplika għall-finanzjament tal-infrastruttura, jenħtieġ li dan ma jitqiesx neċessarjament u oġġettivament li jwassal għal kunflitt ta’ interess. Iktar ma jkun kbir il-grupp li għalih tappartjeni l-persuna li jibbenefika minn miżura — f’dan il-każ, in-nies tal-muniċipalità kkonċernata — iktar, b’mod ġenerali, ikun dilwit ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interess. Madankollu, valutazzjoni każ b’każ tibqa’ meħtieġa li kieku, pereżempju, il-persuna kellha tibbenefika mill-miżura ta’ finanzjament b’mod partikolari, eż. minn infrastruttura pubblika li żżid il-valur tal-proprjetà immobbli tal-viċinat tagħha, il-perċezzjoni ta’ kunflitt ta’ interess tista’ teżisti/tinħoloq.

3.2.4   Obbligi f’każ ta’ kunflitt ta’ interess

Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod komprensivament preventiv, peress li għandhom l-għan li jipprevjenu, l-ewwel nett, li persuna tkun f’sitwazzjoni fejn tuża s-setgħa tagħha b’mod influwenzat mill-interess tagħha. Jekk jidher li l-ġudizzju imparzjali ta’ xi ħadd involut fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jista’ jiġi mfixkel mill-interessi personali, jew billi tiġi ffavorita ċerta għażla, jew billi l-persuna tkun kritika jew ostili wisq sabiex tiġi evitata l-perċezzjoni tal-favoritiżmu, din is-sitwazzjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata minnufih qabel ma tkun tista’ tirriżulta f’xi att ħażin.

Kull meta jkun hemm sitwazzjoni li tista’ tiġi perċepita b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess, din trid tiġi eżaminata u solvuta b’tali mod li ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi perċepita b’mod oġġettiv bħala tali. F’dan il-kuntest, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola nazzjonali aktar stretta, l-atturi finanzjarji u persuni oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jridu:

iżommu lura milli jieħdu azzjoni li tista’ ġġib l-interessi personali tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-UE;

Eżempju:

Iżommu lura milli jieħdu azzjoni li tikkonċerna l-interessi personali tagħhom. Persuna ma tridx tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi biex, tevalwa, timmonitorja, tikkontrolla jew tawditja proġett li fih hi (jew il-ħbieb personali jew il-familja immedjata tagħha) se tkun involuta jew kienet involuta.

jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu milli jinqalgħu kunflitti ta’ interess fil-kompiti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Eżempju:

Il-persuna kkonċernata trid tastjeni minn deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-allokazzjoni ta’ fondi lill-entitajiet tagħha stess (jew tal-familja immedjata tagħha). Irid jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda influwenza fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet (31) marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit. Bħala eżempju, art agrikola (f’każijiet fejn l-art hija eliġibbli) awtomatikament tintitola (peress li m’hemm l-ebda proċedura ta’ għażla) benefiċjarju li jirċievi pagamenti diretti taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. F’sitwazzjoni bħal din, il-persuna kkonċernata ma għandhiex tkun involuta fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jiddetermina l-eliġibbiltà ta’ biċċa art partikolari.

jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ titqies b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess.

Eżempju:

Il-persuna kkonċernata tista’ tieħu miżuri li jiżguraw li ma tibqax involuta fi kwalunkwe pass tal-implimentazzjoni tal-baġit jew li ma jkunx għad għandha interess ekonomiku jew interess personali ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tar-RF 2018 fir-rigward ta’ entità li tapplika għall-finanzjament mill-UE. Għalhekk, il-persuna tista’ taqta’ r-relazzjonijiet kollha mal-entità; jew il-persuna kkonċernata jenħtieġ li tastjeni milli tkun involuta fi kwalunkwe deċiżjoni rigward l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE lill-entità kkonċernata (anki billi tirriżenja jekk l-astensjoni puntwali ma tkunx tista’ tindirizza s-sitwazzjoni b’mod suffiċjenti); jew l-entità tista’ tirtira l-applikazzjoni għal finanzjament mill-UE.

Il-passi ta’ hawn taħt iridu jittieħdu fejn ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess li jinvolvi persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

Il-persuna trid tirrapportah lis-superjur ġerarkiku tagħha (jew lill-uffiċjal awtorizzanti rilevanti b’delega) (jew fil-każ ta’ persuni politikament esposti, prattika tajba hija li l-persuna tiżvela l-interessi personali rilevanti f’dikjarazzjoni pubblika tal-interessi).

Is-superjur ġerarkiku rilevanti (jew l-uffiċjal awtorizzanti rilevanti b’delega) irid jikkonferma bil-miktub jekk jeżistix kunflitt ta’ interess (u l-persuna kkonċernata hija obbligata li toqgħod lura milli toħloq kwalunkwe fait accompli waqt li d-deċiżjoni tas-superjur tagħha tkun pendenti). Is-superjur ġerarkiku jrid jeżerċita ġudizzju u jqis bir-reqqa jekk xi ħadd li jkun konxju mill-fatti rilevanti jkunx probabbli li jaħseb li l-integrità tal-organizzazzjoni tkun f’riskju ta’ kunflitt ta’ interess mhux solvut. Is-superjur ġerarkiku jenħtieġ li jevalwa l-ħtieġa li l-persuna li tkun iddikjarat kunflitt ta’ interess possibbli tiġi sostitwita. Qabel dan, u mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli, l-awtorità jew is-superjur ġerarkiku jenħtieġ li jiddiskutu s-sitwazzjoni mal-persuna kkonċernata biex jivvalutaw aħjar ir-riskju ta’ eżekuzzjoni preġudikata tad-dmirijiet tagħha.

Meta jiġi stabbilit li jkun inħoloq kunflitt ta’ interess, l-awtorità nazzjonali rilevanti (jew l-awtorità tal-ħatra) trid tiżgura li l-membru tal-persunal ikkonċernat jieqaf mill-attivitajiet rilevanti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, inkluż kwalunkwe att preparatorju.

L-Artikolu 61 tar-RF 2018 jirrikjedi wkoll li l-awtorità nazzjonali (jew l-uffiċjal awtorizzanti rilevanti b’delega) tiżgura li kwalunkwe azzjoni xierqa ulterjuri tittieħed ukoll f’konformità mal-liġi applikabbli (ara l-Kapitoli 3.2 u 6.2). Dan huwa importanti mhux biss biex tiġi indirizzata l-kwistjoni iżda wkoll biex ikun hemm kontinwità tal-operat. F’dan ir-rigward, jista’ jkun il-każ li l-awtorità (jew l-uffiċjal awtorizzanti rilevanti b’delega) tkun teħtieġ il-parir jew l-intervent ta’ korpi kompetenti oħra, skont il-liġi applikabbli.

Fl-aħħar nett, minn naħa waħda, fil-preżenza ta’ kunflitt ta’ interess perċepit b’mod oġġettiv mhux solvut jew jekk il-kunflitt ta’ interess jimmaterjalizza, eż. membru tal-persunal effettivament juża s-setgħa tiegħu biex jiffavorixxi/jibbenefika deliberatament entità ekonomika proprjetà ta’ membru immedjat tal-familja, tali sitwazzjonijiet jenħtieġ li jwasslu għall-eżami tal-impatt tiegħu fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE (32) anki bil-ħsieb li jiġu ddeterminati rimedji adegwati (eż. it-tħassir u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-proċeduri tal-għoti, it-tħassir ta’ kuntratti/ftehimiet, is-sospensjoni ta’ pagamenti, it-twettiq ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupru ta’ fondi). Barra minn hekk, tali sitwazzjonijiet ġeneralment jistgħu jikkwalifikaw bħala att ħażin skont il-liġi amministrattiva, tas-servizz ċivili jew il-liġi kriminali u għandhom jiġu ppenalizzati bħala tali. Min-naħa l-oħra, tentattivi minn kandidati, offerenti jew applikanti, biex jinfluwenzaw b’mod mhux xieraq proċedura ta’ għoti jew biex jiksbu informazzjoni kunfidenzjali jenħtieġ li jiġu ttrattati, tal-inqas, bħala mġiba professjonali ħażina serja u jenħtieġ li jwasslu għal esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ għoti (kif inhu l-każ għal ġestjoni diretta/indiretta skont l-Artikoli 136(1)(c)(iv) u (v) — ara l-Kapitolu 4).

4.   ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-ĠESTJONI DIRETTA/INDIRETTA

Kif stabbilit fl-Artikolu 36(3)(c) tar-RF 2018 dwar il-kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit għall-modi kollha ta’ ġestjoni (inkluża ġestjoni diretta/indiretta), is-sistemi ta’ kontroll intern iridu jkunu kapaċi jevitaw kunflitti ta’ interess.

F’ġestjoni diretta, skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-RF 2018, il-Kummissjoni (u għalhekk il-persunal tal-Kummissjoni) teżegwixxi l-baġit direttament permezz tas-servizzi tagħha.

F’ġestjoni indiretta, skont l-Artikolu 62(1)(c) tar-RF 2018 (33), il-Kummissjoni tafda l-implimentazzjoni tal-baġit lil sħab esterni. Eżempji ta’ sħab esterni bħal dawn huma organizzazzjonijiet internazzjonali taħt il-kappa tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-korpi tal-UE (34), il-korpi tal-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, il-korpi tal-liġi pubblika inklużi l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri u pajjiżi terzi (35) jew il-korpi li jaħtru.

Madankollu, anki jekk is-sħab esterni jkunu responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern, il-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar tibqa’ responsabbli u b’dover ta’ rendikont għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi l-obbligi relatati mal-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, li jirriżultaw mill-Artikolu 61 tar-RF 2018, fil-ftehimiet (ġodda jew emendati) iffirmati mas-sħab esterni. Dan huwa saħansitra aktar importanti meta s-sieħeb estern ma jkunx taħt il-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri (36) (ara l-Kapitolu 3.2.2). Is-sħab esterni jenħtieġ li jinkludu wkoll dawn l-obbligi fil-ftehimiet tagħhom stess ma’ kwalunkwe entità oħra (eż. entitajiet ta’ implimentazzjoni bħal intermedjarji finanzjarji) li magħhom għandhom relazzjoni kuntrattwali għall-implimentazzjoni tal-baġit. Madankollu, is-sħab esterni jibqgħu kompetenti għall-adozzjoni ta’ regoli supplimentari u possibbilment saħansitra aktar dettaljati u/jew aktar stretti iżda, bħala minimu, iridu jaderixxu mal-obbligi tal-Artikolu 61 tar-RF 2018.

Il-Kummissjoni għandha wkoll il-kompitu li tissupervizza dawn is-sħab sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom (37). Dan huwa obbligatorju u rilevanti sal-punt li, taħt ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni trid tiżgura li s-sħab esterni jipprovdu livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ekwivalenti għal dak ipprovdut taħt ġestjoni diretta (38).

Filwaqt li l-ġestjoni diretta tippermetti l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-immaniġġjar kontinwi ta’ kunflitti ta’ interess fl-istadji kollha mit-tfassil sal-fażi ta’ implimentazzjoni sal-awditi u l-evalwazzjonijiet, l-involviment tal-Kummissjoni fil-prevenzjoni, fis-sejbien u fl-immaniġġjar ta’ kunflitti ta’ interess f’każijiet ta’ ġestjoni indiretta huma bbażati wkoll fuq il-valutazzjoni ex-ante tal-proċeduri tas-sieħeb estern.

Il-passi involuti f’tali valutazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 154(4) tar-RF 2018 u huma spjegati aktar fid-dettall fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni (39) li tistabbilixxi termini ta’ referenza ġodda għall-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-pilastru li għandha tintuża skont ir-RF 2018. B’mod partikolari, din il-metodoloġija tinkludi l-valutazzjoni tal-proċeduri fis-seħħ għall-evitar ta’ kunflitti ta’ interess fil-pilastru tas-sistemi ta’ kontroll intern, kif ukoll, fejn applikabbli, fil-pilastru tal-għotjiet, l-akkwist u l-istrumenti finanzjarji. Biss wara valutazzjoni pożittiva, l-entità tkun eliġibbli li tiġi fdata b’kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja.

Għalhekk, fl-indirizzar ta’ kunflitti ta’ interess f’ġestjoni indiretta, jenħtieġ li jsir fokus fuq il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess meta l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil sieħeb estern, u dwar l-identifikazzjoni u l-immaniġġjar ta’ kunflitti ta’ interess minn dawk involuti fit-twettiq ta’ kontrolli jew fl-awditjar tas-sieħeb estern (u kwalunkwe entità li magħha s-sieħeb estern għandu relazzjoni kuntrattwali għall-implimentazzjoni tal-baġit) matul u wara l-fażi ta’ implimentazzjoni.

L-atti bażiċi (leġiżlazzjoni settorjali) ta’ politiki, fondi jew programmi differenti jistgħu jinkludu wkoll regoli ulterjuri dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari l-obbligu li jiġu evitati kunflitti ta’ interess. Meta wieħed iqis l-impenn tal-Kummissjoni għal (u r-rekwiżit ta’) trasparenza, huwa importanti li l-parteċipanti (40), il-benefiċjarji (41), is-sħab esterni, eċċ., jiġu pprovduti b’informazzjoni ċara dwar l-obbligi tagħhom rigward il-kunflitti ta’ interess u li jiġu inklużi dispożizzjonijiet jew kontroreferenzi għal dispożizzjonijiet legali dwar dawk l-obbligi (u l-konsegwenzi tal-ksur tagħhom) i) f’dokumenti tal-akkwist, ii) fi programmi ta’ ħidma iii) f’sejħiet għal proposti, iv) f’kuntratti ta’ akkwist, v) fi ftehimiet ta’ għotja, vi) fi ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u vii) fi ftehimiet ta’ finanzjament.

4.1   Kunflitti ta’ interess fil-proċeduri tal-għoti

Ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku li l-istituzzjonijiet tal-UE jridu jikkonformaw magħhom huma stabbiliti fir-RF 2018 (42). L-Artikolu 2(3) tar-RF 2018 jiddefinixxi proċedura ta’ għoti bħala proċedura ta’ akkwist, proċedura għall-għoti ta’ għotjiet, kompetizzjoni għal premjijiet, jew proċedura għall-għażla ta’ esperti jew persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-baġit f’ġestjoni indiretta.

Il-“Vade-mecum tas-Servizz Finanzjarju Ċentrali dwar l-akkwist pubbliku” (43) u l-“Vade-mecum dwar l-għotjiet” (44) tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit) huma dokumenti għall-użu intern maħsuba biex jipprovdu assistenza prattika lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-UE fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-proċeduri u biex jipprovdu gwida (45) dwar kif jiġu indirizzati l-kunflitti ta’ interess fil-proċeduri tal-għoti.

Aktar informazzjoni tinstab ukoll fil-“Gwida prattika għall-proċeduri kuntrattwali għall-azzjonijiet esterni tal-UE (PRAG)” (46). Din il-gwida prattika tipprovdi lill-awtoritajiet kontraenti, minn naħa waħda, u lill-offerenti, lill-kandidati, lill-applikanti u lill-kuntratturi, min-naħa l-oħra, b’assistenza prattika fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist u ta’ għotja fil-qasam tal-azzjonijiet esterni. Din il-gwida prattika ma tapplikax għal proċeduri ta’ għotjiet li għalihom il-Kummissjoni taġixxi bħala awtorità kontraenti f’isimha stess (dawn huma koperti mill-Vade-mecums dwar l-akkwist pubbliku u dwar għotjiet imsemmija hawn fuq). Ir-referenzi inklużi fit-taqsima 2.5.4 ta’ din il-gwida prattika fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess huma, fis-sustanza, simili għall-erba’ każijiet ippreżentati hawn taħt.

Fil-kuntest speċifiku tal-proċeduri tal-għoti, trid issir distinzjoni bejn erba’ sitwazzjonijiet: i) kunflitti ta’ interess skont l-Artikolu 61 tar-RF 2018; ii) tentattivi biex tiġi influwenzata b’mod mhux xieraq proċedura ta’ għoti jew biex tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali (li jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala mġiba professjonali ħażina serja); iii) l-involviment fit-tħejjija ta’ dokumenti użati fil-proċedura tal-għoti u iv) interessi professjonali kunfliġġenti (47). Il-każijiet li jinvolvu dawn l-erba’ sitwazzjonijiet huma ppreżentati f’aktar dettall hawn taħt sabiex ikun ċar f’liema każijiet hemm kunflitt ta’ interess kopert mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 tar-RF 2018.

1.   Kunflitti ta’ interess skont l-Artikolu 61 tar-RF 2018

Fil-kuntest tal-proċeduri tal-għoti, l-UE (u l-persunal tagħha) taġixxi bħala awtorità kontraenti jew bħala fornitur ta’ appoġġ tal-UE fil-forma ta’ għotjiet, premjijiet, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

Il-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess huwa marbut mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda, trasparenza u trattament ugwali (48). Meta l-istrumenti legali jipprevedu obbligu ta’ ġestjoni finanzjarja soda, trasparenza u trattament ugwali, dan jinkludi l-ġestjoni diliġenti tal-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi.

Pereżempju, f’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali, il-membri ta’ kumitat ta’ evalwazzjoni (49) għandhom ikunu jistgħu jivvalutaw il-proposti b’mod imparzjali u oġġettiv. Għalhekk, huma obbligati jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 61 tar-RF 2018.

Il-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn persuni involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61 tar-RF 2018, jiġifieri fejn il-kapaċità tal-persuna li teżerċita b’mod imparzjali u oġġettiv ir-rwol tagħha tkun “kompromess[a] għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor”. F’dan ir-rigward, japplikaw l-obbligi spjegati fil-Kapitolu 3 (50).

Fil-kuntest tal-proċeduri tal-għoti, l-Artikolu 61 tar-RF 2018 japplika għall-uffiċjali awtorizzanti (51) u għal dawk involuti jew inkarigati mill-proċedura tal-għoti kif ukoll għal dawk involuti fil-fażijiet ta’ preparazzjoni, ftuħ u evalwazzjoni. Il-kunċett ta’ “kunflitt ta’ interess” kif definit fl-Artikolu 61 tar-RF 2018 ma japplikax għall-parteċipanti (jiġifieri kandidati/offerenti/applikanti) u ma għandux jintuża meta ssir referenza għalihom.

Barra minn hekk, ir-RF 2018 ikompli jsaħħaħ ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

il-membri tal-kumitati tal-ftuħ u tal-evalwazzjoni (u l-esperti esterni magħżula biex jgħinuhom) iridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 tar-RF 2018 (l-Artikoli 150(5), 225(4), 237(2), l-Anness I, il-punti 28.2 u 29.1 tar-RF 2018);

l-għażla ta’ persuni jew entitajiet li għandhom jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni indiretta ma għandhiex twassal għal kunflitti ta’ interess (l-Artikolu 154(1) tar-RF 2018);

għall-istrumenti finanzjarji li l-Kummissjoni timplimenta direttament, l-għażla tal-maniġers ta’ vetturi ta’ investiment iddedikati, tal-intermedjarji finanzjarji u tar-riċevituri ma għandhiex twassal għal kunflitti ta’ interess (l-Artikolu 216(3) tar-RF 2018).

2.   Imġiba professjonali ħażina serja

Hemm sitwazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu parteċipanti li jikkwalifikaw bħala każijiet ta’ “mġiba professjonali ħażina serja” u mhux bħala kunflitti ta’ interess skont l-Artikolu 61 tar-RF 2018:

fejn il-parteċipant jidħol fi ftehim ma’ persuni jew ma’ entitajiet oħrajn (52) bil-għan li jfixkel il-kompetizzjoni;

fejn il-parteċipant jipprova jinfluwenza b’mod mhux xieraq il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti matul proċedura ta’ akkwist, pereżempju billi jmaqdar lil parteċipant ieħor jew billi jirrappreżenta ħażin l-għarfien espert u r-riżorsi disponibbli għall-parteċipant;

meta l-parteċipant jipprova jikseb informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux dovuti fil-proċedura.

Dawn il-każijiet huma elenkati fl-Artikolu 136(1)(c) tar-RF 2018 u huma bażi biex il-parteċipant jiġi eskluż mill-proċeduri tal-għoti jekk “ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja billi tkun kisret il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna jew l-entità, jew billi tkun involuta fi kwalunkwe aġir illegali li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tagħha fejn dan it-tip ta’ aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja”. Kif stabbilit fl-Artikolu 136(2) tar-RF 2018, tali esklużjoni tista’ sseħħ ukoll fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew ta’ deċiżjoni amministrattiva finali abbażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi li tqis il-fatti stabbiliti jew sejbiet oħra li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 143 tar-RF 2018.

3.   L-involviment fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura tal-għoti

Jista’ jkun hemm każijiet fejn l-awtorità/fornitur kontraenti tal-appoġġ tal-UE kkuntrattat, pereżempju, għarfien espert estern biex jgħin fit-tħejjija ta’ dokumenti li għandhom jintużaw fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni (eż. l-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta ta’ proċedura ta’ akkwist sussegwenti) u fejn il-fornitur tas-servizz innifsu jiddeċiedi li jieħu sehem fl-istess proċedura ta’ aġġudikazzjoni bħala parteċipant.

Skont l-Artikolu 137(1) tar-RF 2018, il-parteċipant huwa obbligat jiddikjara l-involviment tiegħu fit-tħejjija ta’ dokumenti użati fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni (jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra msemmija fl-Artikoli 136(1) u 141(1) tar-RF 2018) u, fejn applikabbli, jiddikjara jekk ħax xi miżura ta’ rimedju msemmija fl-Artikoli 136(6)(a) u 136(7) tar-RF 2018.

L-awtorità/fornitur kontraenti tal-appoġġ tal-UE huwa responsabbli biex jiżgura li l-parteċipanti involuti fit-tħejjija tad-dokumenti u parteċipanti oħra jiġu ttrattati bl-istess mod. Il-parteċipant involut fit-tħejjija tad-dokumenti jrid jiġi rifjutat mill-proċedura sussegwenti jekk il-parteċipazzjoni tiegħu tkun tinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni, li ma jistax jiġi rimedjat mod ieħor (l-Artikolu 141(1)(c) tar-RF 2018 (53)). F’dan ir-rigward, l-awtorità kontraenti tista’, pereżempju, tipprovdi informazzjoni għall-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni dwar il-fornituri tas-servizzi li kienu involuti fit-tħejjija tad-dokumenti li għandhom jintużaw fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni.

L-oneru tal-prova huwa fuq l-awtorità/fornitur kontraenti tal-appoġġ tal-UE. Għalhekk, huwa f’idejn l-awtorità/fornitur kontraenti tal-appoġġ tal-UE li tagħti prova tat-tfixkil tal-kompetizzjoni jew li tagħti prova li ħadet il-miżuri kollha possibbli biex tevita r-rifjut mill-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-parteċipant ikkonċernat (54). Rifjut bħal dan huwa soġġett għal proċedura kontradittorja (55), u għalhekk il-parteċipant irid jingħata l-opportunità li juri li l-involviment preċedenti tiegħu ma kienx ifixkel il-kompetizzjoni.

Fil-prattika, huwa rrakkomandat li jiġi evitat ir-rifjut billi jiġu stabbiliti miżuri biex tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. B’mod partikolari, l-informazzjoni mogħtija lill-fornitur ta’ servizz għat-tħejjija ta’ dokumenti li għandhom jintużaw fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni jenħtieġ li tiġi kkomunikata wkoll lill-parteċipanti l-oħrajn fit-tieni proċedura. Barra minn hekk, il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti/applikazzjonijiet tat-tieni proċedura jenħtieġ li jkun twil biżżejjed biex jiġi żgurat li l-parteċipanti kollha jkunu infurmati sew.

4.   Interessi professjonali kunfliġġenti (għall-akkwist biss)

L-operaturi ekonomiċi (56) li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist ma għandux ikollhom kunflitti ta’ interess li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-eżekuzzjoni tal-kuntratt (l-Artikolu 167(1)(c) u l-Anness I punt 20.6 tar-RF 2018).

Dan normalment jissejjaħ interess professjonali kunfliġġenti u jenħtieġ li jiġi ttrattat fl-istadju tal-għażla sabiex jiġu evitati każijiet fejn, pereżempju, operatur ekonomiku jingħata kuntratt biex jevalwa proġett li fih ikun ipparteċipa jew biex jawditja kontijiet li huwa jkun iċċertifika preċedentement peress li, f’dawn il-każijiet, l-operatur ekonomiku diġà kien involut fis-suġġett preċiż tal-offerta. Dawn is-sitwazzjonijiet spiss jirriżultaw f’kuntratti qafas ta’ evalwazzjoni jew ta’ awditjar, fejn il-kuntrattur jista’ jkollu interess professjonali kunfliġġenti għal kuntratt speċifiku.

Valutazzjoni każ b’każ hija meħtieġa biex tikkonferma li s-sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess tista’ taffettwa b’mod negattiv l-eżekuzzjoni tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni. Jekk l-operatur ekonomiku jkun f’tali sitwazzjoni, l-offerta korrispondenti tiġi rrifjutata. Il-valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi proċedura kontradittorja mal-operatur ikkonċernat u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u elementi fattwali li jikkonfermaw, filwaqt li jqisu n-natura tal-kompiti li għandhom jitwettqu, l-interess professjonali kunfliġġenti u, simultanjament, jipprevjenu limitazzjoni mhux ġustifikata tan-numru ta’ operaturi ekonomiċi li jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist, sabiex jikkonformaw ukoll mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tat-trattament ugwali u tat-trasparenza.

Fil-każ speċifiku tal-għażla tal-korpi tal-awditjar esterni indipendenti jew tal-esperti li jwettqu l-awditu estern tar-rapporti finanzjarji annwali tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, l-Artikolu 233 tar-RF 2018 jistabbilixxi li t-terminu tal-kuntratt huwa limitat għal ħames snin, b’massimu ta’ żewġ termini. Wara żewġ termini konsekuttivi, hemm preżunzjoni li hemm interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni tal-awditjar.

L-interess professjonali kunfliġġenti huwa differenti mill-involviment fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċeduri tal-għoti kif deskritt taħt il-punt 3 ta’ dan il-Kapitolu 4.1.

4.2   Aktar referenzi fir-RF 2018 għall-kunflitti ta’ interess

Il-kunċett ta’ kunflitti ta’ interess jissemma’ wkoll fir-RF 2018 biex jinkludi s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

jekk l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun ukoll l-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ aġenzija eżekuttiva (l-Artikolu 69(3) tar-RF 2018) jew jekk żewġ istituzzjonijiet jew korpi tal-UE jew aktar ikollhom l-istess uffiċjal tal-kontabbiltà (l-Artikolu 78(2) tar-RF 2018), huma meħtieġa arranġamenti speċifiċi biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess;

l-entitajiet ta’ implimentazzjoni jew il-kontropartijiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji jridu jipprevjenu kunflitti ta’ interess mal-attivitajiet l-oħrajn tagħhom (l-Artikolu 209(2)(e) tar-RF 2018);

meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma tirrikjedi li l-benefiċjarju jagħti kuntratti pubbliċi, dawn iridu jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess (l-Artikolu 205(1) tar-RF 2018);

l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jistgħu jaċċettaw b’mod eċċezzjonali sponsorizzazzjoni korporattiva bħala appoġġ in natura għal avveniment jew għal attività għal finijiet ta’ responsabbiltà soċjali promozzjonali jew korporattiva, dment li ma tiġġenera l-ebda kunflitt ta’ interess (l-Artikolu 26(2)(c) tar-RF 2018).

L-ewwel żewġ eżempji huma qrib fis-sustanza tal-kunċett ta’ interessi professjonali kunfliġġenti deskritt fil-punt 4 tal-Kapitolu 4.1.

4.3   Kwistjonijiet etiċi f’kuntesti mhux finanzjarji

Dan id-dokument ikopri primarjament kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja relatati ma’ kunflitti ta’ interess u regolati fir-RF 2018. F’dan il-kuntest, il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE li jkun qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess kif definit fir-RF 2018 jenħtieġ li jsegwi l-proċeduri deskritti fil-Kapitolu 3.2.4. Madankollu, huwa meqjus siewi li fil-kapitolu attwali tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira u kompilazzjoni ta’ dokumenti rilevanti li jkopru kwistjonijiet etiċi f’kuntesti mhux finanzjarji fil-livell tal-Kummissjoni.

Ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess applikabbli għall-persunal tal-Kummissjoni (anki meta ma jkun hemm l-ebda involviment fl-implimentazzjoni tal-baġit) huma regolati permezz ta’ dak li huwa magħruf b’mod wiesa’ bħala “regoli dwar l-etika” (etika professjonali jew deontoloġija). Il-qafas huwa stabbilit mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-UE u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (57). Fil-Kummissjoni (58), id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà huwa responsabbli għall-etika tal-persunal fil-livell korporattiv ċentrali, li jinkludi persunal tal-kabinett.

Barra minn hekk, kull servizz tal-Kummissjoni għandu obbligu li jagħti pariri lill-membri tal-persunal fir-rigward tal-etika u li jistabbilixxi miżuri interni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess.

Il-miżuri preventivi u ta’ mitigazzjoni huma aspett importanti tar-regolamentazzjoni tal-kunflitti ta’ interess fil-Kummissjoni. L-obbligi għall-persunal jinkludu, fost l-oħrajn, li jiddikjara:

kwalunkwe sitwazzjoni li fiha membru tal-persunal jintalab jittratta kwistjoni li fiha, direttament jew indirettament, ikollu xi interess personali li jxekkel l-indipendenza tiegħu, u b’mod partikolari, l-interessi familjari u finanzjarji;

Eżempju:

Il-persuna kkonċernata jenħtieġ li tiddikjara kwalunkwe sitwazzjoni fejn tintalab tittratta kwistjoni li fiha, għandha interessi familjari u/jew finanzjarji (bħall-kumpaniji li huma proprjetà tal-familja immedjata tagħha).

kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess mar-reklutaġġ jew mar-ritorn minn liv għal raġunijiet personali;

l-attività professjonali tal-konjuġi (inkluż sieħeb li miegħu l-individwu għandu sħubija rreġistrata barra mir-rabta taż-żwieġ) u possibbilment ta’ membri oħra tal-familja immedjata;

offerti ta’ rigali jew ospitalità;

dekorazzjonijiet jew unuri;

attivitajiet u assenjazzjonijiet esterni mħallsa jew mhux imħallsa, li għalihom, bħala regola ġenerali, jeħtieġ li l-awtorizzazzjoni tintalab u tinkiseb minn qabel.

Membru tal-persunal jista’ jintalab ukoll, fost affarijiet oħrajn, biex: i) ma jibqax jaġixxi f’ċerti ċirkostanzi; ii) iżomm lura minn attivitajiet esterni matul is-servizz attiv jew liv għal raġunijiet personali; u iii) iżomm lura, għal perjodu ta’ żmien limitat, minn kuntatti professjonali ma’ eks kollegi jew milli jirrappreżenta partijiet opposti wara li jitlaq mis-servizz. Barra minn hekk, membru tal-persunal irid iżomm lura minn kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Ir-regoli u r-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq iservu l-għan li jipprevjenu milli jinħolqu kunflitti ta’ interess, eż. mill-attivitajiet esterni tal-membru tal-persunal jew mill-attivitajiet professjonali tal-konjuġi tiegħu (inkluż sieħeb li miegħu l-individwu jkollu sħubija rreġistrata barra mir-rabta taż-żwieġ). Id-dokumenti ta’ referenza u s-sorsi ta’ informazzjoni ppreżentati hawn taħt jipprovdu aktar dettall fir-rigward tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess li jaffettwaw lill-persunal (59), anki meta ma jkunx involut fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

Ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (60), b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 16;

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2018 dwar attivitajiet u assenjazzjonijiet esterni u dwar attivitajiet okkupazzjonali wara t-tluq mis-Servizz (61);

Il-Komunikazzjoni mill-Viċi President Šefčovič lill-Kummissjoni dwar Linji Gwida dwar Rigali u Ospitalità għall-membri tal-persunal SEC(2012) 167 final (62);

Il-Gwida tal-Etika tal-Kummissjoni Ewropea (Ref. Ares(2019)4833796 — 24/07/2019) (63);

Il-Gwida prattika għall-Etika u l-Imġiba tal-Persunal (64);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2000 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tagħha: Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba għall-persunal tal-Kummissjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku (65);

Paġna web dwar l-etika u l-imġiba tal-persunal (66);

Il-Linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-aġenziji deċentralizzati tal-UE tal-10 ta’ Diċembru 2013, li b’mod partikolari jkopru membri ta’ bordijiet ta’ ġestjoni u esperti (67);

Il-Linji gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta (68) (69).

It-trattament ta’ każijiet fejn kunflitt ta’ interess ma jistax jiġi mmitigat b’mod adegwat jiddependi fuq il-qafas u l-proċedura legali applikabbli. Se jkunu disponibbli rimedji differenti għall-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn jeżistu fir-RF 2018, fir-Regolamenti tal-Persunal, fil-leġiżlazzjoni settorjali, jew fil-ftehimiet vinkolanti li fihom daħlu l-Kummissjoni, persuni/entitajiet oħrajn involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, kuntratturi u benefiċjarji.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) jew l-Uffiċċju ta’ Investigazzjoni u Dixxiplina tal-Kummissjoni (Investigation and Disciplinary Office of the Commission, IDOC) jistgħu jintalbu jinvestigaw kull meta ċ-ċirkostanzi jippreżentaw i) suspett ta’ frodi, korruzzjoni jew attivitajiet illegali oħra; ii) ksur tar-regoli finanzjarji (bħal dawk dwar l-akkwist pubbliku); iii) favoritiżmu li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE jew iv) imġiba professjonali ħażina serja.

Eżempju: (70)

“L-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet li tneħħi mill-kariga uffiċjal li nnegozja privatament termini importanti ta’ kuntratt ma’ kumpanija esterna, mingħajr ebda awtorizzazzjoni mill-ġerarkija tiegħu. Kemm il-Bord tad-Dixxiplina kif ukoll l-Awtorità tal-Ħatra qiesu li din l-imġiba għamlet ħsara serja lill-immaġni tal-istituzzjoni u rriflettiet b’mod negattiv fuq il-pożizzjoni tiegħu. Barra minn hekk, l-uffiċjal irrakkomanda b’mod miftuħ il-kumpanija tas-sieħeb tiegħu bħala sottokuntrattur lill-Kummissjoni, u r-riżultat kien li dik il-kumpanija effettivament aġixxiet bħala sottokuntrattur, mingħajr l-għarfien tal-ġerarkija. Barra minn hekk, l-uffiċjal ħa sehem fil-ġestjoni tal-kuntratt li jorbot lill-kumpanija tas-sieħeb tiegħu mal-kuntrattur tal-Kummissjoni. Dan kollu kien jikkostitwixxi kunflitt ta’ interess serju. L-Awtorità tal-Ħatra kkonkludiet li l-uffiċjal kiser serjament l-Artikoli 11, l-ewwel paragrafu, 12 u 21 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-Artikolu 57 u 79 tar-Regolament Finanzjarju (71)”.

5.   ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-ĠESTJONI KONDIVIŻA

Minbarra r-regoli stabbiliti fir-RF 2018, ir-regoli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ fondi ta’ ġestjoni kondiviża huma ssupplimentati fil-leġiżlazzjoni settorjali.

Għal dettalji dwar ir-regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u dwar l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għal fondi ta’ ġestjoni kondiviża, jekk jogħġbok irreferi għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ i) ir-RF 2018; ii) leġiżlazzjoni settorjali oħra għall-fondi ta’ ġestjoni kondiviża b’mod partikolari, fir-rigward tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (“RDK”) (72), u iii) il-“Gwida għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri dwar metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fl-Istati Membri — EGESIF 14-0010-final 18/12/2014 (73)”. Barra minn hekk, għal regoli dettaljati dwar is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), jekk jogħġbok irreferi wkoll għar-Regolament Orizzontali (74) u b’mod partikolari l-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-aġenziji tal-pagamenti (75).

5.1   Min jagħmel xiex fil-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża?

Ir-responsabbiltà u d-dover ta’ rendikont kumplessivi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE huma tal-Kummissjoni. Madankollu, madwar 75 % tal-baġit tal-UE huwa implimentat mill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża skont ir-regoli tar-RF 2018, il-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli tal-UE u r-regoli nazzjonali. Għalhekk, hemm bżonn ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-baġit tal-UE jintuża f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u li l-interessi finanzjarji tal-UE huma protetti sew minn mudell ta’ dover ta' rendikont adegwat.

Ġestjoni kondiviża tfisser li l-Istati Membri (u, skont l-organizzazzjoni tagħhom, anki r-reġjuni tagħhom), filwaqt li jqisu l-qafas istituzzjonali u legali tagħhom, huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ programmi, skemi ta’ għajnuna u azzjonijiet iffinanzjati b'ġestjoni kondiviża. Dan ir-rwol jinkludi wkoll id-definizzjoni tal-ambitu tal-appoġġ tal-fondi u t-tfassil ta’ strumenti speċifiċi għall-appoġġ u l-allokazzjoni ta’ fondi lill-benefiċjarji (eż. kumpaniji, bdiewa, muniċipalitajiet, eċċ.) u awditi u kontrolli fuq l-implimentazzjoni tal-programmi.

F’ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni hija responsabbli biex tipproponi d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fil-livell tal-UE, tadotta l-programmi, twettaq ċerti funzjonijiet konsultattivi, u teżerċita superviżjoni fuq l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż il-monitoraġġ u l-awditjar, madankollu, mingħajr ma tintervjeni direttament fil-livell operazzjonali; jiġifieri taħt regoli ta’ ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni, fil-prinċipju, mhijiex parti mir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-awtorità nazzjonali jew reġjonali u l-benefiċjarji/riċevituri tal-fondi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiffaċilita wkoll it-tixrid u l-iskambju ta’ għarfien, prattiki tajbin u informazzjoni madwar l-UE kollha rigward l-appoġġ ipprovdut mill-fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża.

Skont l-Artikoli 36(1) u 63(1) tar-RF 2018, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jaderixxu mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba kif definit fl-Artikolu 33 tar-RF 2018.

F’dan il-kuntest, huwa f’idejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom li jaġixxu permezz tal-passi li ġejjin.

L-istabbiliment u l-iżgurar tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ kontroll intern. Dawn is-sistemi ta’ kontroll iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-RF (b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 63 tar-RF 2018), il-leġiżlazzjoni settorjali u r-regoli nazzjonali, inklużi dawk fuq i) l-eżistenza ta’ proċeduri adegwati għall-organizzazzjoni ta’ tali sistemi ta’ kontroll intern; ii) l-għażla tal-operazzjonijiet; iii) l-eżistenza ta’ miżuri xierqa fis-seħħ biex jipprevjenu, jidentifikaw u jimmitigaw kif xieraq u jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess, u iv) it-twettiq tal-verifiki jew il-kontrolli amministrattivi u ta’ ġestjoni fuq il-post meħtieġa, u l-awditi. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw is-sistemi eżistenti tagħhom biex jiżguraw li l-aspetti fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess fir-RF 2018 ikunu koperti sew.

L-istabbiliment ta’ miżuri biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess. Il-prevenzjoni effettiva tal-kunflitti ta’ interess hija importanti biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-UE fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, skont ir-regoli applikabbli tal-UE. Il-membri tal-persunal jenħtieġ li jaġixxu mingħajr kunsiderazzjoni għall-interessi personali sabiex jissalvagwardjaw l-integrità tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

L-istabbiliment ta’ jekk jeżistix kunflitt ta’ interess f’każ partikolari u, jekk iva, l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jivvaluta jekk jeżistix kunflitt ta’ interess jew le, pereżempju, meta l-awtoritajiet tiegħu jevalwaw applikazzjoni għall-finanzjament jew jivverifikaw l-eliġibbiltà tan-nefqa.

Rapportar dwar każijiet ta’ kunflitt ta’ interess bl-użu ta’ għodod ta’ rapportar xierqa, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (Irregularity Management System, IMS) għar-rapportar ta’ irregolaritajiet skoperti lill-Kummissjoni.

Il-korrezzjoni tal-irregolaritajiet f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità (individwali jew sistemika (76)) mar-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess kif stabbilit fl-Artikolu 59(2)(b) tar-RF 2012 u fl-Artikolu 63(2)(c) tar-RF 2018. In-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess jista’ jwassal biex l-Istati Membri jimponu korrezzjonijiet finanzjarji u jirkupraw fondi (77) kif stabbilit fir-regoli speċifiċi għas-settur u/jew forom oħra ta’ rimedju.

Eżempju:

F’każ notevoli partikolari, entità li kienet intużat biex timplimenta programmi ta’ kooperazzjoni kellha tiġi stralċata kompletament, minħabba li xi membri tal-bord tal-entità ddiriġew ukoll uffiċċji tal-assistenza teknika li kienu probabbli li, u rnexxielhom, jiksbu xogħol ta’ konsulenza minnha. Dan ġie kkritikat mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha Nru 1/96. Wieħed mill-uffiċċji kkonċernati nieda kawża għal malafama kontra l-Qorti tal-Awdituri, li tilef. Fis-sentenza tagħha dwar dak il-każ partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li “l-kunflitt ta’ interess jikkostitwixxi, b’mod oġġettiv u fih innifsu, irregolarità serja mingħajr ma jkun hemm bżonn li din tiġi kkwalifikata billi jitqiesu l-intenzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u jekk kinux qed jaġixxu b’rieda tajba jew ħażina” (l-enfażi tagħna) (78) (79).

Kif spjegat fil-Kapitolu 3.2.3, l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess perċepit b’mod oġġettiv għandha tiġi vvalutata irrispettivament mill-intenzjoni tal-persuna kkonċernata. Il-Kummissjoni tqis li kunflitt ta’ interess perċepit b’mod oġġettiv mhux solvut jikkostitwixxi irregolarità. Dawn l-irregolaritajiet iridu jiġu evitati, iżda jekk le, dawn jenħtieġ li jiġu identifikati u kkoreġuti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (80). Miżuri korrettivi u sanzjonijiet/penali aktar immirati jistgħu jiġu imposti, mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, fuq benefiċjarji/riċevituri finali abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-ftehimiet u l-kuntratti konklużi magħhom.

B’mod simili għas-sitwazzjoni deskritta fil-kapitolu 5.2, għall-korrezzjonijiet finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku (81), m’hemmx bżonn li jintwera xi impatt effettiv tal-kunflitt ta’ interess perċepit b’mod oġġettiv jew li l-kunflitt ta’ interess perċepit b’mod oġġettiv intuża apposta biex ikun ta’ benefiċċju għal ċerta persuna/entità (dawn ikunu rilevanti biss biex tiġi stabbilita irregolarità frawdolenti).

Meta jinstab kunflitt ta’ interess, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw implikazzjonijiet possibbli fuq operazzjonijiet jew kuntratti oħra għall-operazzjoni/partijiet ikkonċernati u jaġixxu b’mod xieraq biex jipprevjenu sitwazzjonijiet ulterjuri ta’ kunflitt ta’ interess.

L-iżgurar tal-awditjar, skont standards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali, tal-użu tal-fondi minn korpi indipendenti nazzjonali tal-awditjar, minbarra l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE (jew taħt ir-responsabbiltà tagħhom). L-opinjonijiet tal-awditjar ta’ dawn il-korpi jiffurmaw il-bażi tal-assigurazzjoni ġenerali dwar l-użu tal-fondi tal-UE. Madankollu, id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq l-opinjonijiet tal-awditjar nazzjonali ma tipprevjenix li din twettaq aktar awditi dwar l-użu tal-fondi tal-UE u ma taffettwax id-dmir tal-Kummissjoni li timmonitorja, bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju tagħha, is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni hija responsabbli għal:

l-għoti ta’ pariri u gwida għal, u l-monitoraġġ, il-konformità tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll intern mar-rekwiżiti tal-UE;

l-awditjar tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Istati Membri biex jiġi vvalutat jekk humiex xierqa u effettivi fil-prevenzjoni u fil-ġestjoni, fost affarijiet oħra, ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess (fuq bażi ta’ riskju, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-verifiki, l-awditi u l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali jew korpi oħra tal-awditjar tal-UE u kkomunikati lill-Kummissjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli) u biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex itejbu dawk is-sistemi;

in-nefqa tal-awditjar iddikjarata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli rilevanti tal-eliġibbiltà;

l-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiġi protett il-baġit tal-UE, bħall-interruzzjoni tal-iskadenzi tal-pagamenti, is-sospensjoni tal-pagamenti u l-korrezzjonijiet finanzjarji f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità (individwali jew sistemika) bir-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess kif stabbiliti fl-Artikolu 59(6)(b) u (c) tar-RF 2012 jew fl-Artikolu 63(8)(b)(c) tar-RF 2018, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri dwar miżuri korrettivi xierqa li għandhom jittieħdu, inkluż it-tisħiħ tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom (82).

L-Artikolu 63(8)(b) tar-RF 2018 (83) jobbliga lill-Kummissjoni teskludi n-nefqa mill-finanzjament tal-UE minħabba ksur tal-liġi applikabbli. Dan jista’ jirriżulta minn kontrolli u awditi fi kwalunkwe livell tas-sistemi ta’ kontroll fl-Istat Membru, minn kontrolli u awditi mwettqa mill-Kummissjoni, mill-awditi mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew minn investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-għan tagħhom huwa li tiġi restawrata sitwazzjoni fejn in-nefqa kofinanzjata tkun konformi mal-liġi applikabbli. Kif spjegat hawn fuq, l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-korrezzjoni tal-irregolaritajiet. Il-Kummissjoni tista’ teskludi nefqa mill-finanzjament tal-UE fejn l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjonijiet meħtieġa, fejn ikun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, jew fejn il-finanzjament kollu tal-UE jew parti minnu għal operazzjoni jkun irregolari. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b’rata fissa fejn ma jkunx possibbli li tikkwantifika b’mod preċiż l-ammont ta’ nefqa irregolari (84).

Bħala konklużjoni, għall-fondi ta’ ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet/il-korpi nazzjonali li jimmaniġġjaw u jikkontrollaw il-fondi tal-UE huma l-ewwel li għandhom jipprevjenu, jidentifikaw, jirrapportaw u jikkoreġu sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess. Il-miżuri meħuda minn dawn l-awtoritajiet/korpi f’dan ir-rigward jibqgħu soġġetti għal awditi mill-korpi indipendenti nazzjonali tal-awditjar, monitoraġġ u awditjar mill-Kummissjoni kif ukoll awditi mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għal investigazzjonijiet mill-OLAF fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu.

5.2   Regoli dwar il-kunflitti ta’ interess skont id-Direttivi dwar l-Akkwist

L-Artikolu 61 tar-RF 2018 ikopri l-modi kollha ta’ ġestjoni u t-tipi kollha ta’ nfiq skont il-baġit tal-UE.

Ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku stabbiliti fid-Direttivi dwar l-Akkwist (85) huma rilevanti f’ġestjoni kondiviża, b’mod partikolari għal benefiċjarju fi Stat Membru li huwa awtorità kontraenti (86) u jagħti kuntratti għall-implimentazzjoni ta’ proġett iffinanzjat mill-baġit tal-UE.

Ir-regoli dwar l-akkwist jieħdu l-forma ta’ liġi nazzjonali, b’mod partikolari t-traspożizzjoni mill-Istati Membri tad-Direttivi dwar l-Akkwist, jew jistgħu jiġu derivati direttament minn prinċipji ġenerali stabbiliti fil-liġi tal-UE.

Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi dwar l-Akkwist huwa limitat, b’mod partikolari b’limiti minimi fir-rigward tal-valur tal-akkwist nett mill-VAT. Barra minn hekk, minħabba l-iskadenza tat-traspożizzjoni tat-18 ta’ April 2016, id-Direttivi dwar l-Akkwist tal-2014 huma applikabbli sa mhux aktar tard minn dik id-data jew qabel jekk jiġu trasposti qabel dik id-data fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-Akkwist preċedenti (87), ir-rekwiżit li jiġu evitati kunflitti ta’ interess ġie derivat mill-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza, stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni (88). Fil-fatt, lil hinn mid-direttivi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, anki meta d-direttivi ma jkun fihom l-ebda dispożizzjoni li tirregola b’mod speċifiku kwalunkwe kwistjoni kontenzjuża (89) jew fejn il-każ inkwistjoni jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi (90) (91), l-awtoritajiet kontraenti fl-Istati Membri huma marbuta li jikkonformaw mar-regoli fundamentali tat-Trattat b’mod ġenerali, u mal-prinċipju ta’ trattament ugwali b’mod partikolari. B’riżultat ta’ dan, il-prinċipju tat-trasparenza japplika wkoll f’dan il-kuntest, biex jiġi żgurat li l-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali tkun tista’ tiġi skrutinizzata (92).

Jekk il-prinċipji tat-trattament ugwali u tat-trasparenza, li fuqhom kien ibbażat ir-rekwiżit li jiġu evitati kunflitti ta’ interess, jiġu b’hekk applikati b’mod ġenerali fil-qasam tal-akkwist pubbliku, allura l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess irid jitqies bħala applikabbli b’mod ugwali f’dan il-qasam.

Fid-Direttiva AP l-ġdida (93), l-Artikolu 24 jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mill-proċeduri ta’ akkwist u jistabbilixxi definizzjoni għall-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess, kif ġej:

L-Artikolu 24 Direttiva 2014/24/UE:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri adatti sabiex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mit-twettiq ta’ proċeduri ta’ akkwist sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u sabiex ikun żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Il-kunċett ta’ kunflitti ta’ interess għandu mill-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew ta’ fornitur ta’ servizzi rigward l-akkwist li jaġixxi f’isem l-awtorità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku, jew personali ieħor li jista’ jiġi kkunsidrat li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-akkwist.”

Skont din id-dispożizzjoni, l-awtoritajiet kontraenti huma obbligati jieħdu miżuri xierqa u jistabbilixxu sistemi li kapaċi jidentifikaw, jipprevjenu u jirrimedjaw kunflitti ta’ interess fil-qasam tal-akkwist pubbliku (94). Dan huwa validu għall-istadji kollha ta’ proċedura ta’ akkwist (it-tħejjija tal-offerta, l-għażla tal-applikanti u l-għoti ta’ kuntratt kif ukoll il-fażi ta’ wara s-sejħa għall-offerti).

Il-kliem tad-Direttiva AP mhuwiex preskrittiv fir-rigward tal-miżuri u l-mekkaniżmi biex jintlaħqu dawn l-objettivi. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jidentifikaw l-aktar soluzzjonijiet xierqa, kif permess mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jridu jagħmlu l-informazzjoni u l-gwida disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u għall-operaturi ekonomiċi kif stabbilit fl-Artikolu 83(4) tad-Direttiva AP.

F’konformità mal-għan tal-Artikolu 24 tad-Direttiva AP — jiġifieri li jiġu protetti l-kompetizzjoni ġusta u t-trattament ugwali fost l-offerenti — l-Artikolu 57(4)(e) tad-Direttiva AP jippermetti (għalkemm ma jobbligax) lill-Istati Membri jipprevedu raġuni għall-esklużjoni ta’ offerent fejn kunflitt ta’ interess skont it-tifsira tal-Artikolu 24 ma jistax jiġi rimedjat b’mod effettiv minn miżuri oħra inqas intrużivi.

Tip ta’ każ li tradizzjonalment ikun ġie kkategorizzat bħala kunflitt ta’ interess huwa kkaratterizzat mill-involviment tal-offerent fit-tħejjija ta’ sejħa għall-offerti. Dawn il-każijiet issa huma regolati separatament fl-Artikolu 41 tad-Direttiva AP, li jirrikjedi li l-awtorità kontraenti tieħu miżuri xierqa biex tevita kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni. Skont l-Artikolu 57(4)(f) tad-Direttiva AP, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-offerent jiġi eskluż meta s-sitwazzjoni ma tkunx tista’ tiġi rimedjata b’mod effettiv minn miżuri oħra inqas intrużivi (bħall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti mal-offerenti kollha u l-iffissar ta’ data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti). Qabel kwalunkwe esklużjoni bħal din, l-offerenti jridu jingħataw l-opportunità li jagħtu prova li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist ma jistax ifixkel il-kompetizzjoni (95) (96).

L-Artikolu 58(1)(c) tad-Direttiva AP jiddefinixxi l-qafas għall-kriterji tal-għażla, fosthom il-kapaċità teknika u professjonali tal-offerent. L-Artikolu 58(4) tad-Direttiva AP jelabora dwar dan it-tip ta’ kriterji: awtorità kontraenti tista’ tassumi li operatur ekonomiku ma jkollux il-ħiliet professjonali meħtieġa jekk l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-loġika wara din id-dispożizzjoni tapplika bl-istess mod għal każijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva AP fis-sens li (fil-limiti tal-liġi nazzjonali) l-awtorità kontraenti għandha l-għażla (iżda mhijiex obbligata skont id-Direttiva AP) li teskludi offerent milli jingħata l-kuntratt jekk dak l-offerent ikun soġġett għal kunflitt ta’ interess.

L-awtoritajiet nazzjonali kellhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sal-iskadenza għat-traspożizzjoni (it-18 ta’ April 2016), l-arranġamenti kollha jkunu fis-seħħ sabiex ikunu konformi mad-Direttiva AP. Sa April 2017 u kull 3 snin wara, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-aktar sorsi komuni ta’ applikazzjoni ħażina jew inċertezza legali kif ukoll dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rapportar adegwat ta’ każijiet ta’ frodi fl-akkwist, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra kif stabbilit fl-Artikolu 83(3) tad-Direttiva AP. Dispożizzjonijiet simili ddaħħlu fid-direttivi speċifiċi dwar l-akkwist li jikkonċernaw il-konċessjonijiet (97) u l-utilitajiet (98).

Eżempji ta’ meta tfaċċaw kunflitti ta’ interess fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku:

1)

Fi proċedura ta’ akkwist pubbliku mwettqa fi ħdan proġett li jikkonċerna azzjonijiet għall-promozzjoni tat-tkabbir tan-negozju, ġie identifikat kunflitt ta’ interess peress li s-CEO tal-unika kumpanija li daħlet offerta kien impjegat mill-awtorità kontraenti bil-kompitu li tħejji l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-offerta, fiż-żmien meta twettqet il-proċedura tal-offerti. B’riżultat ta’ dan, in-nefqa kollha relatata mal-akkwist pubbliku kienet irregolari (ineliġibbli għall-kofinanzjament).

2)

Fi proċedura ta’ akkwist pubbliku mwettqa fi ħdan proġett għat-tiġdid tat-teknoloġija b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, l-azzjonista tal-kumpanija rebbieħa kien ukoll il-maniġer tal-konsulent li ta parir lill-awtorità kontraenti dwar id-dokumentazzjoni teknika. L-awtorità kontraenti għażlet konsulent differenti, mhux relatat mar-rebbieħ, għat-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist pubbliku. Il-konsulenza dwar l-akkwist pubbliku limitat ix-xogħol tagħha għall-parti legali tas-sejħa u użat id-dokumentazzjoni teknika mħejjija mill-ewwel konsulenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sejħa għall-offerti. L-awtorità kontraenti ma ħadet l-ebda miżura xierqa biex tevita kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni. B’riżultat ta’ dan, in-nefqa relatata mal-akkwist pubbliku kienet irregolari (ineliġibbli għall-kofinanzjament).

3)

Fi proċedura ta’ akkwist pubbliku, kien hemm bżonn li jiġu ppreżentati tliet offerti indipendenti skont ir-regoli nazzjonali, iżda l-benefiċjarju (l-awtorità kontraenti) għażel l-offerta ta’ offerent li s-sid tiegħu kien ukoll is-sid esklużiv tal-benefiċjarju (madankollu, f’dan il-każ, il-kondizzjonijiet għal għotja interna ma ġewx issodisfati). F’dan il-każ, l-awtorità maniġerjali ma għamlet l-ebda verifika adegwata ta’ sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ indipendenza bejn il-benefiċjarju u l-kuntratturi tiegħu. Għalkemm l-offerta kienet l-aktar waħda baxxa rċevuta, ġie konkluż li n-nefqa kollha relatata ma’ dan il-kuntratt ta’ akkwist pubbliku kienet irregolari u konsegwentement ineliġibbli għall-kofinanzjament.

Il-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jista’ jirriżulta f’korrezzjonijiet finanzjarji jew f’forom oħra ta’ rimedju. Il-Kummissjoni adottat linji gwida, fl-2013 (99) u fl-2019 (100), biex jiġu ddeterminati korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru għan-nefqa ffinanzjata mill-UE għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

B’mod simili għal-linji gwida tal-2013, il-linji gwida tal-2019 jistabbilixxu korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa għal każijiet relatati ma’ kunflitti ta’ interess, “kull meta jiġi identifikat kunflitt ta’ interess mhux żvelat jew li ma jkunx mitigat b’mod adegwat, skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/24/UE (jew l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/23/UE jew l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/25/UE), u l-offerent ikkonċernat kien ta’ suċċess fl-iżgurar tal-kuntratt(i) inkwistjoni”. (101) Il-kunflitt ta’ interess jista’ diġà jseħħ fl-istadju tat-tħejjija tal-proġett, sa fejn it-tħejjija tal-proġett kellha influwenza fuq id-dokumentazzjoni tal-offerta/il-proċedura tal-offerta. Ma hemmx bżonn li ilmentatur juri li l-kunflitt ta’ interess immaterjalizza (102).

Fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess mhux żvelat u mitigat b’mod inadegwat, dan jirreferi għal i) obbligu tal-persuna kkonċernata għal divulgazzjoni minn qabel ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess perċepit u ii) implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġu indirizzati tali sitwazzjonijiet mill-awtorità kontraenti. Dawn il-miżuri jenħtieġ li, l-ewwel nett, jiġu diretti lejn il-persuna kkonċernata min-naħa tal-awtorità kontraenti (jiġifieri din il-persuna twaqqaf l-attivitajiet kollha relatati mal-offerta inkwistjoni, pereżempju, il-membru tal-kumitat ta’ evalwazzjoni jitneħħa mill-bord). Jekk tali miżuri ma jkunux biżżejjed biex jimmitigaw il-kunflitt ta’ interess (pereżempju, il-persuna kkonċernata kienet involuta fl-istadji tal-proċedura tal-akkwist li diġà saret u li ma tistax tinbidel/tiġi ripetuta), jenħtieġ li jittieħdu miżuri ulterjuri mill-awtorità kontraenti fir-rigward tal-offerent ikkonċernat (bħall-esklużjoni tal-offerent mill-offerta, possibbiltà msemmija wkoll fl-Artikolu 57(4)(e) tad-Direttiva AP).

Ma hemmx bżonn li jintwera xi impatt effettiv tal-kunflitt ta’ interess (ukoll minħabba l-kunċett ta’ perċezzjoni fid-definizzjoni tal-kunflitt ta’ interess) fuq il-proċess konkret tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. B’mod partikolari, m’hemmx bżonn ta’ evidenza li l-kunflitt ta’ interess intuża apposta biex ikun ta’ benefiċċju għall-offerent rebbieħ (dawn ikunu rilevanti biss għall-istabbiliment ta’ irregolarità frawdolenti).

Eżempju:

Il-persuna X hija waħda minn ħames membri ta’ kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti. Matul il-perjodu ta’ evalwazzjoni tal-offerti u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għoti, X ġiet impjegata mill-offerent rebbieħ, il-kumpanija Y, f’pożizzjoni responsabbli għall-kompiti relatati mas-suġġett tal-offerta, impjieg li X, madankollu, ma żvelatx bi ksur tal-obbligu proċedurali tagħha.

Irrispettivament mill-influwenza konkreta u materjali tal-persuna X fuq id-deċiżjoni tal-għoti u ċ-ċirkostanzi konkreti tagħha (il-mod ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni skont kriterji oġġettivi tal-għoti, sitt offerenti li jipparteċipaw fl-offerta eċċ.), is-sitwazzjoni tippreżenta kunflitt ta’ interess. Korrezzjoni finanzjarja tapplika skont il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji fl-akkwist pubbliku jekk iż-żewġ kondizzjonijiet imsemmija f’dawn il-linji gwida jiġu ssodisfati, jiġifieri (1) il-kunflitt ta’ interess ma jkunx ġie żvelat u/jew mitigat b’mod adegwat (jew min-naħa tal-persuna X jew min-naħa tal-kumpanija Y) u (2) dan il-kunflitt ta’ interess kien jikkonċerna lill-kumpanija rebbieħa.

Għal aktar informazzjoni dwar l-evitar ta’ kunflitt ta’ interess fil-kuntest tal-akkwist, jekk jogħġbok irreferi għad-dokumenti li ġejjin: i) id-Direttivi AP, ii) “Identifying conflicts of interest in public procurement procedures for structural actions. A practical guide for managers (2013)” (103); iii) “Public procurement Guidance for Practitioners on avoiding the most common errors in projects funded by the European Structural and Investment Funds. Frar 2018” (104); u iv) “DG REGIO — Preventing fraud and corruption in the European Structural and Investment Funds — taking stock of practices in the EU Member States Study on the implementation of Article 125(4)(c) CPR in the Member States” (105).

5.3   Elementi speċifiċi għal strumenti finanzjarji ta’ ġestjoni kondiviża

Meta l-fondi tal-UE jiġu implimentati permezz ta’ strumenti finanzjarji, jeħtieġ li jittieħdu miżuri preventivi u ta’ mitigazzjoni f’kull stadju tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-istrument finanzjarju, mill-għażla tal-korpi biex jimplimentaw strumenti finanzjarji (106) għall-għażla tar-riċevituri finali. L-Artikolu 38(5) tar-RDK jistabbilixxi li l-għażla ta’ dawn il-korpi trid tkun ibbażata fuq proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, li jevitaw il-kunflitt ta’ interess.

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (107) jistabbilixxi li l-għażla tal-korpi trid tkun trasparenti u ġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitti ta’ interess. Dan jistabbilixxi wkoll li f’każijiet fejn il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jalloka r-riżorsi finanzjarji tiegħu stess lill-istrument finanzjarju jew jikkondividi r-riskju, huma meħtieġa miżuri biex jitnaqqsu l-kunflitti ta’ interess possibbli.

Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 jistabbilixxi li l-għażla tar-riċevituri finali trid tkun trasparenti u ġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interess.

6.   MIŻURI POSSIBBLI BIEX JIĠU EVITATI U ĠESTITI L-KUNFLITTI TA’ INTERESS

Meta jiġu indirizzati l-kunflitti ta’ interess, jenħtieġ li l-fokus jitqiegħed fuq il-prevenzjoni peress li huwa ferm aktar diffiċli li jiġu identifikati u kkoreġuti tali sitwazzjonijiet. Ta’ min wieħed iżomm f’moħħu li jistgħu jinqalgħu kunflitti ta’ interess fi kwalunkwe stadju tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. B’riżultat ta’ dan, kwalunkwe miżura biex jiġu evitati u indirizzati għandha tikkunsidra l-istadji bikrin tal-implimentazzjoni biex tiġi massimizzata l-prevenzjoni fuq il-korrezzjoni. Barra minn hekk, il-miżuri għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-kunflitti ta’ interess jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati, trasparenti u aġġornati regolarment (filwaqt li jitqies kwalunkwe żvilupp legali, ta’ politika jew istituzzjonali).

Dan il-kapitolu jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet għal miżuri li jistgħu jiġu implimentati biex jiġu evitati u ġestiti sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. Dawn is-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri bi gwida u b’għodod biex jgħinuhom jevitaw kunflitti ta’ interess.

Għal spjegazzjonijiet u eżempji addizzjonali, jekk jogħġbok irreferi għall-ħidma estensiva mwettqa mill-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi) u SIGMA (Appoġġ għat-Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni (108)) dwar il-kunflitti ta’ interess (109) u għall-qafas regolatorju għall-istituzzjonijiet tal-UE msemmija fil-Kapitolu 4.

6.1   Sensibilizzazzjoni

Il-mudell ta’ responsabbiltà għall-maniġers huwa approċċ għall-ġestjoni pubblika li fih, il-maniġers jinżammu responsabbli għar-riżultati billi jiġu assenjati r-responsabbiltà, akkumpanjata minn awtorità delegata għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-awtonomija u r-riżorsi meħtieġa biex jinkisbu r-riżultati mistennija. Fil-prattika, il-maniġers superjuri jenħtieġ li jkollhom l-awtorità u l-awtonomija biex ikunu responsabbli għar-riżultati tal-organizzazzjoni jew tal-entità li jissupervizzaw.

Fil-kuntest ta’ hawn fuq, il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess hija marbuta mill-qrib mal-għarfien ta’ dawk involuti; jekk jiġi antiċipat kunflitt ta’ interess, dan jista’ jiġi evitat. Għalhekk huwa rrakkomandat ħafna li ssir sensibilizzazzjoni dwar il-kunflitti ta’ interess. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ kultura ta’ ġestjoni b’saħħitha (xempju ta’ etika) li tappoġġa l-integrità hija ta’ importanza kbira peress li uffiċjali pubbliċi/membri tal-persunal superjuri jistgħu joħolqu kultura ta’ integrità fejn kulħadd ikollu s-sjieda u r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom u fejn il-kunflitti ta’ interess ma jkunux ittollerati. Bl-istess mod, huwa importanti wkoll li tiġi mħeġġa kultura li fiha l-membri tal-persunal jistgħu jfittxu gwida u pariri mingħajr il-biża’ ta’ ritaljazzjoni.

L-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprovdu taħriġ kontinwu, komprensiv u obbligatorju dwar l-etika u l-integrità u dwar kif għandhom jiġu identifikati, ġestiti u mmonitorjati l-kunflitti ta’ interess. Dan jinkludi eżempji ta’ kunflitti ta’ interess u l-għoti ta’ pariri f’każ li uffiċjal ikollu dubji dwar politiki jew dwar proċeduri fis-seħħ. Il-ħatra ta’ uffiċjal tal-etika fl-entità involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE tista’ tkun ukoll parti mill-miżuri fis-seħħ. Tali uffiċjal ikun responsabbli biex jipprovdi lil kwalunkwe persuna li titolbu, b’parir rilevanti għall-konformità mal-prinċipji etiċi. Filwaqt li jkun marbut bis-segretezza professjonali, l-uffiċjal tal-etika jista’ jkollu rwol fundamentali fit-tixrid ta’ kultura ta’ integrità bbażata fuq id-djalogu u l-fiduċja.

6.2   Politiki, regoli u proċeduri

Filwaqt li jitqiesu n-numru, id-daqs u l-kumplessità tal-programmi u tal-membri tal-persunal disponibbli, huwa importanti li jiġi żgurat li l-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet (jew is-segregazzjoni tal-kompiti/dmirijiet) jiġi implimentat b’mod adegwat fil-prattika (bejn u fi ħdan kull korp involut fil-ġestjoni u/jew fil-kontroll tal-fondi tal-UE), peress li dan huwa rekwiżit importanti għall-istabbiliment tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll kif stabbilit fl-Artikolu 36(3)(a) tar-RF 2018.

Kull korp għandu jkollu: i) arranġamenti bil-miktub fir-rigward tal-eżerċitar tal-funzjonijiet differenti u tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, ii) diviżjoni ċara tal-funzjonijiet u deskrizzjonijiet ċari tal-kompiti għall-persunal; iii) għadd adegwat ta’ riżorsi umani kkwalifikati biżżejjed fil-livelli differenti u għall-funzjonijiet differenti.

Il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet huwa rilevanti sal-punt li jkun hemm probabbiltà aktar baxxa ta’ kunflitti ta’ interess jekk il-funzjonijiet ikunu separati b’mod adegwat, jiġifieri, separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet timminimizza r-riskju ta’ kunflitti ta’ interess. In-nuqqas ta’ proċeduri li jiżguraw li l-funzjonijiet jiġu separati b’mod adegwat huwa nuqqas fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

Eżempji b’rabta mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet:

1)

Membru tal-persunal li kien responsabbli għall-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE aktar tard għandu l-kompitu li jivverifika l-implimentazzjoni tiegħu. Fit-twettiq tal-awditu, il-membru tal-persunal jista’ jemmen li l-appoġġ tiegħu għall-għażla tal-proġett jenħtieġ li jkun sostnut minn rapport pożittiv dwar l-implimentazzjoni tiegħu. Anki jekk ikun hemm varjetà kbira ta’ raġunijiet għaliex proġett magħżul jista’ jmur ħażin, in-nuqqas ta’ separazzjoni ċara tal-funzjonijiet jista’ jwassal għal sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess.

2)

L-awtorità tal-awditjar timplimenta xi operazzjonijiet ta’ assistenza teknika. Meta tali operazzjonijiet ikunu inklużi fil-kampjun li għandu jiġi awditjat mill-awtorità tal-awditjar, l-awditjar ta’ tali operazzjonijiet jenħtieġ li jitwettaq minn awditur indipendenti differenti biex jiġi żgurat li l-funzjonijiet ikunu separati b’mod adegwat. Jistgħu jseħħu sitwazzjonijiet simili, pereżempju, fil-livell ta’ awtorità maniġerjali ta’ programm partikolari li fih l-istess awtorità maniġerjali tkun ukoll benefiċjarja tal-fondi. F’dawk il-każijiet, il-kompiti tal-awtorità maniġerjali jenħtieġ li jiġu ttrasferiti għal servizz differenti (anki jekk fl-istess organizzazzjoni) u l-arranġamenti għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, l-approvazzjoni tad-deċiżjoni tal-għotja u l-verifiki tal-ġestjoni jridu jiżguraw is-separazzjoni tal-funzjonijiet.

3)

Id-dipartiment ekonomiku fil-ministeru reġjonali jibgħat membru votanti lil kumitat tal-għażla:

Xenarju 1: Id-dipartiment ambjentali ta’ ministeru reġjonali japplika għal proġett, li l-għażla tiegħu trid tiġi deċiża mid-dipartiment ekonomiku tal-istess ministeru. Valutazzjoni: i) l-ebda kunflitt ta’ interess — jekk ma teżisti l-ebda relazzjoni ġerarkika bejn id-dipartimenti ekonomiċi u ambjentali; u jekk id-dipartiment ekonomiku ma kienx involut fit-tħejjija tal-proġett imwettaq mid-dipartiment ambjentali; u hemm separazzjoni ċara tal-funzjonijiet.

Xenarju 2: Id-dipartiment ekonomiku japplika għal proġett. Valutazzjoni: kunflitt ta’ interess.

L-implimentazzjoni ta’ kodiċi ta’ etika u/jew kondotta (110) jew kwalunkwe politika u proċedura oħra fuq il-post tax-xogħol, inklużi regoli li jirregolaw il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-organizzazzjoni (111), huma wkoll ta’ importanza ewlenija. Dawn kollha huma għodod utli biex titqajjem kuxjenza u jiġu stabbiliti r-regoli u l-obbligi għall-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess. Il-politiki u l-proċeduri jenħtieġ li jkunu mhux ambigwi u li jkopru kwistjonijiet bħal:

kunflitti ta’ interess — spjegazzjonijiet, rekwiżiti u proċeduri għad-dikjarazzjoni tagħhom, proċeduri kontradittorji li jwasslu għal sanzjonijiet possibbli;

il-politika dwar ir-rigali u l-ospitalità (112) — spjegazzjoni u responsabbiltajiet tal-persunal dwar il-konformità;

informazzjoni kunfidenzjali — spjegazzjoni u responsabbiltajiet tal-persunal;

rekwiżiti għar-rapportar ta’ frodi suspettata, inkluż il-protezzjoni tal-informaturi (kif imsemmi fl-Artikolu 142(2)(a) tar-RF 2018). Il-politiki u r-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta jenħtieġ li jinkludu elementi bħal x’għandu jiġi rrapportat, kif għandu jiġi rrapportat, lil min għandu jiġi rrapportat, fejn jista’ jinstab appoġġ, il-protezzjoni tad-data personali, il-miżuri ta’ protezzjoni għall-informaturi, kif ir-rapportar tagħhom se jiġi investigat u kkomunikat u l-konsegwenzi għall-persuni li jirritaljaw kontra l-informaturi (113).

Leġiżlazzjoni, politiki u proċeduri formali biex jiġu regolati l-kunflitti ta’ interess, biex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ kunflitti ta’ interess u biex jiġu indirizzati każijiet li jirriżultaw huma għodod li jridu jkunu fis-seħħ (ara wkoll il-Kapitolu 3.2). F’ambjent li qed jevolvi b’mod kostanti, il-politika u l-proċeduri jridu jibqgħu effettivi u rilevanti fit-trattament tal-kunflitti ta’ interess billi jiġu aġġornati jekk u meta jkun meħtieġ. Il-membri tal-persunal iridu jiddikjaraw l-aderenza mar-regoli, mal-politiki u mal-proċeduri stabbiliti.

L-istrumenti legali attwali biex jiġu regolati l-kunflitti ta’ interess jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Pereżempju, jista’ jkun hemm i) leġiżlazzjoni speċifika li tindirizza l-kwistjoni tal-kunflitti ta’ interess fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE; ii) leġiżlazzjoni “orizzontali” li tindirizza l-kwistjoni tal-kunflitti ta’ interess f’termini ġenerali għas-settur pubbliku kollu u iii) strumenti legali jew kwalunkwe strument ieħor adattat għall-implimentazzjoni ta’ tali regoli u l-iżgurar li dawn jiġu infurzati.

6.3   Dikjarazzjonijiet ta’ interess, dikjarazzjoni tal-assi u funzjonijiet esklużivi

Dikjarazzjonijiet ta’ interess

It-trasparenza hija essenzjali biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess fi kwalunkwe stadju tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. L-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali fi kwalunkwe livell għandhom jiżviluppaw miżuri fi ħdan is-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom biex jiżguraw it-trasparenza u r-responsabbiltà.

Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess u, jekk applikabbli, dikjarazzjoni ta’ interessi kemm attwali kif ukoll tal-passat huma għodod utli biex jgħinu fl-identifikazzjoni u fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess.

L-interessi tal-passat huma rilevanti sakemm il-persuna jibqa’ jkollha obbligi/responsabbiltajiet li jirriżultaw minn pożizzjonijiet/impjieg tal-passat (matul perjodu speċifiku ta’ preklużjoni u l-astensjoni mill-eżerċizzju ta’ dmirijiet li jistgħu jinterferixxu mad-dmirijiet ta’ impjieg tal-passat). Id-dikjarazzjonijiet ta’ interessi tal-passat jistgħu jkunu limitati pereżempju għal ħames snin jew sakemm il-persuna jkompli jkollha responsabbiltajiet/obbligi relatati ma’ dawk il-pożizzjonijiet tal-passat/sitwazzjonijiet ta’ impjieg.

Id-dikjarazzjoni jenħtieġ li tintalab mill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli (u għandha tiġi aġġornata hekk kif isseħħ bidla fis-sitwazzjoni tal-interess). Dan jista’ jinkludi, pereżempju, interessi rilevanti għall-ġestjoni tal-kuntratti, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u għall-għajnuna fit-tħejjija jew fl-għoti ta’ pariri dwar il-politika. Dikjarazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jkun fihom:

referenza ċara għall-kompiti kkonċernati u għas-suġġett;

l-isem sħiħ tal-firmatarju, id-data tat-twelid, il-pożizzjoni fl-organizzazzjoni u l-funzjonijiet dettaljati;

id-data tal-firma.

Id-dikjarazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-firmatarju jiddikjara uffiċjalment:

jekk għandux interessi li jipperċepixxi li huma jew jistgħu jitqiesu li huma f’kunflitt mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u/jew jekk huwiex f’kunflitt ta’ interess marbut mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;

jekk hemmx ċirkostanzi (inklużi interessi) li jistgħu jpoġġuh f’kunflitt ta’ interess fil-futur qrib; u

li jirrapporta minnufih kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli fil-każ ta’ kwalunkwe ċirkostanza li tista’ twassal għal tali konklużjoni.

Nota ta’ spjegazzjoni tista’ tiġi mehmuża mad-dikjarazzjoni biex tagħti lill-firmatarji gwida ċara dwar l-aspetti li ġejjin.

Il-politika tal-organizzazzjoni, inkluż l-għan tad-dikjarazzjoni u li tista’ tkun soġġetta għall-verifika biex ikun żgurat li hija korretta.

Ir-rekwiżiti legali, inkluża kjarifika ta’ ċerti kwistjonijiet li jirriżultaw mid-definizzjoni. Bħala eżempju, jenħtieġ li tiċċara liema relazzjonijiet jikkostitwixxu sħubija fil-familja (ara l-Kapitolu 3.2.1).

Il-kodiċi ta’ kondotta, il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-organizzazzjoni.

Il-proċedura għall-astensjoni u t-tneħħija f’każijiet fejn jiġi identifikat kunflitt ta’ interess possibbli. Meta membru tal-persunal jiżvela kunflitt ta’ interess possibbli jew meta parti terza tirrapporta kunflitt ta’ interess possibbli, il-membru tal-persunal ikkonċernat għandu jkun obbligat li jżomm lura milli jittratta l-fajl rilevanti sakemm is-superjur tiegħu jew l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet dwar jekk jeżistix kunflitt ta’ interess (dan jista’ jinkludi wkoll f’każijiet passati).

Il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ bidla fis-sitwazzjoni, speċjalment meta u kif jiġi ddikjarat kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jinħoloq u lil min.

Il-konsegwenzi jekk ma jiġix żvelat kunflitt ta’ interess, spiss magħrufa bħala proċeduri ta’ “ksur ta’ fiduċja”. Il-persuna jew il-korp li jkollhom is-setgħa li jimplimentawhom għandu jkollhom awtorità u dover ta' rendikont suffiċjenti.

Meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess wara li tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni inizjali, dan mhux neċessarjament ifisser li d-dikjarazzjoni inizjali kienet falza. Huwa possibbli li l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi li kkawżaw il-kunflitt ma kienet preżenti jew magħrufa meta ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li jkun hemm obbligu li:

il-persuna kkonċernata tiddikjara s-sitwazzjoni eżistenti malli ssir taf biċ-ċirkostanzi li jistgħu jinfluwenzaw l-eżekuzzjoni imparzjali u oġġettiva tad-dmirijiet tagħha;

toqgħod lura milli tieħu azzjoni u tirreferi l-każ lis-superjur ġerarkiku tagħha (jew lill-uffiċjal awtorizzanti rilevanti b’delega).

Huwa importanti li l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi biex jivvalutaw id-dikjarazzjonijiet ta’ interess u japplikawhom b’mod konsistenti. Bħala parti mill-verifiki effettivi biex jiġu identifikati dikjarazzjonijiet foloz possibbli, id-dikjarazzjonijiet kollha jenħtieġ li jiġu rreġistrati kif xieraq, jiġu ssejvjati mill-awtorità u jkunu soġġetti għal kontrolli (skont metodoloġija xierqa), skont il-liġi applikabbli, kontra sorsi oħra ta’ informazzjoni biex jiġu identifikati, pereżempju, rabtiet bejn dawk involuti fl-għażla ta’ proġetti u benefiċjarji potenzjali.

Ir-regoli tal-UE u dawk nazzjonali huma applikabbli sa fejn huma kkonċernati s-sanzjonijiet u r-rimedji legali għal ksur minn uffiċjali, benefiċjarji u kuntratturi. Meta tiġi identifikata dikjarazzjoni falza, l-awtorità jenħtieġ li tipproċedi, soġġett għall-qafas legali fis-seħħ, b’miżuri investigattivi xierqa (inkluż eżami tal-impatt tagħha fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE) u korrettivi. Dawn tal-aħħar jistgħu jinkludi l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari u kriminali fuq l-uffiċjal li jkun ippreżenta d-dikjarazzjoni falza, it-tħassir u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-proċeduri tal-għoti, it-tħassir ta’ kuntratti/ftehimiet, is-sospensjoni ta’ pagamenti, it-twettiq ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupru tal-fondi. Kunflitti ta’ interess mhux iddikjarati mhux neċessarjament jikkostitwixxu reati kriminali. Madankollu, il-kunflitti ta’ interess, jekk ma jiġux identifikati u ġestiti kif suppost, jistgħu finalment jilħqu dan il-punt, skont il-qafas legali applikabbli.

Dikjarazzjoni tal-assi u funzjonijiet esklużivi

Id-divulgazzjoni tal-assi u l-politiki għal funzjonijiet esklużivi u/jew impjiegi kumulattivi għal detenturi ta’ uffiċċju pubbliku jew uffiċjali f’karigi sensittivi/ta’ riskju ogħla jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess. Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu inklużi.

Dikjarazzjoni ta’ introjtu personali.

Dikjarazzjoni tad-dħul u l-assi tal-familja (114).

Dikjarazzjoni ta’ assi personali.

Divulgazzjoni pubblika tad-dettalji, id-dmirijiet, ir-rwoli u n-numru tal-impjieg preċedenti tal-persuna f’entitajiet pubbliċi u privati.

Divulgazzjoni pubblika (jew f’reġistru aċċessibbli biss għal persuni li jistgħu juru interess leġittimu fil-kisba ta’ din id-data personali) ta’ dikjarazzjonijiet ta’ introjtu u assi (115).

Restrizzjonijiet fuq is-sjieda ta’ jew fuq l-eżerċitar ta’ drittijiet li jirriżultaw minn titoli ta’ proprjetà ta’ kumpaniji privati.

Ċessjoni, jew billi jinbiegħu interessi jew investimenti ta’ negozju, jew billi jiġi stabbilit (flimkien ma’ miżuri oħra) trust fil-għama biex jiġi żgurat li l-benefiċjarju ma jkollu l-ebda għarfien tal-assi tiegħu u l-ebda dritt li jintervjeni fil-ġestjoni tal-assi tiegħu.

Dikjarazzjoni ta’ rigali, inklużi restrizzjonijiet u kontroll ta’ rigali u forom oħra ta’ benefiċċji bħall-ospitalità skont politiki u proċeduri definiti minn qabel.

It-tneħħija u l-irtirar ta’ rutina tal-membri tal-persunal minn dmir pubbliku meta jkunu qed jipparteċipaw f’laqgħa jew meta jieħdu deċiżjoni li tqegħedhom f’pożizzjoni ta’ kunflitt.

Is-sigurtà u l-kontroll tal-aċċess għall-informazzjoni interna.

Rotazzjoni regolari u effettiva tal-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi (fir-rigward tat-tħejjija ta’ sejħiet, l-evalwazzjoni u l-verifika ta’ sottomissjonijiet, l-awtorizzazzjoni, il-pagament u l-kontabbiltà, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku); l-użu ta’ kaxex postali funzjonali depersonalizzati għall-“helpdesks”.

Restrizzjonijiet (u/jew rekwiżiti ta’ trasparenza/reġistrazzjoni/superviżjoni) fuq l-impjieg sekondarju, ħatriet konkorrenti (eż. ma’ organizzazzjoni mhux governattiva, organizzazzjoni politika, jew kumpanija tal-gvern), negozju ta’ wara l-impjieg, impjieg tal-konjuġi (jew ta’ sieħeb li miegħu l-individwu għandu sħubija barra mir-rabta taż-żwieġ irreġistrata) u anki impjieg ieħor ta’ membri immedjati tal-familja.

Dispożizzjonijiet legali xierqa biex jiġu indirizzati interessi kunfliġġenti relatati ma’ attivitajiet professjonali ġodda wara t-tluq mis-servizz ċivili, jiġifieri l-fatt li impjegat taċ-ċivil li jkun ħalla s-servizz riċentement jidħol f’relazzjonijiet ġodda ta’ impjieg jew ta’ negozju privat f’qasam marbut mal-funzjonijiet preċedenti tiegħu jew, għall-kuntrarju, li persuna bi sfond ta’ negozju riċenti f’ċertu qasam tiġi rreklutata għal funzjoni pubblika relatata. Dan ta’ hawn fuq jista’ jinkludi wkoll restrizzjonijiet, għal perjodu ta’ żmien limitat, minn kuntatti professjonali ma’ eks kollegi jew minn rappreżentanti ta’ partijiet opposti wara t-tluq mis-servizz. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu joħolqu riskju sinifikanti ta’ fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika. Konsegwentement, jenħtieġ li jkun hemm regoli u proċeduri speċifiċi għall-ġestjoni ta’ tali sitwazzjonijiet, li jistgħu jinkludu dikjarazzjonijiet dwar l-imġiba etika jew l-aċċettazzjoni ta’ skrutinju għal ċertu numru ta’ snin.

6.4   Miżuri oħrajn

Huwa partikolarment importanti li jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess mill-aktar fis possibbli. Jekk, pereżempju, jiġi identifikat kunflitt ta’ interess qabel ma jingħata l-finanzjament tal-UE, il-proċedura tal-għażla jenħtieġ li tiġi sospiża sakemm issir investigazzjoni ulterjuri.

Il-verifika tal-informazzjoni pprovduta mill-bażijiet tad-data tar-reġistru tal-kumpaniji, il-bażijiet tad-data tal-korpi tal-UE u ta’ korpi nazzjonali għall-verifika tal-kuntratti tax-xogħol bejn il-persuni fiżiċi u l-persuni ġuridiċi, ir-reġistri pubbliċi (116), il-fajls tal-impjegati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali tista’ tkun għodda siewja biex tipprevjeni sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. Dan ta’ hawn fuq jista’ jirrikjedi l-parir jew l-intervent ta’ korpi kompetenti oħra, skont il-liġi applikabbli. Jistgħu jintużaw ukoll għodod ta’ punteġġi tar-riskju (bħal ARACHNE msemmija aktar ’il quddiem). Id-data trid tiġi ttrattata billi jitqiesu r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

L-istabbiliment ta’ indikaturi tar-riskju speċifiċi jista’ jgħin biex iwissi dwar ir-riskju ta’ kunflitti ta’ interess. L-indikaturi tar-riskju huma elementi mhux tas-soltu skont in-natura jew differenti mill-attività normali u li jistgħu jwissu dwar il-ħtieġa ta’ aktar eżaminazzjoni. Il-kunflitti ta’ interess jistgħu jieħdu kwalunkwe numru ta’ forom u jistgħu jirriżultaw u jaffettwaw id-deċiżjonijiet fi kwalunkwe ħin — mill-istabbiliment ta’ għanijiet strateġiċi għall-evalwazzjoni ta’ proġett jew tar-rapport tal-kwittanza. Għalhekk, kwalunkwe lista ta’ indikaturi ma tistax tkun eżawrjenti.

L-indikaturi tar-riskju jenħtieġ li jagħmlu lill-persunal u lill-maniġers aktar viġilanti u jħeġġuhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa. Madankollu, l-indikaturi tar-riskju ma jfissrux li seħħet jew li tista’ sseħħ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess, iżda li s-sitwazzjoni jeħtieġ li tiġi vverifikata u mmonitorjata bid-diliġenza dovuta.

Jistgħu jiġu kkunsidrati l-indikaturi tar-riskju li ġejjin:

nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess, fejn din hija obbligatorja jew mitluba;

membru tal-persunal tal-awtorità kontraenti, eżatt qabel ma ngħaqad magħha, ħadem għal ditta li tista’ tagħmel offerta li tkun ippreparata mill-membru tal-persunal;

il-membru tal-persunal tal-awtorità kontraenti għandu familja immedjata li taħdem għal ditta li tista’ tagħmel offerta;

emenda għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-kuntrattur;

relazzjonijiet/konoxxenza bejn il-benefiċjarju u l-persunal tal-awtorità involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit jew bejn il-benefiċjarju finali u l-kuntratturi;

il-benefiċjarju u s-sottokuntrattur imqabbad jikkondividu l-ispazju/bini/indirizz tal-uffiċċju, jew ix-xebh fl-ismijiet tal-kumpaniji jindika interdipendenza ekonomika;

il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ma għandhomx il-kompetenza teknika meħtieġa biex jevalwaw l-offerti sottomessi u huma mmexxija minn individwu wieħed;

membru tal-kumitat ta’ esperti li jivvaluta l-proġetti għandu grad għoli f’waħda mill-entitajiet li jippreżentaw proġett għall-finanzjament;

elementi soġġettivi huma rrappreżentati żżejjed fis-sistema tal-kriterji jew fl-evalwazzjoni ta’ offerta;

l-ispeċifikazzjonijiet huma simili ħafna għall-prodott jew għas-servizzi tal-offerent rebbieħ, speċjalment jekk l-ispeċifikazzjonijiet jinkludu sett ta’ rekwiżiti speċifiċi ħafna li ftit offerenti jistgħu jissodisfaw;

l-ammont stmat/massimu tal-kuntratt ma jiġix żvelat fid-dokumenti tal-akkwist disponibbli għall-pubbliku (irreġistrati biss internament), iżda l-offerta hija qrib ħafna ta’ dak l-ammont stabbilit internament (pereżempju, differenza ta’ 1-2 %);

benefiċjarju maħluq immedjatament qabel l-applikazzjoni għall-għotja;

ftit applikanti jew inqas applikanti milli mistenni għal sejħa għal proposti/offerti;

l-istess intrapriża ripetutament tirbaħ kuntratti suċċessivi;

eżekuzzjoni dgħajfa ta’ kuntratt ma tirriżultax fl-applikazzjoni ta’ penali jew fl-esklużjoni tal-kuntrattur/fornitur ta’ servizz milli jingħata kuntratti ulterjuri.

Madankollu, din il-lista mhijiex eżawrjenti. Is-servizzi u l-awtoritajiet rilevanti jenħtieġ li jżidu magħha.

Bħala parti mill-ġlieda kontra l-frodi (117) (u l-irregolaritajiet), il-Kummissjoni żviluppat għadd ta’ għodod għall-estrazzjoni tad-data u għall-punteġġ tar-riskju, għan-naħa tan-nefqa tal-baġit, magħrufa bħala “DAISY” u “ARACHNE”.

DAISY hija għodda analitika għad-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli għar-riċerka li jipproċessaw il-profili tar-riskju u l-bnadar ħomor biex jiffukaw il-kapaċitajiet tal-awditjar u riżorsi oħra ta’ kontroll fuq l-aktar proġetti suxxettibbli għar-riskju.

ARACHNE (118), li hija offruta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, hija għodda speċifika għall-estrazzjoni tad-data/għall-punteġġ tar-riskju li tistabbilixxi, abbażi tad-data pprovduta mill-awtoritajiet maniġerjali, bażi tad-data komprensiva tal-proġetti. Din tarrikkixxi din id-data b’informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sabiex tidentifika, abbażi ta’ sett ta’ indikaturi tar-riskju, il-proġetti, il-benefiċjarji, il-kuntratti u l-kuntratturi li jistgħu jkunu suxxettibbli għal riskji ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u irregolaritajiet. ARACHNE tidentifika aktar minn mitt indikatur tar-riskju, li huma raggruppati f’seba’ kategoriji tar-riskju bħall-akkwist, il-ġestjoni tal-kuntratti, l-eliġibbiltà, il-prestazzjoni, il-konċentrazzjoni, it-twissijiet ta’ reputazzjoni u ta’ frodi.

Ladarba tkun fis-seħħ u ladarba tkun parti mis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, ARACHNE hija għodda li tista’ żżid l-interoperabbiltà tad-data disponibbli u magħha l-effiċjenza tal-għażla tal-proġetti, tal-verifiki tal-ġestjoni, tal-kontrolli u tal-awditjar. ARACHNE tista’ tgħin biex jiġu identifikati u salvagwardjati sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. Din turi rabtiet legali bejn il-kumpaniji u l-persuni, u hija kapaċi tidentifika r-riskji ta’ kunflitt ta’ interess.

Eżempju ta’ ARACHNE fil-prattika:

Image 1

Fl-eżempju tal-proġett Tango, hemm rabta legali diretta bejn il-persuna 1 (benefiċjarju tal-proġett li jinsab fil-pajjiż Y) u l-persuna 2 (kuntrattur tal-proġett li jinsab fil-pajjiż X) permezz tal-kumpanija H, li tinsab f’pajjiż differenti minn dak tal-benefiċjarju u tal-kuntrattur. Ta’ min jivverifika l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess f’dan l-eżempju. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biex jiġu mmirati b’mod aktar effettiv u effiċjenti l-verifiki, il-kontrolli u l-awditi. Jenħtieġ li jiġi nnotat li, anki jekk l-eżempju ta’ hawn fuq jirreferi għal każ ta’ akkwist, ARACHNE hija wkoll għodda effettiva biex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess perċepiti fost il-persunal li jaħdem għal istituzzjoni tal-UE jew awtorità nazzjonali li huwa responsabbli għall-għażla u l-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet u forom oħra ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku.

M’hemm l-ebda politika tajba għal kulħadd għall-ġestjoni tal-kwistjoni ta’ kunflitti ta’ interess li tista’ tiġi applikata bl-istess effettività fil-pajjiżi u fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Sabiex ikunu effettivi, tali politiki jenħtieġ li dejjem iqisu l-kuntest politiku, amministrattiv u legali f’kull pajjiż kif ukoll il-karatteristiċi speċjali, ix-xejriet attwali u r-riskji assoċjati ma’ ambjenti kulturali u reġjonali differenti.

Minbarra l-miżuri msemmija hawn fuq, hemm fatturi ta’ riskju, realtajiet u aspetti addizzjonali li jenħtieġ li jitqiesu meta jitfasslu l-politiki u l-proċeduri sabiex tissaħħaħ u/jew terġa’ tinkiseb il-fiduċja fis-settur pubbliku:

sabiex jiġi żgurat li r-riskji assoċjati mal-kunflitti ta’ interess jiġu indirizzati b’suċċess, kwalunkwe azzjoni jenħtieġ li tkun parti minn kultura ta’ governanza usa’ ta’ trasparenza, integrità, imparzjalità u responsabbiltà msaħħa;

politiki u proċeduri sodi għall-ġestjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess jenħtieġ li jkunu marbuta mill-qrib mal-obbligi ta’ kontra l-frodi tal-pajjiżi u tal-istituzzjonijiet tal-UE u għalhekk għandhom isiru prijorità politika u ta’ ġestjoni;

kwalunkwe kumitat responsabbli għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess jenħtieġ li jikkonforma ma’ regoli u kontrolli dettaljati biex jiġu infurzati t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-kredibbiltà.

Aspett ieħor tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess jikkonċerna l-benefiċjarji u l-kuntratturi. F’konformità mal-liġi applikabbli u fil-limiti tagħha, jista’ jiġi promoss livell għoli ta’ protezzjoni permezz ta’ dispożizzjonijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa rilevanti u fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ finanzjament. Dispożizzjonijiet li jipprevjenu kunflitti ta’ interess jistgħu jirreferu b’mod partikolari għal:

l-għażla tal-benefiċjarju jew tal-kuntrattur (li tista’ tinkludi limitazzjoni fuq id-durata tal-kuntratt tagħhom (119));

ir-rwol tal-benefiċjarju/kuntrattur, jew dak ta’ persuni jew entitajiet b’rabta mal-benefiċjarju jew mal-kuntrattur (inklużi s-sidien benefiċjarji), fit-tħejjija tas-sejħa;

l-implimentazzjoni tal-proġett mill-benefiċjarju jew mill-kuntrattur (120);

l-għażla ta’ sottokuntratturi jew ta’ entitajiet sħab (speċjalment fil-każ ta’ għotjiet ma’ sħab/membri ta’ konsorzju minn Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi).

Bħala eżempju, l-obbligi li ġejjin jenħtieġ li jiġu imposti fuq il-benefiċjarji u l-kuntratturi: i) li jżommu lura minn kwalunkwe attività li twassal għal kunflitti ta’ interess; u ii) li jgħaddu dawn l-obbligi u obbligi rilevanti oħra lil kwalunkwe persuna fiżika bis-setgħa li tirrappreżentahom jew li tieħu deċiżjonijiet f’isimhom, lill-persunal tagħhom u lil partijiet terzi involuti fit-twettiq/implimentazzjoni tal-ftehim/kuntratt, inklużi s-sottokuntratturi.

Il-benefiċjarji u l-kuntratturi jridu jiżguraw ukoll li l-persuni msemmija hawn fuq ma jitqegħdux f’sitwazzjoni li tista’ twassal għal kunflitti ta’ interess u jridu jinnotifikaw minnufih dwar kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tikkostitwixxi kunflitt ta’ interess jew interess professjonali kunfliġġenti matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt/ftehim. Il-benefiċjarji u l-kuntratturi jridu jieħdu azzjoni immedjata biex jikkoreġu s-sitwazzjoni u l-awtorità kontraenti għandha: i) tivverifika li l-azzjoni hija xierqa; ii) tirrikjedi li l-benefiċjarju/kuntrattur jieħu azzjoni ulterjuri fi żmien skadenza speċifikata; u/jew iii) tiddeċiedi li ma tagħtix kuntratt speċifiku (fil-każ ta’ kuntratti qafas) lill-kuntrattur. L-uffiċjal awtorizzanti jew l-awtorità rilevanti jenħtieġ li jeżerċitaw ġudizzju u jikkunsidraw bir-reqqa n-natura u l-intensità tar-rimedji għall-każ speċifiku li jkun qed jiġi indirizzat.


(1)  ĠU L 193, 30.07.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 248.

(3)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(4)  Biex jiġi żgurat li n-nota ta’ gwida tkun ċara u faċli biex tinftiehem, ir-referenzi għad-Direttiva dwar l-Akkwist 2014/24/UE wkoll jenħtieġ li jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni u għad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE peress li l-kunċett ta’ kunflitti ta’ interess huwa definit b’mod simili fit-tliet Direttivi kollha.

(5)  Titolu II RF 2018.

(6)  Ara wkoll il-Kapitolu 3.2.4 u l-Kapitolu 5.1.

(7)  Bl-esklużjoni ta’ kwistjonijiet etiċi f’kuntesti mhux finanzjarji, li huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE u dokumenti tal-Kummissjoni mhux relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

(8)  L-atturi finanzjarji (skont it-tifsira tal-Kapitolu 4 — l-Artikoli 73, 76, 77 u 89 — tat-Titolu IV tar-RF 2018) huma l-uffiċjali awtorizzanti (kull istituzzjoni tal-UE twettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti u tiddelega — u tissottodelega ulterjorment — id-dmirijiet tagħha ta’ uffiċjal awtorizzanti lil persunal f’livell xieraq), l-uffiċjali tal-kontabbiltà (maħtura minn kull istituzzjoni tal-UE minn uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal) u l-amministraturi tal-impresti (maħtura b’deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni tal-UE, abbażi ta’ proposta debitament sostanzjata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli).

(9)  Eżempji ta’ fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri huma: i) il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); ii) il-Fond Soċjali Ewropew (FSE); iii) il-Fond ta’ Koeżjoni (FK); iv) il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS); v) il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMIF); vi) il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF); vii) l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (Border Management and Visa Instrument, BMVI), viii) il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR); ix) il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG); x) il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (Fund for European Aid to the Most Deprived, FEAD); xi) il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); u xii) il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE).

(10)  Lista mhux eżawrjenti ta’ sħab esterni hija disponibbli fil-Kapitolu 4.

(11)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(12)  Il-metodi użati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE huma stabbiliti fl-Artikolu 62 tar-RF 2018 (ġestjoni diretta/indiretta/kondiviża).

(13)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2015, eVigilo Ltd., C-538/13, ECLI:EU:C:2015:166, il-paragrafi 35, 42 u 43, dwar l-akkwist pubbliku. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni meħuda f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess tikser il-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza; hija kkonkludiet li d-dritt tal-UE ma jipprekludix li qorti nazzjonali tista’ tiddeċiedi li aġġudikazzjoni tkun illegali, unikament abbażi ta’ preġudizzju fil-proċedura tal-għoti, li l-ilmentatur ma għandux għalfejn juri, iżda li l-awtorità aġġudikanti trid teżamina. Kunflitt ta’ interess jinvolvi r-riskju li l-awtorità kontraenti tista’ tagħżel li tkun iggwidata minn kunsiderazzjonijiet mhux relatati mal-kuntratt inkwistjoni u li minħabba dan il-fatt biss tista’ tingħata preferenza lil offerent. Tali kunflitt ta’ interess għalhekk jista’ jikkostitwixxi ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. Barra minn hekk, l-obbligu tal-awtoritajiet kontraenti li jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi b’mod ugwali u mhux diskriminatorju u li jaġixxu b’mod trasparenti jfisser li jiġu assenjati rwol attiv fl-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji tal-akkwist pubbliku. Għalhekk, l-awtorità kontraenti hija meħtieġa tiddetermina jekk jeżistix xi kunflitt ta’ interess u li tieħu miżuri xierqa sabiex tipprevjeni u tiskopri kunflitti ta’ interess u tirrimedjahom.

(14)  F’kawża oħra (is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Marzu 2005, AFCon Management Consultants et vs Il-Kummissjoni, T-160/03, ECLI:EU:T:2005:107, il-paragrafu 74) dwar l-akkwist mill-Kummissjoni, ir-rekwiżit li jiġu evitati kunflitti ta’ interess kien ibbażat ukoll fuq il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

(15)  L-Anness I tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18), b’mod partikolari l-punt 1(B)(v).

(16)  Flimkien mad-Direttivi tal-UE dwar l-Akkwist, ir-regolamenti tal-persunal, u diversi regoli speċifiċi għas-settur.

(17)  Ara wkoll, pereżempju, l-Artikoli 12, 12b, 15 u 17a tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(18)  Ara wkoll, pereżempju, l-Artikoli 12, 12b, 15 u 17a tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxu r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(19)  Ara l-Kapitolu 3.2.3.

(20)  Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(21)  Ir-regolamenti huma atti legali li japplikaw b’mod awtomatiku u uniformi għall-pajjiżi kollha tal-UE malli jidħlu fis-seħħ, mingħajr il-ħtieġa li jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali. Dawn huma vinkolanti fl-intier tagħhom fil-pajjiżi kollha tal-UE.

(22)  L-Artikolu 61 tar-RF 2018 ġeneralment ma japplikax għal kandidati, offerenti, applikanti, benefiċjarji (inklużi riċevituri finali fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji ta’ ġestjoni kondiviża) u kuntratturi u ma għandux jintuża meta ssir referenza għalihom sakemm ma jkunux f’sitwazzjoni speċifika u differenti. F’dan ir-rigward, jista’ jkun hemm każijiet fejn japplika l-Artikolu 61 tar-RF 2018 u tista’ tintlaħaq konklużjoni biss billi jitqies il-qafas legali, li taħtu, il-kandidati, l-offerenti, l-applikanti, il-benefiċjarji u l-kuntratturi msemmija hawn fuq jeżerċitaw ir-rwol jew il-funzjonijiet tagħhom. Pereżempju, għall-finijiet tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (“RDK”), benefiċjarju jista’ jkun il-korp li jagħti l-għajnuna (fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat fejn l-għajnuna għal kull impriża tkun inqas minn EUR 200 000). Sitwazzjoni simili sseħħ fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji, fejn il-benefiċjarju jkun il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jew il-fond ta’ fondi (kif xieraq) jew meta l-awtorità maniġerjali tkun benefiċjarja ta’ assistenza teknika taħt programm. Fil-każijiet imsemmija, dawn il-korpi jimplimentaw il-baġit tal-UE u huma koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 tar-RF 2018. Sitwazzjoni simili sseħħ fejn awtorità testernalizza xi wħud mill-kompiti tagħha fl-implimentazzjoni tal-baġit lil kumpanija esterna. F’dak il-każ, il-kumpanija esterna hija involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit u għalhekk hija koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 tar-RF 2018. Għal informazzjoni addizzjonali, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar paragrafu tal-Kapitolu 3.2.4, għall-Kapitolu 4.1 għall-ġestjoni diretta/indiretta, għall-Kapitolu 5.2 għall-ġestjoni kondiviża u għat-tmiem tal-kapitolu 6.4 li jinkludi miżuri addizzjonali li jikkonċernaw il-benefiċjarji u l-kuntratturi.

(23)  https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/en/man/finactor/Pages/finactor.aspx

(24)  Ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(25)  L-Artikolu 150(5) tar-RF 2018.

(26)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

(27)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16).

(28)  Eż. membru tal-persunal effettivament juża s-setgħa tiegħu biex jiffavorixxi/jibbenefika b’mod deliberat entità ekonomika li tkun proprjetà ta’ membru immedjat tal-familja

(29)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2015, eVigilo Ltd., C-538/13, ECLI:EU:C:2015:166, il-paragrafu 45: “L-elementi bħalma huma l-allegazzjonijiet fil-kawża prinċipali dwar ir-rabtiet bejn l-esperti maħtura mill-awtorità kontraenti u l-ispeċjalisti ta’ impriżi li ngħataw il-kuntratt, b’mod partikolari ċ-ċirkustanza li dawn il-persuni jaħdmu flimkien fl-istess università, jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ riċerka jew għandhom rabtiet ta’ subordinazzjoni fi ħdan din l-università, jekk huma minnhom, jikkostitwixxu tali elementi oġġettivi li għandhom iwasslu għat-twettiq tal-eżami fil-fond tal-awtorità kontraenti jew, jekk ikun il-każ, dak tal-awtoritajiet ta’ kontroll amministrattivi jew ġudizzjarji.”

(30)  OECD "Managing Conflict of Interest in the Public Sector", OECD Guidelines and Country Experiences (2003), p. 25,http://www.oecd.org/corruption/ethics/48994419.pdf.

(31)  Inkluż il-verifika, l-awtorizzazzjoni, il-pagament u l-kontabbiltà tal-pretensjonijiet jew tat-talbiet għall-pagament.

(32)  Għall-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE ara wkoll l-Artikolu 93 tar-RF 2018.

(33)  Ara wkoll l-Artikoli 156, 157 u 158 tar-RF 2018.

(34)  Ta’ min jinnota li l-aġenziji eżekuttivi (l-Artikolu 69 tar-RF 2018) japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-RF direttament.

Għall-aġenziji deċentralizzati (l-Artikolu 70 tar-RF 2018), ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess huma stabbiliti fl-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-RF 2018.

Għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata (l-Artikolu 71 tar-RF 2018), ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess huma stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-RF 2018.

(35)  Din in-nota ta’ gwida hija wkoll ta’ rilevanza, pereżempju, għall-ġestjoni indiretta mal-pajjiż benefiċjarju (Indirect Management with the Beneficiary Country, IMBC) għall-pajjiżi kandidati, fejn il-fondi tal-UE jiġu implimentati taħt ġestjoni indiretta mill-pajjiżi sħab/benefiċjarji; għal forom oħra ta’ ġestjoni indiretta minn pajjiżi sħab/benefiċjarji skont l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (European Neighbourhood Instrument, ENI) (eż. stimi tal-programmi; l-Eġittu jew it-Tuneżija) u għall-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali (NAOs) u funzjonijiet simili fil-pajjiżi sħab li jinvolvu responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE.

(36)  Ir-regolamenti huma atti legali li japplikaw b’mod awtomatiku u uniformi għall-pajjiżi kollha tal-UE malli jidħlu fis-seħħ, mingħajr il-ħtieġa li jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali. Dawn huma vinkolanti fl-intier tagħhom fil-pajjiżi kollha tal-UE.

(37)  L-Artikolu 154(5) tar-RF 2018.

(38)  L-Artikolu 154(3) tar-RF 2018.

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2019 dwar li tistabbilixxi termini ta’ referenza ġodda għall-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-pilastru li għandha tintuża skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 191, 6.6.2019, p. 2).

(40)  Parteċipant huwa definit fl-Artikolu 2(47) tar-RF 2018 bħala “kandidat jew offerent fi proċedura ta’ akkwist, applikant fi proċedura għall-għoti ta' għotjiet, espert fi proċedura għall-għażla ta’ esperti, applikant f’kompetizzjoni għal premji jew persuna jew entità li tieħu sehem fi proċedura għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)”; jiġifieri ġestjoni indiretta.

(41)  Benefiċjarju huwa definit fl-Artikolu 2(5) tar-RF 2018 bħala “persuna fiżika jew entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha li magħha ġie ffirmat ftehim ta’ għotja”.

(42)  Ir-regoli tal-akkwist pubbliku tal-Istati Membri huma definiti fid-direttivi dwar l-akkwist.

(43)  https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/imp/procurement/Documents/vademecum-public-procurement-en.pdf

(44)  https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/imp/grants/Documents/grants-vademecum-en-combined.pdf

(45)  Ara wkoll BUDGWEB għal kuntratti u ftehimiet ta’ għotja mudell u għal dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess u kunfidenzjalità:https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/Pages/index.aspx.

(46)  https://ec.europa.eu/europeaid/prag/ (Din il-gwida prattika ma tapplikax għall-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-għajnuna umanitarja mwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (DĠ ECHO).

(47)  Ara l-premessa 104 tar-RF 2018.

(48)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2015, eVigilo Ltd., C-538/13, ECLI:EU:C:2015:166, il-paragrafu 35, dwar l-akkwist pubbliku. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li deċiżjoni ta’ għoti meħuda f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess tikser il-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Marzu 2005, AFCon Management Consultants et vs Il-Kummissjoni, T-160/03, ECLI:EU:T:2005:107, il-paragrafu 74, dwar l-akkwist mill-Kummissjoni, ir-rekwiżit li jiġu evitati kunflitti ta’ interess kien ibbażat ukoll fuq il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

(49)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Marzu 2005, AFCon Management Consultants et vs Il-Kummissjoni , T-160/03, ECLI:EU:T:2005:107: il-Kummissjoni naqset milli tinvestiga l-kunflitt ta’ interess apparenti bejn offerent u membru tal-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti.

(50)  Ara wkoll il-punt 5 tal-Linji Gwida dwar il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f’korpi tal-liġi privati Anness mad-Deċiżjoni C(2004)2958.

(51)  Anki permezz ta’ delega u sottodelega.

(52)  Eż.: persuna jew entità oħra tista’ tkun: 1) parteċipant ieħor jew 2) fornitur ta’ servizz (preċedentement involut fit-tħejjija ta’ dokumenti li għandhom jintużaw fil-proċedura tal-għoti), fejn il-parteċipant jikkuntratta dan il-fornitur ta’ servizz biex jgħin fit-tħejjija tal-offerta/applikazzjoni tiegħu bil-għan li jfixkel il-kompetizzjoni (huwa notorjament diffiċli li jiġu abbozzati speċifikazzjonijiet tal-għotja/offerta li huma preċiżi biżżejjed li jinftiehmu mill-applikanti kollha bl-istess mod. Konsulent li għen lil awtorità kontraenti tabbozzahom ma għandux imbagħad joffri (jew jiġi kkuntrattat) konsulenza lil parteċipant dwar kif eżattament jabbozza l-offerta/applikazzjoni korrispondenti tiegħu).

(53)  Minbarra r-rifjut li jirriżulta mill-involviment fit-tħejjija ta’ dokumenti użati fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni huwa enfasizzat ukoll li hemm ċirkostanzi oħra li jistgħu jwasslu għar-rifjut ta’ parteċipant bħal dik stabbilita fl-Artikolu 141(1)(b) tar-RF 2018 meta parteċipant ikun irrappreżenta ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqas milli jforni dik l-informazzjoni. Dan li ġej huwa każ fejn l-uffiċjal awtorizzanti rrifjuta lil parteċipant minn proċedura ta’ aġġudikazzjoni talli naqas milli jagħti informazzjoni (is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2019, Sopra Steria vs Il-Parlament Ewropew. T-182/15, ECLI:EU:T:2019:228): il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-applikazzjoni ta’ Sopra Steria — kien irrilevanti li l-kunflitt ma seħħx, Sopra Steria kisret ir-regoli dwar l-offerti li kienu jirrikjedu li hija tinforma lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien dwar kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali; il-Parlament Ewropew irid jirrifjuta offerent li jonqos milli jipprovdi informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni: is-sitwazzjoni kienet li l-Parlament Ewropew ħareġ għall-offerti diversi lottijiet għal servizzi differenti tal-IT. Wieħed minn dawn il-lottijiet kien għall-evalwazzjoni ta’ lottijiet oħra, għalhekk kien ovvjament inkompatibbli għal konsorzju wieħed biex jagħmel offerta għal dak il-lott kif ukoll għal oħrajn. Matul il-proċedura, kien hemm fużjoni bejn żewġ kumpaniji f’konsorzji li għamlu offerti għal tali lottijiet inkompatibbli, u dan wassal għal kanċellazzjoni għal nuqqas ta’ konformità mar-regola ta’ inkompatibbiltà. Il-Qorti kkonfermat id-deċiżjoni ta’ kanċellazzjoni tal-Parlament Ewropew.

(54)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019, Vakakis vs Il-Kummissjoni, T-292/15, ECLI:EU:T:2019:84, rigward il-parteċipazzjoni fl-abbozzar tat-termini ta’ referenza (l-awtorità kontraenti ma investigatx dan u fin-nuqqas ta’ investigazzjoni, l-inċertezza kienet tfisser li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ġiet ikkontestata). Il-każ kien jikkonċerna tilwima dwar id-danni. Il-kumpanija rebbieħa f’offerta kienet impjegat lil xi ħadd li kien involut fit-tħejjija tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta. It-tellief talab għal danni minħabba li r-rebbieħ kien jiġi eskluż għal dik ir-raġuni, kieku biss l-awtorità aġġudikanti kienet għamlet biżżejjed riċerka. Il-Qorti ddikjarat li r-riżultat ta’ riċerka bħal din kien ipotetiku, u xorta waħda ma kienx hemm għalfejn jirriżulta f’rifjut, kieku ttieħdu prekawzjonijiet oħra. Il-Paragrafu 45: “[…] Skont il-“Gwida prattika għall-proċeduri tal-kuntratti għall-azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea”, offerent f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess irid jiġi eskluż mill-proċedura tal-offerti sakemm ma tiġix ipprovduta prova li dak il-fatt ma jikkostitwixxix kompetizzjoni inġusta.[…].”

(55)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2005, Fabricom SA vs Il-Belġju, C-21/03 u C-34/03, ECLI:EU:C:2005:127, il-paragrafu 36, li jiddikjara n-nuqqas ta’ konformità mal-liġi Komunitarja ta’ dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali fejn “ma tiġix ammessa l-preżentazzjoni ta’ talba ta’ parteċipazzjoni jew l-ifformulazzjoni ta’ offerta għal kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn persuna li tkun ġiet inkarigata mir-riċerka, l-isperimentazzjoni, l-istudju jew l-iżvilupp ta’ dawn ix-xogħolijiet, provvisti jew servizzi, mingħajr ma din il-persuna tingħata l-possibbiltà li tipprova li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-esperjenza li kisbet ma setgħetx toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.”

(56)  Għall-finijiet tal-proċeduri ta’ akkwist skont ir-RF 2018, operatur ekonomiku huwa definit fl-Artikolu 2(24) tar-RF 2018 bħala “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż entità pubblika, jew grupp ta’ persuni tali, li joffru l-forniment ta’ prodotti, iwettqu xogħlijiet jew jipprovdu servizzi jew proprjetà immobbli”.

(57)  Ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(58)  Proċeduri ekwivalenti huma fis-seħħ fl-istituzzjonijiet, fl-Aġenziji u fil-Korpi l-oħrajn kollha tal-UE.

(59)  Għall-Membri tal-Kummissjoni ara: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2018 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU UE C 65, 21.2.2018, p. 7. It-Trattati tal-Unjoni Ewropea jipprevedu li l-indipendenza tal-Membri tal-Kummissjoni Ewropea trid tkun mingħajr dubju, u li l-Kummissarji jridu jġibu ruħhom b’integrità u b’diskrezzjoni matul u wara t-tmiem tal-mandat tagħhom. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiżviluppa aktar dawn il-prinċipji . L-Istati Membri ma jistgħux jippruvaw jinfluwenzaw lill-Kummissarji Ewropej. Il-Kummissarji ma jistgħux jinvolvu ruħhom f’okkupazzjonijiet oħra matul il-mandat tagħhom u jridu jkomplu jġibu ruħhom b’integrità u b’diskrezzjoni wara l-mandat tagħhom. L-obbligu tas-segretezza professjonali, li jorbot lill-persunal kollu tal-istituzzjonijiet Ewropej, japplika wkoll għall-Kummissarji.

(60)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01962R0031-20200101

(61)  https://myintracomm.ec.europa.eu/staff/Documents/talent-management/staff/C_2018_4048_F1_COMMISSION_DECISION_EN_V9_P1_954331.pdf

(62)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication-to-the-commission-guidelines-on-gifts-and-hospitality_2012_en.pdf

(63)  https://webgate.ec.testa.eu/Ares/document/show.do?documentId=080166e5c60c438b

(64)  https://myintracomm.ec.europa.eu/staff/Documents/staff-conduct/practical-guide-to-staff-ethics-and-conduct.pdf

(65)  https://ec.europa.eu/info/files/code-good-administrative-behaviour-0_en

(66)  https://myintracomm.ec.europa.eu/staff/EN/staff-conduct/Pages/index.aspx

(67)  https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/2013-12-10_guidelines_on_conflict_of_interests_en.pdf

(68)  https://myintracomm.ec.europa.eu/staff/en/staff-conduct/individual-obligations/Pages/whistleblowing.aspx

(69)  https://myintracomm.ec.europa.eu/staff/Documents/staff-conduct/whistleblowing-guidelines-en.pdf

(70)  Sors: Ir-Rapport tal-attività tal-Uffiċċju ta’ Investigazzjoni u Dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC) 2019.

(71)  Ir-referenzi għall-Artikoli 72 u 79 tar-RF 2012 għandhom il-korrispondenza tagħhom fl-Artikoli 61 u 100 tar-RF 2018.

(72)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(73)  https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/information/publications/guidelines/2014/guidance-for-the-commission-and-member-states-on-a-common-methodology-for-the-assessment-of-management-and-control-systems-in-the-member-states

(74)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(75)  Anness 1 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18, b’mod partikolari l-punt 1(B)(v).

(76)  Ara wkoll bħala punti ta’ informazzjoni: 1) is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2005, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-387/03, ECLI:EU:C:2005:646 u 2) is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2015, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, T-257/13, ECLI:EU:T:2015:111, fil-qasam tal-PAK.

(77)  Għall-PAK, ara b’mod partikolari l-Artikoli 54-56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013.

(78)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 1999, Ismeri Europa Srl vs il-Qorti tal-Awdituri, ECLI:EU:T:1999:124, T-277/97 u appell, il-paragrafu 123. Fl-istess kawża (il-paragrafu 146), il-kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi diġà jikkomprometti l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-UE u l-aċċess ugwali għal dawn il-kuntratti kollha. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li dan jikkawża wkoll dannu materjali kwantifikabbli.

(79)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2013, Nexans France vs Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, T-415/10, ECLI:EU:T:2013:141, il-paragrafu 114. Il-fatt li offerent, minkejja li ma għandu l-ebda intenzjoni li jagħmel dan, jista’ jinfluwenza l-kondizzjonijiet ta’ sejħa għall-offerti b’mod favorevoli għalih innifsu jikkostitwixxi sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess.

(80)  Artikolu 63(2) tar-RF 2018: “2. Meta jkunu qed iwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inkluż dawk leġislattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri billi […] c) jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi; […] Għandhom ukoll jirkupraw fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali jekk meħtieġ f’dan ir-rigward. L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq ir-riċevituri fejn previst fir-regoli speċifiċi għas-setturi jew f’dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali.”

(81)  Ara t-tip ta’ irregolarità Nru 21 tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 3452 final tal-14.05.2019 li tistabbilixxi l-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru fin-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

(82)  COM(2014) 38 final, Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni p. 26.https://eur-lex.europa.eu/procedure/MT/1041639

(83)  L-Artikolu 63(8)(b) tar-RF 2018: “8. Sabiex ikun żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha: […] b) teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni in-nefqa li fir-rigward tagħha sar żborż bi ksur tal-liġi applikabbli;”

(84)  Fil-passat ġew identifikati diversi sejbiet relatati mal-kunflitt ta’ interess fil-qafas tal-awditi tal-Kummissjoni u l-investigazzjonijiet tal-OLAF, kemm fil-livell tas-sistema kif ukoll fil-livell ta’ operazzjonijiet individwali. Fil-każ ta’ sejbiet relatati mas-sistema stabbilita fl-Istat Membru għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess, inħarġu rakkomandazzjonijiet tas-sistema u ġew applikati korrezzjonijiet b’rata fissa minħabba n-nuqqasijiet tas-sistema li nstabu, li jkopru wkoll kwistjonijiet relatati mal-kunflitti ta’ interess. Fil-każ li proġetti individwali jiġu affettwati minn kunflitti ta’ interess b’riskju finanzjarju, is-sejbiet irriżultaw f’korrezzjonijiet finanzjarji ta’ 100 % tan-nefqa affettwata mill-kunflitt ta’ interess.

(85)  Id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE. Sa fejn id-Direttivi ma japplikawx, ir-regoli dwar l-akkwist jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat kif ukoll taħt il-liġi nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku.

(86)  Għall-akkwist pubbliku tal-istituzzjonijiet tal-UE ir-regoli huma definiti fir-RF 2018.

(87)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(88)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2015, eVigilo Ltd., C-538/13, ECLI:EU:C:2015:166, il-paragrafu 35.

(89)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2002, L-Isptar Ingenieure Krankenhaustechnik Planungs- GmbH (HI) / Stadt Wien, C-92/00, ECLI:EU:C:2002:379, il-paragrafu 47.

(90)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Diċembru 2000, Telaustria Verlags GmbH u Telefonadress GmbH / Telekom Austria AG, C-324/98, ECLI:EU:C:2000:669, il-paragrafu 60.

(91)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2003, Makedoniko Metro u Mihaniki AE / Ellinko Dimosio, C-57/01, ECLI:EU:C:2003:47, il-paragrafu 69. Ara wkoll is-sentenzi ċċitati fin-noti ta’ qiegħ il-paġna Nru 16 u 17 u t-Taqsima 1.1 tal-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni 2006/C 179/02 dwar il-liġi Komunitarja applikabbli għal għotjiet ta’ kuntratti mhux soġġetti jew mhux kompletament soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku (ĠU C 179, 1.8.2006, p. 2).

(92)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Diċembru 2000, Telaustria Verlags GmbH u Telefonadress GmbH / Telekom Austria AG, C-324/98, ECLI:EU:C:2000:669, il-paragrafi minn 61 sa 63.

(93)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(94)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2001, Ismeri Europa vs il-Qorti tal-Awdituri, C-315/99 P, ECLI:EU:C:2001:391, il-paragrafu 47: “[...] “il-kunċett ta’ ‘konfużjoni tal-interessi’ definit mill-Qorti tal-Prim’Istanza bħala “il-fatt li persuna li tgħin biex tevalwa u tagħżel offerti għal kuntratt pubbliku għandha dan il-kuntratt mogħti lilha jkun pertinenti”, rilevanti u indikattiv ta’ ħsara serja tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat.”

(95)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2005, Fabricom SA vs Il-Belġju, C-21/03 u C-34/03, ECLI:EU:C:2005:127, il-paragrafu 36, li jiddikjara n-nuqqas ta’ konformità mal-liġi Komunitarja ta’ dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali fejn “ma tiġix ammessa l-preżentazzjoni ta’ talba ta’ parteċipazzjoni jew l-ifformulazzjoni ta’ offerta għal kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn persuna li tkun ġiet inkarigata mir-riċerka, l-isperimentazzjoni, l-istudju jew l-iżvilupp ta’ dawn ix-xogħolijiet, provvisti jew servizzi, mingħajr ma din il-persuna tingħata l-possibbiltà li tipprova li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-esperjenza li kisbet ma setgħetx toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.”

(96)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-tieni Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2015, Intrasoft International SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-403/12, ECLI:EU:T:2015:774, il-paragrafu 76: “Ma hemmx obbligu assolut fuq l-awtoritajiet kontraenti sabiex jiġu esklużi b’mod sistematiku l-offerenti f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess, peress li tali esklużjoni ma hijiex iġġustifikata fil-każijiet fejn huwa possibbli li din is-sitwazzjoni ma għandhiex rilevanza fuq l-aġir tagħhom fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u ma hemmx riskju reali li l-prattiki li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-offerenti jseħħu. Madankollu, l-esklużjoni ta’ offerent f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess huwa essenzjali meta ma jkunx hemm rimedju iktar xieraq sabiex jiġi evitat kull ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza (Nexans France vs Enterprise commune Fusion for Energy, punt 75 iktar ’il fuq, EU:T:2013:141, punti 116 u 117). ”

(97)  L-Artikoli 35, 38(7)(d) u 45(3) u (4) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(98)  L-Artikoli 42, 59, 80(1) u 99(3) u (4) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(99)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9527 final tal-19.12.2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru mill-Kummissjoni għan-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

(100)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 3452 final tal-14.05.2019 li tistabbilixxi l-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru fin-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

(101)  Il-kunflitt ta’ interess li jinvolvi offerent li mhuwiex offerent rebbieħ jitqies ukoll bħala ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar l-Akkwist, madankollu, il-linji gwida tal-Kummissjoni ma jistipulawx korrezzjoni finanzjarja għal tali ksur peress li l-offerta rebbieħa biss tkun eliġibbli għall-kofinanzjament mill-baġit tal-UE.

(102)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2015, eVigilo Ltd., C-538/13, ECLI:EU:C:2015:166, il-paragrafi minn 31 sa 47.

(103)  Dan id-dokument ta’ gwida elaborat minn grupp ta’ esperti tal-Istati Membri kkoordinati mill-OLAF taħt l-awspiċi tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-Prevenzjoni tal-Frodi (COCOLAF):https://ec.europa.eu/sfc/sites/sfc2014/files/sfc-files/2013_11_12-Final-guide-on-conflict-of-interests-EN.pdf

(104)  https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/guides/public_procurement/2018/guidance_public_procurement_2018_en.pdf

(105)  https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/studies/pdf/implem_article125_fraud_en.pdf

(106)  Għal informazzjoni dettaljata dwar l-għażla tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ara l-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida għall-Istati Membri dwar l-għażla tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji (ĠU C 276, 29.7.2016, p. 1).

(107)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

(108)  SIGMA hija inizjattiva konġunta tal-OECD u tal-UE, iffinanzjata prinċipalment mill-UE.

(109)  OECD 1) Managing Conflict of Interest in the Public Sector’ (2005),https://www.oecd.org/gov/ethics/49107986.pdf

2)

OECD ‘Managing Conflict of Interest in the Public Sector’, Linji Gwida tal-OECD u esperjenzi tal-pajjiżi (2003), p. 24,http://www.oecd.org/corruption/ethics/48994419.pdf

3)

OECD ‘Guidelines for managing conflict of interest in the public service — report on Implementation’ (2007).

4)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Linji Gwida tal-OECD għall-Ġestjoni tal-Kunflitt ta’ Interess fis-Servizz Pubbliku, OECD/LEGAL/0316,https://legalinstruments.oecd.org/public/doc/130/130.en.pdf

5)

SIGMA (Support for Improvement in Governance and Management) — a joint initiative of the OECD and the EU, principally financed by the EU — paper 36 — GOV/SIGMA(2006)1/REV1,http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?doclanguage=en&cote=gov/sigma(2006)1/REV1

6)

OECD (2017), Rakkomandazzjoni dwar l-Integrità Pubblika,http://www.oecd.org/gov/ethics/OECD-Recommendation-Public-Integrity.pdf

7)

OECD (2014), Survey on managing conflict of interest in the executive branch and whistle-blower protection,https://www.oecd.org/governance/ethics/2014-survey-managing-conflict-of-interest.pdf

8)

OECD (2010), Post Public Employment — Good Practices for Preventing Conflict of Interest,https://www.oecd-ilibrary.org/docserver/9789264056701-en.pdf?expires=1578648145&id=id&accname=oid031827&checksum=A96A1D7335AAB93369841CEF00EA4789

9)

OECD (2009), Revolving doors, accountability and transparency: Emerging regulatory concerns and policy solutions in the financial crisis,http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=GOV/PGC/ETH(2009)2&docLanguage=En

10)

OECD (2005), Guidelines for managing conflict of interest in the public service, Policy brief,https://www.coe.int/t/dg1/legalcooperation/economiccrime/cybercrime/cy%20activity%20Interface2006/143_2006_if_oecd%20Policy%20Brief.pdf

11)

OECD (2019), Fraud and corruption in European Structural and Investment Funds. A spotlight on common schemes and preventive actions,https://www.oecd.org/gov/ethics/prevention-fraud-corruption-european-funds.pdf

(110)  Minn studju għall-Kumitat tal-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew (“CONT”), “Codes of Conduct and Conflicts of Interest at any governance level of the management of EU Funds”: Skont l-OECD, hemm differenza fid-definizzjoni bejn il-kodiċijiet ta’ kondotta u l-kodiċijiet ta’ etika. Kodiċi ta’ kondotta jservi bħala strument ta’ approċċ ta’ konformità bbażat fuq ir-regoli. Dan jiddeskrivi b’mod speċifiku u mhux ambigwu kemm jista’ jkun liema tip ta’ mġiba hija mistennija u jistabbilixxi proċeduri stretti ta’ monitoraġġ u sanzjonar biex jiġi infurzat il-kodiċi. Kodiċi ta’ etika huwa msejjes fl-approċċ ta’ ġestjoni bbażat fuq il-valuri. Dan jiffoka fuq valuri ġenerali aktar milli fuq linji gwida speċifiċi, u jpoġġi aktar fiduċja fil-kapaċitajiet tal-impjegat għal raġunament morali. Kodiċi ta’ etika jfittex li jappoġġja u jħarreġ dwar l-applikazzjoni ta’ dawn il-valuri f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum tal-ħajja reali (Bertók, J. & Maesschalck, J. (2009)). Public Sector Ethics: an infrastructure. Fi: OECD (Eds.): No longer business as usual — Fighting Bribery and Corruption. Pariġi. p. 34). Madankollu, l-għażla għal verżjoni rispettiva tiddependi fuq diversi fatturi, inkluż il-qafas legali tal-ġurisdizzjoni eżistenti u l-kultura etika tal-organizzazzjoni fil-ġestjoni u fit-tmexxija. Għalhekk, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, hija mixtieqa forma ibrida, li tipprovdiambitu ġenerali tal-etika u struzzjonijiet ċari dwar l-imġiba (Ibid. p. 35).

https://www.europarl.europa.eu/thinktank/en/document.html?reference=IPOL_STU%282017%29572715

(111)  Pereżempju, “Il-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba” adottat mill-Kummissjoni, it-13 ta’ Settembru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipji li jiggwidaw l-kondotta amministrattiva tas-servizzi tal-Kummissjoni, inklużi l-integrità u l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess,

https://ec.europa.eu/info/files/code-good-administrative-behaviour-0_en.

(112)  OECD Managing Conflict of Interest in the Public Sector’ provides examples of checklists for gifts and other benefits (https://www.oecd.org/gov/ethics/49107986.pdf). Ara wkoll il-qafas regolatorju għall-istituzzjonijiet tal-UE fil-Kapitolu 4.3 ta’ dan id-dokument, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u l-istandards etiċi tal-UE.

(113)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni. OECD (2014), Survey on managing conflict of interest in the executive branch and whistle-blower protection (Stħarriġ dwar il-ġestjoni ta’ kunflitt ta’ interess fil-fergħa eżekuttiva u l-protezzjoni tal-informaturi), (https://www.oecd.org/governance/ethics/2014-survey-managing-conflict-of-interest.pdf

(114)  Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-assi tal-familja tista’ tkun marbuta ma’ dawk il-każijiet fejn, mill-inqas tliet snin qabel ma tkun assumiet il-kariga, il-persuna kkonċernata ttrasferiet l-assi tagħha lill-membri tal-familja.

(115)  Proprjetà diretta jew indiretta (sjieda benefiċjarja).

(116)  Anki dik ta' sjieda benefiċjarja.

(117)  Għal aktar informazzjoni, ara l-“Guidance for Member States on Fraud Risk Assessment and Effective and Proportionate Anti-Fraud Measures”, EGESIF_14-0021-00:https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/informat/2014/guidance_fraud_risk_assessment.pdf

(118)  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=325&intPageId=3587&langId=en andhttps://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=7883&type=2&furtherPubs=yes

(119)  Kif inhu l-każ, pereżempju, għall-għażla ta’ korpi tal-awditjar estern indipendenti jew esperti li jwettqu r-rapport tal-awditjar estern dwar ir-rapporti finanzjarji annwali tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, li għalihom it-terminu tal-kuntratt huwa limitat għal ħames snin, b’massimu ta’ żewġ termini skont l-Artikolu 233 tar-RF 2018.

(120)  Kif inhu l-każ għall-ġestjoni diretta — skont l-Anness I 20.6 tar-RF 2018, “awtorità kontraenti tista’ tikkonkludi li operatur ekonomiku ma għandux il-kapaċitajiet professjonali meħtieġa sabiex jeżegwixxi l-kuntratt bi standard adatt ta’ kwalità fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni tiegħu.”


ANNESS I

Eżempji illustrattivi oħra ta’ Kunflitti ta’ Interess

Eżempju Nru 1

D huwa direttur f’awtorità maniġerjali (jew aġenzija tal-pagamenti jew servizz tal-Kummissjoni) u responsabbli għall-approvazzjoni finali tal-għotjiet ta’ proġetti, wara valutazzjoni rigoruża u trasparenti minn bord magħmul minn esperti esterni, maħtura minn D. F’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-bord, D jagħti proġett lil benefiċjarju fejn il-konjuġi/is-sieħeb/sieħba ta’ D huma maniġer superjuri. Anki jekk ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ influwenza li tkun ġiet eżerċitata minn D fuq l-evalwazzjoni tal-bord, D għandu r-responsabbiltà li jikkontrolla l-proċess tal-għoti u għalhekk huwa meħtieġ li jiżvela l-kunflitt ta’ interess u li jħalli lis-superjuri ta’ D jiddeċiedu dwar jekk D għandux jiġi eskluż minn dik il-proċedura partikolari.

Eżempju Nru 2

Membru tal-persunal kien jaħdem fid-dipartiment ta’ konsulenza ta’ servizz/aġenzija tal-pagamenti/awtorità maniġerjali tal-Kummissjoni u ta pariri lill-promoturi tal-Proġett A dwar il-proġett tagħhom. Aktar tard, il-membru tal-persunal jiġi ttrasferit fid-dipartiment tal-għażla u jingħata l-kompitu li jevalwa l-applikazzjoni sottomessa għall-Proġett A. Meta jkun qed iwettaq l-evalwazzjoni, il-membru tal-persunal jista’ jiġi influwenzat mill-fatt li qed jevalwa l-parir tiegħu stess u x-xewqa li juri li l-parir tiegħu kien korrett, speċjalment quddiem il-ġerarkija. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqies li l-għażla tal-proġetti hija kompitu partikolarment sensittiv fl-implimentazzjoni tal-baġit. Sakemm il-parir mogħti lill-promotur tal-proġett ma kienx insinifikanti (eż. informazzjoni dwar formoli li għandhom jimtlew u skadenzi li jridu jiġu ssodisfati), l-involviment minn qabel tal-membru tal-persunal ixekkel l-imparzjalità tiegħu u joħloq perċezzjoni ta’ kunflitt ta’ interess (1).

Eżempju Nru 3

C huwa l-President tal-kumitat ta’ evalwazzjoni f’sejħa għal proposti għall-aġġudikazzjoni ta’ għotjiet. Waħda mill-applikanti hija l-kumpanija X, li fiha l-konjuġi/is-sieħeb/sieħba ta’ C għandhom pożizzjoni maniġerjali superjuri. Il-fatt li l-konjuġi/is-sieħeb/sieħba ta’ C għandhom pożizzjoni superjuri ma’ wieħed mill-applikanti joħloq il-perċezzjoni ta’ kunflitt ta’ interess minħabba li l-President jista’ jkollu interess personali fil-benesseri ekonomiku tal-kumpanija tal-konjuġi/sieħeb/sieħba tiegħu jew tal-inqas fl-appoġġ tal-attività professjonali tal-konjuġi/sieħeb/sieħba tiegħu. Fi kwalunkwe każ, din is-sitwazzjoni tagħmilha ferm improbabbli li l-President jevalwa l-proposti b’mod imparzjali u għalhekk irid jastjeni.

Eżempju Nru 4

Membru tal-bord superviżorju tal-aġenzija tal-pagamenti kien ukoll membru tal-bord ta’ benefiċjarju tal-Fond. Din tqieset bħala sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess minħabba li jista’ jkollu interess personali biex jiffavorixxi lil dan il-benefiċjarju partikolari. L-aġenzija tal-pagamenti indirizzat is-sitwazzjoni billi talbet ir-riżenja tal-membru mill-bord superviżorju u vvalutat l-eżistenza u l-firxa tar-riskji finanzjarji għall-Fond għall-operazzjoni inkwistjoni. L-aġenzija tal-pagamenti setgħet indirizzat is-sitwazzjoni wkoll billi qablet fuq arranġament mal-membru tal-Bord Superviżorju, li jiggarantixxi li jibqa’ lura minn kwalunkwe involviment f’fajls li jikkonċernaw lil dak il-benefiċjarju.


(1)  Fir-Rapport Annwali tagħha dwar l-Attivitajiet Iffinanzjati mis-Sitt, is-Seba’, it-Tmien u d-Disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fis-sena finanzjarja 2005 (ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205, il-QEA tiddikjara li “sabiex jiġi evitat kunflitt ta’ interess, l-istess entità ma tistax tkun responsabbli għat-tħejjija ta’ proposti ta’ proġetti mal-benefiċjarji u l-għażla ta’ proġetti u kuntratti” (ara l-Osservazzjoni 47, fil-paġna 228).


ANNESS II

Dispożizzjonijiet legali tal-UE dwar il-Kunflitti ta’ Interess fil-qasam tal-Ġestjoni kondiviża (1)

1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (“RDK”). F’erba’ Artikoli, jiġifieri l-Artikolu 5(3)(d), l-Artikolu 34(3)(b), l-Artikolu 38(5) u l-Artikolu 39a(8), li jirreferu għall-obbligu li jiġu evitati kunflitti ta’ interess kif ġej:

L-Artikolu 5(3), PRINĊIPJI TA’ APPOĠĠ MILL-UNJONI GĦALL-FONDI SIE, “Is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli”

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 149 li jipprevedi kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar is-sħubija [...] Il-kodiċi ta’ kondotta, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(d)

l-objettivi ewlenin u l-prattiki tajbin fil-każijiet fejn l-awtorità ta’ ġestjoni tinvolvi s-sħab rilevanti fit-tħejjija ta’ sejħiet għal proposti u b’mod partikolari l-prattiki tajbin biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali f’każijiet fejn hemm il-possibbiltà li sħab rilevanti jkunu wkoll benefiċjarji potenzjali, u għall-involviment tas-sħab rilevanti fit-tħejjija ta’ rapporti ta’ progress u fir-rigward tal-programmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi;”

KAPITOLU II — Żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, “Gruppi ta’ azzjoni lokali”

Artikolu 34(3)(b)

“3.

Il-kompiti tal-gruppi ta’ azzjoni legali għandhom jinkludu dan li ġej: [...] (b) it-tfassil ta’ proċedura ta’ selezzjoni nondiskriminatorja u trasparenti u kriterji oġġettivi għas-selezzjoni tal-operazzjonijiet, li jevitaw il-kunflitti ta’ interess, jiżguraw li mill-inqas 50 % tal-voti fid-deċiżjonijiet tas-selezzjoni huma mitfugħa minn sħab li mhumiex awtoritajiet pubbliċi, u jippermettu selezzjoni permezz ta’ proċedura bil-miktub;”

Implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji

Artikolu 38(5)

“5.

Il-korpi msemmija fil-punti (a) u (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-fondi jistgħu wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali korpi jiżguraw fir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 33(1) u 209(2) tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jiġu magħżula abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess.”

Artikolu 39a

“8.

Il-korpi msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, meta jimplimentaw fondi ta’ fondi, jistgħu jinkarigaw lil intermedjarji finanzjarji b’parti mill-implimentazzjoni dment li tali korpi jiżguraw taħt ir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 33(1) u 209(2) tar-Regolament Finanzjarju. Intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta’ interessi. ”

2)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (2) huwa bbażat fuq l-Artikolu 5(3) RDK u jiddefinixxi kodiċi ta’ kondotta għas-sħubijiet ta’ implimentazzjoni għall-Fondi SIE. Dan jirreferi għal kunflitti ta’ interess fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 11, Ir-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ

“Meta jitfasslu r-regoli ta’ proċedura, il-kumitati ta’ monitoraġġ iqisu l-elementi li ġejjin:

(f)

id-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interess għall-imsieħba involuti fil-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u s-sejħiet għall-proposti;

Artikolu 12, Obbligi relatati mal-protezzjoni tad-data, l-kunfidenzjalità u l-kunflitt tal-interess

“L-Istati Membri jiżguraw li l-imsieħba involuti fil-preparazzjoni ta’ sejħiet ta’ proposti, ir-rapporti tal-progress u fi programmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni jkunu konxji mill-obbligi tagħhom relatati mal-protezzjoni tad-data, il-kunfidenzjalità u l-kunflitt ta’ interess.”

Artikolu 13, L-involviment ta’ msieħba rilevanti fil-preparazzjoni tas-sejħiet għall-proposti

“L-awtoritajiet maniġerjali jieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess potenzjali fejn jinvolvu l-imsieħba rilevanti fit-tħejjija ta’ sejħiet għal proposti jew fil-valutazzjoni tagħhom.”

3)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 jissupplimenta r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u jirreferi għall-evitar ta’ kunflitt ta’ interess f’regoli fir-rigward tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji u għal esperti indipendenti inkarigati b’reviżjonijiet tal-kwalità għal proġetti ewlenin: (3)

L-Artikolu 6, Regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

“1.

Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-liġi applikabbli u jaġixxu bil-grad ta’ kura professjonali, effiċjenza, trasparenza u diliġenza mistennija minn korp professjonali b’esperjenza fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Huma jiżguraw li:

(a)

riċevituri finali li jirċievu sostenn minn strumenti finanzjarji huma magħżula waqt li titqies b’mod dovut in-natura tal-istrument finanzjarju u l-vijabilità ekonomika potenzjali tal-proġetti ta’ investiment li għandhom ikunu ffinanzjati. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b’motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta’ interessi; [...]”

l-Artikolu 7, Il-kriterji għall-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

2.   

Meta jintgħażel il-korp imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità maniġerjali tqis kif dovut in-natura tal-istrument finanzjarju li għandu jkun implimentat, l-esperjenza tal-korp fl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji simili, l-għarfien espert u l-esperjenza tal-membri tat-tim propost, u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-korp. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b’motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta’ interessi.

(f)

f’każijiet fejn il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jalloka r-riżorsi finanzjarji proprji għall-istrument finanzjarju jew jikkondividi r-riskju, jipproponi miżuri biex ikunu allinjati l-interessi u biex jittaffew il-kunflitti possibbli ta’ interess.

Artikolu 22, Rekwiżiti għall-esperti indipendenti li jwettqu l-eżami tal-kwalità

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

“1.

L-eżami tal-kwalità ta’ proġetti ewlenin imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, isir minn esperti indipendenti li jkollhom: (a) [...] (e) [...];

(f)

l-ebda kunflitt ta’ interess fi kwalunkwe livell b’relazzjoni mal-proġett ewlieni; [...]”

4)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (4) li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni

L-Artikolu 38 Rekwiżiti applikabbli għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali

“L-awtoritajiet pubbliċi jew privati għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

[...] għandhom ikunu imparzjali u ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni.’

5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (5) dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess kif ġej:

L-Artikolu 15 “Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta’ skambju tal-azjendi agrikoli”

“3.

L-awtoritajiet jew il-korpi magħżula biex jipprovdu pariri għandu jkollhom ir-riżorsi adatti fil-forma ta' persunal kwalifikat u mħarreġ regolarment, u esperjenza konsultattiva u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li dwarhom huma jagħtu pariri. Il-fornituri taħt din il-miżura għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa għal korpi kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati. Dik il-proċedura tal-għażla għandha tkun oġġettiva u għandha teskludi kandidati b'kunflitti ta' interess.”

TITOLU IV — Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (“PIE”) GĦALL-PRODUTTIVITÀ AGRIKOLA U S-SOSTENIBBILTÀ AGRIKOLA

L-Artikolu 56 — Gruppi operazzjonali

1.   

Gruppi operazzjonali tal-PIE għandhom jiffurmaw parti mill-PIE għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola. Huma għandhom jiġu stabbiliti minn atturi interessati bħal bdiewa, riċerkaturi, konsulenti u negozji involuti fis-settur agrikolu u tal-ikel, li huma rilevanti fil-kisba tal-objettivi tal-PIE.

2.   

Il-gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom jistabbilixxu proċeduri interni li jiżguraw, li l-operat u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom huwa trasparenti u li jevitaw sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess.

6)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (6) isemmi speċifikament kunflitti ta’ interess fil-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-aġenziji tal-pagamenti tal-PAK kif ġej:

“ANNESS 1, 1(B)(v)

v)

Jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess fejn persuna li tokkupa pożizzjoni ta’ responsabbiltà jew pożizzjoni sensittiva fir-rigward tal-verifika, tal-awtorizzazzjoni, tal-ħlas u tal-għoti ta’ rendikont tal-pretensjonijiet jew tal-pagamenti twettaq ukoll funzjonijiet oħrajn barra mill-aġenzija tal-pagamenti”.

7)

Ir-Regolament dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”) (7) jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2 — Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(2)

“persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’konsultazzjoni mal-partijiet interessanti rilevanti, filwaqt li jiġu evitati kunflitti tal-interess, jew definiti mill-organizzazzjonijiet sħab u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu l-immirar tal-persuni l-aktar fil-bżonn f’ċerti żoni ġeografiċi;

Artikolu 13 — Rapporti ta’ implimentazzjoni u indikaturi

“1.

Mill-2015 sal-2023, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rapport annwali ta’ implimentazzjoni għall-programm operattiv implimentat matul is-sena finanzjarja preċedenti.

2.

[...] L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti, filwaqt li jiġu evitati l-kunflitti tal-interess, dwar ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-PO I. Mar-rapport għandu jiġi anness sommarju tal-kummenti ta’ dawk il-partijiet interessati rilevanti.”

L-Artikolu 14 — Laqgħat ta’ reviżjoni (8)

“1.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiltaqgħu kull sena mill-2014 sal-2023, sakemm ma jiġix miftiehem b’mod ieħor, biex jirrevedu l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv, [...]

2.

Il-laqgħa ta’ reviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni. Il-partijiet interessati rilevanti għandhom ikunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat ta’ reviżjoni ta’ PO I ħlief għal dawk il-partijiet ta’ dik il-laqgħa meta l-preżenza tagħhom tista’ twassal għal kunflitti ta’ interess jew ksur tal-kunfidenzjalità b’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ awditjar.”

L-Artikolu 32 — Funzjonijiet tal-awtorità maniġerjali

“1.

L-awtorità maniġerjali għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programm operattiv skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

2.

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-programm operattiv, l-awtorità maniġerjali għandha:

b)

tfassal u, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, filwaqt li tevita kunflitti ta’ interess fil-każ tal-PO I, u wara approvazzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 11 fil-każ tal-PO II, tissottometti lill-Kummissjoni rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali msemmija fl-Artikolu 13;”

8)

Ir-Regolament dwar dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (“AMIF”) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (“ISF”) (9)jirreferi għal kunflitti ta’ interess fil-Premessa Nru 12 tiegħu:

“(12)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, b’mod konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati sabiex jiġu żviluppati u implimentati l-programmi nazzjonali tagħhom fil-perijodu pluriennali kollu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda konflitt bejn is-sħab fl-istadji differenti taċ-ċiklu ta’ programmar.”


(1)  Anki jekk il-bażijiet legali msemmija f’dan l-anness huma applikabbli għall-perjodu 14-20, in-nefqa taħt dan il-perjodu hija eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jekk tkun saret minn benefiċjarju u tħallset bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2023. Barra minn hekk, in-nefqa hija eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2023. Fi kliem ieħor, proġetti/operazzjonijiet għall-perjodu 14-20 jistgħu jiġu implimentati sa tmiem l-2023.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas- 7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat- 3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(8)  Ara n-“Nota ta’ Gwida DG AGRI tas-26.2.2014 dwar Miżuri kontra l-Frodi kif previst fil-kuntest tal-Kriterji ta’ Akkreditazzjoni”.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).


Top