EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10517

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10517 — PERMIRA / THOMA BRAVO / MOTUS) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 472/08

PUB/2021/904

OJ C 472, 23.11.2021, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10517 — PERMIRA / THOMA BRAVO / MOTUS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 472/08)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Permira Holdings Limited (“Permira”, ir-Renju Unit),

Thoma Bravo, L.P. (“Thoma Bravo”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Motus Group LLC (“Motus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Thoma Bravo.

Permira u Thoma Bravo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Motus.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Permira: negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment. Permira tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi f’firxa ta’ ġurisdizzjonijiet.

Thoma Bravo: negozju ta’ ekwità privata li jipprovdi ekwità u appoġġ strateġiku lil timijiet ta’ management b’esperjenza u kumpaniji tas-software u tat-teknoloġija li qed jikbru f’setturi inklużi l-infrastruttura, il-finanzi, il-kura tas-saħħa u ċ-ċibersigurtà.

Motus: negozju tas-software li japplika għall-intrapriżi u li jipprovdi soluzzjonijiet lin-negozji marbuta ma’ xogħol remot, inkluż (i) ir-rimborż tal-vetturi u l kalkulu tal-kilomettraġġ ; (ii) servizzi ta’ rimborż tal-ispejjeż għall-kollegamenti bla fili u servizzi ta’ mobilità ġestita, u iii) r-rimbors għall-ispejjeż marbuta mal-kollokazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10517 PERMIRA / THOMA BRAVO / MOTUS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top