EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0562

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

COM/2021/562 final

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 562 final

2021/0210(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 562 final} - {SWD(2021) 635 final} - {SWD(2021) 636 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Billi jikkontribwixxi għal madwar 75 % tal-volumi tan-negozju estern tal-UE u għal 31 % tal-volumi tan-negozju intern tal-UE, it-trasport marittimu huwa komponent essenzjali tas-sistema tat-trasport tal-Ewropa u għandu rwol kritiku għall-ekonomija Ewropea. Kull sena, madwar 400 miljun passiġġier jimbarkaw jew jiżbarkaw fil-portijiet tal-UE, inklużi madwar 14-il miljun fuq vapuri tal-kruċiera. It-trasport marittimu jissodisfa rwol importanti fis-salvagwardja tal-konnettività tal-gżejjer u tar-reġjuni marittimi periferiċi mal-bqija tas-suq uniku 1 . Konnessjonijiet effiċjenti tat-trasport marittimu huma essenzjali għall-mobbiltà taċ-ċittadini tal-UE, fl-iżvilupp tar-reġjuni tal-UE u għall-ekonomija tal-UE fl-intier tagħha.

Is-settur tat-trasport marittimu jopera f’ambjent ta’ swieq miftuħa u kompetizzjoni internazzjonali. Is-servizzi tat-trasport marittimu fl-UE huma miftuħa għas-sidien tal-vapuri kollha tal-UE, għas-servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri tal-UE, kif ukoll bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi (pajjiżi mhux tal-UE), u jistgħu jiġu pprovduti minn operaturi tan-nazzjonalitajiet kollha. Kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi tal-vapuri u għall-kumpaniji tat-tbaħħir huma kritiċi għal suq tal-UE li jiffunzjona tajjeb għat-trasport marittimu.

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni adottat proposta biex l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % sal-2030 2 u biex l-UE titqiegħed fuq perkors responsabbli biex issir newtrali għall-klima sal-2050. Biex tinkiseb in-newtralità klimatika jeħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet mit-trasport sal-2050. Il-mezzi ta’ trasport kollha, inkluż it-trasport marittimu, se jkollhom jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ tnaqqis.

Il-kisba ta’ tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport marittimu internazzjonali teħtieġ l-użu kemm ta’ inqas enerġija (żieda fl-effiċjenza enerġetika) kif ukoll ta’ tipi ta’ enerġija aktar nodfa (bl-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju). Il-Komunikazzjoni dwar il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 3 tispjega li: “Kemm is-settur tal-avjazzjoni kif ukoll dak marittimu se jkollhom bżonn iżidu l-isforzi biex itejbu l-effiċjenza tal-inġenji tal-ajru, tal-bastimenti u tal-operazzjonijiet tagħhom u biex iżidu l-użu tal-fjuwils rinnovabbli, b’livell baxx tal-karbonju. Dan se jiġi vvalutat f’aktar dettall fil-kuntest tal-inizjattivi ReFuelEU Aviation u FuelEU Maritime, li għandhom l-għan li jżidu l-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils alternattivi sostenibbli għal dawn is-setturi. L-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija meħtieġa jridu jinkisbu saħansitra sal-2030 biex minn hemm ’il quddiem inħejju għal bidla ħafna aktar mgħaġġla.”

Skont ix-xenarji ta’ politika vvalutati fil-qafas tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 (CTP) u b’appoġġ għall-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, il-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jenħtieġ li jirrappreżentaw bejn 6 % u 9 % tat-taħlita ta’ fjuwils tat-trasport marittimu internazzjonali fl-2030, u bejn 86 % u 88 % sal-2050, biex jikkontribwixxu għall-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-UE 4 .

Is-CTP josserva li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport irid jiżdied permezz tal-iżvilupp tal-elettrifikazzjoni, tal-bijofjuwils avvanzati u ta’ fjuwils oħra rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħala parti minn approċċ olistiku u integrat, u li l-fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu se jkunu kruċjali għad-dekarbonizzazzjoni, b’mod partikolari fis-settur tal-avjazzjoni u dak marittimu.

L-ispinta biex is-settur tat-trasport marittimu juża fjuwils aktar nodfa hija preżenti wkoll fil-livell internazzjonali. Fl-2018, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) adottat l-istrateġija inizjali tagħha dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-vapuri. Fil-lista ta’ miżuri kandidati identifikati għal terminu qasir, l-IMO tinkludi l-promozzjoni tal-użu ta’ fjuwils alternattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll il-provvista ta’ elettriku mix-xatt.

Attwalment, it-taħlita ta’ fjuwils fis-settur marittimu tiddependi kompletament mill-fjuwils fossili. Dan jista’ jiġi spjegat minn inċentivi insuffiċjenti biex l-operaturi jnaqqsu l-emissjonijiet u min-nuqqas ta’ alternattivi teknoloġiċi maturi, affordabbli u li jintużaw globalment għall-fjuwils fossili fis-settur. Għadd ta’ fallimenti tas-suq parzjalment jikkawżaw u jsaħħu dawn il-problemi. Dawn jinkludu:

interdipendenzi bejn il-provvista, id-distribuzzjoni u d-domanda tal-fjuwils;

nuqqas ta’ informazzjoni dwar ir-rekwiżiti regolatorji futuri;

ħajja twila tal-assi (bastimenti u infrastruttura tal-bunkering).

L-inizjattiva FuelEU Maritime tipproponi qafas regolatorju komuni tal-UE biex jiżdied is-sehem ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-taħlita ta’ fjuwils tat-trasport marittimu internazzjonali mingħajr ma jinħolqu ostakli għas-suq uniku.

Kunsiderazzjonijiet dwar l-ostakli possibbli għas-suq uniku, id-distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-operaturi u d-devjazzjoni tar-rotot kummerċjali huma partikolarment rilevanti għar-rekwiżiti tal-fjuwil, billi l-kostijiet tal-fjuwil jikkostitwixxu sehem sostanzjali mill-kostijiet tal-operaturi tal-vapuri. Il-proporzjon tal-kostijiet tal-fjuwil fil-kostijiet operatorji tal-vapuri jista’ jvarja minn madwar 35 % tan-nol ta’ tanker żgħir sa madwar 53 % għal bastimenti tal-kontejners/tal-merkanzija bl-ingrossa. Għalhekk, il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-fjuwil tal-baħar jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-vapuri.

Fl-istess ħin, id-differenza fil-prezz bejn il-fjuwils tal-baħar konvenzjonali ta’ oriġini fossili u l-fjuwils rinnovabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għadha għolja. Biex tinżamm il-kompetittività filwaqt li s-settur jiġi orjentat lejn it-tranżizzjoni tal-fjuwil li jrid jgħaddi minnha inevitabbilment, huma meħtieġa obbligi ċari u uniformi dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju mill-vapuri.

Żieda fil-prevedibbiltà tal-qafas regolatorju hija mistennija tistimula l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-produzzjoni ta’ fjuwil u tgħin lis-settur jelimina l-imblokk eżistenti bejn id-domanda u l-provvista ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Huma meħtieġa obbligi ċari u uniformi dwar l-użu tal-enerġija mill-vapuri biex jittaffa r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, li t-trasport marittimu huwa suxxettibbli għalih minħabba n-natura internazzjonali tiegħu u l-possibbiltà li jsir bunkering barra mill-UE. Minħabba d-dimensjoni transfruntiera u globali tat-trasport marittimu, huwa preferibbli Regolament marittimu komuni milli qafas legali li jeħtieġ lill-Istati Membri tal-UE jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE fid-dritt nazzjonali. Dan tal-aħħar jista’ jirriżulta f’taħlita ta’ miżuri nazzjonali b’rekwiżiti u miri differenti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-FuelEU Maritime hija parti mill-“ġabra ta’ miżuri” imfassla biex tindirizza l-emissjonijiet mit-trasport marittimu filwaqt li jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Hija kompletament konsistenti ma’ miżuri oħra ppreżentati bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u tibni fuq għodod ta’ politika eżistenti bħar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 , li jistabbilixxi sistema tal-UE għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet tas-CO2u informazzjoni rilevanti oħra minn vapuri kbar li jużaw il-portijiet tal-UE.

Sabiex jiġu indirizzati diversi fallimenti tas-suq distinti li jfixklu l-użu ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni fis-settur marittimu jitqies li hemm bżonn ta’ ġabra ta’ miżuri. Minbarra l-inizjattiva FuelEU Maritime li għandha l-għan li żżid id-domanda għall-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (RLF), il-Kummissjoni tipproponi li testendi l-Iskema Ewropea għan-Negozjar ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS) 6 għas-settur marittimu u li tirrieżamina d-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija (ETD) 7 . Dawn iż-żewġ inizjattivi jenħtieġ li jiżguraw tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet fis-settur u li l-prezz tat-trasport jirrifletti l-impatt li għandu fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sigurtà tal-enerġija.

Barra minn hekk, il-ġabra ta’ miżuri se tinkludi r-rieżami ta’ bosta direttivi oħra, inklużi:

id-Direttiva dwar Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi (AFID) 8 ; u

id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) 9 .

Minbarra dawn il-liġijiet riveduti, il-Kummissjoni se tindirizza l-ħtieġa ta’ attivitajiet addizzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni (R&I), b’mod partikolari permezz tas-sħubija koprogrammata għal Trasport fuq l-Ilma b’Emissjonijiet Żero proposta mill-Pjattaforma ta’ Teknoloġija fuq l-Ilma taħt Orizzont Ewropa 10 . Hija se tirrevedi wkoll il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 11 f’konformità mal-objettivi ta’ politika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jenħtieġ li jippermetti finanzjament suffiċjenti għat-trasformazzjoni ekoloġika tas-settur (inkluż għall-użu ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar fuq l-art) filwaqt li tiġi evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni.

Meta l-azzjonijiet proposti jitqiesu aktar fid-dettall, attwalment ma hemm l-ebda mekkaniżmu, la fil-livell tal-IMO u lanqas fil-livell tal-UE, biex issir korrezzjoni għall-preżenza ta’ esternalitajiet negattivi (il-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet li ma jitqiesu bl-ebda mod ieħor) fis-settur. Dan jipprevjeni lill-operaturi milli jieħdu inkunsiderazzjoni, fl-għażliet operazzjonali u ta’ investiment tagħhom, il-kost soċjali tal-attività tagħhom f’termini tat-tibdil fil-klima u t-tniġġis tal-arja. Il-letteratura ekonomika tindika l-mekkaniżmi tal-ipprezzar bħala l-istrumenti ppreferuti biex jiġu “internalizzati” il-kostijiet esterni. L-eżempji ewlenin ikunu taxxa stabbilita fil-livell tal-kost estern, jew strument ta’ limitu u skambju, bħall-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS), li tistabbilixxi limitu għall-emissjonijiet ġenerali u tippermetti lis-suq jiddetermina l-prezz xieraq tagħhom. It-tnejn huma deskritti bħala “miżuri bbażati fuq is-suq”.

Madankollu, filwaqt li l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jista’ jikseb tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod kosteffettiv u jipprovdi sinjal tal-prezz uniformi li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-operaturi, tal-investituri u tal-konsumaturi, dan ma jindirizzax b’mod suffiċjenti l-ostakli kollha għall-użu ta’ soluzzjonijiet b’emissjonijiet baxxi u żero.

Huma meħtieġa azzjonijiet ta’ politika addizzjonali biex jiġi żgurat li jinżammu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni filwaqt li jiġu eliminati l-ostakli għall-investimenti f’teknoloġiji u fl-infrastruttura ta’ enerġija nadifa, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet għat-tnaqqis u tiġi kkomplementata l-azzjoni tal-EU ETS. Dan huwa partikolarment rilevanti biex jiġu appoġġati miżuri ta’ mitigazzjoni – bħall-użu ta’ RLF fis-settur tat-trasport marittimu – li għandhom potenzjal għoli li jnaqqsu l-emissjonijiet fil-futur iżda li, attwalment, qed jiffaċċaw kostijiet għat-tnaqqis għoljin u ostakli speċifiċi tas-suq.

Filwaqt li l-estensjoni tal-EU ETS għas-settur marittimu se tkompli timmotiva t-titjib fl-effiċjenza enerġetika u se tnaqqas id-distakk fil-prezzijiet bejn it-teknoloġiji konvenzjonali u dawk b’emissjonijiet baxxi, il-kapaċità tagħha li tappoġġa l-użu rapidu tat-teknoloġiji RLF fis-settur marittimu tiddependi ħafna mil-livell tal-prezzijiet attwali tagħha, li aktarx ma tilħaqx livelli suffiċjenti għal dan il-għan fit-terminu qasir sa dak medju.

B’mod simili, il-leġiżlazzjoni li tindirizza l-provvista (RED II) u l-infrastruttura tal-fjuwils (AFID) ma kellhiex impatt sinifikanti fuq l-użu tal-RLF fis-settur marittimu u trid tiġi kkomplementata minn miżuri li jistgħu joħolqu domanda għall-RLF. Barra minn hekk, ir-rieżami ta’ RED II ma jkunx jista’ jindirizza r-riskju għoli ta’ bunkering tal-fjuwils barra mill-UE għas-settur tat-tbaħħir.

Attwalment ma hemmx qafas regolatorju tal-UE li jindirizza speċifikament l-użu tal-RLF fit-trasport marittimu. Din l-inizjattiva għandha l-għan li telimina din id-diskrepanza billi żżid id-domanda għall-RLF fit-trasport marittimu filwaqt li żżomm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u suq tal-UE li jiffunzjona tajjeb għall-fjuwils tal-baħar u għat-trasport marittimu.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva għandha l-għan li żżid l-użu tal-RLFs fit-trasport marittimu tal-UE filwaqt li żżomm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, kemm fuq il-baħar kif ukoll fl-irmiġġ, u tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE u internazzjonali. L-iżgurar ta’ taħlita ta’ fjuwils aktar diversifikata u ta’ penetrazzjoni ogħla tal-RLFs huwa kruċjali biex jiġi żgurat il-kontribut tas-settur għall-ambizzjoni Ewropea tan-newtralità klimatika sal-2050, kif stabbilit fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fl-istess ħin, approċċ differenzjat għall-użu tal-RLFs fin-navigazzjoni u fil-portijiet huwa importanti biex jittieħed kont tal-implikazzjonijiet differenti fuq it-tniġġis tal-arja, b’rekwiżiti aktar stretti għall-vapuri fil-portijiet u disponibbiltà differenti tat-teknoloġiji (aktar għażliet għall-vapuri fil-portijiet).

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din l-inizjattiva għandha l-għan li żżomm livelli għoljin ta’ konnettività, u li tippreserva l-kompetittività tal-industrija fis-settur marittimu filwaqt li żżid is-sostenibbiltà tiegħu. L-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa fit-trasport marittimu.

Sussidjarjetà (għal kompetenzi mhux esklużivi)

It-trasport marittimu huwa settur internazzjonali minnu nnifsu. Fl-Ewropa, bejn wieħed u ieħor 75 % mill-vjaġġi rrappurtati skont l-MRV huma fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (u għalhekk jistgħu jkunu indikatur għat-traffiku intra-UE) u huwa stmat li madwar 9 % biss tat-traffiku huwa ta’ vjaġġi domestiċi (bejn il-portijiet fl-istess Stat Membru tal-UE). Għalhekk, id-dimensjoni transfruntiera tas-settur hija essenzjali u titlob azzjoni koordinata fil-livell tal-UE.

Mingħajr azzjoni fil-livell tal-UE, taħlita ta’ rekwiżiti reġjonali jew nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE tirriskja li twassal għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi li mhux neċessarjament ikunu kompatibbli ma’ xulxin. Bosta Stati Membri tal-UE diġà qed jiżviluppaw strateġiji marittimi nazzjonali li jinkludu approċċi speċifiċi għall-emissjonijiet tal-vapuri u b’mod partikolari l-użu ta’ fjuwils alternattivi 12 , bil-possibbiltà ta’ effetti u distorsjonijiet tas-suq mhux intenzjonati. Billi l-fatturi ewlenin tal-problema identifikati fil-kuntest ta’ din il-proposta ma jvarjawx b’mod fundamentali minn Stat Membru tal-UE għal ieħor, u minħabba d-dimensjoni transfruntiera tal-attivitajiet tas-settur, dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell tal-UE. L-azzjoni tal-UE tista’ wkoll tispira u twitti t-triq biex jiġu żviluppati miżuri futuri li jaċċelleraw l-użu ta’ fjuwils alternattivi fil-livell globali 13 .

Azzjoni preċedenti tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-gassijiet serra diġà stimulat rispons korrispondenti mill-IMO, notevolment l-adozzjoni mill-UE tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ, ir-Rappurtar u l-Verifika tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-vapuri, li ftit wara wasslet biex l-IMO tadotta Sistema globali obbligatorja simili ta’ Ġbir ta’ Data dwar il-Gassijiet Serra. Aktar reċentement, approċċ koordinat mill-Istati Membri tal-UE fir-rispons għall-iżviluppi fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-IMO żgura li l-miżuri operazzjonali u obbligatorji ta’ effiċjenza enerġetika jiġu inklużi fl-azzjonijiet fuq terminu qasir tal-IMO biex jitnaqqsu l-gassijiet serra. Il-projezzjoni ta’ perspettiva komuni minn grupp konsiderevoli ta’ Stati Membri tal-IMO fil-fora tal-IMO tfisser li l-UE jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq id-direzzjoni u l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-IMO.

Proporzjonalità

L-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva fil-livell tal-UE hija meħtieġa biex jinkisbu l-ekonomiji ta’ skala fl-użu tal-RLFs fit-trasport marittimu, kif ukoll biex tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi li jidħlu fil-portijiet tal-UE u bejn il-portijiet tal-UE nfushom. Bħala eżempju, l-obbligi stabbiliti fil-livell nazzjonali dwar l-użu tal-RLFs jistgħu jiddevjaw it-traffiku lejn portijiet kompetituri ta’ Stati Membri oħra u joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni. Għaldaqstant, l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-atturi kollha tar-raggruppament marittimu (b’mod partikolari l-operaturi, il-portijiet u l-fornituri tal-fjuwil).

Għażla tal-istrument

Il-valutazzjoni tal-impatt stabbiliet li huma meħtieġa miżuri vinkolanti u regolatorji biex jintlaħqu l-objettivi. Regolament huwa l-aktar strument xieraq biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni komuni tal-miżuri previsti, filwaqt li jitnaqqas ir-riskju ta’ distorsjoni fis-suq uniku, li tista’ tirriżulta minn differenzi f’kif l-Istati Membri tal-UE jittrasponu r-rekwiżiti fid-dritt nazzjonali. Billi t-tranżizzjoni għall-RLFs teħtieġ investimenti sinifikanti mill-fornituri tal-fjuwils, distribuzzjoni tal-fjuwils u spinta tad-domanda qawwija u ċara, huwa vitali li l-qafas regolatorju jipprovdi sett ta’ regoli uniku, fit-tul u robust lill-investituri kollha madwar l-UE. B’mod partikolari, huwa importanti li jiġi evitat il-ħolqien ta’ taħlita ta’ miżuri differenti fil-livell nazzjonali, li jkun il-każ jekk jiġu implimentati skont direttiva transsettorjali.

Il-proposta hija ta’ natura teknika ħafna, u hemm probabbiltà għolja li jkollha tiġi emendata regolarment biex tirrifletti żviluppi tekniċi u legali. B’rispons għal dan, huma ppjanati wkoll għadd ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Dawn se jiffukaw b’mod partikolari fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti funzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Billi din hija proposta ġdida, ma twettqux evalwazzjonijiet jew kontroll tal-idoneità.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kienet involuta b’mod attiv mal-partijiet ikkonċernati u wettqet konsultazzjonijiet komprensivi tul il-proċess kollu ta’ valutazzjoni tal-impatt. Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati bdew jinġabru b’rispons għall-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu (Marzu u April 2020). Ġew riċevuti total ta’ 81 risposta li nfurmaw il-proċess ta’ abbozzar u għenu biex jiġi rfinat l-approċċ u biex jiġu identifikati aħjar l-ostakli li jfixklu l-użu attwali tal-RLFs fis-settur marittimu.

Bħala parti mit-tħejjija tal-proposta, attivitajiet ta’ konsultazzjoni oħra kienu jinkludu:

Konsultazzjoni pubblika miftuħa, organizzata mill-Kummissjoni, bejn it-2 ta’ Lulju 2020 u l-10 ta’ Settembru 2020. Ġew riċevuti total ta’ 136 risposta li jkopru varjetà ta’ gruppi tal-partijiet ikkonċernati. Ir-risposti ġew mill-qasam tas-sjieda tal-vapuri u mill-immaniġġjar tal-vapuri (40), minn produtturi tal-enerġija u mill-qasam tal-provvista tal-fjuwils (37), mit-trasport marittimu fuq distanzi qosra (25), mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali (15), minn organizzazzjonijiet ta’ interess (14), mill-immaniġġjar u l-amministraturi tal-portijiet (13), minn operaturi tat-terminals tal-portijiet jew fornituri oħra ta’ servizzi portwarji (13), mill-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni akkademiċi (12), mis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni (11), mill-bini ta’ vapuri u minn manifatturi ta’ tagħmir tal-baħar (10), mill-awtoritajiet pubbliċi reġjonali jew lokali (9), minn fornituri tal-loġistika, spedituri u sidien tal-merkanzija (9), minn korpi tal-istandardizzazzjoni teknika u soċjetajiet tal-klassi (2), mill-investiment u l-finanzjament (2), u minn oħrajn (17) 14 ;

Konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati organizzata mill-konsulent responsabbli għall-istudju ta’ sostenn tal-valutazzjoni tal-impatt, mit-18 ta’ Awwissu 2020 sat-18 ta’ Settembru 2020 u mmirata lejn esperti mill-Forum Ewropew dwar Trasport Marittimu Sostenibbli (ESSF). Il-konsulent wettaq ukoll sensiela ta’ intervisti mal-partijiet ikkonċernati, inklużi r-rappreżentanti tal-industrija u l-awtoritajiet nazzjonali, bejn l-10 ta’ Lulju 2020 u l-1 ta’ Diċembru 2020;

Diskussjoni madwar mejda bejn il-partijiet ikkonċernati, organizzata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Settembru 2020 mal-membri tal-Forum Ewropew dwar Trasport Marittimu Sostenibbli 15 (ESSF) u l-Forum Ewropew tal-Portijiet 16 (EPF);

Laqgħat regolari tal-grupp ta’ esperti, fil-qafas tas-sottogrupp tal-ESSF dwar enerġija alternattiva sostenibbli għat-tbaħħir.

L-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati kienet kruċjali biex tippermetti lill-Kummissjoni tirfina t-tfassil tal-għażliet ta’ politika kif ukoll biex tivvaluta l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom, tqabbilhom u tiddetermina liema għażla ta’ politika aktarx timmassimizza l-proporzjon benefiċċji/kostijiet għas-soċjetà.

Il-konsultazzjonijiet urew li hemm kunsens fost il-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati dwar l-importanza li jiġi indirizzat l-użu tal-RLFs fit-trasport marittimu, kif ukoll il-problemi speċifiċi identifikati mill-valutazzjoni tal-impatt.

Il-konsultazzjonijiet ikkonfermaw li l-ħames fatturi ewlenin identifikati fil-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt tal-proposta huma rilevanti. Ir-riżultati jissuġġerixxu li l-partijiet ikkonċernati differenti jaqblu li l-kostijiet għoljin tal-fjuwils u tal-investiment, flimkien mal-inċertezza għall-investituri, huma l-aktar ostakli importanti. F’termini ta’ objettivi ta’ politika, jidher li “l-għoti ta’ aktar ċertezza dwar ir-rekwiżiti klimatiċi u ambjentali għall-vapuri li joperaw” huwa l-aktar objettiv ta’ politika importanti fid-dawl tal-partijiet ikkonċernati.

Il-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati esprimew ukoll preferenza għal politika bbażata fuq l-għanijiet milli politika preskrittiva, li taqbel ukoll ma’ rekwiżit ieħor għall-politika espressa mill-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati, in-newtralità teknoloġika. Dwar il-miżuri ta’ politika, l-istabbiliment ta’ perkors regolatorju ċar għad-dekarbonizzazzjoni tal-fjuwils tal-baħar attwali rċieva l-ogħla punteġġi mill-partijiet ikkonċernati. Dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku, ma kien hemm l-ebda preferenza ovvja għall-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku t-tajjeb għall-miżuri. F’termini tal-kejl tal-prestazzjoni ambjentali u ta’ kif l-emissjonijiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-qafas ta’ politika, il-biċċa l-kbira mill-partijiet ikkonċernati jippreferu approċċ “well-to-wake”, billi dan jieħu inkunsiderazzjoni mhux biss l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwil abbord il-vapur, iżda wkoll l-emissjonijiet upstream mill-produzzjoni, mit-trasport u mid-distribuzzjoni tal-fjuwils. Rigward il-vapuri rmiġġati, il-biċċa l-kbira mill-partijiet ikkonċernati jsibu li r-rekwiżiti dwar l-użu tal-provvista tal-enerġija fuq l-art huma rilevanti u meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Sar studju minn kuntrattur estern biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-impatt li tirfed il-proposta. Dan l-istudju tnieda f’Lulju 2020 u ġie konkluż f’Marzu 2021. L-istudju pprovda għarfien siewi lis-servizzi tal-Kummissjoni, b’mod partikolari biex ifasslu l-għażliet ta’ politika, jivvalutaw xi wħud mill-impatti mistennija, u jiġbru l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati affettwati direttament. Is-servizzi tal-Kummissjoni ddependew ukoll mill-appoġġ mogħti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) dwar aspetti tekniċi relatati ma’ din l-inizjattiva.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-miżuri ta’ politika inklużi f’din il-proposta huma infurmati mir-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt [SWD(2021)635] irċieva opinjoni pożittiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni [SEC(2021)562]. Fl-opinjoni tiegħu, il-Bord ipprovda għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tal-argumenti fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew indirizzati; L-Anness 1 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jipprovdi deskrizzjoni fil-qosor ta’ kif sar dan.

Tqiesu tliet għażliet ta’ politika fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt biex jintlaħqu l-objettivi identifikati. Dawn it-tliet għażliet kollha jikkondividu żewġ karatteristiċi ewlenin:

(1)in-natura regolatorja biex tiġi pprovduta ċertezza legali; u

(2)l-fokus fuq l-aspetti min-naħa tad-domanda biex jiġu stimulati l-produzzjoni u l-użu tal-RLFs, biex jiġi indirizzat l-imblokk u tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

L-għażliet ta’ politika pprovdew modi differenti kif jista’ jitfassal l-obbligu, u varjaw b’mod partikolari fl-approċċ tagħhom għall-għażla tat-teknoloġija u l-mod kif tinkiseb il-prestazzjoni meħtieġa.

L-għażla ta’ politika 1 hija mfassla bħala approċċ preskrittiv, li jeħtieġ l-użu ta’ sehem ta’ fjuwils speċifiku/tipi ta’ fjuwils speċifiċi. Din timplika għażla teknoloġika mir-regolatur. Kemm l-għażla ta’ politika 2 kif ukoll 3 huma approċċi bbażati fuq l-għanijiet, li jeħtieġu li kull sena jintlaħaq limitu medju massimu tal-intensità tal-gassijiet serra għall-enerġija użata abbord. Dan iħalli l-għażla tat-teknoloġija f’idejn l-operaturi tas-suq. Barra minn hekk, l-Għażla ta’ politika 3 tinkludi wkoll mekkaniżmi biex jiġu ppremjati dawk li jiksbu riżultati aqwa milli meħtieġ, biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar avvanzati u b’emissjonijiet żero (akkomunament u multiplikaturi għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero) li jnaqqsu kemm is-sustanzi li jniġġsu fl-arja kif ukoll il-gassijiet serra. L-għażliet kollha jeħtieġu li l-vapuri l-aktar niġġiesa fil-portijiet (vapuri tal-kontejners u vapuri tal-passiġġieri) jużaw provvista tal-enerġija fuq l-art (jew teknoloġija ekwivalenti b’emissjonijiet żero).

Wara l-valutazzjoni, l-għażla ta’ politika 3 hija identifikata bħala l-għażla preferuta billi tilħaq l-aħjar bilanċ bejn l-objettivi u l-kostijiet ġenerali tal-implimentazzjoni. Din mhux biss twieġeb il-ħtiġijiet għall-flessibbiltà, li ġew enfasizzati mill-partijiet ikkonċernati matul l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni (b’mod partikolari l-operaturi u l-portijiet), iżda tnaqqas ukoll ir-riskju ta’ lock-in teknoloġiku [u tinċentiva l-adozzjoni bikrija tal-aktar teknoloġiji avvanzati].

Iż-żieda fil-penetrazzjoni tal-RLFs fit-taħlita ta’ fjuwils marittimi se tirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u fl-emissjonijiet tat-tniġġis tal-arja. L-iffrankar relatat fil-kostijiet esterni ġie stmat għal EUR 10 biljun għat-tniġġis tal-arja u għal EUR 138,6 biljun għat-tibdil fil-klima, relattiv mal-linja bażi u espress bħala valur preżenti għall-perjodu 2021-2050. Dawn ġew ikkalkulati fil-valutazzjoni tal-impatt abbażi tal-penetrazzjoni projettata mmudellata ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. L-operaturi tal-vapuri mistennija jiffrankaw madwar EUR 2,3 biljun b’riżultat tal-kostijiet operatorji mnaqqsa (manutenzjoni, ekwipaġġ, eċċ.). Dan it-tnaqqis se jkun immotivat minn attività tat-trasport marittimu kemxejn aktar baxxa meta mqabbla mal-linja bażi. Impatt notevoli addizzjonali kien jikkonċerna l-użu ta’ fjuwils avvanzati u teknoloġiji ta’ propulsjoni, u indirettament l-impatt li għandha fuq l-innovazzjoni. L-inizjattiva hija mistennija tagħti spinta lill-penetrazzjoni ta’ bastimenti li jaħdmu b’ċelloli tal-fjuwil (18,9 %) fil-flotta, kif ukoll lill-propulsjoni elettrika (5,4 %) sal-2050 (meta mqabbla mal-ebda penetrazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji fil-linja bażi).

Il-kost ewlieni li jirriżulta mill-intervent propost jiġġarrab mill-operaturi tal-vapuri u jammonta għal EUR 89,7 biljun. Dan jirriżulta minn żieda fil-kostijiet kapitali (EUR 25,8 biljun) u fil-kostijiet tal-fjuwil (EUR 63,9 biljun). Il-kostijiet indiretti għall-portijiet se jkunu relatati mal-forniment tal-infrastruttura tal-bunkering meħtieġa u huma stmati għal EUR 5,7 biljun. Il-kostijiet amministrattivi għall-operaturi tal-vapuri huma stmati għal EUR 521,7 miljun li jirriżultaw mill-ġbir ta’ data, mis-sottomissjoni u l-verifika tal-pjanijiet ta’ konformità u tar-rapport annwali dwar l-enerġija, mill-kooperazzjoni matul l-awditi u mill-ispezzjonijiet, kif ukoll mit-taħriġ tal-ekwipaġġ. Ġew identifikati EUR 1,8 miljun addizzjonali għall-istabbiliment ta’ linji gwida mill-portijiet biex jiġi ggarantit l-immaniġġjar sikur tal-RLFs. Il-kostijiet speċifiċi relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-fjuwil ma setgħux jiġu kkwantifikati. Il-kostijiet tal-infurzar għall-awtoritajiet pubbliċi huma mistennija jkunu limitati (EUR 1,5 miljun) u jiffukaw fuq il-forniment tal-għodod tal-IT meħtieġa għar-rappurtar. Għalhekk, l-għażla ppreferuta tipprovdi benefiċċji netti li jammontaw għal EUR 58,4 biljun tul il-perjodu ta’ żmien tal-inizjattiva.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-għażla preferuta se jkollha implikazzjonijiet baġitarji għall-Kummissjoni. Il-kostijiet mistennija tas-servizzi tal-IT u tal-iżvilupp tas-sistema tal-IT jistgħu jiswew sa EUR 0,5 miljun. Dan huwa bbażat fuq il-kost tat-THETIS-MRV u l-esperjenza b’moduli THETIS-EU eżistenti li jappoġġaw diversi atti leġiżlattivi tal-UE, b’dawn il-kostijiet għall-iżvilupp tal-IT stmati għal EUR 300 000. L-għażla ta’ politika ppreferuta tkun teħtieġ ukoll funzjonalità addizzjonali biex jiġi appoġġat l-akkomunament tal-vapuri għall-konformità. Huwa stmat li din l-għodda addizzjonali tiswa EUR 200 000. L-iżvilupp tal-IT u l-għażliet ta’ akkwist se jkunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-Bord tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u taċ-Ċibersigurtà tal-Kummissjoni Ewropea.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-Kummissjoni se ssegwi l-progress, l-impatti u r-riżultati ta’ din il-proposta permezz ta’ sett ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ/evalwazzjoni. Il-Kummissjoni se tkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi tal-proposta, b’mod partikolari permezz tad-data miġbura kull sena bħala parti mis-sistema ta’ Monitoraġġ, Rappurtar u Evalwazzjoni (MRV) tal-UE.

It-talbiet għal informazzjoni (rapporti, risposti għal stħarriġ) se jkunu bbilanċjati bir-reqqa sabiex ma jitqiegħedx piż addizzjonali fuq il-partijiet ikkonċernati billi jinħolqu talbiet ta’ rappurtar ġodda sproporzjonati.

Ħames snin wara tmiem id-data ta’ implimentazzjoni tal-proposta legali, il-Kummissjoni se tevalwa r-regoli biex tiċċekkja jekk ikunux intlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva. L-evalwazzjoni se tinforma l-proċessi futuri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet biex jiġu żgurati l-aġġustamenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jiddeskrivi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament propost, li jistabbilixxi regoli biex titnaqqas l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapuri li jaslu fi, ikunu fi jew jitilqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-UE, biex jiġi promoss l-iżvilupp armonjuż u l-użu konsistenti ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju madwar l-Unjoni, mingħajr ma jiġu introdotti ostakli għas-suq uniku biex jiġi promoss it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu.

L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni.

L-Artikolu 3 jistipula bosta definizzjonijiet.

L-Artikolu 4 jistabbilixxi l-limitu għall-intensità annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord vapur.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-użu ta’ provvista tal-enerġija fuq l-art jew ta’ enerġija b’emissjonijiet żero waqt l-irmiġġ għal tipi ta’ vapuri speċifiċi u jelenka l-eċċezzjonijiet possibbli.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-prinċipji komuni għall-monitoraġġ tal-konformità.

L-Artikolu 7 jistabbilixxi x’jenħtieġ li jiġi inkluż fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ.

L-Artikolu 8 jelenka s-sitwazzjonijiet li fihom il-pjan ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jiġi emendat.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi l-prinċipji relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-bijofjuwils, tal-bijogass, tal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-fjuwils tal-karbonju riċiklat.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika li għandhom jitwettqu mill-verifikaturi.

L-Artikolu 11 jistabbilixxi l-obbligi u l-prinċipji ġenerali għall-verifikaturi.

L-Artikolu 12 jistipula l-prinċipji ewlenin li għandhom jiġu rrispettati matul il-proċeduri ta’ verifika.

L-Artikolu 13 jistabbilixxi r-regoli dwar l-akkreditamenti tal-verifikaturi għall-attivitajiet li għandhom jitwettqu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 14 jiddefinixxi l-parametri li l-kumpaniji jenħtieġ li jimmonitorjaw u jirreġistraw biex juru l-konformità.

L-Artikolu 15 jistipula l-kompitu għall-verifikaturi b’rabta mal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji.

L-Artikolu 16 jistabbilixxi l-bażi tad-data ta’ konformità u jistabbilixxi l-parametri ewlenin għar-rappurtar.

L-Artikolu 17 jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà, li jippermettu lill-operaturi biex jibbankjaw jew jissellfu, fi ħdan ċertu limitu, surplus ta’ konformità li jippermetti l-konformità.

L-Artikolu 18 jistipula l-prinċipji u l-proċeduri ewlenin għall-akkomunament possibbli tal-bilanċi ta’ konformità.

L-Artikolu 19 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-konformità FuelEU.

L-Artikolu 20 jistabbilixxi l-penali li għandhom jiġġarrbu jekk ma tkunx inkisbet il-konformità.

L-Artikolu 21 jistabbilixxi l-prinċipji għall-allokazzjoni ta’ penali biex jiġu appoġġati l-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu.

L-Artikolu 22 jistabbilixxi l-obbligu li l-vapuri jkollhom ċertifikat tal-konformità FuelEU validu.

L-Artikolu 23 jistabbilixxi r-regoli għall-ispezzjonijiet tal-vapuri.

L-Artikolu 24 jistabbilixxi d-dritt ta’ rieżami tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-kumpaniji.

L-Artikolu 25 jeħtieġ id-deżinjazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 26 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jikkonferixxu setgħat delegati lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

L-Artikolu 27 jistabbilixxi l-proċedura ta’ kumitat għall-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni.

L-Artikolu 28 jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, mill-inqas kull ħames snin.

L-Artikolu 29 jemenda d-Direttiva 2009/16/KE biex iżid iċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU mal-Anness IV tagħha.

L-Artikolu 30 jistabbilixxi d-data tad-dħul fis-seħħ u tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Anness I jiddefinixxi l-formuli u l-metodoloġija għall-istabbiliment tal-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur.

L-Anness II jipprovdi l-lista ta’ valuri prestabbiliti li jistgħu jintużaw biex jiġu ddeterminati l-fatturi ta’ emissjoni użati fil-formula deskritta fl-Anness I.

L-Anness III jipprovdi l-lista ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero li jistgħu jintużaw b’mod alternattiv għall-konnessjoni ma’ provvista tal-enerġija fuq l-art waqt l-irmiġġ, kif ukoll kriterji speċifiċi għall-użu tagħhom.

L-Anness IV jiddefinixxi l-elementi minimi taċ-ċertifikati li għandhom jinħarġu mill-korp maniġerjali tal-port f’każijiet fejn il-vapuri ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mill-provvista tal-enerġija fuq l-art għal raġunijiet ġustifikati.

L-Anness V jiddefinixxi l-formuli għall-istabbiliment tal-bilanċ ta’ konformità tal-vapur u l-penali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

2021/0210 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 17 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 18 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)It-trasport marittimu jirrappreżenta madwar 75 % tal-kummerċ barrani tal-UE u 31 % tal-kummerċ intern tal-UE f’termini ta’ volum. Fl-istess ħin, it-traffiku tal-vapuri lejn jew mill-portijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea jirrappreżenta madwar 11 % tal-emissjonijiet tas-CO2 kollha tal-UE mit-trasport u 3-4 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali tal-UE. 400 miljun passiġġier jimbarkaw jew jiżbarkaw kull sena f’portijiet tal-Istati Membri, inklużi madwar 14-il miljun fuq vapuri tal-kruċiera. Għalhekk, it-trasport marittimu huwa komponent essenzjali tas-sistema ta’ trasport tal-Ewropa u għandu rwol kritiku għall-ekonomija Ewropea. Is-suq tat-trasport marittimu huwa soġġett għal kompetizzjoni qawwija bejn atturi ekonomiċi fl-Unjoni u lil hinn minnha, li għalihom huma indispensabbli kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. L-istabbiltà u l-prosperità tas-suq tat-trasport marittimu u tal-atturi ekonomiċi tiegħu jiddependu minn qafas ta’ politika ċar u armonizzat fejn l-operaturi fit-trasport marittimu, il-portijiet u atturi oħra fis-settur jistgħu joperaw abbażi ta’ opportunitajiet indaqs. Fejn iseħħu distorsjonijiet tas-suq, dawn jirriskjaw li jqiegħdu lill-operaturi tal-vapuri jew lill-portijiet fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri fis-settur tat-trasport marittimu jew f’setturi oħra tat-trasport. Min-naħa tiegħu, dan jista’ jirriżulta f’telf ta’ kompetittività tal-industrija tat-trasport marittimu, u f’telf ta’ konnettività għaċ-ċittadini u għan-negozji

(2)Biex jissaħħaħ l-impenn klimatiku tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi u jiġu stabbiliti l-passi li għandhom jittieħdu biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, u biex l-impenn politiku jissarraf f’obbligu legali, il-Kummissjoni adottat il-proposta (emendata) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) 19 , kif ukoll il-Komunikazzjoni “It-Tisħiħ tal-Ambizzjoni Klimatika tal-Ewropa għall-2030” 20 . Dan jintegra wkoll il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) b’mill-inqas 55 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Għaldaqstant, huma meħtieġa diversi strumenti ta’ politika komplementari biex jiġi mmotivat l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju prodotti b’mod sostenibbli, inklużi fis-settur tat-trasport marittimu. L-iżvilupp u l-varar tat-teknoloġija meħtieġa jridu jseħħu sal-2030 biex minn hemm ’il quddiem issir tħejjija għal bidla ħafna aktar rapida.

(3)Fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-fjuwils lejn fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u sorsi alternattivi tal-enerġija, huwa essenzjali li jiġu żgurati l-funzjonament xieraq u l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport marittimu tal-UE fir-rigward tal-fjuwils tal-baħar, li jirrappreżentaw sehem sostanzjali mill-kostijiet tal-operaturi tal-vapuri. Id-differenzi fir-rekwiżiti tal-fjuwils madwar l-Istati Membri tal-Unjoni jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prestazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-vapuri u jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq. Minħabba n-natura internazzjonali tat-tbaħħir, l-operaturi tal-vapuri jistgħu jwettqu bunkering faċilment f’pajjiżi terzi u jittrasportaw ammonti kbar ta’ fjuwil. Dan jista’ jwassal għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għal effetti detrimentali fuq il-kompetittività tas-settur jekk id-disponibbiltà ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-portijiet marittimi taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru ma tkunx akkumpanjata minn rekwiżiti għall-użu tagħhom li japplikaw għall-operaturi kollha tal-vapuri li jkunu qed jaslu u jitilqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri biex jiġi żgurat li l-penetrazzjoni tal-fjuwils rinnovabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-suq tal-fjuwils tal-baħar isseħħ skont il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport marittimu tal-UE.

(4)Sabiex jiġi prodott effett fuq l-attivitajiet kollha tas-settur tat-trasport marittimu, jixraq li dan ir-Regolament ikopri sehem mill-vjaġġi bejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz. Dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk japplika għal nofs l-enerġija użata minn vapur li jwettaq vjaġġi li jaslu f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru minn port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, nofs l-enerġija użata minn vapur li jwettaq vjaġġi li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, l-enerġija kollha użata minn vapur li jwettaq vjaġġi li jaslu f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u l-enerġija użata waqt l-irmiġġ f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Din il-kopertura ta’ sehem mill-enerġija użata minn vapur fi vjaġġi kemm deħlin kif ukoll ħerġin bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi tiżgura l-effettività ta’ dan ir-Regolament, inkluż billi żżid l-impatt pożittiv fuq l-ambjent ta’ dan il-qafas. Fl-istess ħin, dan il-qafas jillimita r-riskju ta’ waqfiet evażivi f’port u r-riskju ta’ delokalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ trażbord barra mill-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati tħaddim mingħajr xkiel tat-traffiku marittimu, kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fost l-operaturi tat-trasport marittimu u fost il-portijiet, u jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq intern, il-vjaġġi kollha li jaslu jew jitilqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri, kif ukoll is-soġġorn ta’ vapuri f’dawk il-portijiet jenħtieġ li jkunu koperti minn regoli uniformi li jinsabu f’dan ir-Regolament.

(5)Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw b’mod mhux diskriminatorju għall-vapuri kollha, irrispettivament mill-bandiera tagħhom. Għal raġunijiet ta’ koerenza mar-regoli tal-Unjoni u dawk internazzjonali fil-qasam tat-trasport marittimu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri li jaqbdu l-ħut jew li jipproċessaw il-ħut, jew vapuri tal-Istat li jintużaw għal skopijiet mhux kummerċjali.

(6)Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun il-kumpanija tat-tbaħħir, iddefinita bħala sid il-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur ta’ vapur mingħajr ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur minn sid il-vapur u li, meta jassumi din ir-responsabbiltà, ikun qabel li jassumi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis. Din id-definizzjoni hija bbażata fuq id-definizzjoni ta’ “kumpanija” fl-Artikolu 3, il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , u f’konformità mas-sistema globali għall-ġbir ta’ data stabbilita fl-2016 mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). F’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, il-kumpanija tat-tbaħħir, permezz ta’ arranġament kuntrattwali, tista’ żżomm lill-entità li tkun direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet li jaffettwaw l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata mill-vapur responsabbli għall-kostijiet ta’ konformità skont dan ir-Regolament. Din l-entità normalment tkun l-entità responsabbli għall-għażla tal-fjuwil, tar-rotta u tal-veloċità tal-vapur.

(7)Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, b’mod partikolari dak ta’ operaturi iżgħar, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal vapuri tal-injam b’binja primittiva u għal vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi, u jiffoka fuq vapuri b’tunnellaġġ gross ogħla minn 5 000. Għalkemm dawn il-vapuri tal-aħħar jirrappreżentaw biss madwar 55 % mill-vapuri kollha li jidħlu fil-portijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma responsabbli għal 90 % tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) mis-settur marittimu.

(8)L-iżvilupp u l-użu ta’ fjuwils u soluzzjonijiet tal-enerġija ġodda jeħtieġu approċċ koordinat biex ikun hemm qbil bejn il-provvista, id-domanda u l-forniment ta’ infrastruttura ta’ distribuzzjoni xierqa. Filwaqt li l-qafas regolatorju Ewropew attwali diġà jindirizza parzjalment il-produzzjoni tal-fjuwil bid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 u d-distribuzzjoni bid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 , hija meħtieġa wkoll għodda li tistabbilixxi livelli dejjem jiżdiedu ta’ domanda għal fjuwils marittimi rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

(9)Filwaqt li strumenti bħall-ipprezzar tal-karbonju jew miri dwar l-intensità tal-karbonju ta’ attività jippromwovu titjib fl-effiċjenza enerġetika, dawn mhumiex adattati biex iwasslu għal bidla sinifikanti lejn fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fuq terminu qasir u medju. Għalhekk huwa meħtieġ approċċ regolatorju speċifiku ddedikat għall-użu ta’ fjuwils tal-baħar rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija, bħar-riħ jew l-elettriku.

(10)L-intervent ta’ politika biex tiġi stimulata d-domanda għal fjuwils marittimi rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għanijiet u jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti fuq l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord mill-vapuri mingħajr ma jiġi preskritt l-użu ta’ kwalunkwe fjuwil jew teknoloġija partikolari.

(11)Jenħtieġ li jiġi promoss l-iżvilupp u l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju b’potenzjal għoli għal sostenibbiltà, maturità kummerċjali u potenzjal għoli għall-innovazzjoni u t-tkabbir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri. Dan se jappoġġa l-ħolqien ta’ swieq tal-fjuwils innovattivi u kompetittivi u jiżgura provvista suffiċjenti ta’ fjuwils marittimi sostenibbli fit-terminu qasir u fit-tul, biex jikkontribwixxi għall-ambizzjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport tal-Unjoni filwaqt li jsaħħaħ l-isforzi tal-Unjoni lejn livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jkunu eliġibbli l-fjuwils marittimi sostenibbli prodotti mill-materja prima elenkata fil-Partijiet A u B tal-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif ukoll il-fjuwils marittimi sintetiċi. B’mod partikolari, il-fjuwils marittimi sostenibbli prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001 huma essenzjali, billi attwalment huma l-aktar teknoloġija kummerċjalment matura għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu fit-terminu qasir.

(12)Tibdil indirett fl-użu tal-art iseħħ meta l-kultivazzjoni tal-għelejjel għall-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa tieħu post il-produzzjoni tradizzjonali tal-għelejjel għal skopijiet ta’ ikel u għalf. Din id-domanda addizzjonali żżid il-pressjoni fuq l-art u tista’ twassal għall-estensjoni tal-art agrikola f’żoni b’ħażna għolja ta’ karbonju, bħal foresti, artijiet mistagħdra u torbiera, li jikkawża emissjonijiet addizzjonali ta’ gassijiet serra u telfien tal-bijodiversità. Ir-riċerka wriet li l-iskala tal-effett tiddependi minn varjetà ta’ fatturi, inkluż it-tip ta’ materja prima użata għall-produzzjoni tal-fjuwil, il-livell ta’ domanda addizzjonali għal materja prima skattata mill-użu ta’ bijofjuwils, bijolikwidi u fjuwils tal-bijomassa, u l-punt sa fejn l-art b’ħażna ta’ karbonju għolja hija protetta madwar id-dinja. Il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkawżat minn bidla indiretta fl-użu tal-art ma jistax jiġi ddeterminat b’mod inekwivoku bil-livell ta’ preċiżjoni meħtieġ għall-istabbiliment tal-fatturi ta’ emissjoni meħtieġa mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Madankollu, hemm evidenza li l-fjuwils kollha prodotti mill-materja prima jikkawżaw tibdil indirett fl-użu tal-art f’diversi gradi. Minbarra l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra marbuta mat-tibdil indirett fl-użu tal-art – li huma kapaċi jeliminaw xi ffrankar, jew l-iffrankar kollu, ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ bijofjuwils, bijolikwidi jew fjuwils tal-bijomassa individwali – it-tibdil indirett fl-użu tal-art jippreżenta riskji għall-bijodiversità. Dan ir-riskju huwa partikolarment serju b’rabta ma’ espansjoni potenzjalment kbira tal-produzzjoni ddeterminata minn żieda sinifikanti fid-domanda. Għaldaqstant, jenħtieġ li ma jiġux promossi fjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-għalf u tal-ikel. Id-Direttiva (UE) 2018/2001 diġà tillimita u tistabbilixxi limitu massimu fuq il-kontribut ta’ dawn il-bijofjuwils, bijolikwidi u bijomassa għall-miri tal-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija, meta jitqiesu l-benefiċċji ambjentali aktar baxxi tagħhom, il-prestazzjoni aktar baxxa f’termini ta’ potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u tħassib usa’ dwar is-sostenibbiltà.

(13)Madankollu, dan l-approċċ irid ikun aktar strett fis-settur marittimu. Is-settur marittimu attwalment għandu livelli insinifikanti ta’ domanda għall-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa mill-għalf u minn kultivazzjonijiet alimentari, billi aktar minn 99 % mill-fjuwils tal-baħar użati attwalment huma ta’ oriġini fossili. Għalhekk, in-nuqqas ta’ eliġibbiltà ta’ fjuwils mill-għalf u minn kultivazzjonijiet alimentari skont dan ir-Regolament jimminimizza wkoll kwalunkwe riskju ta’ tnaqqis fir-ritmu tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, li jista’ jirriżulta b’mod ieħor minn trasferiment ta’ bijofjuwils minn kultivazzjonijiet alimentari mit-toroq għas-settur marittimu. Huwa essenzjali li jiġi mminimizzat dan it-trasferiment, peress li t-trasport bit-triq attwalment għadu bil-bosta l-aktar settur tat-trasport li jniġġes u t-trasport marittimu attwalment juża, b’mod predominanti, fjuwils ta’ oriġini fossili. Għalhekk huwa xieraq li jiġi evitat il-ħolqien ta’ domanda potenzjalment kbira ta’ bijofjuwils, bijolikwidi u bijomassa mill-għalf u minn kultivazzjonijiet alimentari billi jiġi promoss l-użu tagħhom skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, l-emissjonijiet addizzjonali ta’ gassijiet serra u t-telfien tal-bijodiversità kkawżati mit-tipi kollha ta’ fjuwils ibbażati fuq l-għelejjel tal-għalf u tal-ikel jeħtieġu li dawn il-fjuwils jitqiesu li għandhom l-istess fatturi ta’ emissjoni bħall-perkors l-inqas favorevoli.

(14)Iż-żminijiet twal assoċjati mal-iżvilupp u l-użu ta’ fjuwils u soluzzjonijiet tal-enerġija ġodda għat-trasport marittimu jeħtieġu azzjoni rapida u l-istabbiliment ta’ qafas regolatorju fit-tul ċar u prevedibbli li jiffaċilita l-ippjanar u l-investiment mill-partijiet ikkonċernati kollha kkonċernati. Qafas regolatorju fit-tul ċar u stabbli jiffaċilita l-iżvilupp u l-użu ta’ fjuwils u soluzzjonijiet tal-enerġija ġodda għat-trasport marittimu, u jħeġġeġ l-investiment mill-partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li dan il-qafas jiddefinixxi l-limiti għall-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord mill-vapuri sal-2050. Jenħtieġ li dawk il-limiti jsiru aktar ambizzjużi maż-żmien biex jirriflettu l-iżvilupp teknoloġiku mistenni u ż-żieda fil-produzzjoni ta’ fjuwils tal-baħar rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

(15)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-metodoloġija u l-formula li jenħtieġ li japplikaw biex tiġi kkalkulata l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur. Jenħtieġ li din il-formula tkun ibbażata fuq il-konsum tal-fjuwil irrappurtat mill-vapuri u tqis il-fatturi ta’ emissjoni rilevanti ta’ dawn il-fjuwils. Jenħtieġ li l-użu ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija, bħar-riħ jew l-elettriku, jiġi rifless ukoll fil-metodoloġija.

(16)Sabiex tingħata stampa aktar sħiħa tal-prestazzjoni ambjentali tad-diversi sorsi tal-enerġija, jenħtieġ li l-prestazzjoni tal-gassijiet serra tal-fjuwils tiġi vvalutata fuq bażi well-to-wake, billi jitqiesu l-impatti tal-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija abbord. Dan għandu l-għan li jinċentiva t-teknoloġiji u l-perkorsi ta’ produzzjoni li jipprovdu impronta tal-gassijiet serra aktar baxxa u benefiċċji reali meta mqabbla mal-fjuwils konvenzjonali eżistenti.

(17)Jenħtieġ li l-prestazzjoni well-to-wake tal-fjuwils marittimi rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tiġi stabbilita permezz ta’ fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti jew attwali u ċċertifikati li jkopru l-emissjonijiet well-to-tank u tank-to-wake. Madankollu, jenħtieġ li l-prestazzjoni tal-fjuwils fossili tiġi vvalutata biss permezz tal-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti kif previst f’dan ir-Regolament.

(18)Huwa meħtieġ approċċ komprensiv għall-emissjonijiet l-aktar rilevanti ta’ gassijiet serra kollha (CO2, CH4 u N2O) biex jiġi promoss l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija li jipproduċu impronta globali ta’ gassijiet serra aktar baxxa. Għalhekk, sabiex jiġi rifless il-potenzjal ta’ tisħin globali tal-metan u tal-ossidi nitrużi, jenħtieġ li l-limitu stabbilit minn dan ir-Regolament jiġi espress f’termini ta’ “ekwivalent ta’ CO2”.

(19)L-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ propulsjoni alternattiva, bħall-enerġija mir-riħ u mix-xemx, inaqqas ħafna l-intensità tal-gassijiet serra tal-użu ġenerali tal-enerġija tal-vapur. Jenħtieġ li d-diffikultà biex dawn is-sorsi ta’ enerġija jitkejlu u jiġu kkwantifikati b’mod preċiż (intermittenza tal-użu tal-enerġija, trasferiment dirett bħala propulsjoni, eċċ.) ma xxekkilx ir-rikonoxximent tagħhom fl-użu ġenerali tal-enerġija mill-vapur permezz ta’ approssimazzjonijiet tal-kontribut tagħhom għall-bilanċ tal-enerġija tal-vapur.

(20)It-tniġġis tal-arja prodott mill-vapuri (ossidi tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u materja partikolata) waqt l-irmiġġ huwa ta’ tħassib sinifikanti għaż-żoni kostali u għall-bliet portwarji. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu imposti obbligi speċifiċi u stretti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet waqt l-irmiġġ minn vapuri li jieħdu l-enerġija mill-magni tagħhom matul is-soġġorn tagħhom fil-port. Skont id-data miġbura fil-qafas tar-Regolament (UE) 2015/757 fl-2018, il-vapuri tal-passiġġieri u l-vapuri tal-kontejners huma l-kategoriji ta’ vapuri li jipproduċu l-ogħla ammont ta’ emissjonijiet għal kull vapur irmiġġat. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emissjonijiet minn dawn il-kategoriji ta’ vapuri jiġu indirizzati bħala prijorità.

(21)L-użu ta’ provvista tal-enerġija fuq l-art (OPS) inaqqas it-tniġġis tal-arja prodott mill-vapuri u jnaqqas ukoll l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġġenerati mit-trasport marittimu. L-OPS jirrappreżenta provvista tal-enerġija dejjem aktar nadifa disponibbli għall-vapuri rmiġġati, fid-dawl tas-sehem dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-elettriku tal-UE. Filwaqt li huwa biss il-forniment ta’ punti ta’ konnessjoni tal-OPS li huwa kopert mid-Direttiva 2014/94/UE (id-Direttiva dwar Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi – AFD), id-domanda għal u, b’riżultat ta’ dan, l-użu ta’ din it-teknoloġija baqa’ limitat. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi biex jiġi awtorizzat l-użu tal-OPS mill-vapuri l-aktar niġġiesa.

(22)Minbarra l-OPS, teknoloġiji oħra jistgħu jkunu kapaċi joffru benefiċċji ambjentali ekwivalenti fil-portijiet. Meta jintwera li l-użu ta’ teknoloġija alternattiva huwa ekwivalenti għall-użu tal-OPS, jenħtieġ li vapur ikun eżentat milli juża l-OPS.

(23)Jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll eċċezzjonijiet għall-użu tal-OPS għal għadd ta’ raġunijiet oġġettivi, iċċertifikati mill-korp maniġerjali tal-port tal-waqfa u limitati għal waqfiet mhux skedati f’port għal raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ salvataġġ tal-ħajja fuq il-baħar, għal soġġorni qosra ta’ vapuri rmiġġati ta’ inqas minn sagħtejn, peress li dan huwa l-ħin minimu meħtieġ għall-konnessjoni, u għall-użu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija abbord f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

(24)Jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà jew ta’ inkompatibbiltà tal-OPS ikunu limitati wara li l-operaturi tal-vapuri u tal-portijiet ikunu ngħataw biżżejjed żmien biex jagħmlu l-investimenti meħtieġa, sabiex jiġu pprovduti l-inċentivi meħtieġa għal dawk l-investimenti u tiġi evitata kompetizzjoni inġusta. Mill-2035, jenħtieġ li l-operaturi tal-vapuri jippjanaw bir-reqqa l-waqfiet tagħhom f’port biex jiżguraw li jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom mingħajr l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja u ta’ gassijiet serra waqt l-irmiġġ, u b’hekk jikkompromettu l-ambjent fiż-żoni kostali u fil-bliet b’portijiet. Jenħtieġ li jinżamm għadd limitat ta’ eċċezzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà jew ta’ inkompatibbiltà tal-OPS, sabiex tingħata l-possibbiltà ta’ bidliet okkażjonali tal-aħħar minuta fl-iskedi tal-waqfiet f’port u ta’ waqfiet f’portijiet b’tagħmir inkompatibbli.

(25)Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema robusta ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika permezz ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi traċċata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu. Jenħtieġ li din is-sistema tapplika b’mod mhux diskriminatorju għall-vapuri kollha u teħtieġ verifika minn parti terza biex tiġi żgurata l-akkuratezza tad-data sottomessa fi ħdan din is-sistema. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li kwalunkwe data diġà rrappurtata għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/757 tintuża, fejn ikun meħtieġ, biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv impost fuq il-kumpaniji, il-verifikaturi u l-awtoritajiet marittimi.

(26)Jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu responsabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-ammont u t-tip ta’ enerġija użata abbord minn vapuri fin-navigazzjoni u rmiġġati, kif ukoll informazzjoni rilevanti oħra, bħal informazzjoni dwar it-tip ta’ magna abbord jew il-preżenza ta’ teknoloġiji ta’ assistenza mir-riħ, bil-għan li tintwera l-konformità mal-limitu fuq l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur stipulat minn dan ir-Regolament. Biex jiġi ffaċilitat l-issodisfar ta’ dawn l-obbligi ta’ monitoraġġ u rappurtar u l-proċess ta’ verifika mill-verifikaturi, b’mod simili għar-Regolament (UE) 2015/757, jenħtieġ li l-kumpaniji jiddokumentaw il-metodu ta’ monitoraġġ previst u jipprovdu aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dan ir-Regolament fi pjan ta’ monitoraġġ. Jenħtieġ li l-pjan ta’ monitoraġġ, kif ukoll il-modifiki sussegwenti tiegħu, jekk ikun applikabbli, jiġu sottomessi lill-verifikatur.

(27)Iċ-ċertifikazzjoni tal-fjuwils hija essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi ggarantita l-integrità ambjentali tal-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li huma mistennija jintużaw fis-settur marittimu. Din iċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li ssir permezz ta’ proċedura trasparenti u mhux diskriminatorja. Bil-għan li tiġi ffaċilitata ċ-ċertifikazzjoni u li jiġi limitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tal-bijofjuwils, tal-bijogass, tal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-fjuwils tal-karbonju riċiklat tiddependi mir-regoli stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2018/2001. Jenħtieġ li dan l-approċċ ta’ ċertifikazzjoni japplika wkoll għall-bunkering ta’ fjuwils barra mill-Unjoni, li jenħtieġ li jitqiesu bħala fjuwils importati, b’mod simili għad-Direttiva (UE) 2018/2001. Meta l-kumpaniji jkunu biħsiebhom jitbiegħdu mill-valuri prestabbiliti previsti minn dik id-Direttiva jew minn dan il-qafas il-ġdid, jenħtieġ li dan isir biss meta l-valuri jkunu jistgħu jiġu ċċertifikati minn waħda mill-iskemi volontarji rikonoxxuti skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 (għall-valuri well-to-tank) jew permezz ta’ ttestjar fil-laboratorju jew kejl dirett tal-emissjonijiet (tank-to-wake).

(28)Jenħtieġ li l-verifika minn verifikaturi akkreditati tiżgura l-akkuratezza u l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rappurtar mill-kumpaniji, kif ukoll il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità, jenħtieġ li l-verifikaturi jkunu entitajiet ġuridiċi indipendenti u kompetenti u jenħtieġ li jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali ta’ akkreditament stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 .

(29)Abbażi tad-data u l-informazzjoni mmonitorjati u rrappurtati mill-kumpaniji, jenħtieġ li l-verifikaturi jikkalkulaw u jistabbilixxu l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur u l-bilanċ tal-vapur fir-rigward tal-limitu, inkluż kwalunkwe surplus jew defiċit ta’ konformità, kif ukoll ir-rispett tar-rekwiżiti għall-użu tal-provvista tal-enerġija fuq l-art waqt l-irmiġġ. Jenħtieġ li l-verifikatur jinnotifika din l-informazzjoni lill-kumpanija kkonċernata. Meta l-verifikatur ikun l-istess entità bħall-verifikatur għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/757, din in-notifika tista’ ssir flimkien mar-rapport ta’ verifika skont dak ir-Regolament. Jenħtieġ li mbagħad din l-informazzjoni tiġi rrappurtata mill-kumpanija kkonċernata lill-Kummissjoni.

(30)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tiżgura l-funzjonament ta’ bażi tad-data elettronika li tirreġistra l-prestazzjoni ta’ kull vapur u tiżgura l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rappurtar u jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-kumpaniji, il-verifikaturi u utenti oħra, jenħtieġ li din il-bażi tad-data elettronika tibni fuq il-modulu THETIS-MRV eżistenti u tieħu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li terġa’ tintuża l-informazzjoni u d-data miġbura għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/757.

(31)Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tkun tiddependi minn elementi li jistgħu ma jkunux fil-kontroll tal-kumpanija, bħal kwistjonijiet relatati mad-disponibbiltà tal-fjuwil jew mal-kwalità tal-fjuwil. Għalhekk, jenħtieġ li l-kumpaniji jingħataw il-flessibbiltà li jirriportaw surplus ta’ konformità minn sena għal oħra jew li, fi ħdan ċerti limiti, jissellfu antiċipu ta’ surplus ta’ konformità mis-sena sussegwenti. Billi huwa ta’ importanza kbira għall-kwalità tal-arja lokali fil-bliet b’portijiet u fiż-żoni kostali, jenħtieġ li l-użu tal-OPS fl-irmiġġ ma jkunx eliġibbli għal dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà simili.

(32)Sabiex jiġi evitat il-lock-in teknoloġiku u biex ikompli jiġi appoġġat l-użu tal-aktar soluzzjonijiet bi prestazzjoni tajba, jenħtieġ li l-kumpaniji jitħallew jiġbru flimkien il-prestazzjonijiet ta’ vapuri differenti u jużaw il-prestazzjoni żejda possibbli ta’ vapur wieħed biex jikkumpensaw għall-prestazzjoni insuffiċjenti ta’ vapur ieħor. Dan joħloq il-possibbiltà li tiġi ppremjata l-konformità żejda u jinċentiva l-investiment f’teknoloġiji aktar avvanzati. Jenħtieġ li l-possibbiltà ta’ għażla ta’ akkomunament tal-konformità tibqa’ volontarja u soġġetta għall-qbil tal-kumpaniji kkonċernati.

(33)Dokument ta’ konformità (“ċertifikat tal-konformità FuelEU”) maħruġ minn verifikatur skont il-proċeduri stabbiliti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jinżamm abbord il-vapuri bħala evidenza ta’ konformità mal-limiti fuq l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur, skont ir-rekwiżiti dwar l-użu ta’ OPS waqt l-irmiġġ. Jenħtieġ li l-verifikaturi jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħruġ ta’ dawn id-dokumenti.

(34)L-għadd ta’ waqfiet mhux konformi f’port jenħtieġ li jiġi ddeterminat minn verifikaturi f’konformità ma’ sett ta’ kriterji ċari u oġġettivi bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi l-ħin tas-soġġorn, l-ammont ta’ kull tip u enerġija kkunsmata, u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe kundizzjoni ta’ esklużjoni, għal kull waqfa f’port fl-Unjoni. Din l-informazzjoni jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-verifikaturi mill-kumpaniji għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità.

(35)Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ konformità permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà u ta’ akkomunament, il-vapuri li ma jissodisfawx l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord għandhom ikunu soġġetti għal penali li jkollhom effett dissważiv. Il-penali jenħtieġ li jkunu proporzjonati man-nuqqas ta’ konformità u telimina kwalunkwe vantaġġ ekonomiku tan-nuqqas ta’ konformità, u b’hekk jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-settur. Jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-ammont u l-kost tal-fjuwil rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li l-vapuri kien imisshom użaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament.

(36)Il-penali imposti għal kull waqfa mhux konformi f’port jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-kost tal-użu tal-elettriku u f’livell suffiċjenti biex ikollhom effett dissważiv mill-użu ta’ sorsi ta’ enerġija aktar niġġiesa. Il-penali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kapaċità installata abbord il-bastiment, espressa f’megawatts, immultiplikata b’piena fissa f’EUR għal kull siegħa ta’ soġġorn fl-irmiġġ. Minħabba n-nuqqas ta’ ċifri preċiżi dwar il-kost tal-forniment ta’ OPS fl-Unjoni, din ir-rata jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prezz medju tal-elettriku tal-UE għall-konsumaturi mhux domestiċi mmultiplikat b’fattur ta’ tnejn, biex jittieħed kont ta’ imposti oħra relatati mal-forniment tas-servizz, inklużi fost l-oħrajn il-kostijiet tal-konnessjoni u l-irkupru tal-investiment.

(37)Id-dħul iġġenerat mill-ħlas ta’ penali jenħtieġ li jintuża biex jippromwovi d-distribuzzjoni u l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu u biex jgħin lill-operaturi marittimi jilħqu l-għanijiet klimatiċi u ambjentali tagħhom. Għal dan il-għan, dan id-dħul jenħtieġ li jiġi allokat lill-Fond għall-Innovazzjoni msemmi fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(38)L-infurzar tal-obbligi relatati ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq strumenti eżistenti, jiġifieri dawk stabbiliti skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 u d-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 . Id-dokument li jikkonferma l-konformità tal-vapur mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżdied mal-lista ta’ ċertifikati u dokumenti msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/16/KE.

(39)Minħabba l-importanza tal-konsegwenzi li jista’ jkollhom il-miżuri meħuda mill-verifikaturi skont dan ir-Regolament għall-kumpaniji kkonċernati, b’mod partikolari rigward id-determinazzjoni ta’ waqfiet mhux konformi f’port, il-kalkolu tal-ammonti ta’ penali u r-rifjut li jinħareġ ċertifikat tal-konformità FuelEU, dawk il-kumpaniji jenħtieġ li jkunu intitolati japplikaw għal rieżami ta’ dawn il-miżuri mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun ġie akkreditat il-verifikatur. Fid-dawl tad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv, minqux fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti u mill-korpi maniġerjali tal-port skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rimedju ġudizzjarju, imwettaq f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

(40)Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni permezz tal-funzjonament effiċjenti ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista ta’ fatturi tal-emissjoni well-to-wake, tal-emenda tal-lista tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero applikabbli jew tal-kriterji għall-użu tagħhom, biex jiġu stabbiliti r-regoli dwar it-twettiq tal-ittestjar fil-laboratorju u l-kejl dirett tal-emissjonijiet, l-adattament tal-fattur ta’ penali, l-akkreditament tal-verifikaturi, l-adattament tal-fattur ta’ penali, u l-modalitajiet għall-ħlas tal-penali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(41)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 . Meta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ikunu qed jiġu stabbiliti l-mudelli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati, inklużi r-regoli tekniċi għall-applikazzjoni uniformi tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li terġa’ tuża l-informazzjoni u d-data miġbura għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/757.

(42)Minħabba d-dimensjoni internazzjonali tas-settur marittimu, huwa preferibbli approċċ globali għal-limitazzjoni tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata mill-vapuri, billi dan jista’ jitqies bħala aktar effettiv minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tiegħu. F’dan il-kuntest, u bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ regoli internazzjonali fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkondividi informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mal-IMO u ma’ korpi internazzjonali rilevanti oħra, u jenħtieġ li jsiru s-sottomissjonijiet rilevanti lill-IMO. Meta jintlaħaq ftehim dwar approċċ globali dwar kwistjonijiet ta’ rilevanza għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina dan ir-Regolament bl-għan li tallinjah, fejn ikun xieraq, mar-regoli internazzjonali.

(43)L-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija minn vapuri li jaslu fi, jkunu fi jew jitilqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru madwar l-Unjoni, mhuwiex objettiv li jista’ jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri mingħajr ma jirriskjaw li jintroduċu ostakli għas-suq intern u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-portijiet u bejn l-operaturi marittimi. Dan l-objettiv jista’ jintlaħaq aħjar billi jiġu introdotti regoli uniformi fil-livell tal-Unjoni li joħolqu inċentivi ekonomiċi għall-operaturi marittimi biex ikomplu joperaw mingħajr tfixkil filwaqt li jissodisfaw l-obbligi dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Għaldaqstant, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Objettivi u għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jimponu:

(a) il-limitu fuq l-intensità tal-gassijiet serra (“GHG”) tal-enerġija użata abbord minn vapur li jasal, ikun fi jew jitlaq minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u

(b) l-obbligu li tintuża provvista tal-enerġija fuq l-art jew teknoloġija b’emissjonijiet żero fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru,

sabiex jiżdied l-użu konsistenti ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija madwar l-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat tħaddim mingħajr xkiel tat-traffiku marittimu u jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq intern.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-vapuri kollha b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 5000, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, fir-rigward:

(a) tal-enerġija użata matul is-soġġorn tagħhom f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru,

(b) tal-enerġija kollha użata fuq vjaġġi minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru lejn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u

(c) ta’ nofs l-enerġija użata fuq vjaġġi li jitilqu minn jew li jaslu f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, fejn l-aħħar port tal-waqfa jew dak sussegwenti jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri li jaqbdu l-ħut jew vapuri li jipproċessaw il-ħut, vapuri tal-injam b’binja primittiva, vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi, jew vapuri tal-Istat li jintużaw għal skopijiet mhux kummerċjali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser ir-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju (CO2), tal-metan (CH4) u ta’ ossidi nitrużi (N2O) fl-atmosfera;

(b)“bijofjuwils” tfisser bijofjuwils kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (33) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(c)“bijogass” tfisser bijogass kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (28) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(d)“fjuwils tal-karbonju riċiklat” tfisser fjuwils tal-karbonju riċiklat kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (35) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(e)“fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika” tfisser fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(f)“għelejjel tal-ikel u tal-għalf” tfisser għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (40) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(g)“teknoloġija b’emissjonijiet żero” tfisser teknoloġija li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III li ma timplikax ir-rilaxx fl-atmosfera tal-gassijiet serra u s-sustanzi li jniġġsu fl-arja li ġejjin mill-vapuri: id-diossidu tal-karbonju (CO2), il-metan (CH4), l-ossidi nitrużi (N2O), l-ossidi tal-kubrit (SOx), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-materja partikolata (PM);

(h)“sorsi alternattivi tal-enerġija” tfisser enerġija rinnovabbli mir-riħ jew mix-xemx iġġenerata abbord jew elettriku fornut minn provvista tal-enerġija fuq l-art;

(i)“port tal-waqfa” tfisser port tal-waqfa kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2015/757;

(j)“vjaġġ” tfisser vjaġġ kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2015/757;

(k)“kumpanija” tfisser kumpanija kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2015/757;

(l)“tunnellaġġ gross” (GT) tfisser GT kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2015/757;

(m)“vapur irmiġġat” tfisser vapur irmiġġat kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (n) tar-Regolament (UE) 2015/757;

(n)“użu tal-enerġija abbord” tfisser l-ammont ta’ enerġija, espress f’mega joules (MJ), użat minn vapur għall-propulsjoni u għat-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir abbord, fuq il-baħar jew fl-irmiġġ;

(o)“intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord” tfisser l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, espress fi grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 stabbiliti fuq bażi well-to-wake, għal kull MJ ta’ enerġija użata abbord;

(p)“well-to-wake” tfisser metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet li jieħu inkunsiderazzjoni l-impatt tal-gassijiet serra tal-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija abbord, inkluż matul il-kombustjoni;

(q)“fattur ta’ emissjoni” tfisser ir-rata ta’ emissjoni medja ta’ gass serra relattiva għad-data dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn sors, bil-preżunzjoni ta’ ossidazzjoni kompleta għall-kombustjoni u ta’ konverżjoni kompleta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;

(r)“provvista tal-enerġija fuq l-art” tfisser is-sistema ta’ provvista tal-elettriku lill-vapuri rmiġġati, b’voltaġġ baxx jew għoli u b’kurrent alternat jew dirett, inklużi installazzjonijiet fuq in-naħa tal-vapur u fuq ix-xatt, meta tkun qed tiġi alimentata direttament l-iswiċċbord ta’ distribuzzjoni ewlenija tal-vapur biex tingħata enerġija lit-tagħbijiet tal-lukanda u tas-servizz, jew biex jiġu ċċarġjati l-batteriji sekondarji;

(s)“verifikatur” tfisser entità ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika, li tiġi akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament;

(t)“perjodu ta’ rappurtar” tfisser perjodu ta’ rappurtar kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (m) tar-Regolament (UE) 2015/757;

(u)“ċertifikat tal-konformità FuelEU” tfisser ċertifikat speċifiku għal vapur, maħruġ lil kumpanija minn verifikatur, li jikkonferma li dak il-vapur ikun ikkonforma ma’ dan ir-Regolament għal perjodu ta’ rappurtar speċifiku;

(v)“vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur li jittrasporta aktar minn 12-il passiġġier, inklużi vapuri tal-kruċiera, inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri, u vapuri b’faċilitajiet biex vetturi tat-triq jew tal-ferrovija jitilgħu u jinżlu mill-bastiment;

(w)“vapur tal-kontejners” tfisser vapur imfassal esklużivament għat-trasport ta’ kontejners fl-istivi u fuq il-gverta;

(x)“waqfa mhux konformi f’port” tfisser waqfa f’port li matulha l-vapur ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-Artikolu 5(1), u ma tkun tapplika l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(3);

(y)“perkors l-inqas favorevoli” tfisser l-aktar perkors ta’ produzzjoni intensiv fil-karbonju użat għal kwalunkwe fjuwil partikolari;

(z)“ekwivalenti ta’ CO2 ” tfisser il-kejl metriku użat biex jiġu kkomputati l-emissjonijiet mis-CO2, CH4 u N2O abbażi tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom, billi l-ammonti ta’ CH4 u N2O jiġu konvertiti għall-ammont ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju bl-istess potenzjal ta’ tisħin globali;

(aa)“bilanċ ta’ konformità” tfisser il-kejl ta’ konformità żejda jew insuffiċjenti ta’ vapur fir-rigward tal-limiti għall-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur, li tiġi kkalkulata f’konformità mal-Anness V.

(bb)“surplus ta’ konformità” tfisser bilanċ ta’ konformità b’valur pożittiv.

(cc)“defiċit ta’ konformità” tfisser bilanċ ta’ konformità b’valur negattiv;

(dd)“bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament” tfisser is-somma tal-bilanċi ta’ konformità tal-vapuri kollha inklużi fl-akkomunament.

(ee)“korp maniġerjali tal-port” tfisser kwalunkwe korp pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

KAPITOLU II

REKWIŻITI DWAR L-ENERĠIJA UŻATA ABBORD MILL-VAPURI

Artikolu 4

Il-limitu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur

1.L-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur matul perjodu ta’ rappurtar ma għandhiex taqbeż il-limitu stipulat fil-paragrafu 2.

2.Il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi l-valur referenzjarju ta’ [X grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull MJ]* jitnaqqas bil-perċentwal li ġej: 

-2 % mill-1 ta’ Jannar 2025;

-6 % mill-1 ta’ Jannar 2030;

-13 % mill-1 ta’ Jannar 2035;

-26 % mill-1 ta’ Jannar 2040;

-59 % mill-1 ta’ Jannar 2045;

-75 % mill-1 ta’ Jannar 2050.

[Nota: Il-valur referenzjarju, li l-kalkolu tiegħu se jitwettaq fi stadju aktar tard tal-proċedura leġiżlattiva, jikkorrispondi għall-intensità medja tal-flotta tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord mill-vapuri fl-2020, iddeterminata abbażi tad-data mmonitorjata u rrappurtata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2015/757 u bl-użu tal-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.]

3.L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn vapur għandha tiġi kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija, skont il-metodoloġija speċifikata fl-Anness I.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 biex temenda l-Anness II sabiex tinkludi l-fatturi ta’ emissjoni well-to-wake relatati ma’ kwalunkwe sors ġdid ta’ enerġija, jew biex tadatta l-fatturi ta’ emissjoni eżistenti biex tiżgura l-konsistenza mal-istandards internazzjonali futuri jew mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija.

Artikolu 5

Rekwiżiti addizzjonali ta’ emissjonijiet żero tal-enerġija użata waqt l-irmiġġ

1.Mill-1 ta’ Jannar 2030, vapur irmiġġat f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandu jiġi konness ma’ provvista tal-enerġija fuq l-art u jużaha għall-ħtiġijiet kollha tal-enerġija waqt li jkun irmiġġat.

2.Il-paragrafu 1 għandu japplika għal:

(a)vapuri tal-kontejners;

(b)vapuri tal-passiġġieri.

3.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal vapuri:

(a)li jkunu rmiġġati għal inqas minn sagħtejn, ikkalkulati abbażi tas-siegħa tat-tluq u tal-wasla mmonitorjati f’konformità mal-Artikolu 14;

(b)li jużaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero, kif speċifikat fl-Anness III;

(c)li jkollhom jagħmlu waqfa mhux skedata f’port għal raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ salvataġġ tal-ħajja fuq il-baħar;

(d)li ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-enerġija fuq l-art minħabba li ma jkunx hemm punti ta’ konnessjoni disponibbli f’port;

(e)li ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-enerġija fuq l-art minħabba li l-installazzjoni fil-port ma tkunx kompatibbli mat-tagħmir tal-elettriku mix-xatt li jkun hemm abbord;

(f)li, għal perjodu ta’ żmien limitat, jeħtieġu l-użu ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija abbord, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jirrappreżentaw riskju immedjat għall-ħajja, il-vapur, l-ambjent jew għal raġunijiet oħra ta’ force majeure.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 biex temenda l-Anness III sabiex iddaħħal referenzi għal teknoloġiji ġodda fil-lista ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero applikabbli jew kriterji għall-użu tagħhom, fejn dawn it-teknoloġiji l-ġodda jinstabu ekwivalenti għat-teknoloġiji elenkati f’dak l-Anness fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku.

5.Il-korp maniġerjali tal-port tal-waqfa għandu jiddetermina jekk japplikawx l-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 u joħroġ jew jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV.

6.Mill-1 ta’ Jannar 2035, l-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafu 3, il-punti (d) u (e), ma jistgħux jiġu applikati għal vapur partikolari aktar minn total ta’ ħames darbiet matul sena ta’ rappurtar waħda. Waqfa f’port ma għandhiex tingħadd għall-finijiet tal-konformità ma’ din id-dispożizzjoni fejn il-kumpanija turi li ma setgħetx tkun taf b’mod raġonevoli li l-vapur mhux se jkun jista’ jikkonnettja għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punti (d) u (e).

7.Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jirriżultaw fil-ħtieġa li jintużaw ġeneraturi abbord, imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), għandhom jiġu ddokumentati u rrappurtati mill-vapur lill-korp maniġerjali tal-port.

KAPITOLU III

PRINĊIPJI U ĊERTIFIKAZZJONI KOMUNI

Artikolu 6

Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar

1.F’konformità mal-Artikoli 7 sa 9, għal kull vapur tagħhom il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw u jirrappurtaw dwar id-data rilevanti matul perjodu ta’ rappurtar. Huma għandhom iwettqu l-monitoraġġ u r-rappurtar fil-portijiet kollha taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u għal kull vjaġġ lejn jew minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

2.Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu kompleti u għandhom ikopru l-enerġija użata abbord mill-vapuri kemm waqt li l-vapuri jkunu qed ibaħħru kif ukoll meta jkunu rmiġġati. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa biex jevitaw kull lakuna fid-data fi ħdan il-perjodu ta’ rappurtar.

3.Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu konsistenti u kumparabbli tul iż-żmien. Għal dak il-għan, il-kumpaniji għandhom jużaw l-istess metodoloġiji ta’ monitoraġġ u l-istess settijiet ta’ data, soġġett għal modifiki vvalutati mill-verifikatur. Il-kumpaniji għandhom jippermettu aċċertament raġonevoli tal-integrità tad-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata.

4.Il-kumpaniji għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw b’mod trasparenti u preċiż id-data ta’ monitoraġġ, inklużi s-suppożizzjonijiet, ir-referenzi, il-fatturi ta’ emissjoni u d-data dwar l-attivitajiet, biex il-verifikatur ikun jista’ jiddetermina l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord mill-vapuri.

5.Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u rappurtar stipulati fl-Artikoli 7 sa 9 u 14 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jintużaw fejn xieraq l-informazzjoni u d-data miġbura għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/757.

Artikolu 7

Pjan ta’ monitoraġġ

1.Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ għal kull wieħed mill-vapuri tagħhom fejn jindikaw il-metodu magħżul minn fost dawk stipulati fl-Anness I biex jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-ammont, it-tip u l-fatturi ta’ emissjoni tal-enerġija użata abbord mill-vapuri, u informazzjoni rilevanti oħra.

2.Għal vapuri li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Awwissu 2024, il-kumpaniji għandhom jissottomettu pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux iġġustifikat u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa ta’ kull vapur f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

3.Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompleta u trasparenti u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)l-identifikazzjoni u t-tip tal-vapur, inkluż ismu, in-numru tal-identifikazzjoni tal-IMO tiegħu, il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port tad-domiċilju tiegħu, u isem sid il-vapur;

(b)l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, id-dettalji tat-telefon u tal-email ta’ persuna ta’ kuntatt;

(c)deskrizzjoni tas-sistemi ta’ konverżjoni tal-enerġija installati abbord, u l-kapaċità tal-potenza relatata espressa f’megawatts (MW);

(d)deskrizzjoni li l-vapur ikollu tagħmir installat u ċċertifikat li jippermetti konnessjoni ma’ provvista tal-enerġija fuq l-art, b’voltaġġ u bi frekwenza speċifikati, inkluż il-ger speċifikat f’IEC/IEEE 80005-1 (Voltaġġ Għoli) u f’IEC/IEEE 80005-3 (Voltaġġ Baxx), jew ikun mgħammar b’sorsi alternattivi tal-enerġija jew b’teknoloġija b’emissjonijiet żero kif speċifikat fl-Anness III;

(e)deskrizzjoni tas-sors(i) intenzjonat(i) ta’ enerġija li għandha/għandhom tintuża/jintużaw abbord waqt in-navigazzjoni u mal-irmiġġ biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 u 5;

(f)deskrizzjoni tal-proċeduri għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil tal-vapur, kif ukoll tal-enerġija pprovduta minn sorsi alternattivi tal-enerġija jew teknoloġija b’emissjonijiet żero, kif speċifikat fl-Anness III;

(g)il-fatturi ta’ emissjoni well-to-wake msemmija fl-Anness II;

(h)deskrizzjoni tal-proċeduri użati biex tiġi mmonitorjata l-kompletezza tal-lista ta’ vjaġġi;

(i)deskrizzjoni tal-proċeduri użati biex tiġi ddeterminata d-data dwar l-attivitajiet għal kull vjaġġ, inklużi l-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin imqatta’ fuq il-baħar bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla, u l-ħin imqatta’ fl-irmiġġ;

(j)deskrizzjoni tal-proċeduri, is-sistemi u r-responsabbiltajiet użati biex tiġi aġġornata kwalunkwe data inkluża fil-pjan ta’ monitoraġġ matul il-perjodu ta’ rappurtar;

(k)deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża biex tiġi ddeterminata d-data ta’ sostituzzjoni għall-eliminazzjoni ta’ lakuni fid-data;

(l)folja ta’ reġistrazzjoni tar-reviżjonijiet biex jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-istorja tar-reviżjonijiet.

4.Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina dawk il-mudelli, inklużi r-regoli tekniċi għall-applikazzjoni uniformi tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

Artikolu 8

Modifiki tal-pjan ta’ monitoraġġ

1.Il-kumpaniji għandhom jiċċekkjaw regolarment, u mill-inqas kull sena, jekk il-pjan ta’ monitoraġġ ta’ vapur jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-vapur u jekk kwalunkwe data inkluża fih tistax tiġi mtejba.

2.Il-kumpaniji għandhom jimmodifikaw il-pjan ta’ monitoraġġ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)fejn isseħħ bidla fil-kumpanija;

(b)fejn jintużaw sistemi ġodda ta’ konverżjoni tal-enerġija, tipi ġodda ta’ enerġija, inklużi sorsi alternattivi tal-enerġija jew teknoloġija b’emissjonijiet żero kif speċifikat fl-Anness III;

(c)fejn bidla fid-disponibbiltà tad-data minħabba l-użu ta’ tipi ġodda ta’ tagħmir tal-kejl, metodi ta’ kampjunar jew metodi ta’ analiżi ġodda, jew inkella għal raġunijiet oħra, tista’ taffettwa l-akkuratezza tad-data miġbura;

(d)fejn id-data li tirriżulta mill-metodu ta’ monitoraġġ applikat tinstab li ma tkunx korretta;

(e)fejn kwalunkwe parti mill-pjan ta’ monitoraġġ tiġi identifikata bħala li mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u l-kumpanija tkun meħtieġa tirrivediha mill-verifikatur.

3.Il-kumpaniji għandhom jinnotifikaw lill-verifikaturi mingħajr dewmien mhux iġġustifikat bi kwalunkwe proposta għal modifika fil-pjan ta’ monitoraġġ.

4.Il-modifiki fil-pjan ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni mill-verifikatur. Wara l-valutazzjoni, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpanija kkonċernata dwar jekk dawk il-modifiki jkunux f’konformità mal-Artikolu 6.

Artikolu 9

Ċertifikazzjoni ta’ bijofjuwils, bijogass, fjuwils tat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika, u fjuwils tal-karbonju riċiklat

1.Fejn, kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2018/2001, il-bijofjuwils, il-bijogass, il-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklat għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 4(1) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)fatturi ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra tal-bijofjuwils u tal-bijogass li jikkonformaw mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar ta’ gassijiet serra stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodoloġiji stipulati f’dik id-Direttiva;

(b)fatturi ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra tal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-fjuwil tal-karbonju riċiklat li jikkonformaw mal-limiti għall-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra stipulati fl-Artikolu 27(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodoloġiji stipulati f’dik id-Direttiva;

(c)bijofjuwils u bijogass li ma jikkonformawx mal-punt (a) jew li jkunu prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf għandhom jitqiesu li għandhom l-istess fatturi ta’ emissjoni bħall-perkors tal-fjuwils fossili l-inqas favorevoli għal dan it-tip ta’ fjuwil;

(d)fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u fjuwils tal-karbonju riċiklat li ma jikkonformawx mal-punt (b) għandhom jitqiesu li għandhom l-istess fatturi ta’ emissjoni bħall-perkors tal-fjuwils fossili l-inqas favorevoli għal dan it-tip ta’ fjuwils.

2.Il-kumpaniji għandhom jipprovdu data preċiża u affidabbli dwar l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-bijofjuwils, il-bijogass, il-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklat, ivverifikata minn skema rikonoxxuta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

3.Il-kumpaniji għandhom ikunu intitolati jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni tank-to-wake, dment li l-valuri effettivi jiġu ċċertifikati permezz ta’ ttestjar fil-laboratorju jew ta’ kejl dirett tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli dwar it-twettiq tal-ittestjar fil-laboratorju u tal-kejl dirett tal-emissjonijiet.

KAPITOLU IV

VERIFIKA U AKKREDITAMENT

Artikolu 10

Attivitajiet ta’ verifika

1.Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 9. Fejn il-valutazzjoni tal-verifikatur tidentifika nuqqasijiet ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, il-kumpanija kkonċernata għandha tirrevedi l-pjan ta’ monitoraġġ tagħha kif meħtieġ u tissottometti l-pjan rivedut għal valutazzjoni finali mill-verifikatur qabel ma jibda l-perjodu ta’ rappurtar. Il-kumpanija kkonċernata għandha taqbel mal-verifikatur dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jiġu introdotti dawk ir-reviżjonijiet. Fi kwalunkwe każ, dak il-perjodu ta’ żmien ma għandux jiskorri l-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar.

2.Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-informazzjoni rrappurtata mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 9 u fl-Annessi I, II u III qabel iwettaq l-operazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(2).

3.Fejn il-valutazzjoni tal-verifika tidentifika dikjarazzjonijiet skorretti jew nuqqasijiet ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, il-verifikatur għandu jinforma lill-kumpanija kkonċernata dwar dan f’waqtu. Dik il-kumpanija mbagħad għandha temenda d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqasijiet ta’ konformità sabiex il-proċess ta’ verifika jkun jista’ jitlesta fil-ħin.

Artikolu 11

Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi

1.Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-kumpanija jew mill-operatur ta’ vapur u għandu jwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku. Għal dak l-iskop, la l-verifikatur u lanqas xi parti mill-istess entità ġuridika ma għandhom ikunu kumpanija jew operatur ta’ vapur, sid ta’ kumpanija, jew ikunu proprjetà tagħhom, u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet mal-kumpanija li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu.

2.Il-verifikatur għandu jivvaluta l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tad-data u tal-informazzjoni relatati mal-ammont, it-tip u l-fattur ta’ emissjoni tal-enerġija użata abbord mill-vapuri, b’mod partikolari:

(a)l-attribuzzjoni tal-konsum tal-fjuwil u l-użu ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija għall-vjaġġi;

(b)id-data dwar il-konsum tal-fjuwil irrappurtata u l-kejl u l-kalkoli relatati;

(c)l-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ emissjoni;

(d)l-użu ta’ provvista tal-enerġija fuq l-art jew il-preżenza ta’ eċċezzjonijiet iċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5(5).

3.Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun ibbażata fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)id-data rrappurtata hija koerenti b’rabta mad-data stmata li tkun ibbażata fuq id-data ta’ traċċar tal-vapur u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata;

(b)id-data rrappurtata hija ħielsa minn inkonsistenzi, b’mod partikolari meta jitqabblu l-volum totali tal-fjuwil mixtri kull sena minn kull vapur u l-konsum aggregat tal-fjuwil matul il-vjaġġi;

(c)il-ġbir tad-data twettaq f’konformità mar-regoli applikabbli; u

(d)ir-reġistri rilevanti tal-vapur huma kompleti u konsistenti.

Artikolu 12

Proċeduri ta’ verifika

1.Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta’ monitoraġġ u rappurtar billi jqabbel l-ammont, it-tip u l-fattur ta’ emissjoni rrappurtati tal-enerġija użata abbord minn vapuri mad-data stmata abbażi tad-data ta’ traċċar tal-vapuri u karatteristiċi bħall-kapaċità installata tal-magna. Fejn jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti, il-verifikatur għandu jwettaq analiżijiet ulterjuri.

2.Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-passi differenti tal-kalkolu billi jirrieżamina s-sorsi tad-data u l-metodoloġiji kollha użati mill-kumpanija.

3.Il-verifikatur għandu jieħu inkunsiderazzjoni kull metodu effettiv ta’ kontroll tar-riskju applikat mill-kumpanija kkonċernata biex jitnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza assoċjati mal-akkuratezza speċifika għall-metodi ta’ monitoraġġ użati.

4.Il-kumpanija kkonċernata għandha tipprovdi lill-verifikatur bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermettilu jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-verifikatur jista’ jwettaq kontrolli matul il-proċess ta’ verifika biex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-informazzjoni rrappurtati.

Artikolu 13

Akkreditament tal-verifikaturi

1.Il-verifikaturi għandhom jiġu akkreditati għall-attivitajiet skont il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.Fejn f’dan ir-Regolament ma jkunux stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkreditament tal-verifikaturi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodi u kriterji ulterjuri ta’ akkreditament tal-verifikaturi. Il-metodi speċifikati f’dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikoli 10 u 11 u fuq standards rilevanti aċċettati fil-livell internazzjonali.

KAPITOLU V

REĠISTRAZZJONI, VERIFIKA, RAPPURTAR U VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 14

Monitoraġġ u reġistrazzjoni

1.Abbażi tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 7, u wara l-valutazzjoni ta’ dak il-pjan mill-verifikatur, il-kumpaniji għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għal kull vapur li jasal fi jew jitlaq minn, u għal kull vjaġġ lejn jew minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru:

(a)il-port tat-tluq u l-port tal-wasla, inklużi d-data u s-siegħa tat-tluq u tal-wasla u l-ħin imqatta’ fl-irmiġġ;

(b)għal kull vapur li japplika għalih ir-rekwiżit tal-Artikolu 5(1), il-konnessjoni ma’ u l-użu tal-enerġija fuq l-art jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe waħda mill-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 5(3);

(c)l-ammont ta’ kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat fl-irmiġġ u fuq il-baħar;

(d)il-fatturi ta’ emissjoni well-to-wake għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat waqt l-irmiġġ u fuq il-baħar, analizzati skont l-emissjonijiet well-to-tank, tank-to-wake u l-emissjonijiet li jaħarbu, fejn jiġu koperti l-gassijiet serra rilevanti kollha;

(e)l-ammont ta’ kull tip ta’ sors alternattiv tal-enerġija kkunsmat waqt l-irmiġġ u fuq il-baħar.

2.Il-kumpaniji għandhom jirreġistraw l-informazzjoni u d-data elenkati fil-paragrafu 1 fuq bażi annwali b’mod trasparenti li jippermetti lill-verifikatur jivverifika l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.Sat-30 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jipprovdu lill-verifikatur l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 15

Verifika u kalkolu

1.Wara l-verifika stabbilita fl-Artikoli 10 sa 12, il-verifikatur għandu jivvaluta l-kwalità, il-kompletezza u l-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija f’konformità mal-Artikolu 14(3).

2.Abbażi tal-informazzjoni vverifikata skont il-paragrafu 1, il-verifikatur għandu:

(a)jikkalkula, bl-użu tal-metodu speċifikat fl-Anness I, l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord mill-vapur ikkonċernat;

(b)jikkalkula, bl-użu tal-formula speċifikata fl-Anness V, il-bilanċ ta’ konformità tal-vapur;

(c)jikkalkula l-għadd ta’ waqfiet mhux konformi f’port fil-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, inkluż il-ħin imqatta’ fl-irmiġġ għal kull waqfa f’port mhux konformi.

(d)jikkalkula l-ammont tal-penali msemmija fl-Artikolu 20(1) u (2).

3.Il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpanija l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 16

Bażi tad-data u rappurtar tal-konformità

1.Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tiżgura l-funzjonament u taġġorna bażi tad-data elettronika ta’ konformità għall-monitoraġġ tal-konformità mal-Artikoli 4 u 5. Il-bażi tad-data ta’ konformità għandha tintuża biex jinżamm reġistru tal-bilanċ ta’ konformità tal-vapuri u tal-użu tal-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà stipulati fl-Artikoli 17 u 18. Din għandha tkun aċċessibbli għall-kumpaniji, għall-verifikaturi, għall-awtoritajiet kompetenti u għall-Kummissjoni.

2.Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi r-regoli għad-drittijiet ta’ aċċess u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-bażi tad-data ta’ konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

3.Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-kumpanija għandha tirreġistra fil-bażi tad-data ta’ konformità, għal kull vapur tagħha, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2), kif aċċertata mill-verifikatur, flimkien ma’ informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vapur, tal-kumpanija, kif ukoll l-identità tal-verifikatur li jkun wettaq il-valutazzjoni.

Artikolu 17

L-ibbankjar u t-teħid b’self tas-surplus ta’ konformità bejn il-perjodi ta’ rappurtar

1.Fejn il-vapur ikollu surplus ta’ konformità għall-perjodu ta’ rappurtar, il-kumpanija tista’ tibbankjah għall-bilanċ ta’ konformità tal-istess vapur għall-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti. Il-kumpanija għandha tirreġistra l-ibbankjar tas-surplus ta’ konformità għall-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti fil-bażi tad-data ta’ konformità, soġġett għall-approvazzjoni mill-verifikatur tagħha. Il-kumpanija ma tistax tibqa’ tibbankja s-surplus ta’ konformità ladarba jkun inħareġ iċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU.

2.Meta l-vapur ikollu defiċit ta’ konformità għall-perjodu ta’ rappurtar, il-kumpanija tista’ tissellef antiċipu ta’ surplus ta’ konformità tal-ammont korrispondenti mill-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti. L-antiċipu tas-surplus ta’ konformità għandu jiżdied mal-bilanċ tal-vapur fil-perjodu ta’ rappurtar u jitnaqqas mill-bilanċ tal-istess vapur fil-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti. L-ammont li għandu jitnaqqas fil-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti għandu jkun ugwali għall-antiċipu ta’ surplus ta’ konformità mmultiplikat b’1,1. L-antiċipu tas-surplus ta’ konformità ma jistax jittieħed b’self:

(a)għall-ammont li jaqbeż b’aktar minn 2 % il-limitu stipulat fl-Artikolu 4(2), immultiplikat bil-konsum tal-enerġija tal-vapur ikkalkulat f’konformità mal-Anness I;

(b)għal żewġ perjodi ta’ rappurtar konsekuttivi.

3.Sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara l-perjodu ta’ rappurtar, wara l-approvazzjoni mill-verifikatur tagħha, il-kumpanija għandha tirreġistra l-antiċipu tas-surplus ta’ konformità fil-bażi tad-data ta’ konformità.

Artikolu 18

Akkomunament tal-konformità

1.Il-bilanċi tal-konformità ta’ żewġ vapuri jew aktar, li jiġu vverifikati mill-istess verifikatur, jistgħu jinġabru flimkien għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-Artikolu 4. Il-bilanċ tal-konformità ta’ vapur ma jistax jiġi inkluż f’aktar minn akkomunament wieħed fl-istess perjodu ta’ rappurtar.

2.Sat-30 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-perjodu ta’ rappurtar, il-kumpanija għandha tinnotifika lill-verifikatur l-intenzjoni li tinkludi l-bilanċ ta’ konformità tal-vapur f’akkomunament għall-perjodu ta’ rappurtar immedjatament preċedenti. F’każ fejn il-vapuri li jipparteċipaw fl-akkomunament ikunu kkontrollati minn żewġ kumpaniji jew aktar, il-kumpaniji għandhom jagħmlu notifika konġunta lill-verifikatur.

3.Sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara l-perjodu ta’ rappurtar, l-akkomunament għandu jiġi rreġistrat fil-bażi tad-data ta’ konformità mill-verifikatur. Il-kompożizzjoni tal-akkomunament ma għandhiex tinbidel wara dik id-data.

4.Fil-każ ta’ konformità miġbura flimkien skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 15(2)(b), il-kumpanija tista’ tiddeċiedi kif talloka l-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament lil kull vapur individwali, dment li jiġi rrispettat il-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament. F’każ fejn il-vapuri li jipparteċipaw fl-akkomunament ikunu kkontrollati minn żewġ kumpaniji jew aktar, il-bilanċ ta’ konformità totali tal-akkomunament għandu jiġi allokat f’konformità mal-metodu speċifikat fin-notifika konġunta.

5.Jekk il-bilanċ medju ta’ konformità tal-akkomunament jirriżulta fis-surplus ta’ konformità għal vapur individwali, japplika l-Artikolu 17(1).

6.L-Artikolu 17(2) ma japplikax għal vapur li jipparteċipa fl-akkomunament.

7.Il-kumpanija ma tistax tibqa’ tinkludi l-bilanċ ta’ konformità tal-vapur f’akkomunament ladarba jkun inħareġ iċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU.

Artikolu 19

Ċertifikat tal-konformità FuelEU

1.Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-perjodu ta’ rappurtar, il-verifikatur għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità FuelEU għall-vapur ikkonċernat, dment li l-vapur ma jkollux defiċit ta’ konformità, wara l-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 17 u 18, u ma jkollux waqfiet mhux konformi f’port.

2.Iċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-identità tal-vapur (l-isem, in-numru tal-identifikazzjoni tal-IMO u l-port tar-reġistrazzjoni jew il-port tad-domiċilju);

(b)l-isem, l-indirizz u l-post ewlieni tan-negozju ta’ sid il-vapur;

(c)l-identità tal-verifikatur;

(d)id-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat, il-perjodu ta’ validità tiegħu u l-perjodu ta’ rappurtar li jirreferi għalih.

3.Iċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU għandu jkun validu għall-perjodu ta’ 18-il xahar wara tmiem il-perjodu ta’ rappurtar.

4.Il-verifikatur għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat tal-bandiera, mingħajr dewmien, dwar il-ħruġ ta’ kwalunkwe ċertifikat tal-konformità FuelEU.

5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli għaċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU, inklużi mudelli elettroniċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 20

Penali

1.Fejn fl-1 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara l-perjodu ta’ rappurtar il-vapur ikollu defiċit ta’ konformità, il-kumpanija għandha tħallas penali. Il-verifikatur għandu jikkalkula l-ammont tal-penali abbażi tal-formula speċifikata fl-Anness V.

2.Il-kumpanija għandha tħallas penali għal kull waqfa mhux konformi f’port. Il-verifikatur għandu jikkalkula l-ammont tal-penali billi jimmultiplika l-ammont ta’ EUR 250 bil-megawatts ta’ enerġija installata abbord u bl-għadd ta’ sigħat kompluti ta’ rmiġġ.

3.Minkejja l-Artikolu 19(1), il-verifikatur għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità FuelEU ladarba jkunu tħallsu l-penali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-azzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, kif ukoll il-prova tal-pagamenti finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 21, għandhom jiġu rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 biex temenda l-Anness V biex tadatta l-formula msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u biex temenda l-ammont tal-penali fissa stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fil-kost tal-enerġija.

Artikolu 21

Allokazzjoni ta’ penali biex jiġu appoġġati fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu

1.Il-penali msemmija fl-Artikolu 20(1) u 20(2) għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw proġetti komuni mmirati lejn l-użu rapidu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu. Il-proġetti ffinanzjati mill-fondi miġbura mill-penali għandhom jistimulaw il-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għas-settur marittimu, jiffaċilitaw il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ta’ bunkering jew ta’ portijiet ta’ konnessjoni elettrika xierqa fil-portijiet, u jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar u l-użu tal-aktar teknoloġiji innovattivi Ewropej fil-flotta biex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet.

2.Id-dħul iġġenerat mill-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat lill-Fond għall-Innovazzjoni msemmi fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dan id-dħul għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju, u għandu jiġi implimentat f’konformità mar-regoli applikabbli għall-Fond għall-Innovazzjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-modalitajiet ta’ ħlas tal-penali msemmija fl-Artikolu 20(1) u 20(2).

Artikolu 22

Obbligu li jkun hemm ċertifikat tal-konformità FuelEU validu abbord

1.Il-vapuri li jidħlu f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandu jkollhom abbord ċertifikat tal-konformità FuelEU validu.

2.Iċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU maħruġ għall-vapur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 19 għandu jikkostitwixxi evidenza ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Infurzar

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [jj/xx/20xx], u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

2.Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe spezzjoni ta’ vapur f’port taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu mwettqa f’konformità mad-Direttiva 2009/16/KE tinkludi l-iċċekkjar li abbord ikun hemm ċertifikat tal-konformità FuelEU validu.

3.Fejn vapur ikun naqas milli jippreżenta ċertifikat tal-konformità FuelEU għal żewġ perjodi ta’ rappurtar konsekuttivi jew aktar u fejn miżuri ta’ infurzar oħra ma jkunux żguraw il-konformità, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tal-waqfa tista’ toħroġ ordni ta’ tkeċċija, wara li tagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika l-ordni ta’ tkeċċija lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. Kull Stat Membru, għajr kwalunkwe Stat Membru li l-vapur ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, għandu jirrifjuta d-dħul tal-vapur li jkun soġġett għall-ordni ta’ tkeċċija fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha. Fejn il-vapur itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, għandu jordna detenzjoni tal-bandiera sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha.

4.L-issodisfar ta’ dawk l-obbligi għandu jiġi kkonfermat bin-notifika ta’ ċertifikat tal-konformità FuelEU validu lill-awtorità nazzjonali kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta’ tkeċċija. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali applikabbli f’każ ta’ vapuri f’diffikultà.

5.Sanzjonijiet fil-konfront ta’ vapur speċifikat minn kwalunkwe Stat Membru għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat.

Artikolu 24

Dritt ta’ rieżami

1.Il-kumpaniji għandhom ikunu intitolati japplikaw għal rieżami tal-kalkoli u l-miżuri indirizzati lilhom mill-verifikatur skont dan ir-Regolament, inkluż ir-rifjut li jinħareġ ċertifikat tal-konformità FuelEU skont l-Artikolu 19(1).

2.Fi żmien xahar min-notifika tar-riżultat tal-kalkolu jew tal-miżura mill-verifikatur, l-applikazzjoni għal rieżami għandha titressaq quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun ġie akkreditat il-verifikatur. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tkun soġġetta għal rimedju ġudizzjarju

3.Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament mill-korp maniġerjali tal-port għandhom ikunu soġġetti għal rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 25

Awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda jew aktar biex tkun responsabbli għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament (“awtoritajiet kompetenti”). Dawn għandhom jikkomunikaw l-ismijiet u l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tal-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU VI

SETGĦAT TA’ DELEGA U TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l- Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(6), 5(4), 9(3), 13(3), 20(4), u 21(3) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 4(7), 5(4), 9(3), 13(3), 20(4) u 21(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.L-att delegat adottat skont l-Artikoli 4(7), 5(4), 9(3), 13(3), 20(4), u 21(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 . Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tkun se tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi tterminata mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-presidenza tal-kumitat tiddeċiedi hekk.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma joħroġ l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet paragrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28

Rapport u rieżami

1.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-1 ta’ Jannar 2030, ir-riżultati ta’ evalwazzjoni dwar il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament u l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji u tas-suq għall-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u l-impatt tagħha fuq is-settur marittimu fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis l-emendi possibbli:

(a)għal-limitu msemmi fl-Artikolu 4(2);

(b)għat-tipi ta’ vapur li għalihom japplika l-Artikolu 5(1);

(c)għall-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 5(3).

Artikolu 29

Emendi għad-Direttiva 2009/16/KE

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-lista stipulata fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/16/KE: “51. Iċ-ċertifikat tal-konformità FuelEU maħruġ skont ir-Regolament (UE) xxxx dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu”.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    EU Transport in figures, the statistical pocketbook 2020 (It-Trasport tal-UE f’ċifri, il-pocketbook statistiku 2020), https://ec.europa.eu/transport/media/media-corner/publications_mt
(2)    COM(2020) 563 final
(3)    COM(2020) 562 final
(4)    Ix-xenarju li jivvaluta kombinament ta’ pprezzar tal-karbonju u miżuri regolatorji (l-hekk imsejjaħ MIX) ibassar sehem ta’ 7,5 % għall-2030 u 86 % sal-2050.
(5)    Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55). 
(6)    Id-Direttiva 2003/87/KE
(7)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE
(8)    Id-Direttiva 2014/94/UE
(9)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001
(10)     https://www.waterborne.eu/  
(11)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2014/C 200/01)
(12)    Dan jinkludi l-pjanijiet nazzjonali li qed jiġu żviluppati min-Netherlands, mill-Iżvezja u mill-Italja (fl-għamla tal-“Linji Gwida għad-Dokumenti ta’ Ppjanar tal-Enerġija u Ambjentali tal-Awtoritajiet tas-Sistemi Portwarji (DEEASSP)” tagħhom. Stati Membri mhux tal-UE bħar-Renju Unit u n-Norveġja stabbilew ukoll il-pjanijiet tagħhom stess. Huwa importanti li jissemmew f’dan ir-rigward billi l-objettivi tagħhom jistgħu jaffettwaw it-traffiku tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra lejn u mill-UE.
(13)    Attwalment elenkati fl-Istrateġija Inizjali tal-IMO dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-vapuri fost il-miżuri kandidati ta’ nofs it-terminu, jiġifieri miżuri li l-IMO għandu jintlaħaq qbil dwarhom bejn l-2023 u l-2030.
(14)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12312-FuelEU-Maritime-/public-consultation_mt  
(15)     https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/screen/expert-groups/consult?do=groupDetail.groupDetail&groupID=2869&lang=mt  
(16)     https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/screen/expert-groups/consult?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3542&lang=mt  
(17)    ĠU C , , p. .
(18)    ĠU C , , p. .
(19)    COM(2020) 563 final
(20)    COM(2020) 562 final
(21)    Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).
(22)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2001, p. 82).
(23)    Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(24)    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008).
(25)    Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(26)    Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).
(27)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(28)    Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 1).
(29)    Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
Top

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 562 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

{SEC(2021) 562 final} - {SWD(2021) 635 final} - {SWD(2021) 636 final}


ANNESS I

METODOLOĠIJA GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-LIMITU TAL-INTENSITÀ TAL-GASSIJIET SERRA FUQ L-ENERĠIJA UŻATA ABBORD MINN VAPUR

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord vapur, għandha tapplika l-formula li ġejja, imsejħa l-Ekwazzjoni (1):

Indiċi tal-intensità tal-gassijiet serra

WtT

TtW

=

Ekwazzjoni (1)

fejn il-formula li ġejja tissejjaħ l-Ekwazzjoni (2):

   Ekwazzjoni (2)

Terminu

Spjegazzjoni

i

Indiċi li jikkorrispondi għall-fjuwils ikkonsenjati lill-vapur fil-perjodu ta’ referenza

j

Indiċi li jikkorrispondi għall-unitajiet tal-kombustjoni tal-fjuwils abbord il-vapur. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-unitajiet li jitqiesu huma l-magna ewlenija/magni ewlenin, il-magna awżiljarja/magni awżiljarji u l-bojlers taż-żejt imħaddma

k

Indiċi li jikkorrispondi għall-punti ta’ konnessjoni (c) fejn l-elettriku huwa fornut għal kull punt ta’ konnessjoni.

c

Indiċi li jikkorrispondi għan-numru ta’ punti tal-iċċarġjar elettriċi

m

Indiċi li jikkorrispondi għan-numru ta’ konsumaturi tal-enerġija

Massa tal-fjuwil speċifiku i ossidizzat fil-konsumatur j [gFuel]

L-elettriku kkonsenjat lill-vapur għal kull punt ta’ konnessjoni k jekk ikun aktar minn wieħed [MJ]

Fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT tal-fjuwil i [gCO2eq/MJ]

Fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT assoċjat mal-elettriku kkonsenjat lill-vapur fl-irmiġġ għal kull punt ta’ konnessjoni k [gCO2eq/MJ]

Valur Kalorifiku Aktar Baxx tal-fjuwil i[MJ/gFuel]

Telf ta’ fjuwil tal-magna (fjuwil mhux maħruq) bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil i użat mill-unità ta’ kombustjoni j [%]

Fatturi tal-emissjoni tal-gassijiet serra TtW mill-fjuwil maħruq fl-unità tal-kombustjoni j [gGHG/gFuel]

Emissjonijiet ta’ CO2 ekwivalenti TtW tal-fjuwil maħruq i fl-unità tal-kombustjoni j [gCO2eq/gFuel]

Fatturi tal-emissjoni tal-gassijiet serra TtW mill-fjuwil mitluf fl-unità tal-kombustjoni j [gGHG/gFuel]

Emissjonijiet ta’ CO2 ekwivalenti TtW tal-fjuwil mitluf i fl-unità tal-kombustjoni j[gCO2eq/gFuel]

Il-Potenzjal tat-Tisħin Globali fuq 100 sena tas-CO2, tas-CH4 , tal-N2O

Fil-każ tal-fjuwils fossili, għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti fl-Anness II.

Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament it-terminu fin-numeratur tal-Ekwazzjoni (1) għandu jiġi ssettjat għal żero.

Metodu għad-determinazzjoni ta’ [Mi]

Il-massa tal-fjuwil [Mi] għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-ammont irrappurtat skont il-qafas tar-rapportar tar-Regolament (UE) 2015/757 għall-vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula mill-kumpanija.

Metodu għad-determinazzjoni tal-fatturi tal-gassijiet serra WtT

Għall-fjuwils mhux fossili, kull fejn jintużaw valuri differenti mill-valuri prestabbiliti fl-Anness II, dawn għandhom ikunu bbażati fuq in-Noti ta’ Konsenja tal-Bunker (BDNs) rilevanti, għall-fjuwils ikkonsenjati lill-vapur fil-perjodu ta’ referenza, għal mill-inqas kwantitajiet ugwali ta’ fjuwils għal dawk iddeterminati bħal ikkunsmati fl-ambitu tal-vjaġġ irregolat skont il-punt A.

Il-gassijiet serra WtT () tal-fjuwils (li mhumiex fjuwils fossili) huma stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-valuri reali, li jinsabu f’dik id-Direttiva li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont il-metodoloġija, huma dawk mingħajr kombustjoni 1 . Għal dawk il-fjuwils li l-mogħdijiet tagħhom mhumiex inklużi fid-Direttiva u għall-fjuwils fossili, il-valuri prestabbiliti tal-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra WtT () jinsabu fl-Anness II.

Nota ta’ Kunsinna tal-Bunker tal-Fjuwil (BDN)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BDNs rilevanti tal-fjuwils użati abbord għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

l-identifikazzjoni tal-prodott

il-massa tal-fjuwil [t]

il-volum tal-fjuwil [m3]

id-densità tal-fjuwil [kg/m3]

il-fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT għas-CO2 (fattur tal-karbonju) [gCO2/gFuel] u għas-CO2eq [gCO2eq/gFuel] u ċ-ċertifikat relatat 2

Valur Kalorifiku Aktar Baxx [MJ/g]

 

BND tal-Elettriku

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BDNs rilevanti għall-elettriku kkonsenjat lill-vapur għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

il-fornitur: l-isem, l-indirizz, it-telefon, l-email, ir-rappreżentant

il-vapur riċeventi: in-numru tal-IMO (MMSI), l-isem tal-vapur, it-tip tal-vapur, il-bandiera, ir-rappreżentant tal-vapur

il-port: l-isem, il-post (LOCODE), it-terminal/l-irmiġġ

il-punt ta’ konnessjoni: il-punt ta’ konnessjoni OPS-SSE, id-dettalji tal-punt ta’ konnessjoni

il-ħin ta’ konnessjoni: id-data/il-ħin tal-bidu/tal-finalizzazzjoni

il-provvista tal-enerġija: il-frazzjoni tal-elettriku allokata lill-punt tal-provvista (jekk applikabbli) [kW], konsum tal-elettriku (kWh) għall-perjodu ta’ fatturar, informazzjoni dwar l-ogħla potenza (jekk disponibbli)

il-metraġġ

Metodu għad-determinazzjoni tal-fatturi tal-gassijiet serra TtW

L-emissjonijiet TtW huma ddeterminati abbażi tal-metodoloġija li tinsab f’dan l-Anness kif previst fl-Ekwazzjoni (1) u fl-Ekwazzjoni (2)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra TtW (  ) għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jinsabu fl-Anness II. Il-fatturi tas-CO2 Cf għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/757 u huma rrapportati fit-Tabella għall-faċilità tar-referenza. Għal fjuwils li l-fatturi tagħhom mhumiex inklużi fir-regolament imsemmi għandhom jintużaw il-fatturi prestabbiliti kif jinsabu fl-Anness II.

F’konformità mal-pjan ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 6 u wara l-valutazzjoni mill-verifikatur, jistgħu jintużaw metodi oħra, bħall-kejl dirett ta’CO2eq, l-ittestjar fil-laboratorju, jekk dan itejjeb l-akkuratezza ġenerali tal-kalkolu.

Metodu għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet TtW li jaħarbu

Emissjonijiet li jaħarbu huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ fjuwil li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-unità tal-kombustjoni jew li ma jiġix ikkunsmat mill-konvertitur tal-enerġija minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-emissjonijiet li jaħarbu huma meqjusa bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil użat mill-magna. Il-valuri prestabbiliti jinsabu fl-Anness II.

Metodi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ premju marbuta ma’ sorsi alternattivi tal-enerġija

F’każ li jiġu installati sorsi ta’ enerġija abbord, jista’ jiġi applikat fattur ta’ premju għas-sorsi alternattivi tal-enerġija. Fil-każ tal-enerġija mir-riħ, tali fattur ta’ premju jiġi ddeterminat kif ġej:

Fattur ta’ premju għas-sorsi alternattivi tal-enerġija - RIĦ (fwind)

0,99

0,1

0,97

0,2

0,95

⩾ 0,3

L-indiċi tal-intensità tal-gassijiet serra tal-vapur imbagħad jiġi kkalkulat billi r-riżultat tal-Ekwazzjoni (1) jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ premju.

Verifika u Ċertifikazzjoni

Klassi tal-Fjuwil

WtT

TtW

Fossili

Il-valuri prestabbiliti għandhom jintużaw kif previst fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-fatturi tal-karbonju tas-CO2 tar-Regolament MRV għandhom jintużaw għal fjuwils li għalihom jiġi pprovdut tali fattur

Għall-fatturi tal-emissjonijiet l-oħra kollha, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti kif previst fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament, alternattivament

Il-valuri ċċertifikati permezz tal-ittestjar fil-laboratorju jew kejl tal-emissjonijiet diretti

Fjuwils Rinnovabbli Sostenibbli

(Bijolikwidi, Bijogassijiet, e-Fjuwils)

Il-valuri tas-CO2eq kif ipprovduti fl-RED II (mingħajr kombustjoni) jistgħu jintużaw għall-fjuwils kollha li l-mogħdijiet tagħhom huma inklużi fl-RED II, alternattivament

Tista’ tintuża l-iskema ta’ ċertifikazzjoni approvata tal-RED II.

Il-fatturi tal-emissjonijiet l-oħra kollha, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti kif ipprovdut fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament, alternattivament

Il-valuri ċċertifikati permezz tal-ittestjar fil-laboratorju jew kejl tal-emissjonijiet diretti.

Oħrajn (inkluż l-elettriku)

Il-valuri tas-CO2eq kif ipprovduti fl-RED II (mingħajr kombustjoni) jistgħu jintużaw għall-fjuwils kollha li l-mogħdijiet tagħhom huma inklużi fl-RED II, alternattivament

Tista’ tintuża l-iskema ta’ ċertifikazzjoni approvata tal-RED II.

Il-fatturi tal-emissjonijiet l-oħra kollha, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti kif ipprovdut fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament, alternattivament

Il-valuri ċċertifikati permezz tal-ittestjar fil-laboratorju jew kejl tal-emissjonijiet diretti.

ANNESS II

Il-fatturi tal-emissjonijiet għall-fjuwils fossili li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-indiċi tal-gassijiet serra msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Il-fatturi tal-emissjonijiet tal-bijofjuwils, bijogass, il-fjuwils rinnovabbli ta’ natura mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklat għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodoloġiji stabbiliti fl-Anness 5 parti C tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Fit-tabella:

TBM tfisser To Be Measured (Irid jitkejjel)

N/A tfisser Not Available (Mhux disponibbli)

Is-sing ifisser mhux applikabbli

Tabella 1 – Fatturi prestabbiliti

1

2

3

4

5

6

7

8

9

WtT

TtW

Klassi /

Materja Prima

Isem tal-Mogħdija

Konvertitur tal-Klassi tal-Enerġija

Bħala % tal-massa tal-fjuwil użat mill-magna

Fossili

HFO

Gradi tal-ISO 8217 RME għal RMK

0,0405

13,5

L-ICEs KOLLHA

3,114

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0,00005

0,00018

-

Turbina tal-Gass

Turbini u Bojlers tal-Istim

Magni Awżiljarji

LSFO

0,0405

13,2, grezz

13,7 imħallat

L-ICEs KOLLHA

3,114

0,00005

0,00018

-

Turbina tal-Gass

Turbini u Bojlers tal-Istim

Magni Awżiljarji

ULSFO

0,0405

13,2

L-ICEs KOLLHA

3,114

0,00005

0,00018

-

VLSFO

0,041

13,2

L-ICEs KOLLHA

3,206

MEPC245 (66)

Ir-Regolament MRV

0,00005

0,00018

-

LFO

Gradi tal-ISO 8217 RMA għal RMD

0,041

13,2

L-ICEs KOLLHA

3,151

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0,00005

0,00018

-

MDO

MGO

Gradi tal-ISO 8217 DMX għal DMB

0,0427

14,4

L-ICEs KOLLHA

3,206

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0,00005

0,00018

-

LNG

0,0491

18,5

LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità medja)

2,755

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0

0,00011

3,1

LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)

1,7

LNG Diesel (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)

0,2

LBSI

N/A

LPG

0,046

7,8

L-ICEs kollha

3,03 Butan

3,00 Propan

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

TBM

TBM

H2

(gass naturali)

0,12

132

Ċelloli tal-Fjuwil

0

0

-

-

ICE

0

0

TBM

NH3

(gass naturali)

0,0186

121

L-ebda magna

0

0

TBM

-

Metanol (gass naturali)

0,0199

31,3

L-ICEs kollha

1,375

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

TBM

TBM

-

Bijofjuwils likwidi

Etanol E100

0,0268

Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001

L-ICEs kollha

1,913

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

TBM

TBM

-

Biodiżil

Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin

0,0372

Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001

L-ICEs KOLLHA

2,834

0,00005

TBM

0,00018

TBM

-

HVO

Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin

0,044

Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001

L-ICEs KOLLHA

3,115

0,00005

0,00018

-

Bijo-LNG

Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin

0,05

Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001

LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità medja)

2,755

MEPC245 (66),

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0,00005

0,00018

3,1

LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)

1,7

LNG Diesel (żewġ tipi ta’ fjuwils)

0,2

LBSI

N/A

Bijofjuwils tal-gass

Bijo-H2

Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin

0,12

N/A

Ċelloli tal-Fjuwil

0

0

0

-

ICE

0

0

TBM

Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO)

-

(e-Fjuwils)

e-Diżil

0,0427

Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001

L-ICEs KOLLHA

3,206

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0,00005

0,00018

-

e-Metanol

0,0199

Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001

L-ICEs kollha

1,375

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0,00005

0,00018

-

e-LNG

0,0491

Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001

LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità medja)

2,755

MEPC245 (66)

Ir-Regolament (UE) 2015/757

0

0,00011

3,1

LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)

1,7

LNG Diesel (żewġ tipi ta’ fjuwils)

0,2

LBSI

N/A

e-H2

0,12

3,6

Ċelloli tal-Fjuwil

0

0

0

-

ICE

0

0

TBM

e-NH3

0,0186

0

L-ebda magna

0

N/A

TBM

N/A

Oħrajn

Elettriku

-

106,3

TAĦLITA TAL-UE 2020

72

TAĦLITA TAL-UE 2030

OPS

-

-

-

-

Il-Kolonna 1 tidentifika l-klassi tal-fjuwils b’mod partikolari l-Fjuwils Fossili, il-Bijofjuwils Likwidi, il-Bijofjuwils Gassużi, l-e-Fjuwils;

Il-Kolonna 2 tidentifika l-isem jew il-mogħdija tal-fjuwils rilevanti fi ħdan il-klassi. Għall-Bijofjuwils Likwidi, il-Bijofjuwils Gassużi, l-RFNBO (e-Fjuwils) il-valuri tas-sezzjoni WtT għandhom jittieħdu mid-Direttiva (UE) 2018/2001 (mingħajr kombustjoni 3 ); għall-fjuwils fossili għandhom jintużaw biss il-valuri prestabbiliti fit-tabella.

Il-Kolonna 3 fiha l-Valur Kalorifiku Aktar Baxx tal-Fjuwils espress f’[MJ/g].

Il-Kolonna 4 fiha l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2eq f’[gCO2eq/MJ]. Għall-fjuwils fossili għandhom jintużaw biss il-valuri prestabbiliti fit-tabella. Għall-fjuwils l-oħra kollha, (minbarra fejn jiġi espressament indikat), il-valuri għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża l-metodoloġija jew il-valuri prestabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 imnaqqsa mill-emissjonijiet tal-kombustjoni filwaqt li titqies l-ossidazzjoni sħiħa tal-fjuwil 4 .

Il-Kolonna 5 tidentifika t-tipi/klassijiet ewlenin ta’ konvertituri tal-enerġija bħal Magni ta’ Kombustjoni Interna (ICE) 2 jew 4 stroke Diesel jew b’ċiklu Otto, it-turbini tal-gass, iċ-ċelloli tal-fjuwils, eċċ.

Il-Kolonna 6 fiha l-fattur tal-emissjoni Cf għas-CO2 f’[gCO2/gfuel]. Għandhom jintużaw il-valuri tal-fatturi tal-emissjonijiet kif speċifikati fir-Regolament (UE) 2015/757 (jew IMO MEPC245 (66) kif emendat). Għal dawk il-fjuwils kollha li ma jinsabux fir-Regolament (UE) 2015/757, għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti li jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikati minn ċertifikatur fdat (skont id-dispożizzjonijiet rilevanti magħmula fid-Direttiva (UE) 2018/2001) jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti.

Il-Kolonna 7 fiha l-fattur tal-emissjoni Cf għall-metan f’[gCH4/gfuel]. Għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti kif jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikat permezz tal-ittestjar jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti. Għall-fjuwils tal-LNG is-Cf għall-metan huma stabbiliti għal żero.

Il-Kolonna 8 fiha l-fattur tal-emissjoni Cf għall-ossidu nitruż f’[gN2O/gfuel]. Għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti kif jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikat permezz tal-ittestjar jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti.

Il-Kolonna 9 tidentifika l-parti tal-fjuwil li tintilef bħala emissjonijiet li jaħarbu (Cslip) bħala % tal-massa tal-fjuwil użata mill-konvertitur tal-enerġija speċifiku. Għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti kif jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikat permezz tal-ittestjar jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti. Għall-fjuwils bħal-LNG li għalihom jeżistu l-emissjonijiet li jaħarbu (slip), l-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu huma ppreżentati fit-Tabella 1 f’% tal-massa tal-fjuwil użata (Kolonna 9). Għandhom jintużaw il-valuri li jinsabu fil-Kolonna 9, f’konformità mal-ekwazzjoni (1). Il-valuri ta’ Cslip fit-Tabella (1) huma kkalkulati bħala 50 % tat-tagħbija tal-magna.



ANNESS III

KRITERJI GĦALL-UŻU TAT-TEKNOLOĠIJA B’EMISSJONIJIET ŻERO KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 5(3)(b) u 7(3), punti (d) u (f)

It-tabella li ġejja tipprovdi lista ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero kif imsemmi fl-Artikolu 5(3)(b), kif ukoll kriterji speċifiċi għall-użu tagħhom kif applikabbli.

Teknoloġija b’emissjonijiet żero

Kriterji għall-użu

Ċelloli tal-fjuwil

Iċ-ċelloli tal-fjuwil użati abbord għall-ġenerazzjoni tal-enerġija waqt l-irmiġġ għandhom jitħaddmu kompletament b’fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju.

Ħżin tal-Elettriku Abbord

L-użu tal-ħżin tal-elettriku abbord huwa permess irrispettivament mis-sors tal-enerġija li jkun ipproduċa l-enerġija maħżuna (il-ġenerazzjoni abbord jew fuq l-art f’każ ta’ tpartit ta’ batteriji).

Il-produzzjoni tal-elettriku abbord mill-enerġija mir-riħ u mix-xemx.

Kwalunkwe vapur li jkun kapaċi jsostni l-ħtiġijiet tal-enerġija tiegħu fl-irmiġġ permezz tal-użu tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx.

L-użu ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero għandu kontinwament jikseb emissjonijiet li huma ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinkiseb bl-użu ta’ provvista tal-enerġija fuq l-art.



ANNESS IV

ĊERTIFIKAT LI GĦANDU JINĦAREĠ MILL-KORP MANIĠERJALI TAL-PORT TAL-WAQFA F’KAŻIJIET FEJN IL-VAPURI MA JISTGĦUX JAGĦMLU UŻU MILL-OPS GĦAL RAĠUNIJIET ĠUSTIFIKATI (L-ARTIKOLU 5(5) - ELEMENTI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIĊ-ĊERTIFIKAT

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(5) għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)L-identifikazzjoni tal-vapur

(a)In-numru tal-IMO

(b)L-isem tal-vapur

(c)Is-sinjal tas-sejħa

(d)It-tip tal-bastiment

(e)Il-bandiera

(2)Il-port tal-waqfa

(3)Il-post/l-isem tat-terminal:

(4)Id-data u l-ħin tal-wasla (ATA)

(5)Id-data u ħin tat-tluq (ATD)

Il-konferma mill-korp maniġerjali tal-port li l-vapur instab f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

il-vapur għamel waqfa f’port mhux skedata għal raġunijiet ta’ sikurezza jew salvataġġ tal-ħajja fuq il-baħar (Artikolu 5(2), punt (c))

il-vapur ma setax jikkonnettja mal-provvista tal-enerġija fuq l-art minħabba li ma kienx hemm punti ta’ konnessjoni disponibbli fil-port (l-Artikolu 5(2), punt (d))

it-tagħmir abbord tal-provvista tal-enerġija fuq l-art instab li kien inkompatibbli mal-installazzjoni max-xatt fil-port (l-Artikolu 5(2), punt (e))

li l-vapur uża, għal perjodu limitat ta’ żmien il-ġenerazzjoni tal-enerġija abbord, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jirrappreżentaw riskju immedjat għall-ħajja, għall-vapur, jew għall-ambjent (l-Artikolu 5(2) punt (f)).

(6)Dettalji tal-korp maniġerjali tal-port

(a)Isem

(b)Kuntatt (telefon, email)

(7)Data tal-ħruġ



ANNESS V

FORMULI GĦALL-KALKOLU TAL-BILANĊ TAL-KONFORMITÀ U TAL-PENALI stabbiliti fl-Artikolu 20(1)

Formula għall-kalkolu tal-bilanċ tal-konformità tal-vapur

Għal-finijiet tal-kalkolu tal-bilanċ tal-konformità ta’ bastiment, għandha tapplika l-formula li ġejja:

Bilanċ tal-konformità [gCO2eq/MJ] =

(GHGIEtarget - GHGIEactual) x []

Fejn:

Grammi ta’ ekwivalent ta’ CO2

GHGIEtarget

Limitu tal-intensità tal-gassijiet serra użati abbord vapur skont l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament

GHGIEactual

Medja annwali tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord vapur ikkalkulata għall-perjodu ta’ rapportar rilevanti

Formula għall-kalkolu tal-penali stabbiliti fl-Artikolu 20(1)

L-ammont tal-penali stabbiliti fl-Artikolu 20(1) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Penali =

(Bilanċ tal-konformità / GHGIEactual)  x fattur tal-konverżjoni minn MJ għal tunnellati ta’ VLSFO (41.0 MJ / kg) x EUR 2400

(1)    Qed issir referenza għad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-Anness V.C.1.(a) għat-terminu eu “emissjonijiet mill-fjuwil użat”
(2)    Dan il-valur mhuwiex meħtieġ fil-każ ta’ fjuwils fossili msemmija fl-Anness II. Għall-fjuwils l-oħra kollha, inkluż it-taħlitiet ta’ fjuwils fossili, dan il-valur għandu jkun magħmul disponibbli flimkien ma’ ċertifikat separat li jidentifika l-mogħdija tal-produzzjoni tal-fjuwil.
(3)    Qed issir referenza għad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-Anness V.C.1.(a) għat-terminu eu “emissjonijiet mill-fjuwil użat”
(4)    Qed issir referenza għad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-Anness V.C.1.(a) għat-terminu eu “emissjonijiet mill-fjuwil użat”
Top