EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10077

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10077 – Macquarie Bank/Mitsubishi UFJ Lease & Finance Company/Vestone Capital) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 5/16

PUB/2020/1044

OJ C 5, 7.1.2021, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10077 – Macquarie Bank/Mitsubishi UFJ Lease & Finance Company/Vestone Capital)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 5/16)

1.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsubishi UFJ Lease & Finance Company Limited (“MUL”, il-Ġappun),

Macquarie Bank Ltd (“MBL”, l-Awstralja), sussidjarja ta’ Macquarie Group Limited,

Vestone Capital (“Vestone”, l-Awstralja) ikkontrollata minn MBL.

MUL u MBL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Alvic kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MUL huwa grupp b’diversi servizzi b’attivitajiet relatati ma’ lokazzjoni u finanzi, kiri, negozjar ta’ tagħmir użat, finanzjament ta’ appoġġ għall-bejgħ, servizzi ta’ ġestjoni tal-assi, servizzi ta’ konsulenza, avjazzjoni, proprjetà immobbli, loġistika, ambjent u enerġija, kura tas-saħħa, u infrastruttura u investiment,

Macquarie Group Limited hija grupp finanzjarju diversifikat globali. Huwa jaġixxi primarjament bħala intermedjarju tal-investiment għal klijenti istituzzjonali, korporattivi u mhux professjonali u kontropartijiet madwar id-dinja.

Vestone hija attiva fis-suq tal-finanzjament tat-tagħmir: il-kiri ta’ tagħmir lill-utenti finali. Dan jinkludi tagħmir ġenerali tal-uffiċċju kif ukoll tagħmir tal-informatika. Huwa jipprovdi wkoll faċilitajiet ta’ finanzjament u lokazzjoni tal-assi għal assi ta’ uffiċċji u teknoloġija lill-klijenti tal-intrapriżi, b’enfasi fuq il-korporattivi, l-universitajiet u l-entitajiet tal-gvern.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10077 – Macquarie Bank/Mitsubishi UFJ Lease & Finance Company/Vestone Capital

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top