EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10395

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10395 — BNP Paribas/CDC/Immobilière de la Laine) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 390/09

PUB/2021/756

OJ C 390, 27.9.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10395 — BNP Paribas/CDC/Immobilière de la Laine)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 390/09)

1.   

Fis-16 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

BNP Paribas S.A. (“BNP Paribas”, Franza),

Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

Immobilière de la Laine SA (“Target”, il-Belġju).

BNP Paribas u CBC jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Target kollu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal BNP Paribas: grupp bankarju globali attiv fl-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, fil-ġestjoni u s-servizzi tal-assi, kif ukoll fis-servizzi bankarji korporattivi u għall-investiment,

Għal CDC: stabbiliment pubbliku ta’ status speċjali Franċiż li jservi l-interess ġenerali u l-iżvilupp ekonomiku fi Franza. CDC għandu żewġ oqsma ewlenin ta’ attivitajiet: (i) attivitajiet ta’ servizz pubbliku/interess ġenerali, u (ii) attivitajiet ta’ negozju fis-suq miftuħ. L-attivitajiet ta’ negozju ewlenin tiegħu fis-suq miftuħ huma: (i) l-ambjent u l-enerġija, (ii) il-proprjetà immobbli, (iii) l-investiment kapitali u (iv) is-servizzi. L-attivitajiet essenzjali ta’ CDC huma kkonċentrati fi Franza, b’attivitajiet żgħar relatati mal-proprjetà immobbli fil-Belġju,

Għal Target: sid ta’ binja waħda ta’ uffiċċji fil-Belġju, li tinsab 70, Rue aux Laines, 1000 Brussell, li l-biċċa l-kbira tagħha hija mikrija lil partijiet terzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10395 — BNP Paribas/CDC/Immobilière de la Laine

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top