EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10332
Prior notification of a concentration (Case M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 299/06
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 299/06
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 299/06
PUB/2021/604
OJ C 299, 27.7.2021, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 299/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 299/06)
1.
Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti), |
— |
Equitix Holdings Limited (“Equitix”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Reade Griffith, ċittadin tar-Renju Unit li jikkontrolla t-Tetragon Financial Group Limited (“Tetragon”) (ir-Renju Unit), |
— |
John Laing Group plc (ir-Renju Unit), u John Laing Investments Limited (ir-Renju Unit), li bħalissa huma kkontrollati minn John Laing Group plc (flimkien “John Laing”). |
KKR takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku indirett ta’ John Laing Group plc kollu.
Sussegwentement, KKR u Equitix jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ John Laing Investments Limited, il-kumpanija ewlenija ta’ portafoll ta’ John Laing Group plc.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-19 ta’ Mejju 2021, u bix-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
għal KKR: KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni. KKR tisponsorja fondi ta’ investiment li jinvestu f’ekwità privata, kreditu u assi ta’ proprjetà immobbli u għandhom sħab strateġiċi li jimmaniġġjaw il-fondi ħeġġ. Is-sussidjarji tal-assigurazzjoni ta’ KKR joffru prodotti tal-irtirar, tal-ħajja u tar-riassigurazzjoni taħt il-ġestjoni ta’ Global Atlantic, |
— |
għal Equitix: Equitix hija investitur, żviluppatur u maniġer tal-fondi fit-tul tal-infrastruttura ewlenija u tal-assi tal-effiċjenza enerġetika. Equitix tamministra sitt fondi ewlenin tal-infrastruttura ewlenija, 14-il fond ta’ koinvestiment li huma ddedikati għal proġetti ta’ infrastruttura akbar, u għadd ta’ kontijiet ġestiti segregati li jipprovdu soluzzjonijiet personalizzati. L-istrateġija ta’ investiment ta’ Equitix tiffoka fuq proġetti ta’ infrastruttura ewlenija li jkopru firxa wiesgħa ta’ setturi b’enfasi partikolari fuq l-infrastruttura soċjali, it-trasport, l-utilitajiet u l-enerġija rinnovabbli. Equitix hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn individwu wieħed, Reade Griffith, ċittadin tar-Renju Unit. Is-Sur Griffith jikkontrolla lil Tetragon, |
— |
għal John Laing: John Laing huwa investitur u maniġer tal-assi attivi globalment, prinċipalment għal proġetti tas-settur pubbliku li jeħtieġu finanzjament privat. John Laing jinvesti fit-trasport, fl-infrastruttura soċjali u fl-assi tal-enerġija rinnovabbli u dan l-aħħar f’negozji Core-plus, inkluża l-infrastruttura diġitali. John Laing għandu l-kwartieri ġenerali f’Londra u jopera f’seba’ pajjiżi madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
Il-Kummissjoni Ewropea |
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).