EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021SC0726

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja Li jakkumpanja d-dokument KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

SWD/2021/726 final

Brussell, 20.7.2021

SWD(2021) 726 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt


Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt



Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

{COM(2021) 700 final} - {SWD(2021) 701 final} - {SWD(2021) 702 final} - {SWD(2021) 703 final} - {SWD(2021) 704 final} - {SWD(2021) 705 final} - {SWD(2021) 706 final} - {SWD(2021) 707 final} - {SWD(2021) 708 final} - {SWD(2021) 709 final} - {SWD(2021) 710 final} - {SWD(2021) 711 final} - {SWD(2021) 712 final} - {SWD(2021) 713 final} - {SWD(2021) 714 final} - {SWD(2021) 715 final} - {SWD(2021) 716 final} - {SWD(2021) 717 final} - {SWD(2021) 718 final} - {SWD(2021) 719 final} - {SWD(2021) 720 final} - {SWD(2021) 721 final} - {SWD(2021) 722 final} - {SWD(2021) 723 final} - {SWD(2021) 724 final} - {SWD(2021) 725 final} - {SWD(2021) 727 final}


Astratt

Is-sistema ġudizzjarja Slovena rat xi żviluppi pożittivi, inkluż dwar kwistjonijiet imqajma fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt. B’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li tiddikjara bħala antikostituzzjonali r-regoli li jirregolaw l-inkjesti parlamentari għan-nuqqas ta’ salvagwardji dwar l-indipendenza ġudizzjarja tipprovdi protezzjoni importanti għall-imħallfin. Il-ġudikatura bdiet diskussjoni dwar it-titjib tal-qafas għal proċedimenti dixxiplinari rigward l-imħallfin. Il-ħatriet tal-prosekuturi tal-istat qed jiddewmu bla ġustifikazzjoni u n-nuqqas ta’ nomina fil-ħin ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej iqajjem tħassib. Għad fadal sfidi fi proċedimenti relatati ma’ każijiet ta’ kriminalità ekonomika u finanzjarja. Il-pandemija tal-COVID-19 kixfet il-ħtieġa li jitħaffef it-titjib fl-għodod tal-komunikazzjoni elettronika. L-aċċess għad-dokumenti tal-qorti u tal-prosekuzzjoni sar kwistjoni sensittiva li wasslet għal sentenza tal-Qorti Suprema u emenda leġiżlattiva.

Il-qafas legali u istituzzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni qed ikompli jitjieb. L-emendi leġiżlattivi tejbu l-indipendenza, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni għalkemm ir-riżorsi umani tagħha għadhom limitati. L-istess emendi saħħew ukoll il-qafas legali dwar il-lobbying, il-protezzjoni tal-informaturi u d-dikjarazzjoni tal-assi. Madankollu, għad hemm tħassib dwar l-infurzar effettiv tar-regoli kontra l-korruzzjoni, pereż. dwar il-kunflitt ta’ interess u l-informaturi. Barra minn hekk, l-istrateġija preċedenti fil-biċċa l-kbira ġiet implimentata iżda xi azzjonijiet għadhom pendenti u ma ġie adottat l-ebda pjan ġdid. Għalkemm l-għadd ta’ prosekuzzjonijiet żdied, għad fadal sfidi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità għal investigazzjonijiet effettivi, u l-għadd baxx ta’ kundanni għal każijiet ta’ korruzzjoni, speċjalment għal każijiet ta’ livell għoli. Serje ta’ valutazzjonijiet tar-riskju matul il-pandemija tal-COVID-19 tnedew mill-Gvern, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskju ta’ korruzzjoni fl-akkwist pubbliku.

Is-sitwazzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media qed tiddeterjora. L-indipendenza tar-regolatur tal-media hija żgurata mil-liġi iżda għad hemm sfidi fir-rigward tar-riżorsi għall-ispettru wiesa’ ta’ kompiti u l-impenn tiegħu biex ikompli jsaħħaħ l-indipendenza tiegħu. Għadha pendenti reviżjoni tal-liġijiet dwar is-servizzi tal-media u dawk awdjoviżivi. Għad hemm xi tħassib dwar dawn l-abbozzi, madankollu, ċerti emendi proposti għal-liġi dwar il-media fl-2020 jistgħu jtejbu t-trasparenza tas-sjieda tal-media. L-allokazzjoni tar-reklamar tal-istat mhijiex regolata u spiss mhijiex trasparenti, speċjalment fil-każ tal-media lokali. Il-ksib ta’ aċċess għall-informazzjoni pubblika jibqa’ twil għall-pubbliku u l-ġurnalisti. Il-fastidju online u t-theddid kontra l-ġurnalisti huma sors dejjem jikber ta’ tħassib, u ġew irrapportati diversi kawżi kontra ġurnalisti b’effetti intimidanti. Tqajjem tħassib mill-partijiet interessati nazzjonali u internazzjonali wara r-rifjut mill-awtoritajiet li jiffinanzjaw l-Aġenzija tal-Istampa Slovena għall-2021. Ma ttieħdet l-ebda miżura speċifika għas-settur tal-media relatata mal-pandemija tal-COVID-19; iżda l-ġurnalisti jistgħu jaċċessaw miżuri ta’ salvataġġ ġenerali.

Is-Slovenja ma ddikjaratx stat ta’ emerġenza matul il-pandemija tal-COVID-19. L-Att dwar il-Mard li Jittieħed, emendat erba’ darbiet mill-bidu tal-pandemija, kien il-bażi għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. Il-Parlament kompla jiffunzjona, wara li emenda malajr ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu biex jippermetti sessjonijiet online. L-indipendenza finanzjarja ta’ ċerti korpi indipendenti ġiet protetta minn sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali tejbet l-effiċjenza tagħha, imqajma fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, u kellha rwol attiv fir-rieżami tal-miżuri tal-COVID-19. Biex jiddiskuti l-istat tad-dritt, il-President tar-Repubblika sejjaħ l-ewwel laqgħa tat-tliet fergħat tal-gvern. Is-soċjetà ċivili kellha tlaħħaq ma’ diversi sfidi li jaffettwaw l-ambjent abilitanti għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

I.Is-Sistema Ġudizzjarja

Is-sistema ġudizzjarja Slovena għandha tliet livelli, bil-Qrati Lokali u Distrettwali (li jittrattaw kawżi ċivili, kummerċjali u kriminali) u Qrati tax-Xogħol u Qorti Amministrattiva fil-prim’istanza 1 , ħames Qrati Superjuri fit-tieni istanza (li jittrattaw appelli għal deċiżjonijiet tal-qrati tal-prim’istanza) u l-Qorti Suprema fit-tielet istanza (li tittratta appelli għal ċerti sentenzi tal-Qrati Superjuri u tal-Qorti Amministrattiva). Il-Kostituzzjoni tipprevedi Kunsill Ġudizzjarju, korp sui generis barra t-tliet fergħat tal-Gvern, li għandu l-kompitu li jipproteġi l-indipendenza kif ukoll li jippromwovi u jiżgura r-responsabbiltà, l-effiċjenza u l-kwalità tal-ħidma tal-ġudikatura 2 . L-imħallfin kandidati jintgħażlu mill-Kunsill Ġudizzjarju u mbagħad jiġu proposti għall-ħatra mill-Assemblea Nazzjonali (Državni zbor — l-ewwel kamra tal-Parlament) 3 . Jekk il-Kunsill Ġudizzjarju jagħżel kandidat li jkun diġà ġie elett għal kariga ġudizzjarja, il-kandidat jiġi promoss għall-pożizzjoni ġudizzjarja l-ġdida mill-Kunsill innifsu. Il-Prosekuzzjoni tal-Istat, filwaqt li hija parti mis-setgħa eżekuttiva, hija awtorità indipendenti, bis-setgħat ewlenin rigward il-karriera tal-prosekuturi tal-istat u l-funzjonament tagħha hija f’idejn il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat u l-Prosekutur Ġenerali. Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat huwa korp statali indipendenti u awtonomu li jwettaq il-kompiti ta’ awtogovernanza tal-Prosekuzzjoni tal-Istat u jipparteċipa fl-iżgurar tal-uniformità tal-prosekuzzjoni u s-salvagwardja tal-indipendenza u l-awtonomija tal-prosekuturi tal-istat. L-Assoċjazzjoni tal-Avukati Slovena hija korp awtonomu u indipendenti. Hija responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet professjonali tal-avukati u biex tiddeċiedi dwar miżuri dixxiplinarji rigward il-membri tagħha 4 . Is-Slovenja tipparteċipa fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) 5 .

Indipendenza

Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita qed jitjieb kontinwament. Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita kompla jitjieb u huwa medju fost il-pubbliku ġenerali (47 % tajjeb u tajjeb ħafna), u, fl-2021, żdied ukoll għal medju fost il-kumpaniji (43 %), u wera xejra pożittiva għat-tielet sena konsekuttiva, wara li ma kien hemm l-ebda xejra ċara fl-2016 u l-2017 6 .

Il-ħatriet tal-prosekuturi tal-istat qed jiddewmu bla ġustifikazzjoni u n-nuqqas ta’ nomina fil-ħin ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej iqajjem tħassib. Il-Gvern huwa inkarigat li jaħtar prosekutur statali ġdid bi proposta mill-Ministru tal-Ġustizzja, wara post vakanti pubbliku u l-għażla tal-kandidat mill-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat indipendenti 7 . Il-Gvern huwa obbligat bil-liġi li joħroġ deċiżjoni dwar il-ħatra jew in-nuqqas ta’ ħatra lill-kandidati eliġibbli kollha li applikaw għal ħatra jew promozzjoni 8 . Il-kandidati li ma jintgħażlux għandhom id-dritt li jitolbu reviżjoni ġudizzjarja quddiem il-Qorti Amministrattiva, li għandha tiddeċiedi fi żmien 30 jum 9 . Mill-aħħar ta’ Lulju 2020, il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat ippreżenta l-ismijiet ta’ 29 kandidat lill-Ministru tal-Ġustizzja, li mbagħad ipproponihom lill-Gvern għall-ewwel ħatra jew promozzjoni. Sa Ġunju 2021, 14 biss minnhom jew inħatru jew ġew promossi, filwaqt li ma hemm l-ebda raġuni ċara biex ma jittiħdux deċiżjonijiet dwar il-15-il kandidat li jifdal 10 . In-nomina tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-UPPE ddewmet ukoll, u dan qajjem tħassib li l-proċedura nazzjonali ma ġietx segwita kif suppost 11 . F’Diċembru 2020, il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat ippreżenta l-ismijiet taż-żewġ kandidati lill-Ministru tal-Ġustizzja, u l-Gvern ma poġġiex il-punt fuq l-aġenda tas-sessjonijiet tiegħu, minkejja l-obbligu legali li jieħu biss nota u jibgħat l-ismijiet lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew 12 . Fis-27 ta’ Mejju 2021, il-Gvern iddikjara li l-proċedura ta’ selezzjoni ma rnexxietx u ta struzzjonijiet lill-Ministru tal-Ġustizzja biex jippubblika post vakanti ġdid, li ġie rilaxxat fid-9 ta’ Lulju. 13 . Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-reklutaġġ ta’ prosekuturi pubbliċi għandu jitwettaq skont proċeduri ġusti u imparzjali li jinkorporaw salvagwardji kontra kwalunkwe approċċ li jirrappreżenta l-interessi ta’ gruppi speċifiċi, u li l-promozzjonijiet tagħhom huma rregolati minn kriterji magħrufa u oġġettivi, bħall-kompetenza u l-esperjenza 14 .

Il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat ir-regoli li jirregolaw l-inkjesti parlamentari bħala mhux kostituzzjonali minħabba nuqqas ta’ salvagwardji dwar l-indipendenza ġudizzjarja. Kif iddikjarat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, fl-2019, Kumitat ta’ Inkjesta Parlamentari fetaħ investigazzjoni biex jinvestiga azzjonijiet ta’ prosekuturi u mħallfin f’każijiet kriminali konkreti. Madankollu, il-Qorti Kostituzzjonali aktar tard issospendiet l-applikazzjoni tal-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari, li fuqu kienet ibbażata l-investigazzjoni, minħabba riskju għall-indipendenza tal-imħallfin u l-prosekuturi 15 . F’Jannar 2021, il-Qorti Kostituzzjonali sabet l-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari u r-Regoli ta’ Proċedura dwar l-Inkjesta Parlamentari bħala antikostituzzjonali, minħabba li dawn ma għandhomx salvagwardji proċedurali biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-imħallfin meta tiġi stabbilita inkjesta parlamentari 16 . Il-Qorti ddikjarat li l-ġudikatura mhijiex kompletament eskluża mill-kontroll parlamentari eżerċitat permezz ta’ inkjesti parlamentari, billi l-Parlament jista’ jeżamina, pereżempju, xejriet fil-ġudikatura jew avvenimenti storiċi li huma wkoll soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji. Madankollu, il-Qorti enfasizzat li l-Parlament ma jistax jimpedixxi l-proċedimenti ġudizzjarji, jew b’xi mod jinfluwenza lill-imħallfin fi proċedimenti konkreti, inkluż permezz ta’ diskussjoni ex post dwar il-legalità jew l-adegwatezza tas-sentenzi individwali. Barra minn hekk, l-imħallfin ma jistgħux jissejħu bħala xhieda jew suspettati għal inkjesta parlamentari rigward dawn il-kwistjonijiet li jikkonċernaw kawża miftuħa jew magħluqa fil-qorti, billi dan jikser l-indipendenza ġudizzjarja 17 . Il-Qorti Kostituzzjonali tat sena lill-Parlament biex ineħħi l-elementi antikostituzzjonali mill-Att dwar l-Inkjesti Parlamentari. Sakemm titneħħa l-inkostituzzjonalità stabbilita, il-Kunsill Ġudizzjarju jista’ jitlob lill-Qorti Kostituzzjonali biex tivverifika jekk inkjesta parlamentari ġdida tirrispettax l-indipendenza ġudizzjarja. Għadha ma kienet ippreżentata l-ebda proposta leġiżlattiva biex tindirizza n-nuqqas ta’ kostituzzjonalità stabbilita.

Il-ġudikatura bdiet diskussjoni dwar it-titjib tal-qafas għal proċedimenti dixxiplinari rigward l-imħallfin. F’Marzu 2021, il-Kunsill Ġudizzjarju ħejja analiżi tal-qafas legali dwar proċedimenti dixxiplinari fir-rigward tal-imħallfin u l-implimentazzjoni tiegħu, u ppropona bidliet 18 . Mill-2018, il-proċeduri dixxiplinari kienu jaqgħu fil-kompetenza ta’ Qorti Dixxiplinari 19 . Mill-2018 sa Marzu 2021, il-proċedimenti dixxiplinari damu medja ta’ 194 jum. Il-Kunsill Ġudizzjarju identifika għadd ta’ kwistjonijiet li jeħtieġu titjib, bħal: l-istabbiliment ta’ proċedura dixxiplinari speċjali minflok l-użu ta’ proċedura kriminali, l-aġġornament tal-lista ta’ reati dixxiplinari, ir-reviżjoni tad-dritt tal-Kunsill Ġudizzjarju li jibda proċedimenti dixxiplinari 20 , ir-reviżjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari biex ikun hemm aktar proporzjonalità, u l-kjarifika tal-limiti fuq it-tul tas-sospensjoni ta’ mħallef 21 . Il-Qorti Suprema tappoġġa l-inizjattiva tal-Kunsill Ġudizzjarju biex jemenda l-leġiżlazzjoni sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċedimenti dixxiplinari 22 . Huwa importanti li kwalunkwe riforma potenzjali ta’ proċedimenti dixxiplinari tkun konformi mal-liġi tal-UE u tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa 23 .

Kwalità

Il-pandemija tal-COVID-19 kixfet il-ħtieġa li jitħaffef it-titjib meħtieġ fl-għodod tal-komunikazzjoni elettronika fis-sistema ġudizzjarja. Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt iddikjara li filwaqt li t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni għall-ġestjoni tal-każijiet huma avvanzati, il-komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet għadha inqas żviluppata 24 . F’dawn l-aħħar snin, sar xi progress dwar l-espansjoni tal-komunikazzjoni elettronika. Fi ftit oqsma, id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati lill-qorti f’forma elettronika biss, pereżempju minn nutara pubbliċi u amministraturi tal-insolvenza (fir-reġistru tal-artijiet, kawżi tar-reġistru tal-qorti u kawżi ta’ insolvenza) 25 , u minn debituri (fi rkupru ta’ dejn mhux ikkontestat) 26 . Minn Frar 2021, iċ-ċentri ta’ ħidma soċjali jridu jippreżentaw l-applikazzjonijiet fi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja lill-qorti b’mod elettroniku, u s-sistema ta’ rkant elettroniku tnediet irrispettivament mill-metodu tal-bejgħ għall-proprjetà immobbli kollha, il-proprjetà mobbli u d-drittijiet kollha li qed jinbiegħu fi proċedimenti ta’ infurzar, proċedimenti relatati mal-insolvenza, proċedimenti ta’ stralċ obbligatorju, kawżi mhux kontenzjużi, u proċedimenti kriminali 27 . F’kawżi kontenzjużi kriminali, amministrattivi, u ċivili u kummerċjali, għaddejjin sforzi biex tiġi aġġornata s-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet sa tmiem l-2023 biex tkun tista’ ssir komunikazzjoni elettronika 28 . Is-soluzzjonijiet diġitali biex jitwettqu u jiġu segwiti l-proċedimenti tal-qorti għadhom limitati b’mod partikolari f’kawżi kriminali 29 . L-użu tat-teknoloġiji diġitali għal xogħol remot sigur huwa rari b’mod partikolari fil-Prosekuzzjoni tal-Istat 30 u n-nuqqas ta’ diġitalizzazzjoni min-naħa tal-Pulizija qed jikkontribwixxi għal dewmien speċjalment f’każijiet kumplessi fejn ir-rapport kriminali jasal biss f’forma stampata. Meta wieħed iqis li l-qrati kienu qed jittrattaw, għal perjodu ta’ aktar minn erba’ xhur minn Marzu 2020, ftit jew wisq kwistjonijiet urġenti biss 31 , il-ġudikatura u l-Ministeru tal-Ġustizzja kkooperaw b’mod intensiv biex jipprovdu tagħmir addizzjonali għall-vidjokonferenzi u rnexxielhom jittriplikaw il-kapaċitajiet attwali fl-2020 b’xirjiet addizzjonali ppjanati fl-2021 32 . Il-Qorti Suprema infurmat lill-Ministeru tal-Ġustizzja dwar il-ħtieġa li jiġu emendati l-liġijiet proċedurali sabiex jiġu preskritti b’mod ċar il-kundizzjonijiet biex tiġi stabbilita l-affidabbiltà tal-evidenza fi proċeduri li jitwettqu permezz ta’ vidjokonferenzi (bħas-smigħ ta’ xhud) 33 .

L-aċċess għad-dokumenti tal-qorti u tal-prosekuzzjoni kien is-suġġett ta’ sentenza tal-Qorti Suprema u emenda leġiżlattiva. Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt innota li l-pubblikazzjoni tas-sentenzi tal-qorti tal-prim’istanza għadha limitata, b’mod partikolari f’kawżi ċivili u kummerċjali, u li l-leġġibbiltà mill-magni tas-sentenzi ppubblikati hija relattivament baxxa 34 . It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021 ma turi l-ebda titjib f’dawn iż-żewġ oqsma 35 . F’Mejju 2020, il-Qorti Suprema tat deċiżjoni li ħolqot preċedent f’każ li jinvolvi d-dritt ta’ aċċess għal informazzjoni minn fajl ta’ kawża kriminali 36 . Il-Qorti sostniet li l-Att dwar il-Proċedura Kriminali jirrestrinġi d-dritt li jiġi spezzjonat fajl ta’ kawża lil persuni b’interess legali (pereż. konvenuti u vittmi), u li d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika ma japplikawx għad-dokumenti tal-qorti u tal-prosekuzzjoni. Il-Parlament wieġeb billi adotta emenda għall-Att dwar il-Proċedura Kriminali li ddikjara b’mod espliċitu li japplika r-reġim ġenerali tal-aċċess għad-dokumenti skont l-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika 37 . F’konformità ma’ din l-emenda, persuna li t-talba tagħha lill-qorti jew dokumenti ta’ prosekuzzjoni (f’każ miftuħ jew magħluq) tiġi miċħuda minn imħallef jew prosekutur tal-istat, rispettivament, tista’ tappella lill-Kummissarju tal-Informazzjoni 38 . Skont il-Qorti Suprema, din l-emenda qajmet tħassib dwar il-bilanċ xieraq tad-dritt għall-informazzjoni pubblika minn naħa waħda u r-rispett għall-preżunzjoni tal-innoċenza tal-imputati u d-dritt tal-privatezza tal-persuni involuti fil-proċedura kriminali min-naħa l-oħra 39 . Il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika stabbilixxa grupp ta’ ħidma interministerjali biex jeżamina l-kwistjoni tal-aċċess għad-dokumenti tal-qorti u tal-prosekuzzjoni u jħejji proposti biex jirregolaw il-kwistjoni fl-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika.

Il-Kunsill Ġudizzjarju u l-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat qed jibbenefikaw minn żieda żgħira fir-riżorsi, iżda għad hemm nuqqasijiet. Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt sab li l-għoti ta’ riżorsi adegwati lill-Kunsill Ġudizzjarju u lill-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat huwa kundizzjoni importanti għall-funzjonament indipendenti u effettiv ta’ dawn il-korpi ta’ awtogovernanza 40 . Il-kapaċità amministrattiva baxxa tal-Kunsilli tinfluwenza wkoll il-kwalità tal-proċess għall-għażla tal-imħallfin u l-prosekuturi tal-istat, b’mod partikolari f’termini tar-raġunament tad-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet maħruġa u r-reqqa tal-intervisti. Mill-2022, il-Kunsill Ġudizzjarju se jkun jista’ jimpjega żewġ membri tal-persunal addizzjonali, żieda minima fir-riżorsi disponibbli. Madankollu, l-ebda membru tal-persunal addizzjonali mhuwa previst għall-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat. Il-baġit disponibbli tal-Kunsill Ġudizzjarju qed jiżdied, filwaqt li l-baġit tal-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat staġna 41 . Ta’ min jinnota li l-baġit ġenerali għas-sistema ġudizzjarja ilu jiżdied għal diversi snin 42 .

Effiċjenza

L-effiċjenza tas-sistema tal-qorti naqset ftit, u għad hemm sfidi f’kawżi ta’ kriminalità ekonomika u finanzjarja, identifikati fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt. Fl-2020, il-qrati kollha rċevew 11 % inqas kawżi u solvew 13 % inqas kawżi, meta mqabbla mal-2019. L-għadd totali ta’ kawżi pendenti fi tmiem l-2020 żdied b’5 %, meta mqabbel mal-2019 43 . It-tul medju tal-proċedimenti fil-qrati tal-prim’istanza tela’ għal madwar 20 xahar f’kawżi ċivili kontenzjużi u staġna għal 11-il xahar f’kawżi kummerċjali kontenzjużi. Fl-appell, fil-biċċa l-kbira tal-proċeduri bil-miktub, dawn it-tipi ta’ kawżi ġew solvuti aktar malajr, jiġifieri f’madwar 2,4 xhur f’kawżi ċivili u 3,4 xhur f’kawżi kummerċjali, bħala medja. Meta jiġu ttrattati reati aktar kumplessi ta’ ħasil tal-flus, it-tul tal-proċessi fil-qrati tal-prim’istanza naqas għal 876 jum fl-2019 (tnaqqis minn 1 132 jum fl-2018), bħala medja, u jibqa’ fost l-ogħla fl-UE 44 . Fl-2020, it-tul medju fil-kawżi amministrattivi fl-ewwel istanza żdied għal 13,7-il xahar 45 .

II.Qafas kontra l-korruzzjoni

Il-liġi ewlenija li tistabbilixxi l-qafas istituzzjonali u leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-Slovenja hija l-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (Integrity and Prevention of Corruption Act, IPCA). L-Att ġie emendat f’Novembru 2020, b’dispożizzjonijiet ġodda dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni kif ukoll regoli dwar il-lobbying u l-protezzjoni tal-informaturi, fost l-oħrajn. L-istess emendi aġġornaw ukoll ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess, id-dikjarazzjoni tal-assi, il-lobbying u r-"revolving doors”. Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni hija korp statali awtonomu u indipendenti responsabbli għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-Kummissjoni tikkoopera regolarment mal-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur speċjali, iżda żżomm setgħat investigattivi superviżorji u amministrattivi u hija responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess, l-integrità, id-dikjarazzjonijiet tal-assi, ir-rigali u r- "revolving doors”. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni huwa unità speċjalizzata tal-investigazzjoni kriminali għad-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati serji, b’mod partikolari l-korruzzjoni kif ukoll ir-reati ekonomiċi, finanzjarji u organizzati.

Il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju hija li l-livell ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku jibqa’ relattivament baxx. Fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2020 minn Transparency International, is-Slovenja għandha punteġġ ta’ 60/100 u tinsab fil-ħdax-il post fl-Unjoni Ewropea u fil-ħamsa u tletin post globalment 46 . Din il-perċezzjoni baqgħet relattivament stabbli 47 matul l-aħħar ħames snin  48 .

L-att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni ġie msaħħaħ dan l-aħħar. L-Att ġie emendat f’Novembru 2020, b’dispożizzjonijiet relatati mal-ħatra tal-Kap u tal-Viċi Kummissarji tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni. L-emendi jiddefinixxu wkoll b’mod aktar ċar il-proċeduri ta’ investigazzjoni amministrattiva differenti quddiem il-Kummissjoni u r-regoli li japplikaw għaliha meta dawn jitwettqu, kif ukoll il-proċedimenti ta’ reati minuri mħaffa, u proċedimenti oħra tal-liġi pubblika, inklużi d-drittijiet proċedurali tal-persuni investigati, u l-possibbiltà li jsir appell mid-deċiżjonijiet tagħha. Dawn id-drittijiet proċedurali ddaħħlu biex iwieġbu għas-sentenzi tal-Qorti Amministrattiva u tal-Qorti Suprema, li enfasizzaw nuqqasijiet fir-rigward tad-drittijiet ta’ persuni li huma soġġetti għal proċedimenti amministrattivi quddiem il-Kummissjoni. Ġew inklużi wkoll dispożizzjonijiet ta’ integrità relatati ma’ rigali, lobbying u superviżjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-assi 49 .

Sal-iskadenza tagħha, l-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-biċċa l-kbira tagħha ġiet implimentata, iżda xi azzjonijiet għadhom pendenti u s’issa ma ġie adottat l-ebda pjan ġdid.
Ir-rapport ta’ implimentazzjoni tat-tielet strateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni (2017-2019) 50 , adottat f’April 2020, jindika li filwaqt li ġew implimentati sehem kbir ta’ azzjonijiet, oħrajn għadhom pendenti, b’mod partikolari azzjonijiet f’oqsma relatati mal-iżvilupp ta’ għodod ta’ integrità f’setturi speċifiċi (bħall-proprjetà tal-istat, l-affarijiet barranin, ix-xjenza, l-edukazzjoni u l-isport). 51 . Il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika, li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, irrapporta li qed jaħdem fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li fadal, flimkien ma’ istituzzjonijiet pubbliċi oħra (bħall-Ministeru tal-Intern, il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Ministeru tas-Saħħa, kif ukoll il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni). Strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni wara l-2019 għadha ma ġietx proposta.

Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni ssaħħet, inkluża l-indipendenza tagħha, għalkemm għad trid tintlaħaq effettività sħiħa. Il-Kummissjoni tibqa’ l-korp statali awtonomu għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Wara l-emendi għall-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, il-Kummissjoni saħħet l-indipendenza tagħha permezz tal-proċedura l-ġdida tal-ħatra għat-tmexxija tagħha: il-Kap Kummissarju u ż-żewġ deputati tiegħu. L-emendi jipprovdu kriterji ġodda għat-titjib tat-trasparenza tal-proċedura għall-ħatra tat-tmexxija. L-emendi jipprevedu kumitat ta’ nominazzjoni (minflok il-kumitat tal-għażla), li jinnomina l-kandidati u jeskludi kandidati bi sfond politiku. Barra minn hekk, il-kumitat tan-nomina jwettaq valutazzjoni tal-idoneità personali tal-kandidati. Il-President tar-Repubblika issa jaħtar it-tmexxija fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati ppreżentata mill-kumitat ta’ nominazzjoni 52 . Fir-rigward tal-proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva, l-Att emendat dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni kkjarifika u saħħaħ id-drittijiet tal-individwi li qed jiġu eżaminati mill-Kummissjoni, inkluża l-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni. Fir-rigward tar-riżorsi, il-Kummissjoni għandha, minn April 2021, persunal ta’ 40 uffiċjal (jiġifieri l-Kap Kummissarju, żewġ deputati u 37 impjegat taċ-ċivil). Madankollu, għad irid jinkiseb persunal sħiħ 53 . Il-Kummissjoni qed tippjana li timpjega ħames uffiċjali addizzjonali kull sena fl-2021 u l-2022 54 . Dan huwa possibbli minħabba żieda fir-riżorsi finanzjarji ta’ madwar EUR 200 000 fis-sena mill-2019. Madankollu, minħabba restrizzjonijiet ġenerali fl-infiq pubbliku, il-Kummissjoni ma setgħetx, sa Mejju 2021, timpjega persunal addizzjonali jew tqassam mill-ġdid ir-riżorsi minkejja li kienet ġiet allokata l-baġit meħtieġ 55 . Minkejja dan it-titjib, il-Kummissjoni qed tkompli tesperjenza xi sfidi marbuta mal-ħiliet u r-riżorsi tekniċi (jiġifieri l-analiżi tad-data). 56  

Għad fadal sfidi fir-rigward tal-investigazzjoni tal-kriminalità ekonomika u finanzjarja u t-tmexxija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni. Ir-riżorsi disponibbli għall-pulizija (in-numru, l-anzjanità u l-ispeċjalizzazzjoni tal-uffiċjali tal-pulizija) jibqgħu sfida li, skont l-awtoritajiet, taffettwa l-kwalità u t-tul tal-investigazzjonijiet, b’mod partikolari f’każijiet ta’ kriminalità ekonomika u finanzjarja. In-nuqqas ta’ riżorsi f’xi distretti tal-pulizija jwassal ukoll għal dewmien fir-rigward ta’ talbiet minn prosekuturi tal-istat għal investigazzjonijiet ta’ segwitu. Ir-rapporti jindikaw allegazzjonijiet ta’ interferenza politika fl-awtoritajiet tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni 57 , li huwa unità speċjalizzata tal-investigazzjoni kriminali stabbilita fl-2009 għad-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati serji, b’mod partikolari l-korruzzjoni kif ukoll ir-reati ekonomiċi, finanzjarji u organizzati. F’Ottubru 2020, wara sentenza tal-Qorti Amministrattiva dwar l-illegalità tat-tkeċċija tad-Direttur preċedenti, u fl-istennija ta’ proċess ta’ appell 58 , il-Gvern nieda kompetizzjoni pubblika biex timtela l-pożizzjoni tad-Direttur. F’Ġunju 2021, kien għad hemm aġent Direttur inkarigat. Il-bidla ta’ erba’ Diretturi differenti fl-aħħar 14-il xahar jidher li dewwmet il-funzjonament tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni 59 . Ir-riżultati konkreti tal-investigazzjonijiet mill-Bureau dwar każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli huma nieqsa.

Filwaqt li l-għadd ta’ prosekuzzjonijiet żdied, l-aġġudikazzjoni tal-kawżi quddiem il-qrati għadha baxxa, speċjalment fir-rigward tal-korruzzjoni f’livell għoli. Fl-2020, l-għadd ta’ prosekuzzjonijiet ta’ każijiet ta’ korruzzjoni żdied meta mqabbel mas-sena preċedenti (298 fl-2020, meta mqabbel ma’ 185 fl-2019, jiġifieri żieda ta’ madwar 62%) 60 . Fir-rigward tal-qrati, fl-2020 kien hemm biss 15-il aġġudikazzjoni f’każijiet ta’ korruzzjoni (inklużi tnejn ikkundannati bi priġunerija) 61 , li l-ebda waħda minnhom ma kienet tikkonċerna kawżi ta’ livell għoli 62 . Dan jirrappreżenta tnaqqis ulterjuri fl-għadd ta’ każijiet ta’ korruzzjoni aġġudikati 63 . F’xi kawżi ta’ livell għoli, il-qrati ma żammewx seduta tal-qorti għal aktar minn sena u nofs 64 . L-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat Speċjalizzat (Specialized State Prosecutor’s Office, SSPO) huwa kompetenti biex iħarrek reati kriminali relatati mal-korruzzjoni fis-settur pubbliku u privat. L-SSPO jidderieġi l-ħidma tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni (National Bureau of Investigation, NBI), id-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija (General Police Directorate, GPD) u s-Setturi tal-Pulizija Kriminali (Criminal Police Sectors, CPS) tal-amministrazzjonijiet tal-pulizija reġjonali. L-SSPO jiddependi fuq 28 prosekutur tal-Istat, iddedikati biex jittrattaw varjetà ta’ każijiet kriminali. Nuqqas ta’ riżorsi umani kwalifikati (b’mod partikolari l-prosekuturi tal-istat) jaffettwa l-prijoritizzazzjoni ta’ każijiet ta’ livell għoli. Il-prosekuzzjoni tal-Istat indikat ukoll nuqqasijiet fir-rigward tal-għarfien espert dwar l-analiżi finanzjarja u tad-data. L-eżami tad-data finanzjarja jiġi ddelegat lill-Pulizija jew lill-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus (unità tal-investigazzjoni finanzjarja - FIU, financial investigation unit). Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi umani u tekniċi fil-pulizija msemmija hawn fuq, id-dewmien mill-Pulizija fil-finalizzazzjoni tal-investigazzjonijiet 65 jirrappreżenta sfida għall-SSPO. Sfidi oħra rrappurtati mill-SSPO huma relatati mal-frammentazzjoni istituzzjonali (bi rwoli simili allokati lil entitajiet differenti), id-detezzjoni tardiva ta’ reati finanzjarji, in-nuqqas ta’ speċjalizzazzjoni tal-imħallfin, u n-nuqqasijiet fil-komunikazzjoni elettronika mal-Pulizija 66 .

Minbarra n-nuqqas ta’ għarfien espert u riżorsi, jirriżultaw sfidi fil-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni minħabba l-istatut tal-limitazzjoni. Minbarra n-nuqqasijiet fir-rigward tal-għarfien espert u r-riżorsi fil-Prosekuzzjoni tal-Istat indikati hawn fuq, skont l-awtoritajiet 67 l-istatut tal-limitazzjoni jippreżenta sfida addizzjonali għall-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni. L-Istatut tal-limitazzjoni għal reati ta’ korruzzjoni huwa ġeneralment ta’ 10 snin 68 . Ma hemm l-ebda pjan biex tiġi emendata l-limitazzjoni statutorja 69 . Barra minn hekk, permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Suprema, il-prosekuzzjoni tal-każijiet kollha (inklużi każijiet ta’ korruzzjoni) kienet ġiet sospiża matul il-pandemija tal-COVID-19, sakemm ma kienx hemm riskju li l-allegat reat jiġi preskritt fis-sitt xhur li ġejjin 70 .

Id-dikjarazzjoni tal-assi ġiet estiża għal kategoriji addizzjonali ta’ uffiċjali, iżda l-pubblikazzjoni tagħhom għadha sfida. L-att emendat dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni espanda l-lista ta’ persuni meħtieġa biex jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom, sabiex tinkludi kunsilliera u superviżuri nazzjonali ta’ intrapriżi tal-istat, minbarra uffiċjali ta’ livell għoli, eletti u maħtura 71 . Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni hija responsabbli għall-monitoraġġ tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-uffiċjali pubbliċi 72 , u dan l-aħħar ingħaqdet mal-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika sabiex tniedi pjattaforma ta’ dikjarazzjoni elettronika ġdida. Minħabba l-limitazzjonijiet tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, u fid-dawl tal-għadd ta’ dikjarazzjonijiet riċevuti (madwar 4 500 dikjarazzjoni u 4 300 sottomissjoni relatati oħra kull sena 73 ), jitwettqu verifiki fuq kampjun aleatorju tad-dikjarazzjonijiet. L-eżamijiet jindikaw li l-ineżattezza tad-dikjarazzjonijiet (mhux kompluti jew żbaljati) hija limitata u trivjali, mingħajr il-ħtieġa li jiġu ppreżentati notifiki kriminali lill-Prosekuzzjoni tal-Istat 74 . Fl-2020, tliet uffiċjali biss tal-Kummissjoni ħadmu fuq il-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ 18 470 uffiċjal li huma obbligati jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet, li wettqu 16-il superviżjoni fir-rigward ta’ 923 persuna fiżika u 67 qorti 75 . Filwaqt li l-Att emendat dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni estenda l-lista tal-uffiċjali li huma obbligati jiddikjaraw l-assi tagħhom, dan naqqas ukoll il-lista tal-uffiċjali li d-dikjarazzjonijiet tagħhom se jiġu ppubblikati 76 . Minkejja li l-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni bdiet ittejjeb is-sistema tal-IT u l-pjattaforma online tagħha sabiex tallinja mar-rekwiżit tal-pubblikazzjoni tal-liġi, id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-uffiċjali pubbliċi għadhom ma ġewx ippubblikati.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess issaħħew, għalkemm l-implimentazzjoni effettiva tagħhom għadha sfida. Skont l-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, kwalunkwe uffiċjal pubbliku li, qabel ma ħa l-kariga, wettaq attività jew kellu kariga li hija inkompatibbli mal-kariga attwali tiegħu, irid jieqaf milli jwettaq l-attività tiegħu mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tal-elezzjoni, il-ħatra jew l-approvazzjoni tal-mandat tiegħu. L-att emendat dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni estenda r-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg għall-uffiċjali pubbliċi li jieħdu pożizzjonijiet fis-settur privat. Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni tista’ tibda proċedura għall-evalwazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-kariga jekk tqis li t-twettiq ta’ dik l-attività x’aktarx jippreżenta riskju sproporzjonat għat-twettiq oġġettiv u imparzjali tad-dmirijiet tal-uffiċċju jew jipperikola l-integrità tiegħu. F’Mejju 2021, il-Kummissjoni bagħtet inizjattiva lill-Gvern biex jgħaqqad ir-regolamentazzjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-ksur tal-integrità għall-uffiċjali kollha, li, skont is-CPC, itejbu s-superviżjoni, l-ugwaljanza fit-trattament tal-uffiċjali, u jippermettu proċeduri dwar l-integrità li jikkonċernaw l-ex uffiċjali 77 . Is-CPC bħalissa qed jipproċessa każijiet ta’ profil għoli relatati ma’ allegati kunflitti ta’ interess 78 .

Id-dispożizzjonijiet dwar il-lobbying għall-uffiċjali pubbliċi u l-persuni eletti qed ikomplu jitjiebu. L-uffiċjali u l-impjegati pubbliċi fil-livell nazzjonali u lokali jridu jirrapportaw kuntatti mal-lobbisti, kemm lil min iħaddimhom kif ukoll lill-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni. Il-Kummissjoni tipproċessa u tippubblika d-data relatata mal-lobbying fuq il-paġna web tagħha (imsejħa Erar) 79 , flimkien mal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-lobbying. Skont l-Att emendat dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, anki l-lobbisti (li issa jinkludu gruppi ta’ interess, minbarra lobbisti individwali), iridu jippubblikaw rapport annwali.

It-trasparenza tad-data pubblika, speċjalment dik relatata man-nefqa pubblika, tibqa’ fis-seħħ. Il-webpage Erar  tintuża wkoll biex tiġi ppubblikata data, minbarra data relatata mal-lobbying, dwar l-amministrazzjoni pubblika, inklużi t-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni dwar l-akkwist pubbliku. Bħalissa huwa stmat li Erar fih data dwar madwar 200 miljun tranżazzjoni finanzjarja, mis-sena 2003 ’il quddiem, kemm mill-gvern nazzjonali kif ukoll mill-aġenziji lokali. Chest (jew Skrinja) hija pjattaforma amministrattiva online oħra għall-utenti biex jiksbu data u rapporti dwar il-pagi tas-settur pubbliku 80 . Fl-2020, il-Qorti tal-Awditjar awditjat l-operazzjonijiet finanzjarji ta’ 13-il partit politiku (għall-2018 jew l-2019) u tat sitt opinjonijiet pożittivi u seba’ opinjonijiet b’riżervi, inklużi rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib tal-operazzjonijiet finanzjarji u ż-żieda fit-trasparenza (pereż. rigward self, kontribuzzjonijiet) 81 .

Fl-2020, ġew adottati regoli etiċi għall-membri tal-Parlament. Il-Kunsill tal-President tal-Parlament huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ etika 82 u, f’każ ta’ mġiba ħażina, jista’ joħroġ sanzjonijiet 83 . Mill-adozzjoni tal-kodiċi tal-etika, ġiet imposta sanzjoni waħda għal ksur minuri fuq membru tal-Parlament 84 .

Minkejja d-dispożizzjonijiet legali eżistenti għall-protezzjoni tal-informaturi, l-infurzar effettiv għadu dovut. L-Att dwar l-Integrità u l-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni għandu kapitolu ddedikat biss għall-protezzjoni tal-informaturi. Madankollu, l-għadd ta’ rapporti dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u t-talbiet għal protezzjonijiet skont l-Att għadu baxx 85 . Barra minn hekk, għalkemm l-Att jindika l-possibbiltà li jinħatru persuni biex jirċievu rapporti ta’ mġiba mhux etika jew illegali fl-istituzzjonijiet pubbliċi, jidher li dan it-tip ta’ uffiċjali jew mhumiex nominati, jew inkella mhumiex kompletament operattivi 86 . Madankollu, inbeda mill-inqas każ wieħed ta’ profil għoli matul il-pandemija wara informazzjoni ppreżentata minn informatur 87 . Skont il-Prosekuzzjoni tal-Istat, id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali rigward xhieda protetti ma jistgħux jiġu applikati għall-informaturi jekk dawn jitqiesu wkoll bħala suspettati (pereż. f’każ ta’ korruzzjoni).

Matul il-pandemija tal-COVID-19 ġew implimentati diversi azzjonijiet immirati biex jivvalutaw, jipprevjenu u jiskoraġġixxu r-riskju ta’ korruzzjoni, speċjalment fl-akkwist pubbliku. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni ħarġet sensiela ta’ linji gwida sabiex tidentifika u tiskoraġġixxi r-riskju ta’ korruzzjoni, b’mod partikolari dak relatat mal-proċeduri tal-akkwist pubbliku. B'talba tal-Parlament, il-Qorti tal-Awditjar ikkonkludiet rapport tal-awditjar mal-pajjiż kollu dwar l-akkwist ta’ apparati mediċi tal-COVID-19, li nħareġ fi Frar 2021. Is-sejbiet żvelaw 13-il każ b’suspett ta’ korruzzjoni, li mbagħad ġew trażmessi lill-uffiċċju tal-prosekutur. Fl-2020, il-Kummissjoni Nazzjonali għar-Reviżjoni għall-akkwist pubbliku rrappurtat xi każijiet ta’ ksur tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku, li wasslu għall-ftuħ ta’ każijiet ġodda 88 . Minn Jannar 2021, huwa possibbli li jiġu ppreżentati talbiet online għar-reviżjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku, li d-deċiżjonijiet tagħhom jiġu ppubblikati wkoll online 89 . F’dan il-kuntest, il-Ministeru għall-Amministrazzjoni Pubblika beda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika rigward l-emenda tal-att dwar l-akkwist pubbliku, u l-Ministeru tas-Saħħa stabbilixxa grupp ta’ ħidma għat-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist għal akkwist aktar effettiv ta’ tagħmir mediku 90 .

III.Il-Pluraliżmu tal-Media u l-Libertà tal-Media

Fis-Slovenja, il-qafas legali għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni huwa stabbilit mill-Kostituzzjoni, filwaqt li l-pluralità tal-media hija żgurata permezz ta’ leġiżlazzjoni sekondarja speċifika. Ir-regolatur tal-media, l-Aġenzija għan-Networks u Servizzi tal-Komunikazzjoni (AKOS), huwa awtorità indipendenti, li hija legalment u funzjonalment distinta mill-Gvern. Ir-regoli dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media jeħtieġu li l-kumpaniji jiddikjaraw lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni l-influwenza tas-sjieda jew tal-maniġment meta jkun ogħla minn ċertu limitu. Bidla konsiderevoli fis-sjieda teħtieġ ukoll il-qbil tal-ministeru kompetenti. Il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva għadha pendenti 91 .

L-indipendenza tal-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni hija pprovduta mil-liġi, iżda għad fadal sfidi rigward ir-riżorsi u l-impenn tagħha biex issaħħaħ l-indipendenza tagħha. Ingħataw riżorsi addizzjonali lill-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni (AKOS) biex twettaq il-kompiti l-ġodda tagħha wara t-traspożizzjoni li ġejja tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 92 . Madankollu, għad irid jiġi ddeterminat jekk ir-riżorsi addizzjonali humiex biżżejjed għall-Aġenzija biex twettaq bis-sħiħ il-varjetà wiesgħa ta’ kompiti li ġiet fdata bihom 93 . In-nuqqas ta’ salvagwardji kontra l-indħil politiku jibqa’ wkoll ta’ tħassib 94 . Għalhekk, l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media (Media Pluralism Monitor, MPM 2021) tivvaluta l-indipendenza u l-effettività tal-awtorità għall-media bħala ta’ riskju medju 95 . L-istatus tal-AKOS huwa ggarantit mill-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 96 , u l-Aġenzija tislet is-setgħat ta’ infurzar tagħha fil-qasam tal-media awdjoviżiva mill-Att tal-Media tal-Massa 97 u mill-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 98 . Fl-2020, il-Gvern ippropona reviżjoni tal-Att dwar il-Media tal-Massa, previst li jitlesta sa tmiem l-2021. Ir-reviżjoni tal-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, li jinkludi t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, għadha għaddejja, u l-Gvern qed jippjana li jlestiha sa tmiem l-2021 99 . F’Ġunju 2020, tnediet konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, reviżjoni li inkludiet dispożizzjoni espliċita dwar l-indipendenza tal-Aġenzija 100 . Madankollu, il-verżjoni attwali tal-abbozz ta’ att, li l-Gvern ippreżenta lill-Parlament f’Marzu 2021, ma fihiex tali dispożizzjoni 101 . Għalhekk, għadu dubjuż jekk l-impenn tal-awtoritajiet għat-tisħiħ tal-indipendenza tal-Aġenzija hux fil-fatt se jikseb dan ir-riżultat. F’Ottubru 2020, il-Gvern ippropona liġi li tgħaqqad tmien korpi regolatorji, inkluż l-AKOS 102 , f’żewġ aġenziji. Din il-proposta qajmet tħassib dwar l-indipendenza tar-regolatur 103 . F’April 2021, il-liġi proposta naqset milli tirċievi l-appoġġ fil-Parlament u għalhekk il-proċedura parlamentari tagħha ntemmet.

Is-Slovenja għandha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media, iżda għad hemm tħassib dwar l-identifikazzjoni effettiva tal-istrutturi tas-sjieda. Il-pubblikaturi jew ix-xandara huma obbligati jirrapportaw kull meta s-sjieda individwali jew l-ishma tal-maniġment fil-kumpanija jilħqu 5 % jew aktar 104 . L-informazzjoni dwar is-sjieda tal-media hija ppubblikata fir-Reġistru tal-Media, li huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Kultura 105 . F’Lulju 2020, l-abbozz ta’ emendi għall-Att dwar il-Media tal-Massa ġie ppubblikat mill-Gvern, li jsaħħaħ ir-reġim dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media billi jneħħi l-limitu minimu ta’ 5 %, ħlief għal kumpaniji organizzati bħala kumpaniji b’ishma bi sħab 106 . Din l-emenda, jekk tiġi adottata, ittejjeb it-trasparenza tas-sjieda tal-media. Madankollu, kif innutat mill-MPM 2021, is-sidien benefiċjarji aħħarin bħalissa mhumiex dejjem identifikabbli fir-Reġistru. Il-konklużjoni dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media fis-Slovenja hija għalhekk ta’ riskju medju 107 . Studju ta’ sentejn minn ġurnalisti investigattivi identifika strutturi ta’ sjieda integrata opaki, b’mod partikolari fil-każ ta’ sidien b’kaskata multipli, li jagħmilha diffiċli li jiġi ddeterminat is-sid finali jew il-persuna li teżerċita l-influwenza fuq il-media 108 . Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tal-media tal-aħbarijiet, l-Att dwar il-Media tal-Massa għandu limitu ta’ sjieda ta’ aktar minn 20 fil-mija, biex jillimita l-konċentrazzjoni bejn il-media, madankollu l-MPM 2021 jirrapporta nuqqas ta’ data u n-nuqqas ta’ analiżi regolari biex tkun tista’ tivvaluta s-sitwazzjoni 109 .

Ġew irrappurtati każijiet ta’ interferenza politika fil-media. L-MPM 2021 ivvaluta l-indipendenza politika tal-media fis-Slovenja bħala f’riskju għoli. Tqajjem tħassib dwar bidliet possibbli fil-finanzjament tax-xandar tas-servizz pubbliku kif previst mill-abbozz ta’ emendi għall-Att dwar il-Media tal-Massa u dwar il-pressjoni fuq l-aġenzija tal-istampa nazzjonali, li kienu kkunsidrati mill-partijiet ikkonċernati bħala motivati politikament 110 . B’mod partikolari, wara xi dewmien fil-ħlas tal-finanzjament tal-2020 lill-Aġenzija tal-Istampa Slovena (STA), l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Gvern (UKOM) ma ħallasx il-finanzjament tal-aġenzija għall-2021 111 . B'talba tal-awtoritajiet Sloveni, fid-29 ta’ April 2021, il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat li l-finanzjament ta’ EUR 2,5 miljun mogħti mis-Slovenja lill-aġenzija tal-istampa Slovena biex twettaq il-missjoni tagħha ta’ servizz pubbliku huwa kompletament konformi mal-liġi tal-UE 112 . Madankollu, dawn il-fondi għadhom ma ġewx żborżati 113 . Tqajjem tħassib minn partijiet ikkonċernati differenti dwar is-sitwazzjoni ġenerali tal-pluraliżmu tal-media fis-Slovenja 114 .

Ma sar ebda progress rigward il-governanza dwar ir-reklamar tal-istat. Kif irrappurtat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, ma hemm l-ebda sett trasparenti u ċar ta’ prinċipji fis-seħħ meta r-reklamar jitqassam lill-mezzi tax-xandir mill-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali 115 . Skont investigazzjoni 116 reċenti u sorsi 117 oħra, din is-sitwazzjoni hija partikolarment mhux trasparenti għall-media muniċipali. Ir-reklamar minn kumpaniji, fil-maġġoranza jew kompletament proprjetà tal-istat, ukoll jidher li mhuwiex trasparenti billi spiss jonqsu milli jikkondividu tali informazzjoni billi jinvokaw dispożizzjonijiet legali li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali 118 . Fl-2020, il-Gvern ippubblika rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ reklamar mill-ministeri u s-servizzi tal-gvern, li ssuġġerew li l-fondi jitqassmu b’mod ugwali fost il-media, irrispettivament mill-prestazzjoni tagħhom fis-swieq tal-media (MPM 2021). Id-distribuzzjoni tal-fondi ta’ appoġġ għall-pluraliżmu tal-media hija meqjusa bħala trasparenti. Il-fondi jingħataw minn kummissjoni maħtura mill-Ministeru tal-Kultura, u l-informazzjoni dwar il-finanzjament allokat tiġi ppubblikata fuq is-siti web tar-riċevituri 119 .

Il-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-media marru għall-agħar matul il-pandemija tal-COVID-19. L-inċertezza ekonomika għas-settur tal-media żdiedet, anki minħabba s-sospensjoni temporanja tal-pagamenti tal-Ministeru tal-Kultura għas-sejħa għall-offerti annwali għall-kofinanzjament ta’ kontenut tal-media li seħħet fl-2020, minkejja li aktar tard il-fondi ġew żborżati kompletament 120 . Xi partijiet ikkonċernati 121 kienu mħassba dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-ġurnalisti, speċjalment il-freelancers 122 . Ma ttieħdet l-ebda miżura speċifika biex jittaffa l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-mezzi tax-xandir. Madankollu, il-ġurnalisti jistgħu jaċċessaw il-miżuri ta’ appoġġ ġenerali pprovduti mill-Gvern 123 . Fl-2020, il-Ministeru tal-Kultura ħareġ il-fondi annwali, permezz ta’ kompetizzjoni, din is-sena jammontaw għal EUR 2,7 miljun bil-għan li jappoġġa l-pluraliżmu tal-media u d-diversità tal-kontenut tal-media 124 ; Madankollu, il-partijiet ikkonċernati qajmu xi tħassib dwar ir-riskji possibbli ta’ influwenza politika fuq id-distribuzzjoni ta’ tali fondi 125 .

Il-ġurnalisti għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli biex jaċċessaw informazzjoni u dokumenti pubbliċi, speċjalment minħabba proċeduri twal. Id-dritt għall-informazzjoni huwa minqux fil-Kostituzzjoni u rregolat mill-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika. Madankollu, il-proċess tal-kisba ta’ informazzjoni pubblika ħafna drabi jkun twil meta wieħed iqis l-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha li jieħdu sehem fil-proċess. Filwaqt li l-Kummissarju tal-Informazzjoni jintervjeni regolarment meta l-ġurnalisti ma jitħallewx jaċċessaw informazzjoni u dokumenti pubbliċi mill-amministrazzjoni tal-istat 126 , dan l-użu frekwenti tas-sistema ta’ appell iżid b’mod konsiderevoli l-ammont ta’ xogħol tal-Kummissarju 127 . Barra minn hekk, il-Qrati Amministrattivi, li jirrevedu d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju tal-Informazzjoni, fil-prattika ma jipprijoritizzawx każijiet bħal dawn, minkejja obbligu legali li jagħmlu dan 128 . Dan wassal għal dewmien fil-proċedimenti ta’ reviżjoni ġudizzjarja, li huma komparabbli ma’ każijiet regolari 129 . L-MPM 2021 attribwixxa riskju medju għall-protezzjoni tad-dritt għall-informazzjoni, meta mqabbel mar-riskju baxx fl-MPM 2020, minħabba l-użu ħażin frekwenti tal-eċċezzjonijiet għad-dritt għall-informazzjoni u l-proċeduri twal.

Il-fastidju online u l-kawżi immirati lejn il-ġurnalisti qed ikomplu jiżdiedu, filwaqt li l-attakki fiżiċi huma rari 130 . Il-libertajiet tal-espressjoni u tal-informazzjoni huma minquxa fil-Kostituzzjoni, u hemm fis-seħħ mekkaniżmi ġudizzjarji rilevanti. Madankollu, l-MPM 2021 ivvaluta l-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni bħala f’riskju medju 131 . Xi attakki fiżiċi kontra ġurnalisti ġew irrappurtati f’Ottubru u Novembru 2020, u fi Frar 2021, matul protesti - l-awturi ġew identifikati u qed jiġu investigati 132 . Il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnalisti u tas-sikurezza tal-ġurnalisti rreġistrat 12-il allert fis-Slovenja minn Ottubru 2020. L-allerti huma prinċipalment relatati mal-fastidju ta’ ġurnalisti u kawżi miġjuba kontra ġurnalisti 133 . Diversi każijiet ta’ kawżi kontra ġurnalisti u mezzi tax-xandir b’effetti intimidanti ġew irreġistrati matul l-aħħar sena 134 . Il-fastidju u t-theddid online kontra l-ġurnalisti, speċjalment immirati lejn ġurnalisti nisa, inkluż minn xi politiċi, għadhom numerużi 135 . Barra minn hekk, ħafna awturi ta’ attakki online jibqgħu anonimi, u l-ġurnalisti għandhom it-tendenza li jirrappurtaw il-fastidju online b’mod inqas frekwenza mit-theddid fiżiku 136 . Bħala żvilupp pożittiv, wara sentenza tal-Qorti Suprema, il-Prosekuzzjoni Suprema tal-Istat bidlet l-opinjoni legali tagħha dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 297 tal-Kodiċi Kriminali wara s-sentenza tal-Qorti Suprema 137 , li ppermettiet il-prosekuzzjoni ta’ reati mwettqa kontra ġurnalisti anki skont din id-dispożizzjoni 138 .



IV.Kwistjonijiet Istituzzjonali oħra relatati mal-Kontrolli u Bilanċi

Is-Slovenja għandha sistema parlamentari tal-gvern bi struttura bikamerali imperfetta, fejn l-Assemblea Nazzjonali biss (l-ewwel kamra tal-Parlament), u mhux il-Kunsill Nazzjonali (it-tieni kamra tal-Parlament), tadotta l-liġijiet 139 . L-abbozzi tal-leġiżlazzjoni jistgħu jkunu ppreżentati mill-Gvern, kwalunkwe membru parlamentari, jew mill-inqas 5 000 “votant”. Il-Qorti Kostituzzjonali twettaq rieżami kostituzzjonali ex post, inkluż f’każijiet konkreti fuq il-bażi ta’ lment kostituzzjonali. Minbarra s-sistema ġudizzjarja u korpi oħra, l-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza huma responsabbli wkoll mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi.

Il-Parlament kompla jiffunzjona matul il-pandemija tal-COVID-19. F’April 2020, emenda għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament neħħiet l-ostakli għas-sessjonijiet online tal-kumitati parlamentari u tal-plenarja 140 . Minħabba dawn l-emendi wkoll, il-Parlament ħadem b’mod normali matul l-2020 u adotta 78 liġi, li huwa komparabbli mas-snin preċedenti. Kif eżaminat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-liġijiet jistgħu jiġu adottati fi proċedura mqassra jew ta’ emerġenza, li tiġi deċiża mill-Kulleġġ tal-President tal-Parlament 141 . Fl-2020, 31 % tal-liġijiet kollha ġew adottati skont il-proċedura regolari (30 % fl-2019), 32 % tal-liġijiet ġew adottati skont il-proċedura urġenti (18 % fl-2019), u 27 % tal-liġijiet skont il-proċedura leġiżlattiva mqassra (31 % fl-2019). Din id-data turi li s-sehem ikkombinat ta’ proċedura leġiżlattiva urġenti jew imqassar ma nbidilx b’mod sostanzjali. Jeżistu kwistjonijiet fir-rigward tal-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili mill-Gvern dwar abbozzi ta’ liġijiet. B’mod partikolari, il-konsultazzjonijiet pubbliċi jew ma jitwettqu xejn, jew huma qosra wisq, jew ikunu mingħajr ebda limiti fiss għall-kummenti 142 .

L-Att dwar il-Mard li Jittieħed, emendat erba’ darbiet mindu bdiet il-pandemija tal-COVID-19, kien il-bażi għal miżuri restrittivi, billi ma ġie ddikjarat l-ebda stat ta’ emerġenza. Ġew adottati bosta miżuri fil-perjodu bejn Marzu 2020 u Frar 2021, l-aktar fuq il-bażi tal-Att dwar il-Mard li Jittieħed, li inforza restrizzjonijiet temporanji jew projbizzjoni tal-moviment, laqgħat pubbliċi, l-użu ta’ ċerti servizzi (ċerti attivitajiet tan-negozju), is-servizzi pubbliċi (l-edukazzjoni, il-ġudikatura, is-servizzi amministrattivi), l-użu ta’ tagħmir protettiv, il-kwarantina, u s-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri. Il-miżuri ġew adottati l-aktar fil-forma ta’ ordinanzi u ordnijiet, inqas frekwentement fil-forma ta’ deċiżjonijiet u atti. Miżuri bħal dawn kienu normalment adottati mill-fergħa eżekuttiva tal-poter, l-aktar ta’ spiss mill-Gvern u rarament minn ministri individwali. Fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat bħala mhux kostituzzjonali parti mill-Artikolu 39 tal-Att dwar il-Mard li Jittieħed, li ta s-setgħa lill-Gvern li jillimita jew jipprojbixxi l-libertà ta’ moviment jew il-libertà ta’assoċjazzjoni 143 . Il-maġġoranza tal-miżuri ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali u dawk li ma ġew ippubblikati ġew ivvalutati mill-Qorti Kostituzzjonali mill-perspettiva tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar il-ħtieġa tal-pubblikazzjoni. Fuq il-bażi tas-setgħat statutorji, ġew adottati wkoll miżuri mill-muniċipalitajiet, iżda biss fil-qasam tal-ġurisdizzjoni tagħhom 144 .

L-indipendenza finanzjarja ta’ ċerti korpi indipendenti ġiet żgurata minn sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali. F’Diċembru 2020, il-Qorti Kostituzzjonali sabet li partijiet mill-Att dwar il-Finanzi Pubbliċi kienu antikostituzzjonali billi ppreskrivew il-proċedura biex jiġi definit il-baġit tal-Kunsill Nazzjonali (it-tieni kamra tal-Parlament), il-Qorti Kostituzzjonali, l-Ombudsperson tad-Drittijiet tal-Bniedem 145 u l-Qorti tal-Awditjar 146 . Din is-sentenza enfasizzat l-awtonomija finanzjarja u l-indipendenza tal-erba’ istituzzjonijiet indipendenti msemmija, stabbiliti mill-Kostituzzjoni. Qabel, dawn il-korpi ppreżentaw is-suġġerimenti tagħhom għall-baġit lill-Ministeru tal-Finanzi, li ma kienx obbligat li jsegwi l-ammont propost. Il-Gvern u l-Parlament issa huma meħtieġa jiggarantixxu l-baġit għal dawn l-istituzzjonijiet mingħajr ma jinfluwenzaw l-ammont tiegħu.

Il-Qorti Kostituzzjonali tejbet l-effiċjenza tagħha u kellha rwol attiv fir-rieżami tal-miżuri tal-pandemija tal-COVID-19. Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt sab li minħabba żieda fl-ilmenti kostituzzjonali, ix-xogħol b’lura tal-Qorti Kostituzzjonali u t-tul tal-proċedimenti komplew jiżdiedu 147 . Fl-2020, minkejja żieda kbira f’inizjattivi li deħlin u talbiet għal rieżami kostituzzjonali (+55 % meta mqabbla mal-2019) u bl-ilmenti kostituzzjonali li deħlin li qed jonqsu (-26 % meta mqabbla mal-2019), il-Qorti solviet 26 % aktar każijiet milli fl-2019 148 . Għall-ewwel darba mill-2015, il-Qorti setgħet tipproċessa kważi l-kawżi kollha li kienu deħlin. Madankollu, billi l-Qorti ffukat fuq kawżi aktar antiki, it-tul medju tal-proċedimenti żdied għal 530 jum għal każijiet ta’ rieżami kostituzzjonali (kważi 500 jum fl-2019) u għal 571 jum għall-ilmenti kostituzzjonali (420 jum fl-2019). Minn Marzu 2020 sa Ġunju 2021, il-Qorti Kostituzzjonali rċeviet 188 każ relatati ma’ miżuri ta’ pandemija tal-COVID-19, fosthom 185 inizjattiva u talba għal rieżami tal-kostituzzjonalità u tliet ilmenti kostituzzjonali, u kienet kapaċi diġà ssolvi 123 inizjattiva u talba u tliet ilmenti kostituzzjonali, u tat erba’ sentenzi (waħda parzjali) 149 . F’Marzu 2021, il-kwistjoni tal-imparzjalità tal-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali tqajmet mill-Parlament, li stieden lill-President tal-Qorti Kostituzzjonali biex jiddiskuti din il-kwistjoni. Il-President wieġeb li ma jkunx skont il-Kostituzzjoni jekk il-Parlament jiddiskuti każijiet miftuħa quddiem il-Qorti Kostituzzjonali jew jistenna mill-President li jiddefendi l-Qorti Kostituzzjonali jew lilu nnifsu fir-rigward tas-sentenzi mogħtija 150 .

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem kiseb akkreditazzjoni tal-istatus A u kien attiv fil-monitoraġġ ta’ miżuri restrittivi relatati mal-pandemija tal-COVID-19. F’Jannar 2021, l-Ombudsperson tad-Drittijiet tal-Bniedem sar istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem “Status A”, f’konformità mal-Prinċipji ta’ Pariġi, wara sforzi biex jinkiseb dan l-istatus mill-2015. Is-Sottokumitat tal-GANHRI dwar l-Akkreditazzjonijiet irrakkomanda formalizzazzjoni u applikazzjoni xierqa ta’ proċess ta’ ħatra ta’ deputati kif ukoll xi titjib ieħor fil-leġiżlazzjoni 151 . L-Ombudsperson kellu rwol attiv fil-monitoraġġ tal-miżuri tal-pandemija tal-COVID-19 billi ġabar ir-regoli restrittivi kollha fis-seħħ u ppreżentahom b’mod konsolidat u li jista’ jinqara fuq is-sit web tiegħu 152 . L-Ombudsperson ikkuntattja wkoll lill-eżekuttiv għadd ta’ drabi u kien involut ukoll fl-abbozzar tal-miżuri tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari biex jiżgura l-konformità tagħhom mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali 153 .

Biex jiddiskuti l-istat tad-dritt, il-President tar-Repubblika sejjaħ l-ewwel laqgħa li qatt saret tas-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji. F’Ottubru 2020, il-President tar-Repubblika ġabar, għall-ewwel darba, l-ogħla rappreżentanti mit-tliet fergħat tal-gvern biex jiddiskutu l-istat tad-dritt u t-tqassim tas-setgħat 154 . Għal-laqgħa attendew il-President tal-Assemblea Nazzjonali, il-Prim Ministru, il-President tal-Kunsill Nazzjonali, il-President tal-Qorti Kostituzzjonali, il-President tal-Qorti Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Prosekutur Ġenerali. Inizjattiva bħal din tista’ tikkontribwixxi biex trawwem kultura ta’ djalogu u kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet tal-istat.

L-ispazju tas-soċjetà ċivili ġie sfidat. F’Diċembru 2020, l-ispazju ċiviku tas-Slovenja ġie tniżżel għal “ristrett” ukoll minħabba r-restrizzjonijiet adottati biex tiġi indirizzata l-pandemija, li kellhom impatt fuq l-ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili 155 . Ġew irrappurtati kampanji ta’ malafama kontra organizzazzjonijiet mhux governattivi, speċjalment fuq il-media soċjali 156 . Matul il-pandemija tal-COVID-19, l-Ombudsman sab każijiet ta’ liġijiet, miżuri u prattiki li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-ispazju ċiviku u jnaqqsu l-attivitajiet tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem 157 . Ġew innotati attakki fuq il-vijabbiltà finanzjarja u ekonomika tal-organizzazzjonijiet ċiviċi, inkluż bit-tnaqqis tal-fondi 158 . Jidher li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw mal-migranti, il-litteriżmu tal-media u it-traffikar tal-bnedmin huma partikolarment ikkonċernati 159 .

Anness I: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetiku*

*Il-lista tal-kontribuzzjonijiet li waslu waqt il-konsultazzjoni għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021 tinsab fuq  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/upholding-rule-law/rule-law/rule-law-mechanism/2021-rule-law-report-targeted-stakeholder-consultation .

L-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni (2020), Tweġiba għall-Abbozz tal-Att dwar l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Suq u l-Konsumaturi u l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Swieq Finanzjarji, it-2 ta’ Ottubru 2020, ().

Iċ-Ċentru għall-Pluraliżmu tal-Media u l-Libertà tal-Media (2021), 2021 Media Pluralism Monitor.

CIVICUS (2021), Il-Gvern ikompli bl-attakk tiegħu fuq CSOs, l-4 ta’ Frar 2021, ().

CNVOS – NGO Umbrella Network, Online counter of violations of the Parliament Resolution on normative activity, ().

Il-Kodiċi tal-Etika Ġudizzjarja, Jannar 2017, ().

Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (2021), Inizjattiva biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni dwar il-kunflitt ta’ interessi u l-ksur tal-integrità, l-20 ta’ Mejju 2021, ().

Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (2021), Stqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Mejju 2021, ().

Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (2021), Stqarrija għall-istampa tal-24 ta’ Mejju 2021, ().

Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (2021),Rapport għall-2020, l-20 ta’ Mejju 2021, ().

Il-Qorti Kostituzzjonali (2021), Rapport tal-2020, it-22 ta’ April 2021, ().

Il-Kunsill tal-Ewropa (2020),CoE Commissioner for Human Rights issues a Human Rights Comment on SLAPPs, is-27 ta’ Ottubru 2020, ().

Il-Kunsill tal-Ewropa, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, Memorandum dwar il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media fis-Slovenja, l-4 ta’ Ġunju 2021, ().

Il-Qorti tal-Awditjar (2021), Ir-Rapport għall-2020, il-31 ta’ Marzu 2021, ().

Abbozz ta’ Att dwar l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Suq u l-Konsumaturi u l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Swieq Finanzjarji, Ottubru 2020,().

Abbozz ta’ emendi għall-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, il-5 ta’ Marzu 2021. ().

Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media (European Centre for Press and Media Freedom, ECPMF), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti (EFJ), l-Istitut Internazzjonali tal-Istampa (International Press Institute, IPI), OBC Transeuropa, u Reporters Without Borders (RSF), Aktar tħassib dwar il-Libertà tal-Media fis-Slovenja — Ittra miftuħa tas-16 ta’ Marzu 2021 lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, ().

Il-Kap Prosekutur Ewropew (2021), Dikjarazzjoni tad-9 ta’ Lulju 2021 - Il-Kap Prosekutur Ewropew jesprimi tħassib serju f’ittra lill-Ministru tal-Ġustizzja Sloven, , ().

Il-Forum Ċiviku Ewropew, Kontribut mill-Forum Ċiviku Ewropew għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Kummissjoni Ewropea (2020-2021), Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea (2021), Stqarrija għall-istampa - Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tapprova kumpens ta’ EUR 2,5 miljun lill-Aġenzija tal-Istampa Slovena STA għas-servizz pubbliku tagħha, id-29 ta’ April 2021, ().

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (2021), Id-deċiżjoni tal-kulleġġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li tistabbilixxi r-regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-Prosekuturi Delegati Ewropej, id-29 ta’ Settembru 2020, emendata fl-24 ta’ Marzu 2021, ().

Il-Fakultà għall-Media (Prof. dr. Matevž Tomšič, Prof. dr. Borut Rončević, Doc. dr. Nuša Erman, Doc. dr. Tamara Besednjak Valič), Raziskava medijske krajine, Marzu 2021, ().

GRECO (2018), Fourth Evaluation Round – Second Compliance Report on Slovenia on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.

Is-Sentenza tal-Qorti Amministrattiva tat-22 ta’ Lulju 2014, UPRS sodba I U 971/2014, ().

Is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-13 ta’ Mejju 2021, U-I-79/20-24, ().

Is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tas-7 ta’ Jannar 2021, U-I-246/19-41, ().

Il-Kunsill Ġudizzjarju (2021), Pożizzjonijiet għal adattamenti u emendi tal-qafas legali li jirregola l-proċedimenti dixxiplinari rigward l-imħallfin, l-4 ta’ Marzu 2021, ().

Il-Kummissjoni Nazzjonali għar-Reviżjoni tal-Proċeduri tal-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi, Ir-Rapport tal-2020, Marzu 2021,().

OECD, Working Group on Bribery (2021), Implementing the OECD Anti-Bribery Convention Phase 4 Report: Slovenia, ().

L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, Stqarrija għall-istampa tat-13 ta’ Ottubru 2020, ().

Il-Kumitat Parlamentari għall-Intern, l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Awto-Governanza Lokali u l-Kumitat għall-Ġustizzja (2020), Konklużjoni tal-14 ta’ Diċembru 2020, ().

Pod črto (2019), Bullettini muniċipali: Miljuni ta’ euro ta’ flus pubbliċi għall-promozzjoni tas-sindki, is-6 ta’ Ġunju 2019, ().

Pod črto (2021), Kdo drži informacijsko pištolo: kaj smo ugotovili v preiskavi medijskega lastništva v Sloveniji, it-18 ta’ Jannar 2021, (). Fil-każ ta’ media stampata waħda, l-istudju ma setax jidentifika s-sid finali. ().

RTV, Prvi kršilec poslanskega etičnega kodeksa je Jani Ivanuša (SNS), dobil je opomin, id-9 ta’ Ġunju 2021, ().

RTV, Tarča: Pravosodje po meri politike, it-3 ta’ Ġunju 2021, ().

Gvern Sloven (2021), Rapport Finali dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm tal-Gvern għat-tisħiħ tal-Integrità u t-Trasparenza 2017-2019, il-21 ta’ April 2021, ().

Il-Gvern Sloven (2021) Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt;

Il-Parlament Sloven - Kunsill tal-President (2020), Kodiċi ta’ Etika għad-Deputati  tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja, , it-12 ta’ Ġunju 2020, ().

Il-Pulizija Slovena (2020), Stqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Ottubru 2020, ().

Pulizija Slovena (2020), Stqarrija għall-istampa tad-29 ta’ Lulju 2020, ().

Il-Pulizija Slovena (2020), Stqarrija għall-istampa tas-6 ta’ Mejju 2020, ().

Il-Prosekutur Ġenerali tal-Istat (2021), Dikjarazzjoni tas-26 ta’ Mejju 2021 , ().

Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat (2021), Konklużjonijiet tal-1 ta’ Ġunju 2021, , ().

Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat (2021), Stqarrija għall-Istampa tas-17 ta’ Marzu 2021, ().

Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat (2021), Dikjarazzjoni tad-9 ta’ Lulju 2021, ().

Il-Qorti Suprema (2020), Deċiżjoni tal-President tal-Qorti Suprema, 13 ta’ Novembru 2020, ().

Il-Qorti Suprema (2020), Stqarrija għall-istampa tas-17 ta’ Awwissu 2020, ().

Il-Qorti Suprema (2021), Kontribuzzjoni mill-Qorti Suprema għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt. 

L-Uffiċċju Suprem tal-Prosekuzzjoni tal-Istat (2021), Rapport tal-2020, April 2021, ().

Transparency International (2021), Corruption Perceptions Index 2020.

Anness II: Żjara tal-pajjiż fis-Slovenja

F'April 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali ma’:

·Il-Ministeru tal-Ġustizzja

·Il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika

·Il-Ministeru tal-Kultura

·Id-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija (Diviżjoni tal-Kriminalità Ekonomika) u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni (NPU)

·Il-Qorti Kostituzzjonali

·Il-Qorti Suprema

·Il-Kunsill Ġudizzjarju

·Il-Qorti tal-Awditjar

·Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat

·Il-Prosekuzzjoni tal-Istat (Il-Prosekutur Ġenerali, L-Uffiċċju Suprem tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, L-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni tal-Istat)

·Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

·Il-Kummissjoni Nazzjonali għar-Reviżjoni

·L-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni (AKOS)

·L-Ombudsperson għad-Drittijiet tal-Bniedem

·Is-Segretarjat tal-Parlament

·L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti u l-Pubbliċjalisti (is-Sinjura Irena Zagajšek)

·L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti

·Il-Fakultà tal-Media (Prof. Borut Rončević, Prof. Matevž Tomšič)

·L-Unjoni tal-Ġurnalisti Sloveni

·Pod črto

·Transparency International Slovenia

·L-Istitut tal-Paċi

·In-Network umbrella nazzjonali tal-NGOs (CNVOS)

·L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin

·Il-Kamra tal-Avukati

* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzontali:

·Amnesty International

·Ċentru għad-Drittijiet Riproduttivi

·CIVICUS

·Unjoni tal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa

·Soċjetà Ċivili Ewropa

·Il-Konferenza tal-Knejjes Ewropej

·EuroCommerce

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Liġi dwar in-Not-for-Profit

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media

·Il-Forum Ċiviku Ewropew

·Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti

·Is-Sħubija Ewropea ghad-Demokrazija

·Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

·Id-Difensuri tal-Linja ta’ Quddiem

·Il-Fondazzjoni Dar id-Drittijiet tal-Bniedem

·Human Rights Watch

·ILGA-Europe

·Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi

·Il-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

·International Planned Parenthood Federation European Network (IPPF EN)

·L-Istitut Internazzjonali tal-Istampa

·Il-Kumitat Netherlands Helsinki

·L-Istitut tal-Politika Ewropea tas-Soċjetà Miftuħa

·Philanthropy Advocacy

·Protection International

·Reporters without Borders

·Transparency International EU

(1)      B’kollox hemm 60 qorti tal-prim’istanza b’Qorti tax-Xogħol waħda li tittratta wkoll kawżi tas-sigurtà soċjali. Il-Qorti Amministrattiva għandha l-istatus ta’ qorti superjuri.
(2)      Ir-responsabbiltà primarja tal-Kunsill Ġudizzjarju hija l-għażla ta’ kandidat għal karigi ġudizzjarji. Kif iggarantit mill-Kostituzzjoni, il-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġudizzjarju huma mħallfin eletti mill-pari tagħhom. Il-ħames membri l-oħra huma rappreżentanti ta’ professjonijiet legali oħra, eletti mill-Assemblea Nazzjonali fuq il-bażi tan-nomina tal-President tar-Repubblika. Il-Kunsill Ġudizzjarju jamministra l-baġit tiegħu stess.
(3)      Kif iggarantit mill-Kostituzzjoni, il-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġudizzjarju huma mħallfin eletti mill-pari tagħhom. Il-ħames membri l-oħra huma rappreżentanti ta’ professjonijiet legali oħra, eletti mill-Assemblea Nazzjonali fuq il-bażi tan-nomina tal-President tar-Repubblika. Ir-responsabbiltà primarja tal-Kunsill Ġudizzjarju hija l-għażla ta’ kandidat għal karigi ġudizzjarji. Sa mill-ewwel elezzjoni mill-ġdid tal-imħallfin wara l-indipendenza tas-Slovenja fis-snin 1990, il-Parlament irrifjuta kandidat imħallef għall-ewwel ħatra darba biss. Għandu jiġi nnotat li mħallef kandidat, li ma jkunx maħtur, ma jistax jitlob stħarriġ ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni tal-Parlament u l-Parlament ma għandu l-ebda obbligu li jiddikjara r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-ħatra.
(4)      Skont il-Kostituzzjoni, il-Kamra tal-Avukati hija parti mill-ġudikatura. Il-Kummissjonijiet Dixxiplinari tal-Prim'Istanza u tat-Tieni Istanza, li kull wieħed minnhom jikkonsisti f’16-il avukat eletti għal tliet snin mill-assemblea tal-Kamra tal-Avukati, jiddeċiedu (f’bordijiet ta’ tliet membri) dwar sanzjonijiet dixxiplinari fl-ewwel istanza u fit-tieni istanza, rispettivament. Il-Qorti Dixxiplinari, li tikkonsisti fi tliet avukati eletti għal sentejn mill-assemblea tal-Kamra tal-Avukati u minn żewġ imħallfin tal-Qorti Suprema, tiddeċiedi dwar ksur li jista’ jwassal għall-esklużjoni ta’ avukat.
(5)      Aktar dwar il-kwistjonijiet rigward in-nomina tal-Prosekuturi Delegati Ewropej, ara t-taqsima tal-Indipendenza hawn taħt.
(6)      Il-Figuri 48 u 50, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021. Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita huwa karatterizzat kif ġej: baxx ħafna (inqas minn 30 % tar-rispondenti jqisu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba u tajba ħafna); baxx (bejn 30-39%), medju (bejn 40-59%), għoli (bejn 60-75%), għoli ħafna ('il fuq minn 75%). Barra minn hekk, is-sehem tal-pubbliku ġenerali u tal-kumpaniji li ddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas perċepit ta’ indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin naqas meta mqabbel mal-2020. Il-Figuri 49 u 51, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2021.
(7)      L-Att dwar is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, l-Artikoli 28-36. Jekk il-Ministru tal-Ġustizzja ma jaqbilx mal-kandidat, magħżul mill-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, il-Ministru jista’ jibgħat talba motivata lill-Kunsill biex jiġbor u jieħu kont ta’ informazzjoni addizzjonali, biex jemenda r-raġunament tiegħu jew biex joħroġ opinjoni ġdida dwar l-għażla tal-kandidat. Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat jista’ jiddeċiedi, b’vot ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi, li jitlob lill-Ministru biex jipproponi lill-Gvern għall-ħatra tal-kandidat li jkun għażel inizjalment (l-Artikolu 33). Il-Gvern jiddeċiedi wkoll, fuq proposta mill-Kunsill ta’ Prosekuzzjoni tal-Istat, dwar il-promozzjoni ta’ prosekutur statali eżistenti għal pożizzjoni ogħla. L-Att dwar is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, l-Artikolu 37. Pereżempju, promozzjoni wara post battal pubbliku mill-kariga ta’ prosekutur tal-istat lokali għall-pożizzjoni tal-prosekutur tal-istat distrettwali.
(8)      Il-Qorti Amministrattiva, f’kawża tal-2014 dwar il-promozzjoni ta’ prosekutur pubbliku fejn il-Gvern ċaħad il-promozzjoni u ħarġet biss deċiżjoni negattiva bil-miktub lill-prosekutur tal-Istat ikkonċernat aktar minn sena wara li ħa d-deċiżjoni, iċċarat li deċiżjoni tal-Gvern bħal din għandha tinkludi raġunijiet għaċ-ċaħda tal-kandidat. Skont il-Qorti Amministrattiva, ir-raġunijiet huma meħtieġa biex “jiġi vverifikat jekk il-Gvern iddeċidiex li ma jaħtarx il-kandidat minħabba l-interess pubbliku, u mhux minħabba xi kunsiderazzjonijiet oħra”. Sentenza tal-Qorti Amministrattiva tat-22 ta’ Lulju 2014, UPRS I U 971/2014.
(9)      L-Att dwar is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, l-Artikolu 34(2).
(10)      Għandu jiġi nnutat li normalment il-proċedura ta’ ħatra u promozzjoni tieħu, fil-livell tal-Gvern, ftit xhur jew saħansitra ġimgħat. Barra minn hekk, xi kandidati sottomessi lill-Gvern kmieni fl-2021 diġà nħatru, filwaqt li kandidati oħra ilhom jistennew mis-sajf tal-2020. Għandu jiġi nnutat li fl-2020, id-diskrepanza bejn il-pożizzjonijiet mimlija tal-prosekuturi tal-Istat (201,75 FTEs) u dawk possibbli skont il-pjan tar-riżorsi umani (240), kienet l-ogħla mill-2015, u li n-nuqqas ta’ prosekuturi tal-Istat, li xi drabi jilħaq bejn 30 % u 40 % f’xi unitajiet territorjali, jibda jaffettwa b’mod negattiv il-ħidma tagħhom. Hemm il-biża’ li mingħajr ma jimtlew il-pożizzjonijiet disponibbli, in-notifiki kriminali mhux solvuti jiżdiedu. L-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat Suprem, Rapport tal-2020, April 2021, pp. 234, 237-239.
(11)      Fil-15 ta’ Frar, fid-29 ta’ April u fit-23 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-Ministru tal-Ġustizzja fejn esprimiet xi tħassib dwar il-finalizzazzjoni tal-proċedura nazzjonali pendenti għan-nomina taż-żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej, u esprimiet dispjaċir kbir għad-dewmien fil-preżentazzjoni tal-ismijiet tal-kandidati magħżula lill-UPPE. Fit-tweġiba tagħha għall-ewwel żewġ ittri, il-Ministru tal-Ġustizzja ta’ dak iż-żmien spjega li dak kollu li kien fil-poter tiegħu kien sar u li minn dak iż-żmien ’il quddiem kien f’idejn il-Gvern li jibgħat l-ismijiet tal-kandidati magħżula lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Fid-9 ta’ Lulju 2021, il-Kap Prosekutur Ewropew esprima tħassib serju f’ittra lill-Ministru tal-Ġustizzja.
(12)      Il-liġi tipprovdi proċedura speċifika għan-nomina tal-Prosekuturi Delegati Ewropej: il-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat indipendenti, wara post vakanti pubbliku ppubblikat mill-Ministeru tal-Ġustizzja, jagħżel kandidati għall-kariga ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej u jippreżentahom lill-Ministeru tal-Ġustizzja, li sussegwentement jippreżenta l-ismijiet lill-Gvern; imbagħad, il-Gvern “jieħu nota” biss tal-kandidati magħżula mill-Kunsill, u jibgħat isimhom lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li jiddeċiedi dwar il-ħatra tagħhom. L-Att dwar is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, l-Artikolu 71.d.    Filwaqt li l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Prosekuturi Delegati Ewropej adottati mill-Kulleġġ tal-UPPE jirrikjedu “għarfien sodisfaċenti tal-lingwa ta’ ħidma għall-attivitajiet operazzjonali u amministrattivi tal-UPPE” (l-Artikolu 3), fi Frar 2021, il-Gvern ippropona li jiġi speċifikat il-kriterju tal-lingwa għall-għażla tal-Prosekuturi Delegati Ewropej, li jirrikjedi l-għarfien tal-lingwa ta’ ħidma tal-UPPE “mill-inqas fil-livell C1 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza”, li jkun meħtieġ għal ħidma effettiva fl-UPPE. L-emendi leġiżlattivi daħlu fis-seħħ fi tmiem Marzu 2021, mingħajr ma speċifikaw jekk japplikawx b’mod retroattiv għall-proċess li għaddej għan-nomina tal-Prosekuturi Delegati Ewropej. Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat iċċara li l-kundizzjonijiet lingwistiċi applikati għall-għażla taż-żewġ kandidati diġà qablu ma’ dawk meħtieġa mill-UPPE u ġew issodisfati miż-żewġ kandidati (iż-żewġ kandidati ssodisfaw ukoll il-kundizzjoni l-ġdida). Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, Stqarrija għall-Istampa tas-17 ta’ Marzu 2021.
(13)      Il-Gvern sostna li l-liġi Slovena tirrikjedi espressament li n-numru ta’ kandidati jkun triplu dak tan-numru nazzjonali approvat ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej u li, billi l-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat ma pprovdiex lill-Ministeru tal-Ġustizzja b’riżerva suffiċjenti ta’ kandidati kkwalifikati, l-ewwel proċedura ta’ selezzjoni għaż-żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej kienet, ex lege, nieqsa minn kwalunkwe effett legali sa mill-bidu nett tagħha. Għalhekk, il-Gvern stieden lill-Ministeru tal-Ġustizzja biex idaħħal fis-seħħ sejħa pubblika ġdida għal kandidati. Wara d-deċiżjoni tal-Gvern, il-Ministru tal-Ġustizzja rriżenja. B’reazzjoni għal dan, il-Prosekutur Ġenerali ddikjara li d-deċiżjoni tal-Gvern kienet illegali u antikostituzzjonali, u tikser l-indipendenza tal-Prosekuzzjoni tal-Istat. Il-Prosekutur Ġenerali tal-Istat, Dikjarazzjoni tas-26 ta’ Mejju 2021. Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat iddikjara li l-għażla saret f’konformità mal-liġi u li l-interpretazzjoni tal-liġi mill-Gvern hija arbitrarja, u dan irendi illegali l-annullament u s-sejħa pubblika l-ġdida. Il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat, il-Konklużjonijiet tal-1 ta’ Ġunju 2021 u d-Dikjarazzjoni tad-9 ta’ Lulju 2021. Issemmiet ukoll f’dibattitu pubbliku li wieħed mill-kandidati kien involut fi proċedura ta’ konfiska rigward l-assi ta’ membru tal-Gvern attwali.
(14)      CM/Rec(2000)19, il-paragrafi 5(a) u 5(b).
(15)      Il-Kumitat ta’ Inkjesta ġie stabbilit mill-Assemblea Nazzjonali b'talba tal-Kunsill Nazzjonali ( Državni svet, it-tieni kamra tal-Parlament). Għal aktar dettalji dwar l-istruttura tal-Parlament, ara l-pilastru IV. Kwistjonijiet istituzzjonali oħrajn relatati mas-sistema ta’ kontrokontrolli. Il-każ ġie riferut lill-Qorti Kostituzzjonali mill-Kunsill Ġudizzjarju u l-Prosekuzzjoni tal-Istat.
(16)      Is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tas-7 ta’ Jannar 2021, U-I-246/19-41.
(17)      is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-7 ta’ Jannar 2021, U-I-246/19-41, il-paragrafu 77. F’opinjonijiet kuntrarji, żewġ imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali argumentaw li kien hemm differenza bejn il-Parlament li investiga suspett ta’ pressjoni esterna illegali jew abbuż bħala difett possibbli fil-funzjonament tal-ġudikatura jew tas-servizz tal-prosekuzzjoni, li jista’ jsaħħaħ il-perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja, u jiddubita minn deċiżjoni tal-qorti jew saħansitra jżomm imħallef responsabbli, li fil-fatt ikun inaċċettabbli.
(18)      Il-Kunsill Ġudizzjarju, Pożizzjonijiet għal adattamenti u emendi tal-qafas legali li jirregola l-proċedimenti dixxiplinari rigward l-imħallfin, l-4 ta’ Marzu 2021.
(19)      Il-Qorti Dixxiplinari tinħatar mill-Kunsill għall-Ġudikatura minn fost il-membri tal-Kunsill stess u minn fost l-imħallfin proposti mill-Qorti Suprema. Il-Kunsill Ġudizzjarju jaħtar prosekutur dixxiplinarju minn fost il-kandidati proposti mill-Qorti Suprema biex jinvestiga l-allegati reati dixxiplinari. Għal ħarsa ġenerali komparattiva tal-awtoritajiet involuti fi proċedimenti dixxiplinari rigward l-imħallfin ara l-Figuri 49 u 50, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020.Sa mit-twaqqif tal-Qorti Dixxiplinari, kienu ppreżentati 21 inizjattiva għal proċedimenti dixxiplinari, li minnhom inbdew 14-il proċediment (kollha li jikkonċernaw imħallfin tal-qorti tal-prim’istanza); minn dawn, disgħa tlestew filwaqt li ħamsa għadhom għaddejjin. Żewġ imħallfin ġew sospiżi mal-bidu tal-proċedimenti dixxiplinari, bi kwistjoni waħda finalizzata, filwaqt li l-oħra għadha pendenti. F’erba’ kawżi b’kollox il-Qorti Dixxiplinari sabet ksur (ingħataw żewġ twissijiet, tnaqqis wieħed fis-salarju u trasferiment dixxiplinari wieħed), f’erba’ kawżi oħra l-imħallfin ġew illiberati, u proċedura waħda twaqqfet minħabba l-irtirar tal-proposta dixxiplinari. Il-Kunsill Ġudizzjarju, Pożizzjonijiet għal adattamenti u emendi tal-qafas legali li jirregola l-proċedimenti dixxiplinari rigward l-imħallfin, l-4 ta’ Marzu 2021 pp. 2-3.
(20)      Fl-2019, il-Qorti Suprema talbet reviżjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali ta’ kostituzzjonalità tad-dritt tal-Kunsill Ġudizzjarju li jibda proċedimenti dixxiplinari, billi xi wħud mill-membri tiegħu huma wkoll membri tal-Qorti Dixxiplinari. Il-Kunsill Ġudizzjarju mbagħad iddeċieda li jastjeni milli jibda kwalunkwe proċediment dixxiplinarju sakemm il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi dwar il-kwistjoni.
(21)      Għandu jiġi nnutat li f’każ wieħed ippubbliċizzat tajjeb, f’Awwissu 2020, imħallef tal-qorti distrettwali ġie sospiż temporanjament mill-Viċi President tal-Qorti Suprema mal-bidu ta’ proċedimenti dixxiplinarji kontrih. L-imħallef appella kontra s-sospensjoni quddiem il-Kunsill Ġudizzjarju. Fl-2018, l-imħallef esprima s-suspetti tiegħu rigward l-imġiba allegata ta’ diversi mħallfin oħra. L-imħallef qed jiffaċċja wkoll akkużi kriminali għal malafama. Parti mir-raġunament tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni ddikjarat il-ħtieġa li tinżamm attitudni dinjituża u rispettuża lejn imħallfin oħra meta jiġu kkritikati pubblikament. Il-Qorti Suprema (2020), Stqarrija għall-istampa tas-17 ta’ Awwissu 2020. F’Diċembru 2020, il-Kunsill Ġudizzjarju kkonkluda li ma kien hemm l-ebda limitazzjoni għall-prosekuzzjoni kriminali tal-imħallef. F’Jannar 2021, kummissjoni parlamentari pproponiet lill-Parlament biex tkun tista’ tinbeda proċedura kriminali kontra l-imħallef, fuq il-bażi ta’ akkuża kriminali ppreżentata minn wieħed mill-Uffiċċji tal-Prosekutur tal-Istat Distrettwali. Input mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 7-8.
(22)      Il-Qorti Suprema tqis li billi l-qafas il-ġdid ġie stabbilit fl-2018, xi kwistjonijiet ma ġewx indirizzati jew ġew solvuti b’mod inadegwat (pereż. proċedura ta’ istanza waħda u l-possibbiltà ta’ appell kemm għall-akkużat kif ukoll għall-prosekutur dixxiplinari, l-użu ta’ regoli proċedurali), li jistgħu jaffettwaw l-effiċjenza tal-proċedura. Kontribuzzjoni mill-Qorti Suprema għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 1.
(23)      CM/Rec(2010)12, il-paragrafi 66 u 69. Skont id-dritt tal-Unjoni, ir-rekwiżit ta’ indipendenza jfisser li s-sistema dixxiplinari fir-rigward tal-imħallfin għandha turi l-garanziji neċessarji sabiex jiġi evitat li r-reġim jintuża bħala sistema ta’ kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Pereż. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-619/18, ECLI:EU:C:2019:531, il-paragrafu 77, is-sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, LM, C-216/18 PPU, ECLI:EU:C:2018:586, is-sentenza tal-5 ta’ Lulju 2016, Ognyanov, C-614/14, ECLI:EU:C:2016:514, u d-digriet tat-12 ta’ Frar 2019, RH, C-8/19, ECLI:EU:C:2019:110.
(24)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, pp. 3-4.
(25)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 11.
(26)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, p. 3.
(27)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 12.
(28)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 11.
(29)      Il-Figura 45, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(30)      Il-Figura 41, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021. Il-proġett “Ġustizzja effettiva” għandu l-għan li jiċċentralizza l-infrastruttura tal-IT tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat u jippermetti ħidma mill-bogħod għall-impjegati fis-servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Istat. Sabiex jiġi pprovdut tagħmir adegwat għal xogħol mill-bogħod, l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni ppermettew lill-impjegati jieħdu tagħmir tal-kompjuter id-dar u f’xi każijiet ipprovdew laptops ta’ sostituzzjoni. Input mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 12-13.
(31)      Fl-2020, il-President tal-Qorti Suprema rrestrinġa l-operat tal-qrati minħabba l-pandemija tal-COVID-19, billi ordna l-waqfien tal-iskadenzi proċedurali u l-waqfien tal-eżekuzzjoni tal-atti proċedurali u n-notifika ta’ dokumenti tal-qorti f’każijiet mhux urġenti (mis-26 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Mejju 2020, u mis-16 ta’ Novembru 2020 sal-1 ta’ Frar 2021). Kontribuzzjoni mill-Qorti Suprema għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 5.
(32)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 11. Il-liġijiet ta’ emerġenza biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19 kienu jinkludu miżuri li jirregolaw il-kapaċità tal-okkupazzjoni tal-ħabsijiet biex jipproteġu l-ħajja u s-saħħa tas-soċjetà, tal-impjegati u tal-ħabsin, miżuri li jdewmu l-infurzar u miżuri temporanji fi proċeduri ta’ insolvenza.
(33)      Kontribuzzjoni mill-Qorti Suprema għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 4.
(34)      Ir-rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, p. 5.
(35)      Il-Figuri 46 u 47, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021. Bħala tweġiba għas-sejbiet fir-Rapport tal-2020 u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, il-Ministeru tal-Ġustizzja wettaq analiżi legali komparattiva dwar il-pubblikazzjoni ta’ sentenzi u qed jippjana li jippreskrivi bil-liġi l-pubblikazzjoni ta’ mill-inqas sentenzi dwar il-mertu li huma importanti għaċ-ċertezza legali. Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 13. F’Diċembru 2020, żewġ kumitati parlamentari talbu lill-Gvern biex jipproponi bażi ġuridika fl-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni għall-Pubbliku għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi finali kollha. Il-Kumitat Parlamentari għall-Intern, l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Awto-Governanza Lokali u l-Kumitat għall-Ġustizzja, Konklużjoni tal-14 ta’ Diċembru 2020.
(36)      Is-Sentenza tal-Qorti Suprema tas-27 ta’ Mejju 2020, X Ips 4/2020. Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 27.
(37)      L-Att dwar il-Proċedura Kriminali, l-Artikolu 128 (kif emendat). L-aċċess għall-informazzjoni pubblika huwa rregolat f’liġi speċjali - l-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika. Barra minn hekk, l-Artikolu 45 tal-Att dwar il-Media tal-Massa jirregola b’mod speċifiku l-proċedura għall-aċċess għall-informazzjoni għall-media, jiġifieri billi jagħti lill-media pożizzjoni speċjali (aktar favorevoli) fil-kisba ta’ informazzjoni ta’ natura pubblika mill-korpi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika. Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 27.
(38)      F’każ li l-Kummissarju tal-Informazzjoni (li huwa l-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-data) jirrifjuta l-appell, pereżempju għal raġunijiet tal-protezzjoni tal-interessi ta’ proċedura kriminali pendenti, l-appellant jista’ jitlob rieżami ġudizzjarju quddiem il-Qorti Amministrattiva.
(39)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 27.
(40)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, pp. 2 u 4.
(41)      Il-baġit allokat tal-Kunsill Ġudizzjarju: madwar EUR 612 000 (2019), EUR 606 000 (2020), EUR 647 000 (2021), EUR 777 000 (2022). Il-baġit allokat tal-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat: madwar EUR 185 000 (2019), u 200 000 (2020), EUR 195 000 (2021) u EUR 192 000 (2022).
(42)      Il-baġit allokat għall-2021 għas-sistema ġudizzjarja 2021 jammonta għal kważi EUR 245 miljun għall-uffiċċji kollha ta’ Prosekuzzjoni tal-Qorti u tal-Istat, li huwa madwar 10 % aktar milli fl-2020. Il-Figuri 29 u 30 fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021 juru li l-baġit li ntefaq għas-sistema ġudizzjarja ilu jikber mill-2016 f’termini assoluti, filwaqt li f’termini relattivi, bħala sehem tal-PDG, kien qed jistaġna, iżda għadu fost l-ogħla fl-UE.
(43)      Matul is-sajf tal-2020, il-qrati ppruvaw jagħmlu tajjeb għall-ħin mitluf, billi 40 % aktar kawżi ġew solvuti f’Ġunju 2020, 23 % aktar f’Lulju u 16 % aktar f’Awwissu 2020, meta mqabbel mal-istess perjodi fl-2019. Fl-2020, it-tul medju tal-proċedimenti żdied bi ftit għal tmien xhur għal kawżi ewlenin (importanti) u naqas għal 1,1 xhur għal każijiet oħra (minn 1,4 fl-2019). Kontribuzzjoni mill-Qorti Suprema għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt , p. 5.
(44)      Il-Figura 21, Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021, li tippreżenta data għall-2014, l-2017, l-2018 u l-2019.
(45)      Sommarju tar-riżultati tal-ispezzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-organizzazzjoni tal-funzjonament tal-Qorti Amministrattiva f’Ljubljana u d-dipartimenti tagħha f’Maribor, Nova Gorica u Celje, il-Ministeru tal-Ġustizzja, April 2021.
(46)      Transparency International, Corruption Perceptions Index 2020 (2021), pp. 2-3. Il-livell perċepit ta’ korruzzjoni huwa kkategorizzat kif ġej: baxxa (il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku hija ogħla minn 79); relattivament baxxa (punteġġi bejn 79-60), relattivament għoli (punteġġi bejn 59-50), għoli (punteġġi taħt il-50).
(47)      Fl-2015 il-punteġġ kien ta’ 60, filwaqt li fl-2020, il-punteġġ kien ta’ 60. Il-punteġġ jiżdied/jonqos b’mod sinifikanti meta jinbidel b’aktar minn ħames punti; jitjieb/jiddeterjora (bidliet bejn 4-5 punti); huwa relattivament stabbli (bidliet minn 1-3 punti) f’dawn l-aħħar ħames snin.
(48)      Id-data tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjoni u l-esperjenza tal-korruzzjoni taċ-ċittadini u n-negozji kif irrappurtata s-sena l-oħra tiġi aġġornata kull sentejn. L-aħħar sett ta’ data huwa l-Ewrobarometru Speċjali 502 (2020) u l-Ewrobarometru Flash 482 (2019).
(49)    Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(50)      Il-Programm tal-Gvern għat-tisħiħ tal-Integrità u t-Trasparenza 2017-2019.
(51)    Tmintax-il attività (minn 25) ġew implimentati bis-sħiħ, erba’ attivitajiet ġew implimentati parzjalment, u tlieta ma ġewx implimentati. Il-Gvern Sloven, Rapport Finali dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm tal-Gvern għat-tisħiħ tal-Integrità u t-Trasparenza 2017-2019, 21 ta’ April 2020.
(52)    L-Artikolu 9a tal-IPCA jipprevedi li l-kumitat ta’ nominazzjoni huwa magħmul minn ħames membri: membru wieħed maħtur mill-ministeru għall-amministrazzjoni pubblika; membru wieħed maħtur minn organizzazzjoni tas-settur privat / mingħajr skop ta’ qligħ; membru wieħed maħtur mill-Parlament; membru wieħed maħtur mill-Kunsill Ġudizzjarju u membru wieħed maħtur mill-Kunsill tal-Prosekuzzjoni tal-Istat.
(53)      Fl-2020, imtlew biss 33 post għal uffiċjali, minn 69 li ġew sistematizzati fil-pjan ta’ ġestjoni. Minn total ta’ 81 post għal kull tip ta’ persunal inkluż il-Kap Kummissarju u ż-żewġ deputati, 41 biss imtlew. Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, Rapport għall-2020, 20 ta’ Mejju 2021, p. 62.
(54)      Informazzjoni mill-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni.
(55)      L-Att dwar l-Eżekuzzjoni tal-Baġit tas-Slovenja ġie emendat f’Mejju 2021 u din il-limitazzjoni ġenerali dwar ir-reklutaġġ ta’ uffiċjali pubbliċi ġodda fis-Slovenja tneħħiet. Il-Kummissarju Ewlieni stqarr li l-Kummissjoni teħtieġ aktar indipendenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji, li tiżgura li s-CPC ikun verament awtonomu. Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, Rapport għall-2020, 20 ta’ Mejju 2021, pp. 7-8.
(56)      Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, ir-Rapport għall-2020, 20 ta’ Mejju 2021, p. 65.
(57)      OECD, Working Group on Bribery, Implementing the OECD Anti-Bribery Convention Phase 4 Report: Slovenia, il-11 ta’ Marzu 2021.
(58)      L-appell jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk huwiex ammissibbli fil-proċedura ta’ tkeċċija ta’ direttur tal-NBI li wieħed jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 83(5) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika billi l-Artikolu 49 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni u x-Xogħol tal-Pulizija jipprovdi l-gwida li ġejja u jaqra kif ġej: “Id-Direttur tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni għandu jinħatar u jitneħħa mid-Direttur Ġenerali tal-Pulizija. Il-Qorti Suprema għad trid tasal għal deċiżjoni dwar il-mozzjoni. Kontribuzzjoni bil-miktub mill-Gvern fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(59)    Pulizija Slovena, stqarrijiet għall-istampa tas-6 ta’ Mejju 2020 (tkeċċija tad-Direttur preċedenti u ħatra tal-ewwel aġent Direttur), id-29 ta’ Lulju 2020 (ħatra tat-tieni aġent Direttur), it-12 ta’ Ottubru 2020 (ħatra tat-tielet aġent Direttur).
(60)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(61)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(62)      Pereżempju, każijiet ta’ korruzzjoni kbira, b’valur monetarju kbir, diversi persuni suspettati, jew li jinvolvu uffiċjali ta’ grad għoli.
(63)      Fl-2019, il-qrati ħarġu 21 kundanna, 30 % inqas mill-2018 (30), kif ukoll disa’ liberazzjonijiet (tlieta fl-2018) u ċaħda waħda (tnejn fl-2018). Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż għas-Slovenja, p. 10.
(64)      Pereżempju, f’żewġ kawżi kriminali li jinvolvu s-sindku ta’ Ljubljana, il-qorti ma żammitx seduta tal-qorti għal sena jew ma organizzatx l-ewwel smigħ tal-qorti għal sena u nofs minn meta l-akkuża saret finali. Fost ir-raġunijiet għad-dewmien iddikjarati mill-qorti, issemmew imħallfin mgħobbija żżejjed u kwistjonijiet fil-ġestjoni tal-kawżi. RTV, Tarča: Pravosodje po meri politike, it-3 ta’ Ġunju 2021.
(65)      Informazzjoni mill-Prosekuzzjoni tal-Istat u l-Pulizija tindika li l-investigazzjonijiet jistgħu f’xi każijiet idumu ħames snin, inklużi sentejn biss għal analiżi ta’ data kumplessa.
(66)      Il-prosekuzzjoni tal-Istat tirċievi rapporti / notifiki kriminali mill-Pulizija kważi esklużivament f’forma stampata, li jfixkel il-prosekuzzjoni effettiva b’mod partikolari f’każijiet kbar u kumplessi. Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fis-Slovenja.
(67)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 24.
(68)      L-istatut ta’ limitazzjoni għal reati ta’ korruzzjoni huwa ta’ 20 sena fil-każijiet li ġejjin: l-aċċettazzjoni tat-tixħim fis-settur privat u dak tan-negozju, li toffri tixħim fis-settur pubbliku, reati aggravati ta’ abbuż ta’ poter fis-settur pubbliku u tan-negozju.
(69)      Informazzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
(70)      Din l-eżenzjoni għal kawżi fil-qorti li kienu se jilħqu l-istatut ta’ limitazzjoni ġiet miżjuda fid-Deċiżjoni tal-President tal-Qorti Suprema tat-13 ta’ Novembru 2020.
(71)      Bħal uffiċjali professjonali ta’ livell għoli, sindki mhux professjonali u deputati sindki, impjegati taċ-ċivil ta’ livell għoli, maniġers, persuni responsabbli għall-akkwist pubbliku, u impjegati taċ-ċivil. L-Artikolu 44b tal-IPCA jipprevedi li f’każ ta’ suspetti li d-dikjarant innegozja assi ma’ membri tal-familja, is-CPC jista’ jestendi s-superviżjoni għall-assi tagħhom.
(72)      L-uffiċjali pubbliċi huma meħtieġa jippreżentaw żewġ tipi ta’ dikjarazzjonijiet: dikjarazzjoni sħiħa waħda (bil-lista sħiħa tal-assi tagħhom), li tkun dovuta fil-bidu tal-uffiċċju jew tal-mandat tagħhom, u dikjarazzjoni waħda għal kwalunkwe bidla fl-assi tagħhom, li tiġi ppreżentata f’każ li jkun hemm modifika fit-tip, fin-numru jew fil-valur tal-assi tagħhom.
(73)      Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, ir-Rapport għall-2020, 20 ta’ Mejju 2021, p. 30.
(74)      Informazzjoni mill-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u r-Rapport tagħha għall-2020, 20 ta’ Mejju 2021, pp. 30-35.
(75)      Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, ir-Rapport għall-2020, 20 ta’ Mejju 2021, pp. 30-32.
(76)      Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tikkonċerna biss dikjarazzjonijiet għal bidliet fl-assi.
(77)      Inizjattiva tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, l-20 ta’ Mejju 2021.
(78)    Pereżempju, fit-12 ta’ Mejju 2021, is-CPC iffinalizza l-proċedura rigward l-attivitajiet esterni mħallsa tal-President tal-Qorti tal-Awditjar, u sab li ma kien hemm l-ebda ksur tal-IPCA. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tagħha, is-CPC iddeċidiet li l-qligħ sekondarju tal-President tal-Qorti tal-Awditjar ma kienx jikkostitwixxi attività profittabbli f’ismu u lanqas ma kien hemm xi kunflitt ta’ interess. Fir-rigward tal-allegat permess imsemmi kemm mill-president preċedenti tas-CPC kif ukoll mill-President attwali tal-Qorti tal-Awdituri, is-CPC iddikjara li filwaqt li ma kellux dokument bħal dan, ma jistax jeskludi l-eżistenza tiegħu b’ċertezza. Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, Stqarrijiet għall-istampa tat-12 ta’ Mejju u l-24 ta’ Mejju 2021.
(79)      https://erar.si/lobiranje/
(80)      Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, ir-Rapport għall-2020, 20 ta’ Mejju 2021.
(81)      Il-Qorti tal-Awditjar, Ir-Rapport għall-2020, il-31 ta’ Marzu 2021, pp. 206-223.
(82)      Skont l-Artikolu 24 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-Kunsill tal-President tal-Assemblea Nazzjonali adotta, fil-wieħed u sebgħin laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kodiċi ta’ Etika għad-Deputati tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja.
(83)      Jiġifieri, fil-każ ta’ ksur minuri, għandha tiġi imposta twiddiba fuq id-deputat mingħajr avviż pubbliku; fil-każ ta’ ksur serju, għandha tiġi imposta twissija fuq id-deputat b’avviż pubbliku fuq is-sit web tal-Assemblea Nazzjonali; fil-każ ta’ ksur serju ripetut, għandha tiġi imposta twissija fuq id-deputat b’avviż pubbliku fuq is-sit web tal-Assemblea Nazzjonali u dikjarazzjoni tal-ksur fis-sessjoni li jmiss tal-Assemblea Nazzjonali.
(84)      RTV, Prvi kršilec poslanskega etičnega kodeksa je Jani Ivanuša (SNS), dobil je opomin, id9 ta’ Ġunju 2021.
(85)      Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, ir-Rapport għall-2020, l-20 ta’ Mejju 2021, p. 39, u informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(86)      Il-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, ir-Rapport għall-2020, l-20 ta’ Mejju 2021, pp. 37-39, u informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(87)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt. L-eks Kap tas-Servizzi Legali u Ġenerali tal-Aġenzija Slovena għall-Komoditajiet u r-Riżervi (v, CRA) irrapporta li l-Ministru tal-Ekonomija kien intervjena personalment favur kuntratt ta’ EUR 8 miljun ma’ kumpanija speċifika u l-proċedimenti rigward dan il-każ għadhom għaddejjin. OECD, Working Group on Bribery, Implementing the OECD Anti-Bribery Convention Phase 4 Report: Slovenia, il-11 ta’ Marzu 2021, p 12.
(88)      Fl-2020, il-Kummissjoni Nazzjonali għar-Reviżjoni kellha tliet talbiet bħal dawn għal rieżami pendenti (minn total ta’ 206 każijiet), u nbdew 13-il proċediment ta’ ksur. Kontribuzzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Reviżjoni għar-Reviżjoni tal-Proċeduri tal-Għotja tal-Akkwist Pubbliku fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja. Ara wkoll ir-rapport tal-2020 dwar il-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-Reviżjoni.
(89)      Informazzjoni riċevuta mill-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Reviżjoni għar-Reviżjoni tal-Proċeduri tal-Għotja tal-Akkwist Pubbliku fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(90)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(91)      Is-Slovenja tinsab fis-sitta u tletin post madwar id-dinja fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2021 Reporters Without Borders (fit-tmintax-il post fl-UE), u waqgħet erba’ postijiet mit-tnejn u tletin pożizzjoni tas-sena l-oħra Dan ifisser li l-pajjiż qed jesperjenza deterjorament tal-libertà tal-media u l-protezzjoni tal-ġurnalisti.
(92)      AKOS, informazzjoni pprovduta matul iż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(93)      Ir-regolatur konverġenti AKOS għandu kompiti fit-telekomunikazzjoni, il-media elettronika, il-posta u l-ferrovijais-servizzi, huwa responsabbli għar-regolamentazzjoni tal-media awdjoviżiva, tas-servizzi tar-radju u tal-media online (MPM 2021).
(94)      AKOS hija ġestita mid-Direttur u mill-Kunsill tal-Aġenzija. It-tnejn jinħatru mill-Gvern fuq il-bażi ta’ proċedura tal-għażla, waqt li d-Direttur jiġi propost lill-Gvern mill-ministru responsabbli. Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, p. 11.
(95)      2021 Media Pluralism Monitor, rapport tal-pajjiż dwar is-Slovenja, p. 11.
(96)      Il-Kodiċi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi
(97)      L-Att dwar il-Media tal-Massa
(98)      L-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.
(99)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(100)      Abbozz tal-Artikolu 39.a (indipendenza tal-aġenzija) (1) L-Aġenzija hija korp regolatorju indipendenti mil-lat organizzattiv, funzjonali u materjali separat mill-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u minn suġġetti oħra pubbliċi jew privati. L-Aġenzija b’rabta mat-twettiq tal-kompiti skont dan l-Att u skont il-liġi li tirregola l-media, ma tistax tfittex jew tieħu struzzjonijiet minn awtoritajiet oħra ħlief meta tkun qed twettaq superviżjoni legali tax-xogħol tal-aġenzija. (2) L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha skont dan l-Att u l-Att li jirregola l-media b’mod imparzjali, trasparenti u f’konformità mal-prinċipji ta’ dan l-Att, filwaqt li ssegwi l-pluralità tal-media, id-diversità kulturali u lingwistika, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-aċċessibbiltà, in-nondiskriminazzjoni, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta. […].
(101)      Abbozz ta’ emendi għall-Att dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, il-5 ta’ Marzu 2021. L-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ZEKom-1) jirregola, fost l-oħrajn, in-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-ġestjoni tal-frekwenzi tar-radju u l-ispettru tar-radju, u fih dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istatus tal-AKOS f’dan il-qafas.
(102)      Abbozz ta’ Att dwar l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Suq u l-Konsumaturi u l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Swieq Finanzjarji, Ottubru 2020.
(103)      2021 Media Pluralism Monitor, ir-rapport tal-pajjiż għas-Slovenja, p. 12 u l-Aġenzija għan-Networks u s-Servizzi tal-Komunikazzjoni, Tweġiba għall-Abbozz tal-Att dwar l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Suq u l-Konsumaturi u l-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għas-Swieq Finanzjarji, it-2 ta’ Ottubru 2020.
(104)      L-Att dwar il-Media tal-Massa, l-Artikoli 12 u 14.
(105)      https://rmsn.ekultura.gov.si/razvid/mediji
(106)      Abbozz ta’ Att dwar il-Media tal-Massa, l-Artikolu 12 emendat.
(107)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, p. 12.
(108)      Kontribuzzjoni bil-miktub mill-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti u l-Pubbliċisti fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja. Ara wkoll Pod črto, Kdo drži informacijsko pištolo: kaj smo ugotovili v preiskavi medijskega lastništva v Sloveniji, it-18 ta’ Jannar 2021. Fil-każ ta’ media stampata waħda, l-istudju ma setax jidentifika s-sid finali. (https://podcrto.si/povzetek-preiskave-mladina-kot-primer-ranljivosti-medijev-v-sloveniji/). L-istudju qajjem ukoll il-kwistjoni tal-influwenza tas-sidien tal-media, jew politiċi jew minn interessi ekonomiċi, fuq il-kontenut editorjali, li huwa aċċentwat min-nuqqas ta’ trasparenza tas-sjieda tal-media.
(109)      Il-kombinament ta’ attivitajiet ta’ reklamar u tar-radju u tat-televiżjoni jew ta’ telekomunikazzjoni u attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni mhuwiex permess. Il-Gvern irrikonoxxa din il-kwistjoni u l-emendi proposti għall-Att dwar il-Media tal-Massa se jiffokaw, fost l-oħrajn, fuq it-trasparenza tas-sjieda tal-media u r-restrizzjoni tal-konċentrazzjoni fil-media.
(110)      Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fis-Slovenja.
(111)      Skont il-Gvern, billi l-qafas leġiżlattiv preċedenti ma speċifikax b’mod preċiż x’jinvolvi s-servizz pubbliku ta’ STA u kif huwa differenti mis-servizz kummerċjali tiegħu, f’Ġunju 2021 l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Gvern (UKOM) adotta Digriet ġdid dwar l-implimentazzjoni tas-servizz pubbliku mill-Aġenzija tal-Istampa Slovena. Il-Gvern qed jippjana li jabbanduna l-pagamenti ex ante awtomatiċi għal sistema ta’ pagamenti ex post.
(112)      Il-Kummissjoni Ewropea, Stqarrija għall-istampa - Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tapprova kumpens ta’ EUR 2,5 miljun lill-Aġenzija tal-Istampa Slovena STA għas-servizz pubbliku tagħha, id-29 ta’ April 2021.
(113)      Tqajjem tħassib minn partijiet interessati nazzjonali (pereż. assoċjazzjoni ta’ ġurnalisti) u internazzjonali (pereż. ittra miftuħa tas-16 ta’ Marzu 2021 miċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media (European Centre for Press and Media Freedom, ECPMF), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti (European Federation of Journalists, EFJ), l-Istitut Internazzjonali tal-Istampa (International Press Institute, IPI), OBC Transeuropa, u r-Reporters Without Borders (RSF)) rigward l-istabbiltà tal-finanzjament tal-Aġenzija tal-Istampa Slovena.
(114)      Il-Fakultà għall-Media (Prof. dr. Matevž Tomšič, Prof. dr. Borut Rončević, Doc. dr. Nuša Erman, Doc. dr. Tamara Besednjak Valič), Research of the media landscape, Marzu 2021. Kontribuzzjoni mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 1-4.
(115)      2021 Media Pluralism Monitor, rapport tal-pajjiż għas-Slovenja, p. 16, ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, p 12.
(116)      Pod črto, Bullettini muniċipali: miljuni ta’ euro ta’ flus pubbliċi għall-promozzjoni tas-sindki, is-6 ta’ Ġunju 2019.
(117)      Kontribuzzjoni minn Reporters Sans Frontiers (RSF) għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(118)      Dawn il-kumpaniji tal-Istat jirrifjutaw li jaqsmu din l-informazzjoni billi jinvokaw dispożizzjonijiet tal-liġi dwar is-segretezza tan-negozju
(119)      Reporters Sans Frontiers (RSF) - Kontribuzzjoni għall-Istat tad-Dritt tal-2021.
(120)      2021 Media Pluralism Monitor, rapport tal-pajjiż dwar is-Slovenja, p. 11.
(121)      Kontribuzzjoni mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti u l-Pubbliċisti dwar ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 4.
(122)      2021 Media Pluralism Monitor, rapport tal-pajjiż dwar is-Slovenja, p. 13.
(123)      Kontribut bil-miktub mill-Gvern fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja u kontribut bil-miktub mill-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti u l-Pubbliċisti għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt. Ta’ min jinnota li l-partijiet ikkonċernati qajmu tħassib dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-ġurnalisti freelance. Kontribuzzjoni bil-kitba mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti u l-Pubbliċisti dwar ir-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt. Kif iddikjara l-Gvern, bħala parti mill-miżuri ġenerali ta’ għajnuna, il-ġurnalisti li jaħdmu għal rashom ukoll ilhom jirċievu dħul bażiku universali fl-ammont ta’ EUR 700 fix-xahar, u setgħu wkoll iwaqqfu jħallsu l-ispejjeż soċjali u tal-kura tas-saħħa tagħhom minn Marzu 2020 u bbenefikaw minn din il-forma ta’ għajnuna sat-30 ta’ Ġunju 2021, sakemm ma kinux qed jaħdmu.
(124)      Kontribuzzjoni bil-miktub mill-Gvern fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(125)      Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fis-Slovenja.
(126)      Reporters Sans Frontiers (RSF) — Kontribuzzjoni għall-Istat tad-Dritt 2021.
(127)      2021 Media Pluralism Monitor, rapport tal-pajjiż dwar is-Slovenja, p. 11.
(128)      Sommarju tar-riżultati tal-ispezzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-organizzazzjoni tal-funzjonament tal-Qorti Amministrattiva f’Ljubljana u d-dipartimenti tagħha f’Maribor u Nova Gorica u Celje, il-Ministeru tal-Ġustizzja, April 2021.
(129)      Sommarju tar-riżultati tal-ispezzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-organizzazzjoni tal-funzjonament tal-Qorti Amministrattiva f’Ljubljana u d-dipartimenti tagħha f’Maribor, Nova Gorica u Celje, il-Ministeru tal-Ġustizzja, April 2021. Għandu jiġi nnutat li każ wieħed tal-qorti li kienet qed tirrevedi l-aċċess għal deċiżjoni ta’ informazzjoni mill-Kummissarju tal-Informazzjoni nstab li kellu aktar minn sentejn.
(130)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, p. 13.
(131)      2021 Media Pluralism Monitor, rapport tal-pajjiż dwar is-Slovenja, p. 10.
(132)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(133)      Il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-ġurnaliżmu tas-sikurezza tal-ġurnalisti – is-Slovenja. Fiż-żmien tal-kitba, ħamsa minnhom ġew indirizzati permezz ta’ tweġiba mill-awtoritajiet Sloveni.
(134)      Il-Kunsill tal-Ewropa, CoE Commissioner for Human Rights issues a Human Rights Comment on SLAPPs, is-27 ta’ Ottubru 2020.
(135)      Kontribut mill-Istitut tal-Paċi f’kooperazzjoni mal-Unjoni għal-Libertajiet Ċivili għall-Ewropa għall-Istat tad-Dritt tal-2021; Il-Kunsill tal-Ewropa, Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, Memorandum dwar il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media fis-Slovenja, l-4 ta’ Ġunju 2021; 2021 Media Pluralism Monitor, rapport tal-pajjiż dwar is-Slovenja, pp. 11, 20 u 22.
(136)      Informazzjoni pprovduta mill-Prosekuzzjoni Suprema tal-Istat, April 2021.
(137)      Informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Suprem tal-Istat ipprovduta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(138)      Kif instab fil-kapitolu tal-pajjiż dwar ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt għas-Slovenja, applikazzjoni dejqa tal-liġi kriminali kkawżat li l-fastidju jew it-theddid online kontra l-ġurnalisti rarament ġew sanzjonati. Dan kien jiddependi fuq l-interpretazzjoni legali preċedenti mill-Prosekuzzjoni tal-Istat, fejn l-inċitament pubbliku għall-mibegħda kellu jkun “konkret”, li jammonta għal “periklu konkret għall-ordni u l-paċi pubbliċi” biex jitressaq il-qorti bħala reat kriminali. Fl-2019, il-Qorti Suprema ċċarat li hemm żewġ modi kif jitwettaq ir-reat fl-Artikolu 297 tal-Kodiċi Kriminali, jew (a) bl-inċitazzjoni jew l-infjammazzjoni tal-mibegħda u l-vjolenza jew l-intolleranza b’mod li jista’ jipperikola jew ifixkel l-ordni u l-paċi pubbliċi, jew (b) permezz ta’ theddid, insulti jew abbuż verbali. Iddikjarat li, f’każ li l-aġir jitwettaq b’theddid, insulti jew abbuż verbali, ma hemm l-ebda ħtieġa li jkun hemm periklu potenzjali għall-ordni u l-paċi pubbliċi. Hija ċċarat ukoll, madankollu, li meta l-imġiba titwettaq b’tali mod li jista’ jipperikola jew jiddisturba l-ordni u l-paċi pubbliċi, ma hemm l-ebda rekwiżit li dan il-periklu jkun immedjat, iżda biss li għandu l-potenzjal li jirriżulta f’periklu konkret. Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż għas-Slovenja, p. 13.
(139)      Il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja, is-Sentenza tat-22 ta’ Ottubru 2008, U-I-295/07.
(140)      Emendi għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Nazzjonali, is-7 ta’ April 2020.
(141)      Matul il-proċedura mqassra u ta’ emerġenza, id-dibattitu ġenerali ma jseħħx u t-tieni u t-tielet qari jsiru matul l-istess sessjoni tal-Parlament. Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, p. 15.
(142)      CNVOS – NGO Umbrella Network, Online counter of violations of the Parliament Resolution on normative activity.
(143)      Il-Qorti Kostituzzjonali tat xahrejn lill-Parlament biex ineħħi l-elementi antikostituzzjonali mill-Att. Is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-13 ta’ Mejju 2021, U-I-79/20-24.
(144)      Il-kontribut mis-Slovenja għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 30.
(145)      Il-Kontribut tan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 317.
(146)      Is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-10 ta’ Diċembru 2020, U-I-474/18-17. L-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni hija t-23 ta’ Diċembru 2021.
(147)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fis-Slovenja, pp. 14-15.
(148)      Il-Qorti Kostituzzjonali, Rapport tal-2020, 22 ta’ April 2021.
(149)      Tnejn u sittin każ għadhom pendenti, li minnhom 20 ġew aċċettati mill-Qorti Kostituzzjonali u f’seba’ każijiet il-Qorti ssospendiet temporanjament il-miżuri involuti. Kontribuzzjoni bil-miktub mill-Qorti Kostituzzjonali fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fis-Slovenja.
(150)      F’Marzu 2021, ġew irrappurtati xi irregolaritajiet dwar ir-rispett għall-imparzjalità, fejn l-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali naqsu milli jirtiraw ruħhom. Għandu jiġi nnotat li s-Slovenja kienet ikkundannata preċedentement talli kisret l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem quddiem il-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem rigward in-nuqqas ta’ reklużjoni tal-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali.
(151)      Alleanza Globali tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Global Alliance of National Human Rights Institutions, GANHRI), Rapport u Rakkomandazzjoni tas-Sessjoni Virtwali tas-Sottokumitat dwar l-Akkreditazzjoni (SCA), 7-18 ta’ Diċembru 2020, pp. 22-24. Il-Kontribut tan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 316.
(152)      Il-Kontribut tan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 319, 320, 322, 334-339. Għandu jiġi nnutat ukoll li fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsperson lill-awtoritajiet tal-istat, prinċipalment lill-gvern iżda wkoll lill-Parlament, il-qrati u korpi oħra, l-Ombudsperson innota fl-aħħar rapport annwali tiegħu li kien hemm aktar minn 200 rakkomandazzjoni li ma kinux ġew implimentati jew ġew implimentati biss parzjalment. Il-Kontribut tan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 319.
(153)      Il-Kontribut tan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 340.
(154)      L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, Stqarrija għall-istampa tat-13 ta’ Ottubru 2020.
(155)      Kontribut mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt - L-ambjent legali u l-ispazju tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-appoġġ tad-drittijiet fundamentali tas-Slovenja, p. 1.
(156)      Klassifikazzjoni mogħtija minn CIVICUS; il-klassifikazzjonijiet huma fuq skala ta’ ħames kategoriji ddefiniti bħala: miftuħ, ristrett, ostakolat, ripress u magħluq. CIVICUS, Il-Gvern ikompli bl-attakk tiegħu fuq CSOs, l-4 ta’ Frar 2021.
(157)      Il-Kontribut tan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, pp. 322-324.
(158)      Il-kontribuzzjoni mill-Forum Ċiviku Ewropew għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2021, p. 57.
(159)      Il-kontribuzzjoni mill-Forum Ċiviku Ewropew għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt 2021, p. 57.
Top