EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0554(01)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

COM/2021/554 final/2

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 554 final/2

2021/0201(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 554 final} - {SWD(2021) 551 final} - {SWD(2021) 609 final} - {SWD(2021) 610 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

   Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 1 nediet strateġija ta’ tkabbir ġdida għall-UE li għandha l-għan li tittrasforma l-UE f’soċjetà ġusta u għanja b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Din tafferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-miri klimatiċi tagħha u li tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Barra minn hekk, din timmira li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

L-indirizzar tat-tibdil fil-klima huwa sfida urġenti. F’konformità mas-sejbiet xjentifiċi tar-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), jeħtieġ li jinkisbu emissjonijiet globali ta’ CO2 żero netti madwar l-2050, u n-newtralità għall-gassijiet serra l-oħrajn kollha aktar tard fis-seklu. Din l-isfida urġenti tirrikjedi li l-UE żżid l-azzjoni tagħha u turi tmexxija globali billi ssir newtrali għall-klima sal-2050. Dan l-objettiv huwa stabbilit fil-Komunikazzjoni “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd - Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” 2 . 

Abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatt, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 3 ipproponiet li tiżdied l-ambizzjoni tal-UE u ressqet pjan komprensiv biex tiżdied il-mira vinkolanti tal-Unjoni Ewropea għall-2030 lejn tnaqqis fl-emissjonijiet netti b’mill-inqas 55 %, b’mod responsabbli. It-tkabbir tal-ambizzjoni għall-2030 issa jgħin biex tingħata ċertezza lil dawk li jfasslu l-politika u lill-investituri, sabiex id-deċiżjonijiet li jittieħdu fis-snin li ġejjin ma jorbtux livelli tal-emissjonijiet li jkunu inkonsistenti mal-objettiv tal-UE li nkunu newtrali għall-klima sal-2050. Il-mira għall-2030 hija konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm taħt iż-2 °C u li jiġu segwiti l-isforzi biex din tinżamm għal 1,5 °C.

Il-Komunikazzjoni tipproponi li nimxu lejn kontribut aktar strett mis-settur tal-LULUCF u, bħala pass ulterjuri, li l-emissjonijiet agrikoli ta’ gassijiet serra mhux tas-CO2 jingħaqdu mas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija, u b’hekk jinħoloq settur tal-art regolat ġdid (li jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-agrikoltura, mill-forestrija u minn użu ieħor tal-art). Dan jista’ jippromwovi sinerġiji bejn l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni bbażata fuq l-art u jippermetti tfassil ta’ politika u implimentazzjoni ta’ politika aktar integrati fil-livell nazzjonali u tal-UE. L-analiżi li tirfed il-Komunikazzjoni turi li s-settur tal-art ikollu l-potenzjal li jsir newtrali għall-klima sa madwar l-2035 b’mod kosteffettiv, u sussegwentement jiġġenera aktar assorbimenti tas-CO2 milli emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Il-Kunsill Ewropew approva l-mira vinkolanti l-ġdida tal-UE għall-2030 fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2020 4 . Dan talab ukoll lill-Kummissjoni “biex tivvaluta kif is-setturi ekonomiċi kollha jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-mira tal-2030 u biex tressaq il-proposti meħtieġa akkumpanjati minn eżami fil-fond tal-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fil-livell tal-Istati Membri, filwaqt li tqis il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima u tirrieżamina l-flessibbiltajiet eżistenti”.

Għal dan il-għan, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tagħmel il-mira tan-newtralità klimatika tal-UE legalment vinkolanti, u żżid l-ambizzjoni għall-2030 billi tistabbilixxi l-mira ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet netti b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990. 

Sabiex issegwi l-perkors propost fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u ġġib dan il-livell ogħla ta’ ambizzjoni għall-2030, il-Kummissjoni rieżaminat il-leġiżlazzjoni dwar il-klima u l-enerġija fis-seħħ bħalissa li hija mistennija li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’40 % sal-2030 u b’60 % sal-2050.

Dan il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, kif imħabbar fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika tal-Kummissjoni, huwa l-aktar element kostitwenti komprensiv fl-isforzi biex tiġi implimentata l-mira klimatika ambizzjuża l-ġdida għall-2030, u s-setturi u l-politiki ekonomiċi kollha se jkunu meħtieġa jagħtu l-kontribut tagħhom. 

Il-qafas regolatorju inizjali għas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF), kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/841, ġie adottat fl-2018 u jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti tas-CO2 u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tas-CH4 u tal-N2O li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-art, tal-foresti u tal-bijomassa matul il-perjodu mill-2021 sal-2030. Dan jikkontribwixxi għall-mira preċedenti tal-Unjoni ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet b’mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, billi jiġi żgurat li s-somma tal-emissjonijiet totali ma taqbiżx is-somma tal-assorbimenti totali ġġenerati mis-settur wara l-applikazzjoni tar-regoli kontabilistiċi u tal-flessibbiltà mas-settur tal-“kondiviżjoni tal-isforzi” (jew l-ESR) stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/842.

Il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2018/841 bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” għandha l-għan li ssaħħaħ il-kontribut tas-settur tal-LULUCF għaż-żieda fl-ambizzjoni klimatika globali għall-2030. Għal dan l-għan, il-proposta: tistabbilixxi l-mira globali tal-Unjoni tal-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF għal 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 fl-2030; issaħħaħ l-obbligu għall-Istati Membri li jressqu pjanijiet ta’ mitigazzjoni integrati għas-settur tal-art u ttejjeb ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ bl-użu ta’ teknoloġiji diġitali; tallinja l-objettivi ma’ inizjattivi ta’ politika relatati tal-bijodiversità u tal-bijoenerġija; tiddetermina l-mira tal-Unjoni tan-newtralità klimatika għall-2035 fis-settur tal-art (li tgħaqqad flimkien is-settur tal-LULUCF u s-settur agrikolu mhux tas-CO2); u timpenja lill-Kummissjoni biex sal-2025 tagħmel proposti għal kontributi nazzjonali għall-mira tal-2035.

L-emenda proposta tintroduċi biss bidliet minuri u mhux sostantivi fil-qafas regolatorju tal-LULUCF għall-ewwel perjodu ta’ konformità, jiġifieri mill-2021 sal-2025. B’kuntrast għal dan, isseħħ bidla sinifikanti fil-bidu tat-tieni perjodu ta’ konformità mill-2026 sal-2030. Sabiex jiġu ssimplifikati l-implimentazzjoni u l-konformità, ir-regoli kontabilistiċi tal-art ispirati minn Kjoto mhux se jibqgħu jiġu applikati wara l-2025, u l-flessibbiltà bejn is-settur tal-LULUCF u mas-setturi tal-“kondiviżjoni tal-isforzi” se tiġi aġġustata, f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Il-mira globali tal-Unjoni tal-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 se titqassam bejn l-Istati Membri bħala miri nazzjonali annwali għall-perjodu mill-2026 sal-2030, u se tkun ibbażata fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti rrapportati fl-inventarji tal-gassijiet serra u fiż-żoni tal-art ġestita. Se tiġi introdotta sistema ġdida ta’ governanza tal-konformità mal-miri u se jiġi aġġustat il-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà fl-użu tal-art li jindirizza r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri. Mill-2031 ’il quddiem, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament se jiġi estiż biex jinkludi l-emissjonijiet mhux tas-CO2 mis-settur agrikolu, u b’hekk ikopri l-qafas kollu tas-settur tal-art għall-ewwel darba bi strument ta’ politika wieħed dwar il-klima.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” dwar il-klima u l-enerġija huwa pass komprensiv fit-tiġdid tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex tiġi allinjata maż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-UE. L-inizjattivi kollha fil-pakkett huma interkonnessi mill-qrib.

Din il-proposta leġiżlattiva tikkomplementa l-proposti li saru fil-pakkett u żżomm konsistenza ma’:

(a)Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE dwar l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS) 5 ; 

(b)Ir-Regolament (UE) 2018/842 dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 6 ;

(c)L-Emenda tad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar l-Enerġija Rinnovabbli 7  biex tiġi implimentata l-ambizzjoni tal-mira klimatika l-ġdida għall-2030; 

Hemm ukoll interkonnessjonijiet b’saħħithom ma’ inizjattivi oħrajn tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura, it-titjib tar-reżiljenza tal-foresti tal-UE għat-tibdil fil-klima, ir-restawr ta’ art u ekosistemi degradati, it-tixrib mill-ġdid ta’ torbieri u l-promozzjoni tal-bijoekonomija, inkluż l-użu ta’ prodotti durabbli tal-injam maħsud, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità:

a) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 8 ;

b) L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent 9 ;

c) [L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti 10 ];

d) [Il-Miri tal-UE għar-Restawr tan-Natura] 11 ;

e) L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 12 ;

f) L-Istrateġija tal-UE biex Jitnaqqsu l-Emissjonijiet tal-Metan 13 ;

g) [L-Istrateġija tal-UE għall-Ħamrija 14 ];

h) Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa 15 ;

i) Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva 16 ;

j) Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 17 ;

k) Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE 18 .

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposti tal-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-azzjonijiet u l-politiki kollha tal-UE u jgħinu lill-UE tilħaq iż-żieda fil-mira għall-2030 u tranżizzjoni b’suċċess u ġusta lejn l-objettiv ta’ newtralità klimatika sal-2050, kif iddikjarat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Bħala tali, din l-inizjattiva hija marbuta ma’ ħafna oqsma ta’ politika oħrajn, inkluż il-politiki esterni tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni qed ittejjeb il-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar u l-għodod ta’ appoġġ bl-objettiv li l-inizjattivi kollha tal-UE jissodisfaw ġurament ekoloġiku li ma jagħmlu “l-ebda ħsara”. 

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tar-riformi. L-appoġġ jingħata fuq talba u jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika, inkluż il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza, it-tranżizzjoni ekoloġika u kwistjonijiet relatati mal-LULUCF.

Is-settur tal-LULUCF huwa konness mal-ekosistemi u mal-attivitajiet ekonomiċi kollha li jiddependu mill-art u mis-servizzi li dan jipprovdi. Għalhekk, ir-Regolament dwar il-LULUCF jippreżenta sinerġiji ma’ politiki oħrajn tal-UE li jkopru attivitajiet relatati mal-art, prinċipalment il-Politika Agrikola Komuni 19 , politiki ambjentali u l-politika dwar l-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu, inter alia, l-objettivi li ġejjin: il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu ttrattati problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

It-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera li ma tistax tissolva b’azzjoni nazzjonali jew lokali biss. Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika trid isseħħ fil-livell Ewropew u, meta jkun possibbli, fil-livell globali. L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata abbażi tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Mill-1992, l-Unjoni Ewropea ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u biex tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. B’mod aktar speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-UE se tipprovdi twettiq kosteffettiv tal-objettivi għall-2030 u fit-tul ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet filwaqt li tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

Żieda fil-mira tal-2030 għat-tnaqqis fil-gassijiet serra tal-UE se jkollha impatt fuq il-biċċa l-kbira tas-setturi, jekk mhux is-setturi kollha, fl-ekonomija kollha tal-UE. Barra minn hekk, iż-żieda ta’ dik il-mira tista’ tirrikjedi tweġibiet ta’ politika f’ħafna oqsma, inkluż lil hinn mill-politika dwar il-klima, il-forestrija u l-użu tal-art. L-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri skont il-qafas tar-Regolament dwar il-LULUCF għandhom rabtiet qawwija ma’ politiki oħrajn, b’mod partikolari l-agrikoltura, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ħabitats, l-adattament, kif ukoll il-politika dwar l-enerġija minħabba l-aspetti tal-enerġija rinnovabbli. L-interdipendenzi bejn il-politiki differenti involuti għandhom impatt transnazzjonali, il-miri għat-tnaqqis u l-assorbiment tal-emissjonijiet jiġu ddeterminati għal kull Stat Membru, u l-prinċipji, li abbażi tagħhom l-Istati Membri se jirrapportaw dwar il-kisbiet tagħhom u jkejlu l-progress tagħhom lejn l-ilħuq tal-miri individwali tagħhom u tal-miri tal-UE kollha kemm hi huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1999 20 . L-azzjoni fil-livell tal-UE hija indispensabbli u l-politiki koordinati tal-UE għandhom ċans ħafna akbar li jwasslu għal trasformazzjoni vera lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050.

Proporzjonalità

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi li tiġi implimentata l-mira tal-UE għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu mill-2021 sal-2030 b’mod kosteffettiv, filwaqt li jiġu żgurati l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.

Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistabbilixxi l-mira klimatika vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għal tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030. Din il-proposta tkopri parti kbira minn dawn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u tirrevedi r-Regolament dwar il-LULUCF sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.

Għażla tal-istrument

L-objettivi ta’ din il-proposta jistgħu jiġu segwiti bl-aħjar mod permezz ta’ emenda tar-Regolament eżistenti dwar il-LULUCF, li tintroduċi bidliet fil-qafas leġiżlattiv stabbilit sabiex tinkiseb żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni u tiġi żgurata l-applikabbiltà diretta u uniformi tad-dispożizzjonijiet madwar l-Unjoni kollha fl-istess ħin.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ir-Regolament dwar il-LULUCF daħal fis-seħħ fl-2018 iżda ilu japplika mill-bidu tal-2021, u għalhekk s’issa saru biss l-ewwel passi fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tiegħu; dawn l-attivitajiet enfasizzaw xi sfidi fl-implimentazzjoni. B’mod partikolari, l-analiżi tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima (NECPs) 21 kif imressqa mill-Istati Membri fl-aħħar tal-2019 uriet li s-settur tal-LULUCF għad irid jiġi ttrattat bħala komponent integrat tal-istrateġiji klimatiċi tal-Istati Membri. Il-proċess tal-istabbiliment tal-Livelli ta’ Referenza għall-Foresti għal kull Stat Membru żvela l-isfidi wara l-implimentazzjoni ta’ din ir-regola kontabilistika kumplessa, u l-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet biex jiġu appoġġati għadd kbir ta’ Stati Membri fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF enfasizzaw l-isfidi wara d-diskrepanzi fis-sistemi nazzjonali ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu ġiet ippubblikata għall-feedback fid-29 ta’ Ottubru 2020 għal erba’ ġimgħat, u rċeviet total ta’ 93 tweġiba. Barra minn hekk, sabiex tiġbor l-evidenza u tiżgura trasparenza akbar, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika għal kull waħda mill-proposti mit-13 ta’ Novembru 2020 sal-5 ta’ Frar 2021; il-konsultazzjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF irċeviet 235 rispondent. Dawn indikaw preferenza għal miri ta’ assorbiment aktar ambizzjużi għas-settur tal-LULUCF, għażla magħżula minn 45 % tar-rispondenti (l-aktar l-akkademiċi, iċ-ċittadini tal-UE u l-NGOs). Fit-tieni post, il-miri integrati għas-settur tal-art kienu ppreferuti minn 35 % tar-rispondenti, l-aktar mis-settur privat. It-tisħiħ tal-flessibbiltà mal-ESR kien l-aktar għażla ppreferuta fost 20 % tar-rispondenti, l-aktar l-awtoritajiet pubbliċi. Sommarju dettaljat tal-feedback għall-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu u tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika huma ppreżentati fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt għal din il-proposta.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali hija bbażata fuq immudellar integrat tal-użu ekonomiku tal-art mill-IIASA mal-GLOBIOM u l-G4M. Ix-xenarju tal-politika (MIX) iqis id-domandi probabbli għall-bijomassa minn setturi oħrajn u jsegwi s-suppożizzjonijiet tax-xenarju tal-1.5TECH tal-istrateġija fit-tul tal-UE 22 , 23 . Ix-xenarju tal-MIX jipprevedi li l-bir nett tal-LULUCF sal-2030 se jkun f’livelli simili bħal fil-perjodu 2016-2018. L-impatt tal-miżuri speċifiċi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet jew għal assorbimenti mtejba ġie immudellat b’kurvi tal-kost għat-tnaqqis marġinali. Din l-analiżi wriet li żidiet sinifikanti fil-bir tal-art jistgħu jinkisbu b’kostijiet relattivament baxxi (EUR 5-10/tunnellata ta’ CO2). Din uriet ukoll li t-tnaqqis kosteffiċjenti fl-emissjonijiet jirrikjedi azzjoni fuq l-użu kollu tal-art, bħal ġestjoni forestali mtejba, l-afforestazzjoni, l-evitar tad-deforestazzjoni għall-artijiet forestali, it-twarrib tal-użu tal-art f’ħamrija organika u strateġiji mtejba ta’ ġestjoni tar-raba’ għall-artijiet agrikoli.

L-informazzjoni dwar il-kontribut tas-settur tal-LULUCF għall-Patt Ekoloġiku nkisbet permezz ta’ kuntratt ta’ servizz li sar minn konsorzju ta’ esperti esterni, u li ffoka fost kompiti oħrajn fuq problemi, objettivi u għażliet għar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF u għall-analiżi tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni dwar il-LULUCF (529/2013).

Inġabret informazzjoni addizzjonali permezz ta’ diversi studji esterni bħall-istudju ta’ konformità tal-LULUCF, il-bini tal-kapaċitajiet għall-inventarji tal-gassijiet serra, l-istudju pilota dwar is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, eċċ.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt għall-inizjattivi differenti huma bbażati fuq xenarji integrati ta’ immudellar li jirriflettu l-interazzjoni ta’ strumenti ta’ politika differenti fuq l-operaturi ekonomiċi, sabiex jiġu żgurati l-komplementarjetà, il-koerenza u l-effettività fl-ilħuq tal-ambizzjoni klimatika tal-2030 u l-2050.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta tikkomplementa l-analiżi li saret fil-valutazzjoni tal-impatt tal-2020 li tappoġġa l-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. Din ifformat il-bażi analitika biex jiġi stabbilit l-objettiv ta’ tnaqqis nett fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, l-objettiv ta’ newtralità klimatika fis-settur tal-art għall-2035, u l-objettiv ta’ newtralità klimatika fl-Unjoni kollha sal-2050.

Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta tħejjiet u ġiet żviluppata f’konformità mal-gwida applikabbli għal Regolamentazzjoni Aħjar u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju li ta opinjoni pożittiva b’xi riżervi fid-19 ta’ April 2021. It-titjib rakkomandat issuġġerit mill-Bord ġie indirizzat fil-verżjoni finali.

   Problemi u objettivi

Il-Valutazzjoni tal-Impatt identifikat tliet problemi ewlenin, bil-fatturi ewlenin u l-objettivi korrispondenti.

L-ewwel problema hija li l-assorbimenti tal-karbonju fis-settur tal-art kienet qed tonqos f’dawn l-aħħar snin: minħabba żieda fir-rati tal-ħsad relatati mad-domanda għall-injam u mat-tixjiħ tal-foresti, emissjonijiet kontinwi mill-ħamrija organika, diżastri naturali u nuqqas ta’ inċentivi ta’ politika u finanzjament. Għaldaqstant, l-ewwel objettiv ta’ din il-proposta huwa li twaqqaf u tibdel din it-tendenza, f’konformità ma’ ambizzjoni li jinkiseb settur tal-art newtrali għall-klima fl-2035.

It-tieni problema hija l-integrazzjoni insuffiċjenti tas-settur tal-art fil-politiki dwar il-klima, minħabba l-fatt li s-setturi tal-Agrikoltura u tal-LULUCF ma għandhom l-ebda mira integrata, huma koperti minn żewġ biċċiet differenti ta’ leġiżlazzjoni, u huma konnessi permezz ta’ regoli tal-flessibbiltà li ppreżentaw xi limitazzjonijiet. L-objettiv korrispondenti huwa li jiġi żgurat qafas ta’ politika dwar il-klima ġust, flessibbli u integrat biex jinċentiva tfassil ta’ politika u implimentazzjoni effettivi, u biex itejjeb l-azzjoni ta’ mitigazzjoni kosteffiċjenti u sinerġistika fis-settur tal-art. Dan huwa ta’ importanza partikolari minħabba l-potenzjal għoli li jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-miżuri ta’ protezzjoni ambjentali relatati mal-ġestjoni tal-art kemm f’żoni agrikoli u forestali kif ukoll f’żoni naturali u seminaturali. Kemm ir-restawr ta’ ekosistemi għonja fil-karbonju kif ukoll l-użu sostenibbli tal-ħamrija u tal-foresti se jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-klima u tal-bijodiversità.

It-tielet problema hija li r-regoli kontabilistiċi, tal-monitoraġġ u tar-rapportar kif stabbiliti fir-Regolament attwali dwar il-LULUCF jippreżentaw sfidi fl-implimentazzjoni: b’mod partikolari, il-proċess biex jiġu stabbiliti Livelli ta’ Referenza għall-Foresti wera li huwa ta’ piż u għad hemm ħafna diskrepanzi fl-akkuratezza tal-istimi tal-LULUCF. Din il-problema tikkorrispondi għal objettiv li jiġu ssimplifikati r-regoli kontabilistiċi u li jiġu sfruttati l-opportunitajiet maħluqa mit-teknoloġiji tal-monitoraġġ tal-art u mis-settijiet tad-data eżistenti biex tiġi mmonitorjata aħjar il-prestazzjoni klimatika tas-settur tal-LULUCF.

   Għażliet ta’ politika

Wara din l-analiżi u l-elementi deskritti fil-Komunikazzjoni dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030, il-Valutazzjoni tal-Impatt iddeskriviet tliet għażliet.

L-ewwel għażla tħares lejn modi alternattivi għat-tfassil tal-miri nazzjonali tal-LULUCF, jekk wieħed jassumi li ma jeżisti l-ebda mezz ta’ flessibbiltà bejn is-settur tal-LULUCF u s-setturi tal-ESR. Mod wieħed propost biex isir dan huwa li jiġi ssimplifikat il-parametru referenzjarju kontabilistiku għall-artijiet forestali ġestiti billi tintuża medja storika minflok il-Livell ta’ Referenza għall-Foresti. Mod ieħor huwa li tiġi stabbilita mira ta’ assorbiment unika bbażata fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha rrapportati fl-inventarju u li din titqassam fost l-Istati Membri skont l-emissjonijiet u l-assorbimenti reċenti u ż-żona tal-art ġestita; il-mira tal-UE hija stabbilita f’konformità ma’ trajettorja lejn settur tal-art newtrali għall-klima fl-2035.

It-tieni għażla tistabbilixxi wkoll mira ta’ assorbiment unika bbażata fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti rrapportati, iżda din tipproponi mira aktar baxxa tal-UE għall-2030 li tikkorrispondi għall-prestazzjoni reċenti tas-settur tal-LULUCF (jiġifieri l-medja tal-2016-2018); billi żżid il-possibbiltà li jiġu ġġenerati krediti tal-LULUCF għall-konformità mal-miri tal-ESR, din l-għażla toħloq inċentivi biex jinqabżu l-miri tal-LULUCF, li potenzjalment jilħqu livell ta’ assorbimenti f’konformità ma’ trajettorja lejn settur tal-art newtrali għall-klima fl-2035.

It-tielet għażla tgħaqqad flimkien l-emissjonijiet mis-settur tal-Agrikoltura u l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF taħt pilastru wieħed tas-“settur tal-art”, u fiha tliet elementi: proċess ta’ ppjanar biex tiġi żgurata n-newtralità klimatika bbażata fuq l-art fl-2035, miri vinkolanti nazzjonali għas-settur tal-art fl-2030, u miri vinkolanti nazzjonali għas-settur tal-art fl-2035.

L-għażla ppreferuta hija li fl-2030 jiġu kkombinati miri nazzjonali simplifikati u aktar ambizzjużi tal-LULUCF (bħal fl-Għażla 1.2 jew fl-Għażla 2, skont il-miri tal-ESR) b’objettiv fl-UE kollha ta’ newtralità klimatika bbażata fuq l-art fl-2035. L-għażla ppreferuta fiha wkoll proċess ta’ ppjanar għall-mitigazzjoni bbażata fuq l-art, miri nazzjonali dwar l-art għall-2035 li għandhom jiġu stabbiliti fi stadju aktar tard, u rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar imtejba.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

F’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u tal-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 24 . B’mod partikolari, hija tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ ħarsien ambjentali f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-implikazzjonijiet baġitarji għall-Istati Membri huma relatati mal-possibbiltà ta’ skambjar tas-surpluses meta dawn jaqbżu l-miri tagħhom, u mal-ħtieġa ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar ta’ kwalità għolja fis-settur tal-LULUCF li jinvolvu eż. l-użu mill-ġdid ta’ programmi tal-UE (eż. Copernicus) u ta’ sorsi tad-data diġà użati għal politiki oħrajn.

Din il-proposta tipprevedi rieżami komprensiv, fl-2025, tad-data fl-inventarju nazzjonali sottomessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 (“ir-Regolament dwar il-Governanza”). Ir-rieżami se jippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-miri annwali tal-LULUCF għall-Istati Membri għall-perjodu 2026-2030, abbażi tal-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023. Ir-rieżami se jaġġorna wkoll il-perkors tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet għall-2030 għall-ESR u se jirrevedi l-allokazzjonijiet annwali għas-snin mill-2026 sal-2030. Barra minn hekk, se jinżamm ir-rieżami komprensiv tal-2027 għall-fini tal-konformità prevista fir-Regolament dwar il-Governanza. Dawn il-kompiti se jirrikjedu l-appoġġ ta’ kuntrattur estern, għal prezz stmat ta’ EUR 2 miljun għal kull rieżami (2025, 2027).

Se tkun meħtieġa wkoll leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi regoli dettaljati relatati mal-LULUCF dwar ir-Reġistru tal-Unjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u l-verifika tar-rapporti tal-konformità. L-implimentazzjoni se tirrikjedi żviluppi elaborati tal-IT fir-Reġistru tal-Unjoni biex jiġu ttrattati tipi ġodda ta’ kwoti marbuta mal-flessibbiltà tal-LULUCF-ESR, u operaturi ġodda (l-Istati Membri).

Barra minn hekk, wara l-bidla fl-2026 tal-mekkaniżmu ta’ rapportar u ta’ konformità, l-implimentazzjoni se tirrikjedi forniment imtejjeb u msaħħaħ ta’ monitoraġġ permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ta’ servizzi relatati tad-data taħt il-programm Copernicus.

L-implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE huma ppreżentati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża. L-iżvilupp tal-IT u l-għażliet ta’ akkwist se jkunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-Bord tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u taċ-Ċibersigurtà tal-Kummissjoni Ewropea.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Ir-rapportar trasparenti u regolari tal-obbligi tal-Istati Membri flimkien ma’ kontrolli sodi tal-konformità huma elementi fundamentali li jiżguraw il-progress fit-twettiq tal-impenji fit-tul tal-UE ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet. L-inizjattiva tibni fuq il-proċess abbażi ta’ pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u tal-qafas robust ta’ trasparenza għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni klimatika oħra li tinsab fir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika. Il-Kummissjoni se tuża inter alia l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri skont ir-Regolament dwar il-Governanza bħala bażi għall-valutazzjoni regolari tagħha tal-progress. Dan jinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, politiki u miżuri, projezzjonijiet u l-adattament. Il-Kummissjoni se tuża wkoll din l-informazzjoni għar-Rieżamijiet tal-Implimentazzjoni Ambjentali u għall-monitoraġġ tal-Programmi ta’ Azzjoni Ambjentali. L-informazzjoni miksuba mill-Istati Membri tista’ tiġi kkomplementata b’osservazzjonijiet atmosferiċi sistematiċi in situ kif ukoll b’osservazzjonijiet ta’ telerilevament, bħal dawk ipprovduti minn Copernicus.

Il-kwalità mtejba tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija ssir aktar prominenti bl-introduzzjoni tal-mira tal-UE għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti abbażi tan-numri rrapportati fl-inventarji tal-gassijiet serra. Il-koerenza ma’ politiki oħrajn tal-UE li jiddependu wkoll mill-monitoraġġ tal-art – bħall-Politika Agrikola Komuni, il-politiki dwar il-bijodiversità, u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli – għandha sinifikat qawwi wkoll, u tipprovdi sinerġiji amministrattivi u tal-kostijiet importanti. Bis-saħħa tal-evoluzzjonijiet fit-teknoloġiji tal-monitoraġġ tal-art, hemm opportunitajiet abbundanti biex jiġu mmonitorjati l-bidliet fl-użu tal-art bi prezz baxx u fil-ħin (eż. permezz ta’ approċċi bbażati fuq it-telerilevament, inkluż mis-satelliti Sentinel ta’ Copernicus jew mis-servizzi disponibbli kummerċjalment). Din il-ġeodata diġitali ta’ kopertura tal-UE f’waqtha mhux biss se tiffaċilita r-rapportar tal-gassijiet serra iżda se tiggwida wkoll l-azzjoni ta’ mitigazzjoni lejn oqsma bl-ogħla potenzjal għat-tnaqqis fl-emissjonijiet, u b’mod aktar ġenerali se tippermetti l-azzjoni ambjentali, il-bijodiversità, il-protezzjoni tan-natura u l-ippjanar tal-użu tal-art. Għalhekk, l-aġġornament tal-approċċ ta’ monitoraġġ fir-Regolament dwar il-LULUCF, u b’hekk l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-Istati Membri kollha fir-rigward tal-użu ta’ approċċi komparabbli u standardizzati f’konformità mal-għodod u t-teknoloġiji disponibbli, huwa ta’ importanza kbira u se jiżgura l-adozzjoni tal-aħjar prattiki għall-monitoraġġ.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-aktar bidliet importanti fil-qafas legali tal-LULUCF li jikkontribwixxu biex tintlaħaq iż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni jikkonċernaw l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

Il-kamp ta’ applikazzjoni inizjali li jistabbilixxi l-“kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art” japplika biss għall-perjodu 2021-2025 fir-Regolament emendat. L-Artijiet Mistagħdra Ġestiti huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-emenda għall-2021-2025 għall-Istati Membri li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni li jinkluduha sal-31 ta’ Diċembru 2020 biss (magħżula minn żewġ Stati Membri biss).

Il-kamp ta’ applikazzjoni għall-perjodu 2026-2030, huwa bbażat direttament fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti rrapportati għall-inventarju tal-gassijiet serra skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u jirrifletti eżattament il-kategoriji ta’ rapportar kif stabbiliti fil-Format Komuni ta’ Rapportar skont il-linji gwida ta’ rapportar tal-UNFCCC (eż. it-torbieri u l-estrazzjoni tal-pit huma inklużi fil-kategorija ta’ rapportar “Artijiet Mistagħdra”).

Il-kamp ta’ applikazzjoni għal settur agrikolu kkombinat tal-użu tal-art u mhux tas-CO2 mill-2031 ’il quddiem huwa introdott fl-aħħar paragrafu, u jirrifletti wkoll il-kategoriji ta’ rapportar kif stabbiliti fil-Format Komuni ta’ Rapportar.

Artikolu 4 Impenji u miri

Fl-Artikolu 4 oriġinali, it-terminu “impenji” ntuża biex jesprimi l-obbligu mingħajr mira numerika speċifika. L-Artikolu 4 il-ġdid “Impenji u miri” se jiġi rivedut biex jirrifletti t-tliet perjodi:

Impenji għall-2021-2025

Skont ir-regoli attwali, l-Istati Membri huma impenjati li jiżguraw li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma jaqbżux l-assorbimenti, ikkalkolati bħala s-somma tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali fil-kategoriji kontabilistiċi kif iddefinit fil-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 2(1)); ir-“regola ta’ ebda dejn”. Dawn l-impenji se jkunu limitati biss għall-ewwel perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament emendat, jiġifieri mill-2021 sal-2025.

Miri għall-Istati Membri għall-2026-2030

Għall-perjodu mill-2026 sal-2030, il-mira tal-Unjoni se tiġi stabbilita biex sal-2030 tilħaq assorbimenti netti ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2, abbażi tal-inventarju tal-gassijiet serra mis-snin 2016, 2017 u 2018. Il-mira tal-Unjoni ta’ assorbimenti netti ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 se titqassam fost l-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati miri nazzjonali vinkolanti ta’ assorbimenti netti minimi li għandhom jintlaħqu fl-2030 skont tabella fl-Anness IIa.

Żewġ kunsiderazzjonijiet jagħmlu l-użu ta’ data reċenti preferibbli. L-ewwel nett, il-punt tat-tluq għat-trajettorja jenħtieġ li jkun qrib kemm jista’ jkun tal-perjodu ta’ konformità – dan għandu impatt tekniku li jelimina l-ħtieġa li jiġi stabbilit parametru referenzjarju bħal-Livell ta’ Referenza għall-Foresti. It-tieni nett, l-inventarji tal-LULUCF li jibdew bit-tressiq tal-2023 se jkunu l-ewwel li jkunu taħt il-kundizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Governanza, u għalhekk ta’ standard ogħla. Fl-2025, abbażi tar-riżultati ta’ rieżami komprensiv tal-inventarju tal-gassijiet serra rrapportat, il-Kummissjoni se tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina l-miri annwali abbażi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti vverifikati mis-snin 2021, 2022 u 2023 għal kull Stat Membru. Għalhekk, l-aktar data rieżaminata reċentement se sservi bħala bażi għall-istabbiliment tat-trajettorja tal-miri annwali għall-2026-2029 lejn l-ilħuq tal-miri nazzjonali tal-assorbimenti netti għall-2030.

Il-mira tal-2030 se tkun il-punt tat-tluq tal-perkors tas-settur tal-art bejn l-2030 u l-2050 għall-kisba tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha, u se tippermetti l-monitoraġġ tal-progress lejn emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050.

Impenji għan-newtralità klimatika fl-2035

Mill-2031 ’il quddiem, is-settur tal-LULUCF se jinkludi l-emissjonijiet mhux tas-CO2 mis-settur agrikolu u r-Regolament emendat se jistabbilixxi objettiv biex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-emissjonijiet u fl-assorbimenti ta’ gassijiet serra madwar l-Unjoni kollha fis-setturi kkombinati sa mhux aktar tard mill-2035; it-tnaqqis tal-emissjonijiet għal żero netti sa dik id-data u l-ġenerazzjoni ta’ emissjonijiet negattivi minn dakinhar ’il quddiem. L-Istati Membri huma obbligati jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira kollettiva u jridu jippreżentaw kif dawn beħsiebhom jilħqu dan l-objettiv fil-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati tagħhom għall-enerġija u l-klima sa Ġunju 2024. Fid-dawl tal-pjanijiet imressqa, il-Kummissjoni se tipproponi, sal-aħħar tal-2025, miri individwali għall-Istati Membri u miżuri fl-UE kollha għall-perjodu ta’ wara l-2030. Il-miri individwali għal wara l-2030 għall-Istati Membri se jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt u għal proposta leġiżlattiva ġdida.

Mill-2036 ’il quddiem, is-settur ikkombinat se jkun meħtieġ jiġġenera aktar assorbimenti tal-karbonju biex jibbilanċja l-emissjonijiet li jkun għad fadal f’setturi oħrajn, abbażi ta’ sistema robusta ta’ ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju. Dan il-qafas ta’ politika jista’ jibda jgħaqqad b’mod progressiv is-settur tal-art ma’ setturi oħrajn (lil hinn mill-agrikoltura) li jkunu eżawrew il-possibbiltajiet tagħhom ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet, jew li jkunu kisbu, pereżempju, tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ aktar minn 90 %. Għaldaqstant, tiġi ppreservata inċentiva biex l-assorbimenti tal-karbonju fis-setturi kkombinati jiżdiedu b’mod stabbli għall-perjodu sal-2050.

Artikolu 9 Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

Il-Komunikazzjoni It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 tindika inizjattivi dwar is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u ċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju li jenħtieġ li jintużaw dejjem aktar sal-2030. Għalhekk, dawn il-mudelli kummerċjali l-ġodda biex jiżdied is-sekwestru tal-karbonju jeħtieġ li jiġu promossi filwaqt li fl-istess ħin, l-utenti tal-art iridu jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jevitaw li jnaqqsu aktar il-ħażna tal-karbonju tagħhom, speċjalment fil-ħamrija.

Il-proposta se tintroduċi perkors aktar espliċitu lejn prodotti ġodda (materjali tal-bini, fibri/polimeri) u se tidderieġi mill-ġdid is-sens tal-Artikolu biex jaġixxi bħala chapeau għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju/tas-sekwestri tal-karbonju f’art agrikola, billi tiġbor il-prodotti tal-injam maħsud bħala eżempju wieħed.

Artikolu 12 Flessibbiltajiet ġenerali

Skont ir-Regolament emendat, l-Istati Membri mhux se jkunu jistgħu “jinnegozjaw” aktar l-assorbimenti żejda fi tmiem il-perjodu 2021-2025. Madankollu, l-emenda tiżgura l-allokazzjoni ta’ sehem mill-assorbimenti żejda tal-Istati Membri fi tmiem il-perjodu 2021-2025 għal mekkaniżmu ta’ flessibbiltà stabbilit fit-tieni perjodu mill-2026 sal-2030 (ara l-Artikolu 13b imdaħħal ġdid).

Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkunu obbligati jirrapportaw dwar l-użu tad-dħul mill-iskambjar u mistennija li jinvestu mill-ġdid dan id-dħul fi proġetti dwar il-klima.

Artikolu 13 Flessibbiltà tal-Art Forestali Ġestita

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 13 se jkun limitat għall-perjodu kontabilistiku mill-2021 sal-2025, bil-flessibbiltà totali disponibbli tammonta għal sehem mill-eċċess ta’ flessibbiltà li ma jkunx intuża mill-Istati Membri matul il-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 13.

Huwa mistenni surplus wara l-ewwel perjodu, minħabba li bħalissa l-assorbimenti netti forestali fi Stati Membri ewlenin huma ferm akbar mil-Livelli ta’ Referenza għall-Foresti adottati. Konsegwentement, kważi l-Istati Membri kollha għonja fil-foresti x’aktarx se jissodisfaw l-impenji tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont ir-Regolament dwar il-LULUCF mingħajr il-ħtieġa li jużaw il-flessibbiltà tagħhom. Għalhekk, huwa probabbli li dan iħalli sehem sinifikanti mill-flessibbiltà disponibbli mhux użata, li jista’ jforni lill-mekkaniżmu stabbilit ġdid għat-tqassim mill-ġdid ta’ kwalunkwe kumpens għall-Art Forestali Ġestita mhux użat għall-Istati Membri milquta minn disturbi naturali.

Barra minn hekk, id-dispożizzjoni attwali dwar il-flessibbiltà speċjali għall-Finlandja se titneħħa u se tiġi sostitwita bl-Artikolu 13a fir-Regolament emendat.

Artikolu 13a Kumpensi addizzjonali

B’mod simili għall-Artikolu 13, l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu se tkun limitata għall-kontabbiltà kontra l-ewwel perjodu ta’ konformità, l-2021-2025, u l-motivazzjoni ewlenija għall-eżistenza tiegħu hija li tiġi evitata kwalunkwe ambigwità fl-interpretazzjoni tal-firxa tal-flessibbiltà speċjali assenjata lill-Finlandja.

L-emenda se tispeċifika l-ammont tal-kumpens disponibbli għal 5 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2, jiġifieri nofs l-ammont attwali, peress li dan huwa applikabbli sal-aħħar tal-2025 biss. Barra minn hekk, il-kumpens għal art forestali rrapportata bħala kkonvertita f’art oħra se jkun limitat sal-aħħar tal-2017. Il-kumpens se jitħalla jintuża biss għall-fini tal-konformità mal-impenn tal-2021-2025, filwaqt li jiġi żgurat li l-ebda kreditu ma jintuża għall-iskambjar, u lanqas ma jiġi nnegozjat għat-tieni perjodu 2026-2030.

Artikolu 13b Mekkaniżmu ta’ flessibbiltà fl-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030

Peress li l-bidla lejn il-mira nazzjonali bbażata fuq ir-rapportar tagħmel lil dawn l-Artikoli 10 (Disturbi naturali) u 13 (Flessibbiltà tal-art forestali ġestita) żejda mill-2025, ġie introdott mekkaniżmu ta’ flessibbiltà ġdid fir-Regolament emendat għall-perjodu mill-2026 sal-2030 biex jgħin lill-Istati Membri jittrattaw l-inċertezzi tas-settur, b’mod partikolari minn diżastri naturali. Dan se jopera skont prinċipji simili f’dan l-Artikolu 13, filwaqt li se jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni mill-art forestali għall-art kollha rilevanti għall-konformità mal-miri. Il-mekkaniżmu mbagħad jittratta kwalunkwe tnaqqis mhux mistenni fl-assorbimenti netti fil-kategoriji kollha tal-art, mhux biss il-foresti, minħabba pesti, nirien, u maltempati, bil-kundizzjoni ta’ evidenza ċara li għandha titressaq mill-Istati Membri f’konformità mal-kriterji eżistenti (l-Anness VI).

L-elementi l-ġodda (meta mqabbla mal-Artikolu 13 oriġinali) se jkunu:

Matul il-perjodu 2026-2030, jistgħu jintużaw unitajiet mill-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà biex ikopru l-kamp ta’ applikazzjoni kollu bejn il-mira u r-rapportar f’kull Stat Membru, mhux biss għall-art forestali.

L-aċċess għall-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà, fl-2032 għall-perjodu 2026-2030, huwa stabbilit għal nofs l-ammont massimu stabbilit fl-Anness VII, jiġifieri 178 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2.

Kwalunkwe ammont mhux użat jista’ jiġi riallokat b’deċiżjoni tal-Kummissjoni u permezz tar-Reġistru lill-Istati Membri meta l-ħtieġa tagħhom b’mod partikolari fir-rigward tad-disturbi naturali tintwera f’konformità mal-prinċipji fl-Anness VI, u dan ikun qabeż il-livelli ddefiniti minn qabel għal kull Stat Membru fl-Anness VII.

Artikolu 13c Governanza tal-miri

Mal-bidla lejn il-miri annwali nazzjonali għall-assorbimenti netti fil-perjodu mill-2026 sal-2030, se jiġu introdotti prinċipji simili kif jeżistu fil-qafas tal-konformità skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (UE) 2018/842, bħal penali għan-nuqqas ta’ konformità ta’ 8 % fuq id-diskrepanza fil-konformità fl-2030, fir-rigward tal-istabbiliment sussegwenti tal-miri/tal-allokazzjonijiet wara l-2030. Fil-każ meta Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-mira tiegħu għall-2030 fi tmiem it-tieni perjodu ta’ konformità, minkejja l-għażla ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor u s-sehem rilevanti mill-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà, id-distakk bejn il-mira tiegħu għall-2030 u t-tnaqqis fl-emissjonijiet netti li verament ikun inkiseb fl-2030 se jiżdied mal-mira tiegħu ddeterminata għall-2031.

Emenda tar-Regolament (UE) 2018/1999

Ir-raġuni għaliex ir-Regolament (UE) 2018/1999 25 huwa emendat flimkien mar-Regolament (UE) 2018/841 hija li dan jinkludi r-regoli għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra u r-rapportar dwarhom u għat-traċċar tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-miri skont ir-Regolament (UE) 2018/841.

L-emenda tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tirrifletti fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima l-miri nazzjonali stabbiliti għall-perjodu mill-2026 sal-2030 u l-impenn tan-newtralità klimatika fl-2035. L-emenda tal-Artikolu 38 tippermetti li jsir rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali fl-2025, sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-miri annwali nazzjonali tal-Istati Membri matul l-2026 sal-2030. Barra minn hekk, l-emenda tal-Parti 3 tal-Anness V stabbiliet miżuri li jżidu l-akkuratezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF.

2021/0201 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 26 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 27 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Pariġi, adottat f’Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f’Novembru 2016 (“il-Ftehim ta’ Pariġi”). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(2)L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Diċembru 2019 28 . Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(3)L-Unjoni impenjat ruħha li sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b’mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 fl-impenn aġġornat ta’ tnaqqis iddeterminat fil-livell nazzjonali mressaq lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta’ Diċembru 2020 29 .

(4)Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b’mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ dik il-mira, inkluż is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 huwa limitat għal 225 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2. Fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid f’dikjarazzjoni korrispondenti l-intenzjoni tagħha li tipproponi reviżjoni tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 , f’konformità mal-ambizzjoni li sal-2030, l-assorbimenti netti tal-karbonju jiżdiedu għal livelli ogħla minn 300 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija.

(5)Sabiex jikkontribwixxu għaż-żieda fl-ambizzjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra minn b’mill-inqas 40 % għal b’mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri annwali vinkolanti għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra għal kull Stat Membru fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija fil-perjodu mill-2026 sal-2030 (b’analoġija għall-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 ), li jirriżultaw f’mira ta’ assorbimenti netti ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 għall-Unjoni kollha kemm hi fl-2030. Il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-miri nazzjonali għall-2030 jenħtieġ li tqis l-emissjonijiet u l-assorbimenti medji ta’ gassijiet serra mis-snin 2016, 2017 u 2018, irrapportati minn kull Stat Membru, u tirrifletti l-prestazzjoni tal-mitigazzjoni attwali tas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija, u s-sehem ta’ kull Stat Membru miż-żona tal-art ġestita fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kapaċità ta’ dak l-Istat Membru li jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fis-settur permezz ta’ prattiki tal-ġestjoni tal-art jew bidliet fl-użu tal-art li jkunu ta’ benefiċċju għall-klima u l-bijodiversità.

(6)Il-miri annwali vinkolanti għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra jenħtieġ li jiġu ddeterminati għal kull Stat Membru permezz ta’ trajettorja lineari. It-trajettorja jenħtieġ li tibda fl-2022, fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati minn dak l-Istat Membru matul l-2021, l-2022 u l-2023 u tintemm fl-2030 fuq il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru. Għall-Istati Membri li jtejbu l-metodoloġija tagħhom għall-kalkolu tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ta’ korrezzjoni teknika. Jenħtieġ li tiżdied korrezzjoni teknika mal-mira ta’ dak l-Istat Membru li tikkorrispondi għall-effett tal-bidla fil-metodoloġija fuq il-miri u l-isforzi tal-Istat Membru biex dawn jintlaħqu, sabiex tiġi rrispettata l-integrità ambjentali.

(7)Il-Komunikazzjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 33 iddeskriviet għażla li l-emissjonijiet agrikoli ta’ gassijiet serra mhux tas-CO2 jingħaqdu flimkien mal-assorbimenti netti tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija, u b’hekk jinħoloq settur tal-art regolat ġdid. Din il-kombinazzjoni tista’ tippromwovi sinerġiji bejn l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni bbażata fuq l-art u tippermetti tfassil ta’ politika u implimentazzjoni ta’ politika aktar integrati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jissaħħaħ l-obbligu għall-Istati Membri li jressqu pjanijiet ta’ mitigazzjoni integrati għas-settur tal-art.

(8)Is-settur tal-art għandu l-potenzjal li jsir newtrali għall-klima malajr sal-2035 b’mod kosteffettiv, u sussegwentement jiġġenera aktar assorbimenti ta’ gassijiet serra milli emissjonijiet. Impenn kollettiv bil-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika fis-settur tal-art fl-2035 fil-livell tal-UE jista’ jipprovdi ċ-ċertezza tal-ippjanar meħtieġa biex tiġi xprunata l-azzjoni ta’ mitigazzjoni bbażata fuq l-art f’qasir żmien, meta wieħed iqis li din l-azzjoni tista’ tieħu ħafna snin biex iġġib l-eżiti ta’ mitigazzjoni mixtieqa. Barra minn hekk, is-settur tal-art huwa previst li jsir l-akbar settur fil-profil tal-fluss ta’ gassijiet serra tal-UE fl-2050. Għalhekk, huwa partikolarment importanti li dak is-settur jiġi ankrat ma’ trajettorja li tista’ ġġib b’mod effettiv emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050. Sa nofs l-2024, l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu l-pjanijiet tal-enerġija u tal-klima nazzjonali integrati aġġornati tagħhom f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 . Il-pjanijiet jenħtieġ li jinkludu miżuri relevanti li bihom, kull Stat Membru jikkontribwixxi bl-aħjar mod għall-mira kollettiva tan-newtralità klimatika fis-settur tal-art fil-livell tal-UE fl-2035. Fuq il-bażi ta’ dawn il-pjanijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi miri nazzjonali, filwaqt li tiżgura li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra madwar l-Unjoni u l-assorbimenti fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija u l-emissjonijiet mis-setturi mhux CO2 agrikoli jkunu għall-inqas ibbilanċjati sal-2035. Kontrarjament għall-mira fil-livell tal-UE tan-newtralità klimatika għas-settur tal-art sal-2035, tali miri nazzjonali se jkunu vinkolanti u infurzabbli fuq kull Stat Membru.

(9)Ir-regoli kontabilistiċi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 10 tar-Regolament (UE) 2018/841 tfasslu biex jiddeterminaw sa liema punt il-prestazzjoni tal-mitigazzjoni fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija tista’ tikkontribwixxi għall-mira tal-UE għall-2030 ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’40 %, li ma kinitx tinkludi s-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju għal dak is-settur, ir-regoli kontabilistiċi attwali jenħtieġ li ma japplikawx wara l-2025, u l-konformità mal-miri nazzjonali tal-Istati Membri jenħtieġ li tiġi vverifikata abbażi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra rrapportati. Dan jiżgura konsistenza metodoloġika mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 u mar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 , u d-determinazzjoni tal-mira l-ġdida għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 %, li tinkludi wkoll is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija.

(10)Sabiex itejbu l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, il-bdiewa individwali jew dawk li jiġġestixxu l-foresti jeħtieġu inċentiv dirett biex jaħżnu aktar karbonju fuq l-art tagħhom u fil-foresti tagħhom. Fil-perjodu sal-2030, jeħtieġ li jintużaw dejjem aktar mudelli kummerċjali ġodda bbażati fuq inċentivi ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u fuq iċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju. Dawn l-inċentivi u l-mudelli kummerċjali se jtejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-bijoekonomija, inkluż permezz tal-użu ta’ prodotti durabbli tal-injam maħsud, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti kategoriji ġodda ta’ prodotti għall-ħżin tal-karbonju minbarra l-prodotti tal-injam maħsud. Il-mudelli kummerċjali emerġenti, il-biedja u l-prattiki tal-ġestjoni tal-art għat-titjib tal-assorbimenti jikkontribwixxu għal żvilupp territorjali bbilanċjat u tkabbir ekonomiku fiż-żoni rurali. Dawn joħolqu wkoll opportunitajiet għal impjiegi ġodda u jipprovdu inċentivi għal taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet rilevanti.

(11)Meta wieħed iqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija f’kull Stat Membru, kif ukoll il-fatt li l-Istati Membri jridu jżidu l-prestazzjoni tagħhom biex jilħqu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri firxa ta’ flessibbiltajiet, inkluż l-iskambjar tas-surpluses u l-estensjoni ta’ flessibbiltajiet speċifiċi għall-foresti, filwaqt li tiġi rrispettata l-integrità ambjentali tal-miri.

(12)Il-waqfien tar-regoli kontabilistiċi attwali wara l-2025 joħloq ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet alternattivi għad-disturbi naturali bħan-nirien, il-pesti u l-maltempati, sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi minħabba l-proċessi naturali jew bħala riżultat tat-tibdil fil-klima fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Mekkaniżmu ta’ flessibbiltà marbut mad-disturbi naturali jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Istati Membri fl-2032, diment li dawn ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha għad-dispożizzjoni tagħhom u stabbilew miżuri xierqa biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tal-art tagħhom għal dawn id-disturbi, u li l-Unjoni tkun laħqet il-mira tal-2030 għas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija.

(13)Malli jiġu stabbiliti l-miri annwali nazzjonali vinkolanti għall-assorbimenti ta’ gassijiet serra bbażati fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra rrapportati mill-2026 ’il quddiem, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-konformità mal-miri. Il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/842 jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis, b’penali għan-nuqqas ta’ konformità kkalkolat bil-mod li ġej: 108 % tad-distakk bejn il-mira assenjata u l-assorbimenti netti rrapportati fis-sena partikolari se jiżdiedu maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati fis-sena sussegwenti mill-Istat Membru.

(14)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-istabbiliment tal-allokazzjonijiet tal-miri annwali għall-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 .

(15)Fid-dawl tal-istabbiliment tal-miri tal-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra għall-Istati Membri għall-perjodu mill-2026 sal-2030, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżerċita rieżami komprensiv biex tivverifika d-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023. Għal dan il-fini, jenħtieġ li jsir rieżami komprensiv fl-2025, minbarra r-rieżamijiet komprensivi li l-Kummissjoni għandha twettaq fl-2027 u fl-2032 f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(16)Minħabba l-bidla fil-miri bbażati fuq ir-rapportar, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra jridu jiġu stmati b’livell ogħla ta’ akkuratezza. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 38 , l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent 39 , l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti 40 , id-Direttiva riveduta (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 42 kollha se jirrikjedu monitoraġġ imtejjeb tal-art, u b’hekk titħares u tittejjeb ir-reżiljenza tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura madwar l-Unjoni. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti jeħtieġ li jittejbu, bl-użu ta’ teknoloġiji avvanzati disponibbli taħt il-programmi tal-Unjoni, bħal Copernicus, u ta’ data diġitali miġbura taħt il-Politika Agrikola Komuni, u bl-applikazzjoni tat-tranżizzjoni doppja tal-innovazzjoni ekoloġika u diġitali.

(17)Il-bidliet antropoġeniċi mistennija fl-użu tal-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu permezz ta’, pereżempju, l-espansjoni ppjanata tal-enerġija offshore, iż-żieda potenzjali fil-produzzjoni tal-akkwakultura u l-livelli dejjem jiżdiedu ta’ protezzjoni tan-natura biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità se jinfluwenzaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u s-sekwestru tagħhom. Bħalissa dawn l-emissjonijiet u l-assorbimenti ma humiex inklużi fit-tabelli ta’ rapportar standard fil-UNFCCC. Sussegwentement għall-adozzjoni tal-metodoloġija ta’ rapportar, il-Kummissjoni se tqis ir-rapportar dwar il-progress, il-fattibbiltà tal-analiżi u l-impatt tal-estensjoni tar-rapportar għall-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika ta’ dawn il-flussi meta twettaq ir-rieżami f’konformità mal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament.

(18)Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/1999 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2018/841 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

                     Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a)    l-impenji tal-Istati Membri għas-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu mill-2021 sal-2025;

(b)    il-kontabbiltà tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra mis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija u għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-impenji msemmija fil-punt (a) għall-perjodu mill-2021 sal-2025;

(c)    mira tal-Unjoni għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija għall-perjodu mill-2026 sal-2030;

(d) il-miri għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija għall-Istati Membri għall-perjodu mill-2026 sal-2030;

(e)    l-impenji tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa lejn il-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija inkluż l-emissjonijiet mill-agrikoltura mhux tas-CO2.”;

(2)l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2021 sal-2025 fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art li ġejjin:

(a) użu tal-art irrapportat bħala raba’, bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, ikkonvertiti f’art forestali (“art afforestata”);

(b) użu tal-art irrapportat bħala art forestali kkonvertita f’raba’, bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra (“art deforestata”);

(c) użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin (“raba’ ġestit”):

(i)    raba’ li jibqa’ raba’;

(ii)    bur, art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f’raba’;

(iii)    raba’ konvertit f’art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(d) użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin (“bur ġestit”):

(i)    bur li jibqa’ bur;

(ii)    raba’, art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f’bur;

(iii)    bur ikkonvertit f’art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(e) użu tal-art irrapportat bħala art forestali li tibqa’ art forestali (“art forestali ġestita”);

(f)    meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jinkludi dan l-użu tal-art fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenji tiegħu skont l-Artikolu 4(1) sal-31 ta’ Diċembru 2020, użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin (“art mistagħdra ġestita”):

   art mistagħdra li tibqa’ art mistagħdra;

   insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f’art mistagħdra;

   art mistagħdra kkonvertita f’insedjament jew art oħra.

2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2026 sal-2030, fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ rapportar tal-art u/jew kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a) art forestali;

(b) raba’;

(c) bur;

(d) artijiet mistagħdra;

(e) insedjamenti;

(f) art oħra;

(g) prodotti tal-injam maħsud;

(h) oħrajn;

(i) depożizzjoni atmosferika;

(j) lixxivjazzjoni u skular tan-nitroġenu.

3. Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri mill-2031 ’il quddiem, fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-art elenkati fil-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 2 u fi kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a) fermentazzjoni enterika;

(b) ġestjoni tad-demel;

(c) kultivazzjoni tar-ross;

(d) ħamrija agrikola;

(e) ħruq awtorizzat ta’ meddiet kbar ta’ savana;

(f) ħruq fl-għelieqi ta’ fdalijiet agrikoli;

(g) trattament bil-ġir;

(h) applikazzjoni tal-urea;

(i) “fertilizzanti oħrajn li fihom il-karbonju”;

(j) “oħrajn”.”;”.

(3)l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 4

               Impenji u miri

1. Għall-perjodu mill-2021 sal-2025, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12, 13 u 13a, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma jaqbżux l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, ikkalkolati bħala s-somma tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali fit-territorju tiegħu fil-kategoriji kollha ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1).

2. Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra hija ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri tal-Istati Membri stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u għandha tkun ibbażata fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018.

Kull Stat Membru għandu jiżgura, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12, 13 u 13b, li s-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta’ rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), f’kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ma taqbiżx il-limitu stabbilit minn trajettorja lineari, li tintemm fl-2030 fuq il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru fl-Anness IIa. It-trajettorja lineari ta’ Stat Membru għandha tibda fl-2022.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miri annwali bbażati fuq it-trajettorja lineari għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra għal kull Stat Membru, għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029, f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2. Dawn it-trajettorji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, irrapportata minn kull Stat Membru. Il-valur tal-assorbimenti netti ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri għall-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIa jista’ jkun soġġett għal korrezzjoni teknika minħabba bidla fil-metodoloġija mill-Istati Membri. Il-metodu għad-determinazzjoni tal-korrezzjoni teknika li għandha tiżdied mal-miri tal-Istati Membri, għandu jiġi stabbilit f’dawn l-atti ta’ implimentazzjoni. Għall-fini ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tal-aktar data tal-inventarju nazzjonali reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 imressaq mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16a.

4. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni kollha fis-setturi stabbiliti fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(3) għandhom jimmiraw li jkunu żero netti sal-2035 u l-Unjoni għandha tikseb emissjonijiet negattivi minn dakinhar ’il quddiem. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-ilħuq kollettiv tal-mira għall-2035.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u abbażi ta’ pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima mressqa minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 sat-30 ta’ Ġunju 2024, tagħmel proposti għall-kontribut ta’ kull Stat Membru għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti.”;

(4)fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jikkontabbilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art afforestata u art deforestata kkalkolati bħala l-emissjonijiet totali u l-assorbimenti totali għal kull sena fil-perjodu mill-2021 sal-2025.

2. B’deroga mill-Artikolu 5(3), u mhux aktar tard mill-2025, meta l-użu tal-art ikun ġie kkonvertit minn raba’, bur, art mistagħdra, insedjamenti jew art oħra f’art forestali, Stat Membru jista’, 30 sena wara d-data ta’ dik il-konverżjoni, jibdel il-kategorizzazzjoni ta’ din l-art minn art ikkonvertita f’art forestali għal art forestali li tibqa’ art forestali, meta din il-bidla tkun debitament iġġustifikata abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC.”;

(5)fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1. Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn raba’ ġestit ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perjodu mill-2021 sal-2025 bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw minn raba’ ġestit fil-perjodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009.

2. Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn bur ġestit ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perjodu mill-2021 sal-2025 bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw minn bur ġestit fil-perjodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009.

3. Matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, kull Stat Membru li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenji tiegħu għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art mistagħdra ġestita, ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti f’dak il-perjodu bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw minn art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu mill-2005 sal-2009.”;

(6)l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Kull Stat Membru għandu jikkontabbilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art forestali ġestita, ikkalkolati bħala emissjonijiet u assorbimenti fil-perjodu mill-2021 sal-2025 bit-tnaqqis tal-valur miksub bil-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-livell ta’ referenza għall-foresti tal-Istat Membru kkonċernat.”;

(b)fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni il-pjanijiet nazzjonali tagħhom tal-kontabbiltà għall-forestrija, inkluż livell ta’ referenza għall-foresti propost, sal-31 ta’ Diċembru 2018 għall-perjodu mill-2021 sal-2025.”;

(c)il-paragrafi 7, 8, 9 u 10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“7. Meta jkun meħtieġ abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi u, meta jkun applikabbli, tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti u riveduti lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 għall-perjodu mill-2021 sal-2025. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti li jkunu ġew ikkomunikati lilha mill-Istati Membri.

8. Abbażi tal-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti li jkunu tressqu mill-Istati Membri, tal-valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, u meta jkun applikabbli, tal-livell ta’ referenza għall-foresti propost u rivedut imressaq skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li jiġu stabbiliti l-livelli ta’ referenza għall-foresti li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

9. Jekk Stat Membru ma jressaqx il-livell ta’ referenza għall-foresti tiegħu lill-Kummissjoni sad-dati speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u, meta jkun applikabbli, fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li tistabbilixxi l-livell ta’ referenza għall-foresti li għandu jiġi applikat minn dak l-Istat Membru għall-perjodu mill-2021 sal-2025, abbażi ta’ kwalunkwe valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

10. L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Ottubru 2020 għall-perjodu mill-2021 sal-2025.”;

(7)l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Prodotti għall-ħżin tal-karbonju”;

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex jiġi emendat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness V billi jiżdiedu kategoriji ġodda ta’ prodotti għall-ħżin tal-karbonju, inkluż prodotti tal-injam maħsud, li jkollhom effett ta’ sekwestru tal-karbonju, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, u li tiżgura l-integrità ambjentali.”;

(8)l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fi tmiem il-perjodu mill-2021 sal-2025, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-art afforestata u l-art forestali ġestita, emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw minn disturbi naturali, li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu mill-2001 sal-2020, għajr l-anomaliji statistiċi (“livell tal-isfond”). Dak il-livell tal-isfond għandu jiġi kkalkolat f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Anness VI.”;

(b)fil-punt (b) tal-paragrafu 2, “2030” huwa sostitwit b’“2025”:

(9)l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Flessibbiltajiet u governanza”;

(b)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)“1. Stat Membru jista’ juża:

(a) il-flessibbiltajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 12; u

(b) sabiex jikkonforma mal-impenn fl-Artikolu 4, il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita fl-Artikoli 13 u 13b.

Il-Finlandja tista’, minbarra l-flessibbiltajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, tuża kumpensi addizzjonali skont l-Artikolu 13a.”

(10)l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)jitħassar il-paragrafu 3;

(b)jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

“5. L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul iġġenerat mit-trasferimenti skont il-paragrafu 2 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe azzjoni bħal din meħuda.

6. Kwalunkwe trasferiment skont il-paragrafu 2 jista’ jirriżulta minn proġett jew programm ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra mwettaq fl-Istat Membru li jkun qed ibiegħ u rimunerat mill-Istat Membru riċeventi, dment li jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi żgurata t-traċċabbiltà.”;

(11)l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 13

Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

“1. Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1), [ikkontabbilizzati f’konformità ma’ dan ir-Regolament,] fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ juża l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita f’dan l-Artikolu sabiex ikun konformi mal-Artikolu 4(1).

2. Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 8(1) ikun ċifra pożittiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet li jkunu rriżultaw mill-kalkolu dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-Istat Membru jkun inkluda fl-istrateġija tiegħu mressqa f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta’ bjar u riżervi tal-foresti; u

(b) l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b’mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikoli 7(1) jew 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

3. Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta’ referenza għall-foresti ta’ dak l-Istat Membru u ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta’ kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

4. L-Istati Membri għandhom iressqu evidenza quddiem il-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-bjar li jkun għad fadal, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta’ referenza għall-foresti tagħhom, sal-ammont sħiħ tal-kumpens mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2021 sal-2025. F’każ li d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, il-kumpens għandu jitqassam b’mod proporzjonali fost l-Istati Membri kkonċernati.”;

(12)jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:

“Artikolu 13a

Kumpensi addizzjonali

1. Il-Finlandja tista’ tikkumpensa emissjonijiet ikkontabbilizzati ta’ mhux aktar minn 5 miljun tunnellata addizzjonali ta’ ekwivalenti għas-CO2 taħt il-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art “art forestali ġestita”, “art deforestata”, “raba’ ġestit” u “bur ġestit”, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-Finlandja tkun inkludiet fl-istrateġija tagħha mressqa f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex tiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta’ bjar u riżervi tal-foresti;

(b) l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament fil-perjodu mill-2021 sal-2025.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b’mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikoli 7(1) jew 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

2. Il-kumpensi addizzjonali huma limitati għal:

(a) l-ammont li jaqbeż il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita disponibbli għall-Finlandja fil-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 13;

(b) l-emissjonijiet maħluqa permezz ta’ bidla storika minn art forestali għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ użu tal-art li tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017;

(c) il-konformità mal-Artikolu 4.

3. Il-kumpensi addizzjonali ma jistgħux ikunu soġġetti għal trasferiment skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jew l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842.

4. Kwalunkwe kumpens addizzjonali mhux użat mill-ammont ta’ 5 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkanċellat.

5. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq il-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1999.”;

(13)jiddaħħal l-Artikolu 13b li ġej:

“Artikolu 13b

Mekkaniżmu ta’ flessibbiltà fl-użu tal-art għall-perjodu mill-2026 sal-2030

1. Mekkaniżmu ta’ flessibbiltà fl-użu tal-art li jikkorrispondi għal kwantità ta’ mhux aktar minn 178 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 għandu jiġi stabbilit fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1999, soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà għandu jkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 12.

2. Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, id-differenza bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra fit-territorju ta’ Stat Membru u fil-kategoriji kollha ta’ rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), u l-mira korrispondenti, tkun pożittiva, ikkontabbilizzata u rrapportata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru jista’ juża l-flessibbiltà stabbilita f’dan l-Artikolu sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita skont l-Artikolu 4(2).

3. Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 ikun pożittiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet żejda dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-Istat Membru jkun inkluda fil-pjan nazzjonali integrat aġġornat tiegħu għall-enerġija u l-klima mressaq skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u r-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għal disturbi naturali;

(b) l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha disponibbli skont dan l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842;

(c) id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta’ gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta’ rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), u l-mira tal-Unjoni [ta’ assorbimenti netti ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2], tkun negattiva, fil-perjodu mill-2026 sal-2030.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk tinkludix 20 % tal-assorbimenti netti li ma jkunux innegozjati mill-Istati Membri mill-perjodu mill-2021 sal-2025 abbażi tal-impatt tad-disturbi naturali u bl-applikazzjoni tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. F’dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b’mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842.

4. L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jista’ jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira tal-Istat Membru fl-Anness IIa ta’ dan ir-Regolament u ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta’ kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2026 sal-2030.

5. L-Istati Membri għandhom iressqu evidenza quddiem il-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI, sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-bjar li jkun għad fadal, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira ta’ Stat Membru kkonċernat stabbilita fl-Anness IIa, sal-ammont sħiħ tal-kumpens mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2026 sal-2030. F’każ li d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, il-kumpens għandu jitqassam b’mod proporzjonali fost l-Istati Membri kkonċernati.”

(14)jiddaħħal l-Artikolu 13c li ġej:

“Artikolu 13c

Governanza tal-miri

Jekk l-emissjonijiet u l-assorbimenti rieżaminati ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru fl-2032 jaqbżu l-miri annwali ta’ dak l-Istat Membru għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu mill-2026 sal-2030, filwaqt li jitqiesu l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 12 u 13b, għandha tapplika l-miżura li ġejja:

Ammont ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet netti żejda ta’ gassijiet serra, immultiplikat b’fattur ta’ 1,08, għandu jiżdied maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportata minn dak l-Istat Membru fis-sena ta’ wara, f’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15.”;

(15)fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Sal-15 ta’ Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta’ Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport tal-konformità li jkun fih il-bilanċ tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali għall-perjodu rilevanti fuq kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art speċifikata fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 2(1) għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2) għall-perjodu mill-2026 sal-2030, bl-użu tar-regoli kontabilistiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta’:

a) il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi;

b) is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni ta’ u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

c) is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.

Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll, meta jkun applikabbli, dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati jew dwar l-użu ta’ dawn il-flessibbiltajiet u l-ammonti relatati.”;

(16)fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi r-regoli għar-reġistrazzjoni u t-twettiq preċiż tal-operazzjonijiet li ġejjin fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1999:

(a) il-kwantifikar tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti għal kull kategorija ta’ kontabbiltà u ta’ rapportar tal-art f’kull Stat Membru;

(b) l-eżerċizzju tal-korrezzjoni teknika skont l-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament;

(c) l-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet skont l-Artikoli 12, 13, 13a u 13b u

(d) il-konformità mal-miri skont l-Artikolu 13c.”;

(17)jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

“Artikolu 16a

Proċedura ta’ Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit permezz tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 .

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

(18)fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mhux aktar tard minn sitt xhur wara […] bilanċ globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, dwar l-operazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż, meta jkun rilevanti, valutazzjoni tal-impatti tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 11, kif ukoll dwar il-kontribut ta’ dan ir-Regolament għall-mira globali tal-Unjoni għall-2030 ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-kontribut tagħha għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta’ politiki u ta’ miżuri addizzjonali tal-Unjoni, fid-dawl taż-żieda meħtieġa fit-tnaqqis u fl-assorbimenti ta’ gassijiet serra fl-Unjoni.

Wara r-rapport, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi meta tqis li dan ikun xieraq. B’mod partikolari, il-proposti għandhom jistabbilixxu miri annwali u governanza li jkollhom il-mira tan-newtralità klimatika għall-2035 kif stabbilit fl-Artikolu 4(4), politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni, u qafas għal wara l-2035, filwaqt li jinkludu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn setturi addizzjonali, bħall-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu.”;

(19)l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(20)it-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness IIa.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (63) u (64) li ġejjin:

“(63) “sistema ta’ informazzjoni ġeografika” tfisser sistema tal-kompjuter li tkun kapaċi tiġbor, taħżen, tanalizza u turi informazzjoni referenzjata b’mod ġeografiku;

(64) “applikazzjoni ġeospazjali” tfisser formola ta’ applikazzjoni elettronika li tinkludi applikazzjoni tal-IT ibbażata fuq sistema ta’ informazzjoni ġeografika li tippermetti lill-benefiċjarji jiddikjaraw, mil-lat spazjali, il-bċejjeċ tar-raba’ tal-azjenda u ż-żoni mhux agrikoli li għalihom qed jitolbu pagament.”;

(2)fil-punt (a)(1) tal-Artikolu 4, il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“l-impenji tal-Istat Membru u l-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/841 u l-kontributi tiegħu jimmiraw lejn l-ilħuq tal-objettiv tal-Unjoni li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu għal żero netti sal-2035 u lejn il-kisba ta’ emissjonijiet negattivi minn dakinhar ’il quddiem skont l-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament;”;

(3)l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“Fl-2025, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu ddeterminati l-miri annwali ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/841 u sabiex jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842”;

(b)fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-rieżami komprensiv imsemmi fil-paragrafi 1 u 1a għandu jinkludi:”

(c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Malli jitlesta r-rieżami komprensiv imwettaq skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet għas-snin rilevanti li jirriżultaw mid-data tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru maqsuma bejn id-data tal-emissjonijiet rilevanti għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 u d-data tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, u tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti rilevanti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841.”;

(4)l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul51

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Azzjoni Klimatika 

Intestatura 3 Riżorsi naturali u Ambjent

Titolu 9 – Ambjent u Azzjoni Klimatika

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 45  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Li jiġi emendat ir-Regolament 2018/841 dwar il-LULUCF b’mod proporzjonat mal-ambizzjoni klimatika għall-2030 biex sal-2030 jintlaħaq tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 u bi trajettorja gradwali u bbilanċjata lejn in-newtralità klimatika sal-2050, b’mod kosteffettiv u koerenti filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ tranżizzjoni ġusta u l-ħtieġa li s-setturi kollha jikkontribwixxu għall-isforzi klimatiċi tal-UE.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1

Settur tal-art newtrali għall-klima sal-2035: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018 “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd” tagħmilha ċara li neħtieġu żieda sinifikanti fl-assorbimenti tal-karbonju jekk irridu niksbu n-newtralità klimatika fl-2050. Għaldaqstant, biex tkun fit-triq it-tajba lejn in-newtralità klimatika fl-2050, l-UE jeħtieġ li treġġa’ lura t-tnaqqis reċenti fl-assorbimenti bbażati fuq l-art u tibda timplimenta azzjonijiet biex iżżid l-assorbimenti diġà f’dan id-deċennju, sabiex tikkontabbilizza ż-żminijiet twal meħtieġa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima bbażata fuq l-art.        

Objettiv speċifiku Nru 2

Qafas ta’ politika dwar il-klima ġust, flessibbli u integrat għas-settur tal-art: Peress li l-opportunitajiet biex jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju huma mqassma b’mod mhux uniformi fost l-Istati Membri, u l-multifunzjonalità tal-art toħloq sinerġiji u kompromessi, ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF se tkun meħtieġa tiżgura qafas ta’ politika ġust, flessibbli, u integrat, inkluż l-ispeċifikazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali għall-perjodu 2026-2030 kemm taħt is-settur tal-LULUCF kif ukoll taħt dak tal-ESR.

Objettiv speċifiku Nru 3

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-LULUCF: ir-regoli attwali tal-LULUCF ħafna drabi huma kumplessi u ma għadhomx meħtieġa minħabba l-formulazzjoni l-ġdida tal-mira ta’ -55 %; abbażi tat-tagħlimiet meħuda, b’mod partikolari fir-rigward tal-iffissar tal-FRLs, jistgħu jiġu ottimizzati u ssimplifikati għadd ta’ kunċetti kontabilistiċi. Dan jista’ jnaqqas il-kostijiet tal-implimentazzjoni u jtejjeb l-integrazzjoni tas-settur tal-LULUCF fl-istrateġiji klimatiċi nazzjonali globali. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar iridu jirriflettu aħjar il-prestazzjoni klimatika tas-settur.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-aktar impatt importanti tar-reviżjoni se jkun żieda fl-assorbimenti tal-LULUCF, biex jittejjeb il-kontribut tas-settur għall-mira klimatika aktar ambizzjuża tal-UE għall-2030 imħabbra fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika (-55 %). Dan huwa marbut mal-ewwel objettiv ta’ din il-Valutazzjoni tal-Impatt, settur tal-art newtrali għall-klima sal-2035. Dan l-impatt jaffettwa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li se jkunu meħtieġa jfasslu politiki ambizzjużi dwar l-art biex jilħqu dawn il-miri, u lil dawk li jiġġestixxu l-art (bdiewa, dawk li jiġġestixxu l-foresti) li se jkunu l-atturi fil-prattika; b’mod aktar ġenerali, dan l-impatt jaffettwa liċ-ċittadini Ewropej u globali kollha, peress li l-azzjoni klimatika hija ben pubbliku ta’ natura transfruntiera.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Indikatur nru 1: livell ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE fl-2030 (mira ta’ tnaqqis nett b’55 % meta mqabbla mal-1990, kif imnaqqax fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima).

Indikatur nru 2: livell tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra fis-setturi tal-LULUCF fl-2030 (mira ta’ assorbimenti ta’ 3XXMtCO2eq fl-2030)

Indikatur nru 3: mira tan-newtralità klimatika fis-settur tal-art ikkombinat (is-setturi tal-LULUCF u tal-agrikoltura mhux tas-CO2) fl-2035.

Il-livelli ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE huma rrapportati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u leġiżlazzjoni sekondarja oħra relatata mal-monitoraġġ u mar-rapportar skont ir-Regolament dwar il-LULUCF.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-miżuri ta’ implimentazzjoni rilevanti. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki u miżuri u dispożizzjonijiet legali u amministrattivi meħtieġa fil-livell nazzjonali biex jikkonformaw mal-proposta.

Fir-rigward ta’ dan, il-Kummissjoni se tirrevedi u tadotta għadd limitat ta’ atti leġiżlattivi sekondarji, inkluż rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju sal-2025. Ir-rieżami – kemm tas-settur tal-LULUCF kif ukoll ta’ dak tal-ESR – se jippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023, taġġorna l-perkors tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet għall-2030 u tirrevedi l-allokazzjonijiet annwali għas-snin mill-2026 sal-2030.

Se tkun meħtieġa wkoll leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi regoli dettaljati relatati mal-LULUCF dwar ir-Reġistru tal-Unjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u l-verifika tar-rapporti tal-konformità. L-implimentazzjoni se tirrikjedi żviluppi elaborati tal-IT fir-Reġistru tal-Unjoni biex jiġu ttrattati tipi ġodda ta’ kwoti marbuta mal-flessibbiltà tal-LULUCF-ESR, u operaturi ġodda (l-Istati Membri).

Barra minn hekk, wara l-bidla fl-2026 tal-mekkaniżmu ta’ rapportar u ta’ konformità, l-implimentazzjoni se tirrikjedi forniment imtejjeb u msaħħaħ ta’ monitoraġġ permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ta’ servizzi relatati tad-data taħt il-programm Copernicus.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali u l-azzjoni tal-UE tista’ tikkomplementa u ssaħħaħ b’mod effettiv l-azzjoni reġjonali, nazzjonali u lokali. Iż-żieda fil-mira tal-2030 għat-tnaqqis fil-gassijiet serra tal-UE se jkollha impatt fuq ħafna setturi fl-ekonomija kollha tal-UE u għalhekk, azzjoni koordinata fil-livell tal-UE hija indispensabbli u għandha ċans ħafna akbar li twassal għat-trasformazzjoni meħtieġa, filwaqt li taġixxi bħala fattur ewlieni b’saħħtu għal bidla kosteffiċjenti u għal konverġenza ’l fuq.

Minbarra l-kapaċità tagħha li taħżen u li tissekwestra l-karbonju, l-art tipprovdi ħafna prodotti u servizzi importanti oħrajn: tforni lis-setturi tal-bijoekonomija bl-ikel, bl-għalf u bil-materja prima, tipprovdi ħabitats għall-bijodiversità u ħafna servizzi tal-ekosistema vitali għall-ħajja (eż. il-purifikazzjoni tal-ilma u tal-arja), u tipproteġina minn xi wħud mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima (eż. l-għargħar u d-deżertifikazzjoni). L-interdipendenza bejn dawn il-funzjonijiet u l-kapaċità tas-settur tal-LULUCF li jissekwestra l-karbonju mill-atmosfera titlob approċċ integrat għall-azzjoni klimatika fis-settur tal-art, sabiex jiġi ottimizzat l-ippjanar tal-użu tal-art u jiġu identifikati prattiki ta’ benefiċċju reċiproku.

Barra minn hekk, il-potenzjal li jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq l-art u l-kostijiet assoċjati huwa mqassam b’mod mhux uniformi madwar l-Istati Membri. Fattur ewlieni huwa ż-żona disponibbli għall-azzjoni klimatika, li tiddependi minn fatturi topografiċi jew ekonomiċi. Barra minn hekk, it-tip ta’ ħamrija u użu tal-art, flimkien ma’ fatturi u latitudni oħrajn relatati mal-klima, kollha jaffettwaw il-potenzjal li jittejbu l-assorbimenti.

Għalhekk, ir-Regolament dwar il-LULUCF jippreżenta sinerġiji ma’ ħafna inizjattivi ta’ politika oħrajn tal-UE li jkopru l-attivitajiet relatati mal-art.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ir-Regolament dwar il-LULUCF huwa strument ta’ politika eżistenti tal-UE adottat reċentement fl-2018. Madankollu, il-Kummissjoni ilha li kisbet esperjenza siewja mill-2013, meta d-Deċiżjoni 529/2013 46 daħlet fis-seħħ u rrikjediet lill-Istati Membri jwettqu kontabbiltà sostituta għall-art fit-territorji tagħhom.

Din il-proposta tibni fuq l-esperjenza miġbura f’dawn iż-żewġ inizjattivi regolatorji, kif ukoll fuq il-Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030, l-Istrateġija fit-Tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima u inizjattivi rilevanti oħrajn tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-inizjattiva tibni wkoll fuq il-proċess ibbażat fuq il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u l-qafas li jinsab fir-Regolament dwar il-Governanza.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta hija parti mill-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” dwar il-klima u l-enerġija. L-objettiv globali tal-pakkett huwa li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi allinjata maż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-UE. L-inizjattivi kollha fil-pakkett huma interkonnessi mill-qrib, u kull waħda tiddependi mit-tfassil tal-oħrajn. Din il-proposta leġiżlattiva tikkomplementa l-proposti li saru fil-pakkett u żżomm konsistenza magħhom.

Hemm ukoll interkonnessjonijiet b’saħħithom ma’ inizjattivi oħrajn tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura, it-titjib tar-reżiljenza tal-foresti tal-UE għat-tibdil fil-klima, ir-restawr ta’ art u ekosistemi degradati, it-tixrib mill-ġdid ta’ torbieri u l-promozzjoni tal-bijoekonomija, inkluż l-użu ta’ prodotti durabbli tal-injam maħsud, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità:

a) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 47 ;

b) L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent 48 ;

c) L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti 49 ;

d) [Il-Miri tal-UE għar-Restawr tan-Natura] 50 ;

e) L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 51 ;

f) L-Istrateġija tal-UE biex Jitnaqqsu l-Emissjonijiet tal-Metan 52 ;

g) [L-Istrateġija tal-UE għall-Ħamrija 53 ];

h) Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa 54 ;

i) Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva 55 ;

j) Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 56 ;

k) Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE 57 .

Is-settur tal-LULUCF huwa konness mal-ekosistemi u mal-attivitajiet ekonomiċi kollha li jiddependu mill-art u mis-servizzi li dan jipprovdi. Għalhekk, ir-Regolament dwar il-LULUCF jippreżenta sinerġiji ma’ politiki oħrajn tal-UE li jkopru attivitajiet relatati mal-art, prinċipalment il-Politika Agrikola Komuni 58 u l-politika dwar l-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

-

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

✓Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2023 sal-2024,

✓segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 59  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

✓ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

✓ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Kif diġà ġie inkluż fl-Artikolu 14(4) tar-regolament attwali, l-assistenza fil-kontroll u fil-konformità tal-inventarju hija pprovduta mill-EEA.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tevalwa l-progress fl-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF, li jirrikjedi lill-Istati Membri jressqu quddiem il-Kummissjoni rapportar annwali dwar il-politiki u l-miżuri għall-emissjonijiet u l-assorbimenti. Id-data dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika (MRV) miksuba permezz tar-regolamentazzjoni tas-settur(i) permezz tal-EEA se tkun sors ewlieni ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni biex tevalwa l-progress fis-setturi kkonċernati.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni twettaq regolarment studji dwar diversi aspetti pertinenti tal-politika tal-UE dwar il-klima.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mhux applikabbli - Il-proposta ma hijiex qed timplimenta programm finanzjarju iżda qed tfassal politika fit-tul. Il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll fir-rigward tar-rati ta’ żball ma humiex applikabbli. L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta se tirrikjedi ir-riallokazzjoni tar-riżorsi umani fi ħdan il-Kummissjoni. Proċeduri xierqa huma fis-seħħ.

 

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Din l-inizjattiva ma toħloqx kontrolli/riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.[1]

mill-pajjiżi tal-EFTA[2]

mill-pajjiżi kandidati[3]

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

09 01 01 01

Mhux diff.

IVA

LE

LE

LE

3

09 02 03

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3

09 10 02

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

7

20 01 02 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 02

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 03

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli.

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

3

“riżorsi naturali u ambjent”

067

 

2023 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali  

09 02 03

Impenji

(1)

1,000

1,000

3,000

2,000

7,000

Pagamenti

(2)

 

0,400

1,000

1,800

1,800

5,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

09 01 01 01

 

(3)

 

 

0,192

0,042 

0,067

0,301

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CLIMA

Impenji

= 1 + 3

1,000

1,000

3,192

0,042 

2,067 

7,301

Pagamenti

= 2 + 3

-

0,400

1,192

1,842

1,867

5,301

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1,000

1,000

3,192

0,042 

2,067 

7,301

Pagamenti

(5)

 

0,400

1,192

1,842

1,867

5,301

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

 

 

 

 

 

 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

= 4+ 6

1,000

1,000

3,192

0,042 

2,067 

7,301

Pagamenti

= 5+ 6

-

0,400

1,192

1,842

1,867

5,301

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

 

 

2023 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: CLIMA

 

Ÿ Riżorsi umani  

0,608

0,608

0,760

0,760

0,912

3,648

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra  

0,055

0,107

0,107

-

-

0,269

TOTAL TAD-DĠ CLIMA

Approprjazzjonijiet

0,663

0,715

0,867

0,760

0,912

3,917

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,663

0,715

0,867

0,760

0,912

3,917

 

 

 

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

1,663

1,715

4,059

0,802

2,979

11,218

Pagamenti

0,663

1,115

2,059

2,602

2,779

9,218



3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)



Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 60

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 61

- Aġġornament u operazzjoni tar-reġistru

0,000

 

0,000

 

0,192

 

0,042

 

0,067

0,301

- Iffissar tal-istudji

0,300

0,300

0,300

0,900

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

1,201

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Implimentazzjoni ġusta

0,300

0,300

2,300

2,000

4,900

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3 ...

- Simplifikazzjoni

0,400

0,400

0,400

1,200

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 3

TOTALI

1,000

1,000

3,192

0,042

2,067

7,301

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

 

 

 

 

 

 

Riżorsi umani

0,608

0,608

0,760

0,760

0,912

3,648

Nefqa amministrattiva oħra

0,055

0,107

0,107

-

-

0,269

Subtotal tal-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,663

0,715

0,867

0,760

0,912

3,917

Barra mill-INTESTATURA 7[1] tal-qafas finanzjarju pluriennali

 

 

 

 

 

 

Riżorsi umani

-

-

-

-

-

-

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

-

-

0,192

0,042

0,067

0,301

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

-

-

0,192

0,042

0,067

0,301

TOTAL

0,663

0,715

1,059

0,802

0,979

4,218

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

 

2023

2024

2025

2026

2027

Ÿ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

4

4

5

5

6

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[1]

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

 

 

 

 

 

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

XX 01 xx yy zz [2]

- fil-Kwartieri Ġenerali

 

 

 

 

 

- fid-Delegazzjonijiet

 

 

 

 

 

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

TOTAL

4

4

5

5

6

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Huma meħtieġa riżorsi tal-HR addizzjonali għal:

- Abbozzar legali u approvazzjoni ta’ emendi ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati dwar l-irkant; Reġistru tal-Unjoni; monitoraġġ u rapportar; verifika tar-rapporti;

- Kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-estensjoni tas-settur tal-art biex jiġu inklużi l-emissjonijiet agrikoli mhux tas-CO2;

- Monitoraġġ tal-implimentazzjoni mtejba u msaħħa tal-obbligi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV); superviżjoni tax-xogħol mill-EEA

- Analiżi Kummerċjali għall-adattamenti tal-IT u għall-operazzjoni sussegwenti minn dakinhar ’il quddiem tal-elementi l-ġodda fir-Reġistru tal-Unjoni. Intelligence Kummerċjali u Obbligi ta’ rapportar. Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti u koordinazzjoni ta’ riżorsi ġodda tas-Service Desk.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

li n-nefqa se tiġġarrab fi ħdan il-pakkett LIFE

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 62

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

Werrej

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta tirrigwardja

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i59

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI60

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar60

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll60

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta60

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom60

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)60

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet61

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA61

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
61

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa62

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa62

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]64

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]65

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali68

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi68

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul69




DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 […]

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Azzjoni Klimatika

Intestatura 3 Riżorsi naturali u Ambjent Titolu 9 – Ambjent u Azzjoni Klimatika (QFP 2021/27)

1.3.Il-proposta tirrigwardja 

azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 63  

l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

Li jiġi emendat ir-Regolament 2018/841 dwar il-LULUCF b’mod proporzjonat mal-ambizzjoni klimatika għall-2030 biex sal-2030 jintlaħaq tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 u bi trajettorja gradwali u bbilanċjata lejn in-newtralità klimatika sal-2050, b’mod kosteffettiv u koerenti filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ tranżizzjoni ġusta u l-ħtieġa li s-setturi kollha jikkontribwixxu għall-isforzi klimatiċi tal-UE.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 

Objettiv speċifiku Nru 1

Settur tal-art newtrali għall-klima sal-2035: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018 “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd” tagħmilha ċara li neħtieġu żieda sinifikanti fl-assorbimenti tal-karbonju jekk irridu niksbu n-newtralità klimatika fl-2050. Għaldaqstant, biex tkun fit-triq it-tajba lejn in-newtralità klimatika fl-2050, l-UE jeħtieġ li treġġa’ lura t-tnaqqis reċenti fl-assorbimenti bbażati fuq l-art u tibda timplimenta azzjonijiet biex iżżid l-assorbimenti diġà f’dan id-deċennju, sabiex tikkontabbilizza ż-żminijiet twal meħtieġa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima bbażata fuq l-art.    

Objettiv għall-EEA: Kontrolli addizzjonali għall-kwalità fuq l-inventarji tal-emissjonijiet tal-agrikoltura u tal-LULUCF, inkluż kontrolli għall-konsistenza bejn id-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-UE u tal-Istati Membri u l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju.

Azzjonijiet:

B’aspettattivi ogħla fir-rigward tal-metodi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri, l-ammont ta’ informazzjoni li għandha tiġi kkontrollata għall-kwalità matul il-kontrolli inizjali tal-inventarji tal-LULUCF se jiżdied, filwaqt li l-perjodu ta’ żmien biex jitwettqu dawn il-kontrolli se jibqa’ l-istess.

Se jkun meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Istati Membri u l-informazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju fil-livell tal-azjendi agrikoli (f’każ li tiġi adottata leġiżlazzjoni).

Mill-2024: l-integrazzjoni tal-proċess QA/QC agrikolu mhux tas-CO2 sabiex ikun jista’ jsir kontroll konsistenti fuq id-data tal-inventarju tal-emissjonijiet tal-agrikoltura u tal-LULUCF, bi tħejjija għall-implimentazzjoni tas-settur tal-art ikkombinat.    

Objettiv speċifiku Nru 2

Qafas ta’ politika dwar il-klima ġust, flessibbli u integrat għas-settur tal-art: Peress li l-opportunitajiet biex jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju huma mqassma b’mod mhux uniformi madwar l-Istati Membri, u l-multifunzjonalità tal-art toħloq sinerġiji u kompromessi, ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF se tkun meħtieġa tiżgura qafas ta’ politika ġust, flessibbli, u integrat.

Objettiv għall-EEA: Jiġi appoġġat ir-rieżami komprensiv tal-inventarji tal-emissjonijiet tas-settur tal-agrikoltura u tal-LULUCF

Azzjonijiet: tistabbilixxi u taġixxi bħala segretarjat tar-rieżami biex, flimkien ma’ rieżaminaturi kuntrattati, twettaq rieżamijiet komprensivi tas-settur tal-agrikoltura u tal-LULUCF kemm għall-istabbiliment tal-miri tal-konformità (2025) kif ukoll għat-twettiq tal-kontroll tal-konformità mal-miri (2027 u 2032). 

Objettiv speċifiku Nru 3

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-LULUCF: ir-regoli attwali tal-LULUCF ħafna drabi huma kumplessi u ma għadhomx meħtieġa minħabba l-formulazzjoni l-ġdida tal-mira ta’ -55 %; abbażi tat-tagħlimiet meħuda, b’mod partikolari fir-rigward tal-iffissar tal-FRLs, jistgħu jiġu ottimizzati u ssimplifikati għadd ta’ kunċetti kontabilistiċi. Bir-regolament rivedut dwar il-LULUCF li jimplimenta metodoloġiji ta’ livell ogħla għall-Istati Membri, u b’mod partikolari biex issir distinzjoni aħjar bejn tipi differenti ta’ żoni tal-art f’artijiet b’ħażna għolja ta’ karbonju, f’żoni taħt protezzjoni u f’żoni taħt riskju ta’ tibdil fil-klima, jeħtieġ li jiġu dderivati settijiet tad-data ġeospazjali addizzjonali biex jiġu appoġġati l-Istati Membri. Dan jista’ jnaqqas il-kostijiet tal-implimentazzjoni u jtejjeb l-integrazzjoni tas-settur tal-LULUCF fl-istrateġiji klimatiċi nazzjonali globali. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar iridu jirriflettu aħjar il-prestazzjoni klimatika tas-settur.

Objettiv għall-EEA: Jiġi ffaċilitat it-traċċar ġeografiku mtejjeb u annwali tar-raggruppamenti tal-karbonju u jiġi żviluppat sett tad-data pan-Ewropew għat-traċċar u l-valutazzjoni tal-progress; Jiġi ssalvagwardjat li ż-żieda fl-assorbimenti tal-karbonju ma twassalx għal impatt negattiv fuq l-ambjent

Azzjonijiet:

L-appoġġ lill-Istati Membri fl-użu ta’ din id-data (bini tal-kapaċitajiet), li jippermetti li tiġi pprovduta valutazzjoni pan-UE ta’ dawn iż-żoni tal-art u li jintużaw dawn iż-żoni tal-użu tal-art stratifikati matul il-QA/QC u l-proċess ta’ rieżami tad-data tal-Istati Membri

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ valutazzjoni biannwali biex jiġi ssalvagwardjat li ż-żieda fid-domanda għall-assorbimenti tal-karbonju fis-settur tal-agrikoltura u tal-LULUCF ma twassalx għal impatti negattivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-bijodiversità.

It-tħejjija ta’ valutazzjonijiet regolari tal-impatti tat-tibdil fil-klima fuq l-istat tal-forestrija u tal-agrikoltura biex tiġi salvagwardjata l-kapaċità tas-setturi fir-rigward tal-bjar tas-CO2.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-aktar impatt importanti tar-reviżjoni se jkun żieda fl-assorbimenti tal-LULUCF, biex jittejjeb il-kontribut tas-settur għall-mira klimatika aktar ambizzjuża tal-UE għall-2030 imħabbra fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika (-55 %). Dan huwa marbut mal-ewwel objettiv ta’ din il-Valutazzjoni tal-Impatt, settur tal-art newtrali għall-klima sal-2035. Dan l-impatt jaffettwa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li se jkunu meħtieġa jfasslu politiki ambizzjużi dwar l-art biex jilħqu dawn il-miri, u lil dawk li jiġġestixxu l-art (bdiewa, dawk li jiġġestixxu l-foresti) li se jkunu l-atturi fil-prattika; b’mod aktar ġenerali, dan l-impatt jaffettwa liċ-ċittadini Ewropej u globali kollha, peress li l-azzjoni klimatika hija ben pubbliku ta’ natura transfruntiera.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Indikatur nru 1: livell ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE fl-2030 (mira ta’ tnaqqis nett b’55 % meta mqabbla mal-1990, kif imnaqqax fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima).

Indikatur nru 2: livell tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra fis-setturi tal-LULUCF fl-2030 (mira ta’ assorbimenti ta’ 3XXMtCO2eq fl-2030)

Indikatur nru 3: mira tan-newtralità klimatika fis-settur tal-art ikkombinat (is-setturi tal-LULUCF u tal-agrikoltura mhux tas-CO2) fl-2035.

Il-livelli ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE huma rrapportati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u leġiżlazzjoni sekondarja oħra relatata mal-monitoraġġ u mar-rapportar skont ir-Regolament dwar il-LULUCF.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-miżuri ta’ implimentazzjoni rilevanti.

Barra minn hekk, wara l-bidla fl-2026 tal-mekkaniżmu ta’ rapportar u ta’ konformità, l-implimentazzjoni se tirrikjedi forniment imtejjeb u msaħħaħ ta’ monitoraġġ permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ta’ servizzi relatati tad-data taħt il-programm Copernicus.

Ir-regolament rivedut dwar il-LULUCF jistabbilixxi miri ambizzjużi u kredibbli għas-settur tal-LULUCF u dak agrikolu biex jappoġġa l-kisba ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Il-proposta riveduta għal regolament dwar il-LULUCF għandha l-għan li żżid is-sekwestru tal-karbonju fis-setturi tal-agrikoltura u tal-LULUCF, bil-għan tan-newtralità karbonika taż-żewġ setturi kkombinati sal-2035. Fl-istess ħin, din jenħtieġ li tiżgura li din iż-żieda fl-assorbimenti tas-CO2 ma twassalx għal impatti negattivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-bijodiversità, fuq is-saħħa pubblika jew fuq l-objettivi soċjali jew ekonomiċi.

Għalhekk, ir-regolament rivedut dwar il-LULUCF se jirrikjedi lill-Istati Membri jużaw metodoloġiji aktar preċiżi biex jistmaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-setturi tal-agrikoltura u tal-LULUCF tagħhom, inkluż billi jagħmlu aktar użu minn data ġeospazjali biex jappoġġaw dawn il-kalkoli ta’ livell ogħla. B’mod partikolari, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati u ttrekkjati r-raggruppamenti tal-karbonju f’artijiet b’ħażna għolja ta’ karbonju, f’żoni taħt protezzjoni u f’żoni taħt riskju ta’ tibdil fil-klima, se jkunu meħtieġa metodoloġiji ta’ livell għoli li jirrikjedu settijiet tad-data u servizzi armonizzati f’waqthom, standardizzati u tal-UE, applikati f’konformità mal-linji gwida tal-IPCC.

Bħala konsegwenza ta’ din il-bidla minn regolament ta’ “regola ta’ ebda dejn” lejn kontribut tal-emissjonijiet netti tas-settur tal-LULUCF għall-mira klimatika globali tal-UE, li se tibda topera mis-sena 2026, se jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti miri tal-konformità li jirrikjedu rieżamijiet komprensivi addizzjonali tal-inventarju tal-gassijiet serra. Dan se jirrikjedi fażi preparatorja matul l-2024/25.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali u l-azzjoni tal-UE tista’ tikkomplementa u ssaħħaħ b’mod effettiv l-azzjoni reġjonali, nazzjonali u lokali. Iż-żieda fil-mira tal-2030 għat-tnaqqis fil-gassijiet serra tal-UE se jkollha impatt fuq ħafna setturi fl-ekonomija kollha tal-UE u għalhekk, azzjoni koordinata fil-livell tal-UE hija indispensabbli u għandha ċans ħafna akbar li twassal għat-trasformazzjoni meħtieġa, filwaqt li taġixxi bħala fattur ewlieni b’saħħtu għal bidla kosteffiċjenti u għal konverġenza ’l fuq.

Minbarra l-kapaċità tagħha li taħżen u li tissekwestra l-karbonju, l-art tipprovdi ħafna prodotti u servizzi importanti oħrajn: tforni lis-setturi tal-bijoekonomija bl-ikel, bl-għalf u bil-materja prima, tipprovdi ħabitats għall-bijodiversità u ħafna servizzi tal-ekosistema vitali għall-ħajja (eż. il-purifikazzjoni tal-ilma u tal-arja), u tipproteġina minn xi wħud mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima (eż. l-għargħar u d-deżertifikazzjoni). L-interdipendenza bejn dawn il-funzjonijiet u l-kapaċità tas-settur tal-LULUCF li jissekwestra l-karbonju mill-atmosfera titlob approċċ integrat għall-azzjoni klimatika fis-settur tal-art, sabiex jiġi ottimizzat l-ippjanar tal-użu tal-art u jiġu identifikati prattiki ta’ benefiċċju reċiproku.

Barra minn hekk, il-potenzjal li jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq l-art u l-kostijiet assoċjati huwa mqassam b’mod mhux uniformi madwar l-Istati Membri. Fattur ewlieni huwa ż-żona disponibbli għall-azzjoni klimatika, li tiddependi minn fatturi topografiċi jew ekonomiċi. Barra minn hekk, it-tip ta’ ħamrija u użu tal-art, flimkien ma’ fatturi u latitudni oħrajn relatati mal-klima, kollha jaffettwaw il-potenzjal li jittejbu l-assorbimenti.

Ir-regolament rivedut dwar il-LULUCF se jkun meħtieġ li jiġi appoġġat minn sistema robusta u trasparenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV) li se jkollha tmur lil hinn mis-sistema ta’ MRV attwali stabbilita bir-regolament eżistenti dwar il-LULUCF. Dan se jkun meħtieġ ukoll li jkun jista’ jagħmel ir-rabta bejn l-għażliet tal-ġestjoni tal-art li jkunu saru fis-settur tal-agrikoltura u tal-LULUCF u l-impatt fuq is-sekwestru tal-karbonju u l-protezzjoni tal-bijodiversità.

Bħalissa, hemm disponibbli riżorsi limitati tal-EEA għall-appoġġ tal-MRV tal-inventarju tal-emissjonijiet tal-LULUCF, skont ir-rekwiżit stabbilit fir-Regolamenti UE 2018/841 (ir-Regolament dwar il-LULUCF) u UE 2018/1999 (ir-Regolament dwar il-Governanza)

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ir-Regolament dwar il-LULUCF huwa strument ta’ politika eżistenti tal-UE adottat reċentement fl-2018. Madankollu, il-Kummissjoni ilha li kisbet esperjenza siewja mill-2013, meta d-Deċiżjoni 529/2013 64 daħlet fis-seħħ u rrikjediet lill-Istati Membri jwettqu kontabbiltà sostituta għall-art fit-territorji tagħhom. Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-EEA għandhom esperjenza diretta fl-evalwazzjoni, bid-disponibbiltà tar-riżorsi attwalment limitata (minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-qafas regolatorju attwali fil-LULUCF), tal-inventarji tal-LULUCF tal-Istati Membri. Din l-esperjenza żvelat direttament id-diskrepanzi u l-isforz ta’ aġġornament meħtieġ biex tiġi mmodernizzata bis-sħiħ il-konformità tal-inventarju, bl-użu ta’ għodod u servizzi mibnija permezz ta’ programmi tal-UE ġestiti mill-EEA (l-aktar Copernicus).

Għalhekk, din il-proposta tibni fuq l-esperjenza miġbura f’dawn l-inizjattivi regolatorji preċedenti, kif ukoll fuq il-Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030, l-Istrateġija fit-Tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima u inizjattivi rilevanti oħrajn tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħall-Ewropa Diġitali. L-inizjattiva tibni wkoll fuq il-proċess ibbażat fuq il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u l-qafas li jinsab fir-Regolament dwar il-Governanza u li se jifforma parti ewlenija mill-eżerċizzju futur tal-iffissar tal-miri. […]

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta hija parti mill-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” dwar il-klima u l-enerġija. L-objettiv globali tal-pakkett huwa li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi allinjata maż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-UE. L-inizjattivi kollha fil-pakkett huma interkonnessi mill-qrib, u kull waħda tiddependi mit-tfassil tal-oħrajn. Din il-proposta leġiżlattiva tikkomplementa l-proposti li saru fil-pakkett u żżomm konsistenza magħhom.

Hemm ukoll interkonnessjonijiet b’saħħithom ma’ inizjattivi oħrajn tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura, it-titjib tar-reżiljenza tal-foresti tal-UE għat-tibdil fil-klima, ir-restawr ta’ art u ekosistemi degradati, it-tixrib mill-ġdid ta’ torbieri u l-promozzjoni tal-bijoekonomija, inkluż l-użu ta’ prodotti durabbli tal-injam maħsud, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità:

a) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 65 ;

b) L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent 66 ;

c) L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti 67 ;

d) Il-Pjan tal-UE għar-Restawr tan-Natura;

e) L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 68 ;

f) L-Istrateġija tal-UE biex Jitnaqqsu l-Emissjonijiet tal-Metan 69 ;

g) [L-Istrateġija tal-UE għall-Ħamrija 70 ];

h) Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa 71 ;

i) Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva 72 .

j) Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 73

k) Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE 74

Is-settur tal-LULUCF huwa konness mal-ekosistemi u mal-attivitajiet ekonomiċi kollha li jiddependu mill-art u mis-servizzi li dan jipprovdi. Għalhekk, ir-Regolament dwar il-LULUCF jippreżenta sinerġiji ma’ politiki oħrajn tal-UE li jkopru attivitajiet relatati mal-art, prinċipalment il-Politika Agrikola Komuni 75 u l-politika dwar l-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli.

 

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

-

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 76  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

✓ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Il-Kummissjoni se tiġi appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) kif deskritt hawn fuq f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali tagħha. L-EEA se twettaq din il-ħidma bħala parti mill-mandat attwali tagħha u f’konformità mad-“Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni”, li jistabbilixxi programm ta’ ħidma pluriennali u annwali tal-EEA (l-Artikolu 32 tar-Regolament 2019/715 – ir-Regolament Finanzjarju Qafas).

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tevalwa l-progress fl-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF, li jirrikjedi lill-Istati Membri jressqu quddiem il-Kummissjoni rapportar annwali dwar il-politiki u l-miżuri għall-emissjonijiet u l-assorbimenti. Id-data dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika (MRV) miksuba permezz tar-regolamentazzjoni tas-settur(i) permezz tal-EEA se tkun sors ewlieni ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni biex tevalwa l-progress fis-setturi kkonċernati.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni twettaq regolarment studji dwar diversi aspetti pertinenti tal-politika tal-UE dwar il-klima.

[…]

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mhux applikabbli - Il-proposta ma hijiex qed timplimenta programm finanzjarju iżda qed tfassal politika fit-tul. Il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll fir-rigward tar-rati ta’ żball ma humiex applikabbli. L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta se tirrikjedi ir-riallokazzjoni tar-riżorsi umani fi ħdan il-Kummissjoni. Proċeduri xierqa huma fis-seħħ.

[…]

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

[…]

[…]

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Din l-inizjattiva ma toħloqx kontrolli/riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.


2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Għall-fini tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) japplikaw għall-EEA mingħajr l-ebda restrizzjoni. L-EEA għandha strateġija dedikata kontra l-frodi u pjan ta’ azzjoni li jirriżulta minnha. Barra minn hekk, ir-Regolament li jistabbilixxi l-EEA jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-EEA u r-regoli finanzjarji applikabbli, inkluż dawk immirati biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.[1]

mill-pajjiżi tal-EFTA[2]

mill-pajjiżi kandidati[3]

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

09 02 03

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3

09 10 02

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

7

20 01 02 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 02

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 03

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba: mhux applikabbli

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

3

Riżorsi Naturali u Ambjent

[Korp]: EEA

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Titolu 1:

Impenji

(1)

1,967

2,006

2,046

2,087

8,106

Pagamenti

(2)

1,967

2,006

2,046

2,087

8,106

Titolu 2:

Impenji

(1a)

0,177

0,181

0,184

0,198

0,740

Pagamenti

(2a)

0,177

0,181

0,184

0,198

0,740

Titolu 3:

Impenji

(3a)

0,153

1,156

0,159

1,162

2,631

 

Pagamenti

(3b)

0,153

1,156

0,159

1,162

2,631

TOTAL tal-approprazzjonijiet għall-EEA

Impenji

=1 + 1a + 3a

2,297

3,343

2,390

3,447

11,476

Pagamenti

=2 + 2a +3b

2,297

3,343

2,390

3,447

11,476

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: CLIMA

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Riżorsi Umani

0,608

0,608

0,760

0,760

0,912

3,648

Nefqa amministrattiva oħra

0,055

0,107

0,107

-

-

0,269

TOTAL għad-DĠ CLIMA

0,663

0,715

0,867

0,760

0,912

3,917

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,663

0,715

0,867

0,760

0,912

3,917

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali *

Impenji

0,663

3,012

4,209

3,150

4,359

15,393

Pagamenti

0,663

3,012

4,209

3,150

4,359

15,393

* L-impatt baġitarju tar-riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se jiġi kkumpensat permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju mill-baġit LIFE.

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp] 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 77

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 78

- rieżami komprensiv - riżultat

1M

1M

2M

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp] 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

1,636

1,669

1,702

1,736

6,742

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

-

-

-

-

-

Persunal bil-Kuntratt

0,331

0,338

0,344

0,351

1,364

Esperti Nazzjonali Sekondati

-

-

-

-

-

TOTAL

1,967

2,006

2,046

2,087

8,106

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

 

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

4

8

8

8

8

36

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

 

 

 

 

 

0

Persunal bil-Kuntratt

1

3

3

3

3

13

Esperti Nazzjonali Sekondati

 

 

 

 

 

0

TOTAL

5

11

11

11

11

49

Jekk jogħġbok indika d-data tar-reklutaġġ ippjanat u adatta l-ammont kif xieraq (jekk ir-reklutaġġ iseħħ f’Lulju, 50 % biss tal-kost medju tiġi kkunsidrata) u agħti aktar spjegazzjonjiet.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda))

 

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

4

4

5

5

6

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[1]

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

 

 

 

 

 

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

XX 01 xx yy zz [2]

- fil-Kwartieri Ġenerali

 

 

 

 

 

- fid-Delegazzjonijiet

 

 

 

 

 

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

TOTAL

4

4

5

5

6

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Huma meħtieġa riżorsi tal-HR addizzjonali għal:

- Abbozzar legali u approvazzjoni ta’ emendi ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati dwar l-irkant; Reġistru tal-Unjoni; monitoraġġ u rapportar; verifika tar-rapporti;

- Kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mal-estensjoni tas-settur tal-art biex jiġu inklużi l-emissjonijiet agrikoli mhux tas-CO2;

- Monitoraġġ tal-implimentazzjoni mtejba u msaħħa tal-obbligi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV)

- Adattamenti tal-IT fir-Reġistru tal-Unjoni (flimkien mal-ETS)

Persunal estern

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

L-impatt baġitarju tar-riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se jiġi kkumpensat permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju mill-baġit LIFE. Iż-żieda fil-kontribut u fit-tnaqqis tal-UE tal-EEA fil-baġit LIFE se tiġi riflessa fil-programmazzjoni finanzjarja għas-snin futuri.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 79 .

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 80

2023

2024

2025

2026

2027

L-Artikolu ………….

Għad-dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja baġitarja tan-nefqa affettwata.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    COM(2019) 640 final.
(2)    COM(2018) 773 final.
(3)    COM(2020) 690 final.
(4)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10-11 ta’ Diċembru 2020 EUCO 22/20 CO EUR 17 CONCL 8.
(5)    Id-Direttiva 2003/87/KE tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(7)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(8)    COM(2020) 380 final.
(9)    COM/2020/381 final.
(10)    […]
(11)    […]
(12)    COM/2021/82 final.
(13)    COM/2020/663 final.
(14)    […]
(15)    COM/2018/673 final
(16)    COM/2020/98 final.
(17)    COM/2021/400 final.
(18)    COM/2021/[345] final.
(19)    COM/2018/392 final.
(20)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(21)    COM/2020/564 final, https://europa.eu/!xc64CH  
(22)     COM(2018) 773 final : Pjaneta Nadifa għall-Kulħadd - Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima.
(23)     In-Depth Analysis in Support of the Commission Communication COM(2018) 773.
(24)    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(25)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(26)    ĠU C […], […], p. […].
(27)    ĠU C […], […], p. […].
(28)    COM(2019)640 final.
(29)     https://www4.unfccc.int/sites/ndcstaging/PublishedDocuments/European%20Union%20First/EU_NDC_Submission_December%202020.pdf  
(30)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(31)    Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(32)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(33)    COM(2020) 562 final.
(34)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(35)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32) kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
(36)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(37)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(38)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 - Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM(2020) 380 final).
(39)    COM/2020/381 final.
(40)    […]
(41)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(42)    COM/2021/82 final.
(43)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(44)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(45)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(46)     http://data.europa.eu/eli/dec/2013/529/oj  
(47)    COM(2020) 380 final.
(48)    COM/2020/381 final.
(49)    […]
(50)    […]
(51)    COM/2021/82 final.
(52)    COM/2020/663 final.
(53)    […]
(54)    COM/2018/673 final
(55)    COM/2020/98 final.
(56)    COM/2021/400 final.
(57)    COM/2021/[345] final.
(58)    COM/2018/392 final.
(59)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(60)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(61)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(62)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
(63)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(64)     http://data.europa.eu/eli/dec/2013/529/oj  
(65)    COM(2020) 380 final.
(66)    COM/2020/381 final.
(67)    […]
(68)    COM/2021/82 final.
(69)    COM/2020/663 final.
(70)    […]
(71)    COM/2018/673 final
(72)    COM/2020/98 final.
(73)    COM/2021/400 final
(74)    […]
(75)    […]
(76)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
(77)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(78)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(79)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2093/2020 tas-17 ta Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027.
(80)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 554 final/2

ANNESS

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

{SEC(2021) 554 final} - {SWD(2021) 551 final} - {SWD(2021) 609 final} - {SWD(2021) 610 final}


ANNESS I

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841, it-taqsima B hija sostitwita b’dan li ġej:

“B.    Raggruppamenti tal-karbonju kif imsemmi fl-Artikolu 5(4):

(a)    il-bijomassa ħajja;

(b)    il-mifrex 11;

(c)    l-injam mejjet 21;

(d)    il-materja organika mejta 32;

(e)    il-ħamrija minerali;

(f)    il-ħamrija organika;

(g)    il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art tal-art afforestata u l-art forestali ġestita.”



ANNESS II

Jiddaħħal l-Anness IIa tar-Regolament (UE) 2018/841 li ġej:

“Anness IIa

Il-mira tal-Unjoni u l-miri nazzjonali tal-Istati Membri tal-assorbimenti netti tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 4(2) li għandhom jinkisbu fl-2030

 

Stat Membru

Valur ta’ tnaqqis nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’kt ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fl-2030

Il-Belġju

-1 352

Il-Bulgarija

-9 718

Iċ-Ċekja

-1 228

Id-Danimarka

5 338

Il-Ġermanja

-30 840

L-Estonja

-2 545

L-Irlanda

3 728

Il-Greċja

-4 373

Spanja

-43 635

Franza

-34 046

Il-Kroazja

-5 527

L-Italja

-35 758

Ċipru

-352

Il-Latvja

-644

Il-Litwanja

-4 633

Il-Lussemburgu

-403

L-Ungerija

-5 724

Malta

2

In-Netherlands

4 523

L-Awstrija

-5 650

Il-Polonja

-38 098

Il-Portugall

-1 358

Ir-Rumanija

-25 665

Is-Slovenja

-146

Is-Slovakkja

-6 821

Il-Finlandja

-17 754

L-Iżvezja

-47 321

EU-27

-310 000



ANNESS III

Il-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 2018/1999 hija sostitwita b’dan li ġej:

Data ta’ konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006. L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jopera abbażi ta’ bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta’ informazzjoni ġeografika, u jinkludi:

(a) sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art għal art b’ħażna għolja ta’ karbonju, kif definit fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2018/2001;

(b) sistema għall-monitoraġġ ta’ unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għall-protezzjoni, definiti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

-    Art b’valur għoli ta’ bijodiversità kif definita fl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva 2018/2001;

-    Siti ta’ Importanza Komunitarja u Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE 4 u unitajiet ta’ art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta’ protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit;

-    Siti tat-tgħammir jew postijiet tal-mistrieħ tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE li huma soġġetti għal miżuri ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva;

-    Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE li jinsabu barra mis-siti ta’ importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni u li jikkontribwixxu għal dawn il-ħabitats u l-ispeċijiet li jilħqu status ta’ konservazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva jew li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri preventivi u ta’ rimedju skont id-Direttiva 2004/35/KE 5 ;

-    Żoni ta’ protezzjoni speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 u l-unitajiet tal-art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta’ protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit;

-    Unitajiet tal-art li huma soġġetti għal miżuri għall-preservazzjoni tal-għasafar irrappurtati li mhumiex fi stat sigur skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva li ssir ħidma biex jiġi evitat it-tniġġis jew id-deterjorazzjoni tal-ħabitats jew jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont l-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva li jiġu ppreżervati u mantnuti biżżejjed diversità u żoni ta’ ħabitats għall-ispeċijiet tal-għasafar;

-    Kwalunkwe ħabitat ieħor li l-Istat Membru jaħtar għal finijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 92/42/KEE u 2009/147/KE;

-    Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri meħtieġa biex jipproteġu u jiżguraw li ma jiddeterjorax l-istatus ekoloġiku ta’ dawk il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 ;

-    Pjanuri tal-għargħar naturali jew żoni għaż-żamma tal-ilma tal-għargħar protetti mill-Istati Membri b’rabta mal-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar skont id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 ;

(c) sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għar-restawr, iddefiniti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

-    Siti ta’ importanza komunitarja, żoni ta’ konservazzjoni speċjali u żoni ta’ protezzjoni speċjali kif deskritt fil-punt (b) hawn fuq, flimkien mal-unitajiet tal-art barra minn dawn li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ restawr jew ta’ miżuri ta’ kumpens immirati biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit;

-    Il-ħabitats tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/147/KE jew elenkati fl-Anness I tagħha, li jinsabu barra miż-żoni ta’ protezzjoni speċjali u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ miżuri ta’ restawr għall-finijiet tad-Direttiva 2009/147/KE;

-    Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE barra mis-siti ta’ importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ miżuri ta’ restawr għall-finijiet tal-kisba ta’ status ta’ konservazzjoni favorevoli skont id-Direttiva 92/43/KEE u/jew li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ miżuri ta’ rimedju għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/35/KE;

-    Żoni identifikati bħala fil-bżonn ta’ restawr skont pjan ta’ restawr tan-natura applikabbli fi Stat Membru;

-    Unitajiet tal-art soġġetti għall-miżuri meħtieġa biex jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE, jew għall-miżuri meħtieġa biex dawn il-korpi jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb fejn meħtieġ bil-liġi;

-    Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri għar-rikreazzjoni u r-restawr taż-żoni mistagħdra, kif imsemmi fl-Anness VI.B(vii) tad-Direttiva 2000/60/KE;

-    Żoni li jeħtieġu restawr tal-ekosistema biex tinkiseb kundizzjoni tajba tal-ekosistema skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 ;

(d) sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art b’riskju għoli għall-klima:

-    Żoni soġġetti għal kumpens għal disturbi naturali skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 13b tar-Regolament (UE) 2018/841

-    Żoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/60/KE

-    Żoni identifikati fl-istrateġija nazzjonali ta’ adattament tal-Istati Membri b’riskji naturali u riskji kkawżati mill-bniedem għoljin, soġġetti għal azzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri.

L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jippermetti l-iskambju u l-integrazzjoni tad-data bejn il-bażijiet tad-data elettroniċi u s-sistemi ta’ informazzjoni ġeografika.

Għall-perjodu bejn l-2021 u l-2025, il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-GHG. Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti għal raggruppament tal-karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li tkun prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu jkollha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta’ GHGs ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, u mill-2026 għall-istimi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

Mill-2026, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3 għall-istimi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha li jaqgħu f’żoni ta’ unitajiet tal-użu tal-art b’ħażna għolja tal-karbonju msemmija fil-punt (c) hawn fuq, f’żoni tal-użu tal-art taħt protezzjoni jew taħt restawr imsemmija fil-punti (d) u (e) hawn fuq, u żoni ta’ unitajiet tal-użu tal-art taħt riskji klimatiċi futuri msemmija fil-punt (f) hawn fuq, skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.”.

(1) 1    Japplika biss għal Art Afforestata u Art Forestali Ġestita.
(2) 2    Japplika biss għal Art Deforestata, Raba’ Ġestit, Bur Ġestit u Artijiet Mistagħdra Ġestiti.
(3)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(4)    Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).
(5)    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(6)    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(7)    Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
Top