EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10360

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10360 — Assicurazioni Generali/Società Cattolica Di Assicurazione) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 390/07

PUB/2021/752

OJ C 390, 27.9.2021, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10360 — Assicurazioni Generali/Società Cattolica Di Assicurazione)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 390/07)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja),

Società Cattolica di Assicurazione S.p.A. (“Cattolica”, l-Italja).

Generali takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Cattolica.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra minn Generali fil-31 ta’ Mejju 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Generali: il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, prodotti tar-riassigurazzjoni, servizzi ta’ assistenza, u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà immobbli u tal-assi.

għal Cattolica: il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, prodotti tar-riassigurazzjoni, kif ukoll servizzi anċillari u ta’ appoġġ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10360 — Assicurazioni Generali/Società Cattolica Di Assicurazione

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top