EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10131

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10131 — Partners Group/Warburg Pincus/Ecom Express Private) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 24/16

PUB/2021/51

OJ C 24, 22.1.2021, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/34


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10131 — Partners Group/Warburg Pincus/Ecom Express Private)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 24/16)

1.   

Fit-12 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Partners Group AG (“Partners Group”, l-Isvizzera),

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Ecom Express Private Limited (“Ecom Express Private”, l-Indja) ikkontrollata minn Warburg Pincus.

Partners Group u Warburg Pincus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ecom Express Private.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Partners Group: kumpanija globali tal-ġestjoni tal-investiment fis-swieq privati attiva f’firxa ta’ industriji,

Warburg Pincus: ditta ta’ ekwità privata globali b’kumpaniji ta’ portafoll attivi f’diversi setturi (pereż. servizzi tal-konsumatur, industrijali u tan-negozju, enerġija, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, proprjetà immobbli, u teknoloġija),

Ecom Express Private: fornitur ta’ servizzi ta’ loġistika ta’ terzi persuni fl-Indja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10131 — Partners Group/Warburg Pincus/Ecom Express Private

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top