EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10377

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10377 — RAG-Stiftung/Open Grid Europe/H2UB) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 334/05

PUB/2021/662

OJ C 334, 20.8.2021, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/22


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10377 — RAG-Stiftung/Open Grid Europe/H2UB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 334/05)

1.   

Fit-12 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

RAG Stiftung (“RAGS”, il-Ġermanja),

Open Grid Europe GmbH (“OGE”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Vier Gas Holdings S.à.r.l. (il-Lussemburgu),

H2UB GmbH (“H2UB”, il-Ġermanja).

RAGS u OGE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ H2UB.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

RAGS: attiva madwar id-dinja fil-finanzjament tal-obbligi perpetwi li tħallew lura mill-industrija Ġermaniża tal-faħam iebes u l-akkwist u l-ġestjoni ta’ interessi diretti jew indiretti f’entitajiet skont dan il-għan, inklużi ishma fil-kumpanija tas-sustanzi kimiċi ta’ speċjalità Evonik Industries AG u fil-fornitur tad-djar Vivawest GmbH;

OGE: primarjament attiva fil-Ġermanja, fost l-oħrajn fit-tħaddim ta’ network ta’ pipelines tal-gass naturali fil-Ġermanja, kif ukoll f’servizzi ta’ konsulenza dwar trasformazzjoni għall-użu tal-idroġenu permezz tas-sussidjarja tagħha kkontrollata bi sħab, evety GmbH;

H2UB: se tkun primarjament attiva fil-Ġermanja f’servizzi ta’ konsulenza dwar il-ġestjoni għal negozji ġodda fl-industrija tal-idroġenu u fl-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ avvenimenti tan-negozju relatati mal-idroġenu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10377 — RAG-Stiftung/Open Grid Europe/H2UB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top